RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Siġurtà Interna tal-Istati Uniti
3.4.2012 - (17433/2011 – C7‑0511/2011 – 2011/0382(NLE)) - ***
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Sophia in 't Veld
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Siġurtà Interna tal-Istati Uniti
(17433/2011 – C7‑0511/2011 – 2011/0382(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (17433/2011),
– wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti, anness ma’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (17434/2011),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi (COM(2010)0492),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta' Frar 2007 dwar SWIFT, il-ftehim PNR u d-djalogu transatlantiku dwar dawn il-kwestjonijiet[1], tat-12 ta' Lulju 2007 dwar il-valutazzjoni tal-ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika[2], tal-5 ta' Mejju 2010 dwar it-tnedija ta' negozjati għal ftehimiet dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-Kanada[3], u tal-11 ta' Novembru 2010 dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta' data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi u dwar ir-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Kunsill sabiex jinfetħu n-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti[4],
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tad-19 ta' Ottubru 2010 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi[5] u tal-9 ta' Diċembru 2011 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti[6],
– wara li kkunsidra l-Opinjoni 7/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għal pajjiżi terzi adottata mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni ta’ Data, u l-ittra tas-6 ta’ Jannar 2012 dwar il-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti,
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) flimkien mal-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) u l-Artikolu 87(2), punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0511/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0099/2012),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni tal-ftehim;
2. Iqis li l-proċedura 2009/0187(NLE) issa skadiet ġaladarba l-Ftehim PNR tal-2007 bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti ġie sostitwit bil-Ftehim PNR il-ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika.
OPINJONI TAL-MINORANZA
imressqa skont l-Artikolu 52(3) tar-Regoli ta' Proċedura
Jan Philipp Albrecht, Rui Tavares
Il-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar it-trasferiment ta’ data tal-PNR ma jagħtix il-garanziji mitluba mill-PE fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu. Dawn il-garanziji kienu tassew linji ħomor.
Il-Kummissjoni la ppreżentat provi fattwali li jappoġġaw l-allegazzjoni li l-ħżin u l-ipproċessar tal-PNR għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi huma meħtieġa u proporzjonati, u l-anqas ma esplorat bis-serjetà alternattivi inqas intrussivi.
Il-Kummissjoni għad ma rnexxilhiex ittejjeb il-ftehim tal-2007, b’ebda mod. Vjaġġaturi li ma jkollhom l-ebda ħjiel ta’ dan għadu qed isirilhom il-profil, li jintgħażel f'kategoriji ta' riskju trasparenti, u d-data tagħhom tkun maħżuna għal 15-il sena. Id-data tagħhom imbagħad issir “kompletament anonimizzata” flok ma titħassar. Dawn il-fatti jqajmu tħassib serju rigward il-kompatibilità tal-ftehim mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll mal-każistika tal-KEDB u l-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża.
Nenfasizzaw l-impenn tagħna li nikkooperaw mal-Istati Uniti u pajjiżi terzi oħra fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, imma nemmnu li ż-żamma u l-ipproċessar totali tad-data tar-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri tal-passiġġieri kollha huwa inkompatibbli mal-viżjoni tagħna ta' soċjetà miftuħa.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (5.3.2012)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment tar-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Siġurtà Interna tal-Istati Uniti
(17433/2011 – C7‑0511/2011 – 2011/0382(NLE))
Rapporteur: Traian Ungureanu
PA_Leg_Consent
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti qegħdin jaffaċċjaw għadd ta' sfidi komuni biex jiżguraw ġlieda effettiva kontra t-terroriżmu internazzjonali bħala parti minn aġenda globali aktar wiesgħa. F'dan l-isforz komuni, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, b'mod partikolari t-trasferiment tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) bejn it-trasportaturi bl-ajru li qegħdin joperaw titjiriet bejn l-UE u l-Istati Uniti, isservi l-iskop tal-ġlieda kontra t-theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali.
Sabiex ikun hemm kooperazzjoni ulterjuri bejniethom fl-iskambju tad-data mmirata biex trażżan it-terroriżmu internazzjonali, l-UE u l-Istati Uniti ffirmaw ftehim dwar il-PNR fl-2007, li minn dak iż-żmien 'il hawn, ġie applikat fuq bażi provviżorja. F'Mejju tal-2010, il-Parlament Ewropew naqas li jagħti l-approvazzjoni tiegħu u talab li jinnegozja mill-ġdid il-ftehim provviżorju fejn irrefera għall-ħtieġa li jintlaħqu standards Ewropej għall-protezzjoni tad-data. Fir-riżoluzzjoni tiegħu, il-Parlament enfasizza d-determinazzjoni tiegħu li jiġġieled kontra t-terroriżmu internazzjonali u l-kriminalità organizzata transnazzjonali bħala komponent ewlieni ta' azzjoni esterna Ewropea u biex isegwi politika ta' prevenzjoni.
Fl-istess ħin, talab għall-ħarsien tad-drittijet fundamentali u biex jiġi żgurat l-akbar rispett għall-privatezza taċ-ċittadini tal-UE, f'konformità ma' standards u normi relevanti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Talab għal ftehim ġdid li jintroduċi, inter alia, mekkaniżmi xierqa għal rieżami independenti u sorveljanza ġudizzjarja, għat-tfassil tal-ftehimiet – b'konformità mal-metodu PUSH - dwar l-użu ta' data PNR biss għal skopijiet ta' sigurtà u infurzar tal-liġi f'każijiet ta' atti kriminali terroristiċi u kriminalità transnazzjonali kif ukoll biex jiġi projbit, fi kwalunkwe ċirkostanza, l-użu ta' PNR għall-estrazzjoni tad-data jew għad-data profiling. Il-Parlament Ewropew afferma mill-ġdid ukoll li n-neċessità u l-proporzjonalità jibqgħu prinċipji ewlenin li mingħajrhom il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali ma tistax tkun effettiva.
Il-ftehim PNR innegozjat mill-ġdid bejn l-UE u l-Istati Uniti, iffirmat f'Novembru 2011 u li issa qiegħed jistenna l-approvazzjoni tal-Parlament, jipprovdi kondiviżjoni tal-informazzjoni aħjar bejn l-aġenziji għall-infurzar tal-liġi tal-UE u tal-Istati Uniti, jissikka għadd ta' dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data taċ-ċittadini Ewropew u jsaħħaħ is-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data. L-iskop tal-ipproċċessar tad-data PNR kien limitat għall-prevenzjoni, l-iżvelar u l-prosekuzzjoni ta' atti terroristiċi u atti kriminali serji transnazzjonali, il-perjodu għaż-żamma tad-data ġie limitat, l-iżvelar tal-informazzjoni fil-PNR kien soġġett għal-limitazzjonijiet legali u l-metodu PUSH ġie rikonoxxut bħala mod standard ta' trasferiment. L-individwi ġew ipprovduti bid-dritt inter alia li jkollhom aċċess, li jikkoreġu u li jħassru d-data tagħhom u issa kwalunkwe ċittadin tal-UE jista' jfittex rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv.
Filwaqt li numru ta' nuqqasijiet huma rikonoxxuti fl-abbozz ta' ftehim mill-ġdid fir-rigward, b'mod partikolari, tal-iskop wiesa' għall-użu tad-data PNR, il-perjodi għaż-żamma u l-elementi ta' tħassib dwar it-trasferiment kontinwu tad-data lejn pajjiżi terzi, ir-rapporteur huwa impenjat għal ftehim li se jinforza l-ġlieda komuni tal-UE u l-Istati Uniti kontra t-terroriżmu internazzjonali fl-interessi tas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE. Huwa jemmen bil-qawwi li l-UE u l-Istati Uniti għandhom ikunu magħqudin fil-ġlieda biex ixejnu t-theddida tat-terroriżmu billi jsegwu approċċ fuq diversi aspetti, inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, sabiex jittaffew id-diversi riskji tiegħu.
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-abbozz tal-ftehim il-ġdid huwa element essenzjali u neċessarju ta' kooperazzjoni transatlantika mill-qrib fil-ġlieda komuni ta' suċċess kontra t-terroriżmu u jipprovdi s-salvagwardji bażiċi għar-rispett tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data taċ-ċittadini tal-UE.
******
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranini jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi li l-Parlament għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
1.3.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 12 13 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Bastiaan Belder, Franziska Katharina Brantner, Frieda Brepoels, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Arnaud Danjean, Mário David, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Mario Mauro, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, György Schöpflin, Werner Schulz, Charles Tannock, Inese Vaidere, Kristian Vigenin |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Charalampos Angourakis, Emine Bozkurt, Andrew Duff, Hélène Flautre, Lorenzo Fontana, Carmen Romero López, Marietje Schaake, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vicente Miguel Garcés Ramón |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
27.3.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 31 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Rosario Crocetta, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Jan Mulder, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Rui Tavares, Kyriacos Triantaphyllides, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elena Oana Antonescu, Monika Hohlmeier, Ulrike Lunacek, Hubert Pirker |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Julie Girling, Esther Herranz García, Vincenzo Iovine, Marina Yannakoudakis |
||||