RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010

    3.4.2012 - (C7‑0278/2011 – 2011/2217(DEC))

    Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
    Rapporteur: Monica Luisa Macovei


    Proċedura : 2011/2217(DEC)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A7-0105/2012

    1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010

    (C7‑0278/2011 – 2011/2217(DEC))

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

    –   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7‑0051/2012),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija ta’ l-Ambjent Ewropew u n-network tal-informazzjoni u l-osservazzjoni tal-ambjent Ewropew[3], u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent[4], u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[5], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0105/2012),

    1.      Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

    2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

    3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010

    (C7‑0278/2011 – 2011/2217(DEC))

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[6],

    –   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7‑0051/2012),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija ta’ l-Ambjent Ewropew u n-network tal-informazzjoni u l-osservazzjoni tal-ambjent Ewropew[8], u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent[9], u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0105/2012),

    1.      Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010;

    2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010

    (C7‑0278/2011 – 2011/2217(DEC))

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[11],

    –   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2012 (06083/2012 – C7‑0051/2012),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta’ Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta’ l-Aġenzija ta’ l-Ambjent Ewropew u n-network tal-informazzjoni u l-osservazzjoni tal-ambjent Ewropew[13], u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent n-Netwerk Ewropew ta' Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent[14], u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[15], u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0105/2012),

    A. billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet koperti bihom huma legali u regolari,

    B.  billi fl-10 ta' Mejju 2011 il-Parlament ta lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009[16], u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni dwar il-kwittanza, fost affarijiet oħra:

    -    ħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tkompli tiżviluppa l-metodi ta' komunikazzjoni tagħha sabiex tattira aktar kopertura tar-riżultati tagħha mill-midja, peress li dawn il-miżuri jistgħu jwasslu għal metodi aktar trasparenti tax-xogħol u interess pubbliku akbar fil-ħidma tal-Aġenzija;

    -    kien imħasseb dwar il-prattika tal-Aġenzija li twettaq trasferimenti sabiex iżżid linja baġitarja sabiex tħallas il-kera għall-bini tal-Aġenzija għall-ewwel tliet xhur tal-2010 u tniżżilhom fil-baġit tal-2009, peress li din il-prattika tmur kontra l-prinċipju tal-annwalità,

    -    jistieden lill-Aġenzija tindirizza n-nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ li jpoġġu f'riskju t-trasparenza ta' dawn il-proċeduri,

    C. billi l-baġit tal-Aġenzija għas-sena 2010 kien ta' EUR 50 600 000, li huwa 26% aktar minn dak tal-2009; billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-2010 kienet EUR 35 258 000, meta mqabbla mal-EUR 34 560 000 fl-2009[17], li tirrappreżenta żieda ta' 2 %;

    1.      Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lill-Aġenzija fl-istennija ta' tweġibiet u azzjonijiet sostanzjali dwar il-kummenti kritiċi u t-talbiet li saru;

    Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

    2.      Jinnota li l-livelli ta' eżekuzzjoni tal-baġit min-naħa tal-Aġenzija, f'termini tal-approprjazzjonijiet għall-impenji u tal-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet kienu rispetivament 100 % u 90,75 %;

    3.      Jaċċerta, mill-kontijiet definittivi tal-Aġenzija li, għas-sena finanzjarja 2010, il-ħlasijiet totali tal-Aġenmzija kienu EUR 38 898 533,88;

    Approprjazzjonijiet riportati

    4.      Jinnota mill-Kontijiet Annwali Definittivi tal-Aġenzija li EUR 12 809 551,05 mill-approprjazzjonijiet għall-2010 ġew riportati għall-2011; jirrikonoxxi li mill-ammont kumplessiv riportat, 'il fuq minn EUR 8 941 279 huwa dħul assenjat estern li huwa multiannwali u għalhekk mhuwiex suġġett għall-prinċipju tal-annwalità;

    5.      Jinnota mill-Kontijiet Annwali Definittivi tal-Aġenzija li l-kanċellazzjonijiet ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mhux użati riportati mis-sena preċedenti ammontaw għal EUR 585 282,87; jagħraf, mill-Aġenzija, li dan l-ammont huwa anqas mill-ammont kanċellat fl-2009, li kien ta' EUR 693 127,02; jinnota, għalhekk, li rata ta' kanċellazzjoni ta' 1,5 % biss tirrappreżenta antiċipazzjoni mtejba tal-ħtiġijiet finanzjarji;

    6.      Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri ma kkunsidratx li l-livell tal-approprjazzjonijiet riportati u kkanċellati tal-Aġenzija kien għoli biżżejjed li jkun jistħoqqli li jissemma fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010;

    Il-Proċeduri ta' Akkwist

    7.      Jistieden lis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) jawditja l-kuntratti tal-Aġenzija fir-rigward tas-servizzi tal-canteen, tas-servizzi tat-tindif, tas-servizzi tas-sigurtà u tal-għamara biex jiġi stabbilit jekk il-fażijiet ta' tħejjija, publikazzjoni, evalwazzjoni u ġestjoni tal-kuntratti jirrispettawx iż-żewġ prinċipji: dawk tal-akbar kompetizzjoni u tal-valur għall-flus, u sabiex eventwalment jgħarraf lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejbiet tiegħu;

    Riżorsi umani

    8.      Jinnota li l-Aġenzija rrevediet il-proċessi ta' reklutaġġ tagħha b'konformità mal-kummenti magħmula mill-awtorità ta' kwittanza u mill-Qorti tal-Awdituri sabiex tindirizza n-nuqqasijiet fir-rigward tal-avviżi ta' vakanzi, id-dokumentazzjoni tad-deċiżjoni tal-bords ta' selezzjoni, il-livelli minimi biex wieħed jiġi mistieden għal intervista għal xogħol, u l-minuti tal-intervisti;

    9.      Jagħraf ukoll mill-Pjan Annwali ta' Ġestjoni tagħha li l-Aġenzija implimentat il-'Politika tal-Persunal tal-EEA' li tipprovdi l-bażi għall-iżvilupp tal-istaff;

    10.    Kien informat li 7 kandidati interni u 40 applikant estern ġew reklutati fl-2010; jirrikonoxxi li fost il-kategoriji, il-kandidati interni kienu mqassma f'uffiċjal wieħed, 5 aġenti temporanji u aġent kuntrattwali wieħed, u fost il-persunal reklutat esternament f'uffiċjal wieħed, 13-il aġent temporanju, 29 aġent kuntrattwali u 4 esperti nazzjonali; jieħu nota li, għall-aħħar ħames snin, l-Aġenzija ospitat 12-il xjenzat mistieden li ħadmu fl-uffiċċji tagħha; għall-finijiet tat-trasparenza, jistieden lill-Aġenzija tippubblika l-curriculum vitae – inkluż mill-inqas il-perkors edukattiv u professjonali – tax-xjenzati mistiedna, biex tiżdied it-trasparenza;

    L-Istrateġija tal-Aġenzija għall-2009-2013

    11.    Jilqa' l-fatt li l-attivitajiet tal-istaff u tal-maniġment tal-Aġenzija, il-proċessi tal-kontroll tal-kwalità, il-prodotti u s-servizzi, u s-servizzi amministrattivi u tal-binjiet inġiebu flimkien fil-qasam strateġiku fl-'Istrateġija tal-Aġenzija għall-2009-2013';

    12.    Jistieden lill-Aġenzija tagħmel rabta aktar espliċita bejn il-miżuri, ir-riżorsi u r-riżultati;

    Kunflitt ta' interess

    13.    Jinnota li, minn Ġunju 2010 sa April 2011, id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija kienet trustee u membru tal-Bord Konsultattiv Internazzjonali tal-Earthwatch, organizzazzjoni ambjentali internazzjonali li tinvolvi lil persuni madwar id-dinja f'riċerka u edukazzjoni xjentifika, u kienet irrappurtata li kienet Membru tal-Bord Konsultattiv Ewropew tal-Worldwatch Europe; jirrikonoxxi li, bi qbil mad-dikjarazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, hija rriżenjat mill-karigi tagħha f'Earthwatch f'April 2011 wara parir mill-President tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest ta' kunflitt ta' interessi possibbli;

    14.    Jinsab serjament imħasseb li fl-2010, waqt li d-Direttur Eżekuttiv kienet direttament involuta mal-Earthwatch, 29 membru tal-istaff tal-Aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv, marru jwettqu sa 10 ijiem ta' riċerka fi proġetti differenti ta' bijodiversità fil-Karibew jew fil-Mediterran immaniġġjati mill-Earthwatch u li l-Aġenzija ħallset lill-NGO it-total ta' EUR 33 791,28, kif ġie ddikjarat mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija;

    15.    Jirrikonoxxi t-taħriġ speċjali tal-istaff bħala parti mill-iżvilupp professjonali u jieħu nota tal-ammont totali mħallas għat-taħriġ;

    16.    Ifaħħar il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-NGOs li jaħdmu fil-qasam ambjentali, bħal mhu l-każ ma' aġenziji speċjalizzati oħra, iżda jfakkar li anke s-sempliċi impressjoni ta' kunflitt ta' interess qed jagħmel ħsara lill-fiduċja fl-istituzzjonijiet u jqajjem tħassib min-naħa tal-kontributuri tat-taxxa;

    17.    Jistieden lill-Aġenzija, fi sforz biex tippromwovi aktar trasparenza f'termini tal-prevenzjoni tal-kunflitti tal-interessi u l-ġlieda kontrihom, tadotta immedjatament pjan ta' azzjoni biex tippubblika fuq il-websajt tagħha dikjarazzjonijiet tal-interessi u, meta ma jkunux disponibbli, il-curriculum vitae – li jkun jinkludi tal-inqas l-isfond edukattiv u professjonali – għall-istaff maniġerjali, il-membri tal-kumitat xjentifiku, l-esperti u l-membri tal-Bord ta' Tmexxija sat-30 ta' Ġunju 2012; huwa tal-opinjoni li miżuri bħal dawn jippermettu lill-awtorità ta' kwittanza u lill-pubbliku josservaw il-kwalifiki tagħhom u jipprevjenu kunflitt ta' interessi potenzjali;

    Il-prestazzjoni

    18.    Jinnota li l-inizjattiva tal-Aġenzija li tipprovdi, fuq bażi regolari, evalwazzjoni esterna indipendenti abbażi tar-Regolament ta' twaqqif taghha (KEE) Nru 1210/90 u l-programmi ta' ħidma adottati mill-Bord ta' Tmexxija; jinnota b'mod partikulari li l-evalwazzjoni li jmiss se titwettaq fl-2012 u se tiffoka fuq l-effiċjenza u l-effettività fit-twettiq tal-istrateġija korporattiva tagħha;

    19.    Jinnota l-inizjattiva tal-Aġenzija li tkejjel il-prestazzjoni tagħha permezz tal-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u verifika (EMAS) u s-sistemi ta' mmaniġġjar interni bl-użu ta' erba' perspettivi inter-relatati – il-perspettiva finanzjarja, il-perspettiva tal-klijent, il-perspettiva tan-negozju u l-perspettiva tat-tagħlim u tkabbir;

    20.    Jirrikonoxxi, mill-kummenti tal-Pjan ta' Ġestjoni Annwali tal-Aġenzija, l-isforzi tal-Aġenzija ma' diversi entitajiet internazzjonali u tal-Unjoni, l-Eionet u mal-Kumitat Xjentifiku, biex titwaqqaf struttura ta' networking sabiex ikunu jistgħu jinżammu rabtiet mal-komunità tar-riċerka u xjentifika, sabiex jinxterrdu u jintużaw b'mod aktar sistematiku r-riżultati, partikolarment l-informazzjoni u d-data, mill-attivitajiet ta' riċerka fil-livell Ewropew u nazzjonali;

    21.    Jinnota, barra minn hekk, li wara t-talba tal-awtorità ta' kwittanza għall-kwittanza għall-2009, fl-2011, l-Aġenzija żidiet l-isforzi tagħha biex tilħaq lill-pubbliku aktar wiesa' u nediet proġetti pilota billi użat il-midja soċjali bħala mezz ta' komunikazzjoni mal-pubbliku;

    22.    Jistieden lill-Aġenzija tgħarraf b'dettall lill-awtorità baġitarja, b'mod partikulari lill-Awtorità għall-Kontroll Baġitarju, dwar:

    -       is-sorsi użati mill-Aġenzija biex tibni r-rapporti, dokumenti u "prodotti" relatati oħrajn ;

    -       in-numru ta' rapporti, u prodotti oħra, li saru fl-2010;

    -       l-evidenza tal-valur miżjud possibbli miksub mir-rapporti tal-Aġenzija meta jitqabbel mar-rapporti ta' korpi oħrajn dwar kwistjonijiet ambjentali;

    -       il-proċess – jekk kien hemm wieħed – tal-verifika tad-data mibgħuta mill-Istati Membri, il-perjodiċità ta' din il-verifika u l-mod kif id-data mibgħuta mill-Istati Membri tintuża mill-Aġenzija;

    23.    Jinsab sodisfatt li fl-2010 l-Aġenzija għamlet enfasi akbar fuq il-bijodiversità, il-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), il-pjattaforma “Eye on Earth” u r-rapport dwar l-Istat tal-Ambjent (SOER) 2010;

    24.    Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli fl-isforzi tagħha li tiżviluppa aktar il-metodi ta’ komunikazzjoni tagħha sabiex tattira aktar rappurtaġġ medjatiku dwar is-sejbiet tagħha u b'hekk tikkontribwixxi għad-dibattitu pubbliku u tassigura li jkun hemm tixrid akbar tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali importanti, bħat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-ġestjoni ta’ riżorsi naturali;

    Awditjar intern

    25.    Jirrikonoxxi li fl-2010 l-IAS ikkonkludiet awditu tas-"sistema ta' pjan ta' ġestjoni (MPS)/monitoraġġ tal-attivitajiet" li l-għan tiegħu kien li ssir evalwazzjoni u tingħata garanzija dwar l-adegwatezza tal-ippjanar u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-Aġenzija; jinnota, b'mod partikulari, li l-IAS għamlet tmien rakkomandazzjionijiet, li sitta minnhom kienu gradati "importanti" u t-tnejn l-oħra "mixtieqa";

    26.    Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Aġenzija:

    -     tippromwovi linji gwida għall-objettivi u indikaturi li jitkejlu fl-ippjanar tal-proġetti u fil-monitoraġġ tal-progress,

    -     talloka n-nefqa għad-diversi proġetti,

    -     tippromwovi ġestjoni aktar effettiva tal-proġetti u proċeduri biex tikkontrolla u tivverifika data ġdida mdaħħla fl-MPS;

    27.    Jistieden, barra minn hekk, lill-Aġenzija tadotta mingħajr aktar dewmien miżuri biex tindirizza n-nuqqasijiet misjuba mill-IAS fl-awditi preċedenti tagħha dwar il-ġestjoni tal-kwalità u l-ġestjoni tal-għotjiet sabiex:

    -     tiżviluppa u tuża checklist ta' Assikurazzjoni tal-Kwalità/Kontroll tal-Kwalità (QA/QC) għar-Rapport tal-Inventarju tal-gassijiet b'effett ta' serra,

    -     tippjana, tiddeskrivi u tiddokumenta l-kontrolli ta' kwalità relevanti,

    -     tiżgura superviżjoni tal-kontrolli ta' kwalità,

    -     tantiċipa l-kwistjonijiet ta' kontinwità tal-attivitajiet,

    -     twettaq kontrolli fil-post u verifiki tal-għotjiet,

    -     timmoniterja u tagħti segwitu għall-implimentazzjoni tal-għotjiet;

    o

    o o

    28.    Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu mir-rapporti dwar il-kwittanza preċedenti, kif stabbilit fl-Anness ta' din ir-riżoluzzjoni;

    29.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2012 dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

    ANNESS

    Rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' dawn l-aħħar snin

     

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

     

    2006

     

    2007

     

    2008

     

    2009

     

    Il-prestazzjoni

     

     

     

     

    mhux applikabbli

     

     

     

     

    mhux applikabbli

    - Jistieden lill-Aġenzija tistabbilixxi analiżi dijakronika tal-operazzjonijiet imwettqa f'din is-sena u f'dik preċedenti

     

    - Jistieden lill-Aġenzija tkompli tipprovdi, kull ħames snin, evalwazzjoni esterna indipendenti abbażi tar-Regolament ta' twaqqif taghha u l-programmi ta' ħidma adottati mill-Bord ta' Tmexxija;

     

    - Xejriet pożittivi: l-Aġenzija bniet sistema ta' ġestjoni bbażata fuq l-attivitajiet li hija ferm żviluppata, programm ta' ħidma mutliannwali, scorecard b'indikaturi bilanċjata, u sistema integrata ta' kontroll tal-ġestjoni

     

    - Jistieden lill-Aġenzija twettaq tqabbil tal-operazzjonijiet imwettqa matul is-sena li fihom il-kwittanza trid tingħata u matul is-sena finanzjarja preċedenti

    - Jistieden lill-Aġenzija tindirizza bi prijorità l-4 oqsma ewlenin u biex tagħmel aktar sabiex tavvanza l-iżvilupp tagħhom

    - Iħeġġeġ lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tkompli tiżviluppa l-metodi ta' komunikazzjoni tagħha sabiex tattira aktar kopertura tar-riżultati tagħha mill-midja, peress li dawn il-miżuri jistgħu jwasslu għal metodi aktar trasparenti tax-xogħol u interess pubbliku akbar fil-ħidma tal-Aġenzija

    - Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi tal-prestazzjoni għall-Aġenzija

     

     

    Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

    - Il-prinċipju baġitarju tal-annwalità ma kienx applikat strettament: aktar minn 30% tal-impenji u 50% tan-nefqa operazzjonali kellhom jiġu riporatati

    - Nuqqasijiet fil-proċeduri tas-sejħa għall-offerti: għoti dirett ta' servizzi mingħajr ma ġew rispettati r-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, għoti ta' kuntratt speċifiku ta' servizzi mhux konformi mat-termini tal-kuntratt ta' qafas

     

    - Nuqqasijiet fil-ġestjoni ta' ftehimiet ta' għotja (European Topic Centre)

     

     

    mhux applikabbli

    -Iħeġġeġ lill-Aġenzija ssaħħaħ ir-rabta bejn il-baġit u l-programm ta' ħidma

    - Huwa mħasseb dwar il-prattika tal-Aġenzija li twettaq trasferimenti sabiex iżżid linja baġitarja sabiex tħallas il-kera għall-bini tal-Aġenzija għall-ewwel tliet xhur tal-2010 u tniżżilhom fil-baġit tal-2009, peress li din il-prattika tmur kontra l-prinċipju tal-annwalità

    - Jistieden lill-Aġenzija ttejjeb l-preċiżjoni tal-informazzjoni mogħtija mid-dipartimenti operazzjonali dwar l-istima tan-nefqa operazzjonali akkumulata

     

     

    Riżorsi umani

     

    mhux applikabbli

    - Nuqqasijiet fil-proċeduri tar-reklutaġġ: kandidati li ma ssodisfawx il-kriterji tas-selezzjoni ġew ikkunsidrati għal evalwazzjoni ulterjuri, u l-kriterji biex jiġu identifikati l-aħjar kandidati biex jiġu mistiedna għal intervista tax-xogħol ma kinux dokumentati

     

     

    mhux applikabbli

    - Jistieden lill-Aġenzija tirrimedja n-nuqqasijiet fil-proċeduri ta' reklutaġġ li jpoġġu f'riskju t-trasparenza ta' dawn il-proċeduri

    - Il-Qorti tal-Awdituri nnutat in-nuqqasijiet li ġejjin: l-avviżi ta' vakanzi ma kinux jispeċifikaw l-għadd massimu ta' kandidati li jitpoġġew fuq il-lista ta' riserva, il-mistoqsijiet użati waqt l-eżamijiet bil-miktub u waqt l-intervisti ma ġewx deċiżi qabel l-eżami tal-applikazzjonijiet, id-deċiżjonijiet tal-bords tas-selezzjoni ma kinux dokumentati biżżejjed, il-minuti ma ttiħdux u l-livell minimu biex wieħed jiġi mistieden għal intervista jew sabiex jitqiegħed fuq lista ta' riserva ma ġewx iffissati minn qabel

    ANNESS

    Rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew ta' dawn l-aħħar snin

     

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

     

    2006

     

    2007

     

    2008

     

    2009

     

     

    Il-Verifika Interna

    - Bi ksur tal-prinċipju tas-segregazzjoni tal-kompiti, l-istess uffiċjali li jawtorizza b'sottodelega mhux biss wettaq kontrolli ex-ante iżda wkoll immaniġġja d-drittijiet tal-aċċess għas-sistema tal-IT għall-kontabilità baġitarja

     

     

     

    mhux applikabbli

    - Jistieden lill-Aġenzija twettaq is-17 ir-rakkomandazzjoni minn 27 magħmula mill-IAS: jiġifieri, li tistabbilixxi ċirkwiti finanzjarji, tippromwovi kontrolli fil-post/verifiki tal-għotjiet, u timmoniterja u tagħti segwitu l-implimentazzjoni tal-għotjiet u l-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll interni

    - Jagħraf li 3 rakkomandazzjonijiet mill-follow-up tal-IAS dwar rakkomandazzjonijiet minn awditi passati għad iridu jiġu implimentati, dawn jikkonċernaw l-aktar pożizzjonijiet sensittivi, kontrolli fil-post/verifiki tal-għotjiet u ċirkwiti finanzjarji, u huma meqjusa importanti ħafna

    24.1.2012

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

    għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

    dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għas-sena finanzjarja 2010

    (C7-0278/2011- 2011/2217(DEC))

    Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

    SUĠĠERIMENTI

    Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

    1.  Jilqa’ ħafna x-xogħol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bħala fornitur affidabbli ta’ tagħrif ambjentali, indipendenti u sikur għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-korpi ta’ teħid tad-deċiżjonijiet kollha;

    2.  Jinnota li r-riżorsi finanzjarji li kienu disponibbli għall-Aġenzija fl-2010 mill-baġit tal-Unjoni ammontaw għal EUR 35 300 000;

    3.  Jinsab sodisfatt li fl-2010 l-Aġenzija tefgħat enfasi akbar fuq il-bijodiversità, il-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), il-pjattaforma “Eye on Earth” u r-rapport dwar l-Istat tal-Ambjent (SOER) 2010, u b’hekk użat is-sussidji tal-Unjoni b’tali mod kif maħsub mil-leġiżlatur tal-Unjoni u mill-Awtorità Baġitarja Ewropea;

    4.  Iħeġġeġ għal darb’oħra lill-Aġenzija tkompli fl-isforzi tagħha li tiżviluppa aktar il-metodi ta’ komunikazzjoni tagħha sabiex tattira aktar rappurtaġġ medjatiku dwar is-sejbiet tagħha u b'hekk tikkontribwixxi għad-dibattitu pubbliku u tassigura li jkun hemm tixrid akbar tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar kwistjonijiet ambjentali importanti, bħat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-ġestjoni ta’ riżorsi naturali;

    5.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma fformulat ebda osservazzjoni partikolari u tqis l-kontijiet tal-Aġenzija għall-2010 bħala affidabbli, legali u regolari;

    6.  Hu tal-fehma, fuq il-bażi tad-data disponibbli, li d-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jista' jingħata l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2010.

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

    Data tal-adozzjoni

    24.1.2012

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    57

    0

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    János Áder, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Paolo Bartolozzi, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Julie Girling, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Sirpa Pietikäinen, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Daciana Octavia Sârbu, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Jutta Haug, Bill Newton Dunn, Rovana Plumb, Michèle Rivasi, Eleni Theocharous, Anna Záborská, Andrea Zanoni

    RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

    Data tal-adozzjoni

    27.3.2012

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    16

    11

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Jean-Pierre Audy, Ryszard Czarnecki, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Amelia Andersdotter, Philip Bradbourn, Zuzana Brzobohatá, Edit Herczog, Véronique Mathieu, Derek Vaughan

    Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Louis Grech

    • [1]  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 57.
    • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
    • [3]  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.
    • [4]  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
    • [5]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
    • [6]  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 57.
    • [7]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
    • [8]  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.
    • [9]  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
    • [10]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
    • [11]  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 57.
    • [12]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
    • [13]  ĠU L 120, 11.5.1990, p. 1.
    • [14]  ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13.
    • [15]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
    • [16]  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 155.
    • [17]  ĠU L 64, 12.03.2010, p. 677.