RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima I – Il-Parlament
10.4.2012 - (COM(2011)0473 – C7‑0257/2011 – 2011/2202(DEC))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Bogusław Liberadzki
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(COM(2011)0473 – C7‑0257/2011 – 2011/2202(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[1],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011)0473 – C7‑0257/2011) [2],
– wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja – Il-Parlament Ewropew – Sena Finanzjarja 2010[3],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[4],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni[5] dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew[7],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju, skont liema artikolu kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2010 – it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX[8],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2009 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2010[9],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 77 u 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0000/2012),
A. billi l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li, fir-rigward tan-nefqa amministrattiva tal-2010, l-istituzzjonijiet kollha implimentaw b’mod sodisfaċenti s-sistemi ta’ sorveljanza u ta' kontroll meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju u 93 % tal-58 ħlas awditjat kienu ħielsa minn żbalji materjali,
B. billi, fit-16 ta' Ġunju 2009, is-Segretarju Ġenerali ċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-baġit tal-Parlament Ewropew ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda u li l-qafas ta' kontroll li ġie applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti,
1. Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2010;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew
(COM(2011)0473 – C7‑0257/2011 – 2011/2202(DEC))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010[10],
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010 (COM(2011)0473 – C7‑0257/2011) [11],
– wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja – Il-Parlament Ewropew – Sena Finanzjarja 2010[12],
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2010,
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet[13],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni[14] dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2010 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[15] (ir-Regolament Finanzjarju), u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tar-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew[16],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 147(1) tar-Regolament Finanzjarju, skont liema artikolu kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tieħu l-passi kollha xierqa biex taġixxi fuq il-kummenti li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza tal-Parlament Ewopew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2010 – it-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX[17],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2009 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2010[18],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 77 u 80(3) u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0000/2012),
A. billi l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li, fir-rigward tan-nefqa amministrattiva tal-2010, l-istituzzjonijiet kollha implimentaw b’mod sodisfaċenti s-sistemi ta’ sorveljanza u ta' kontroll meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju u 93 % tal-58 ħlas awditjat kienu ħielsa minn żbalji materjali,
B. billi, fit-16 ta' Ġunju 2009, is-Segretarju Ġenerali ċċertifika li għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-baġit tal-Parlament Ewropew ġie implimentat b'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda u li l-qafas ta' kontroll li ġie applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti;
C. billi filwaqt li xi kwistjonijiet li tqajmu matul id-diskussjonijiet dwar il-kwittanza għall-2010 fil-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit marru lil hinn mill-kwistjonijiet speċifiċi għall-2010, u kienu inklużi f'mistoqsijiet ġenerali li saru mill-Kumitat, dan ir-rapport jibqa’ ffukat prinċipalment fuq l-implimentazzjoni tal-baġit u l-kwittanza għas-sena finanzjarja 2010, filwaqt li jirrikonoxxi li l-approċċi għall-kwistjonijiet baġitarji huma suġġetti għal diskussjoni usa’ banda oħra;
L-isfidi għall-implimentazzjoni tal-baġit fl-2010
1. Jirrimarka li l-implimentazzjoni tal-baġit fl-2010 kienet problematika peress li dik kienet l-ewwel sena sħiħa ta’ operazzjonijiet wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2009, u seħħet fil-kuntest ta’ problemi finanzjarji kontinwi fl-Unjoni;
2. Josserva li l-baġit tal-Parlament (approprjazzjonijiet finali li jammontaw għal EUR 1 616 760 399, meta mqabbla ma’ EUR 1 529 970 930 fl-2009) kien ftit inqas minn parti waħda minn ħamsa (19.99 %; 19.67 % fl-2009, għaldaqstant inqas mis-sehem ta’ 20 % tas-soltu) tal-Intestatura V (Nefqa amministrattiva) fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għall-2010;
3. Jieħu nota tat-tweġiba tas-Segretarjat tal-Parlament, skont liema tweġiba l-ispejjeż annwali tas-sede tal-Parlament fi Strasburgu kienu jammontaw preċiżament għal EUR 51 500 000 fl-2010, li minnhom EUR 33 500 000 kienu spejjeż infrastrutturali u EUR 18 000 000 kienu spejjeż operattivi għat-12-il sessjoni parzjali ta' kull xahar; josserva li dawn l-ammonti uffiċjali huma ħafna inqas mill-istimi mressqa qabel, li kienu jvarjaw minn EUR 169 000 000 għal EUR 203 000 000;
4. Jinnota li d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona żied is-setgħat, l-attivitajiet u l-ammont ta’ xogħol leġiżlattiv tal-Parlament, b’mod li rrikjeda bidliet kbar fl-organizzazzjoni u fil-metodi ta’ ħidma tiegħu biex wieħed jibni fuq l-eċċellenza leġiżlattiva u jkompli t-tħejjijiet għat-tkabbir tal-Unjoni biex tinkludi l-Kroazja; jinnota wkoll li, biex wieħed jirreaġixxi għall-isfidi l-ġodda, ġew adottati miżuri biex tittejjeb il-kosteffikaċja permezz ta' żieda fil-produttività, ridistribuzzjoni tal-persunal u metodi ta' ħidma mtejba;
5. Jinnota li kienet meħtieġa l-adozzjoni ta' baġit emendatorju (Nru 1/2010 adottat fid-19 ta' Mejju 2010) ta' EUR 9 397 164 biex tiġi ffinanzjata n-nefqa addizzjonali li rriżultat direttament mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona; jinnota wkoll li dan il-baġit emendatorju saħħaħ, b'mod partikolari, żewġ partiti baġitarji (Il-Partita 1 2 0 0 "Remunerazzjoni u allowances" u l-Partita 4 2 2 0/01 "L-assistenza parlamentari: assistenti lokali") biex tissaħħaħ l-assistenza lill-Membri fit-twettiq tal-kompiti leġiżlattivi miżjuda tagħhom;
6. Jinnota li s-sena rat konsolidament u aktar modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni, bi ffukar akbar fuq l-attivitajiet ewlenin, ir-ristrutturar tas-servizzi, użu aħjar ta' teknoloġiji moderni u iktar kooperazzjoni interistituzzjonali;
7. Jirrimarka li l-2010 kienet l-ewwel sena li fiha l-Istatut il-ġdid tal-Membri u l-Istatut tal-Assistenti (it-tnejn li huma fis-seħħ mill-14 ta' Lulju 2009) ġew implimentati għalkollox bid-dħul fis-seħħ ta' sett ta' modifiki għall-Miżuri Implimentattivi taż-żewġ Statuti, proposti mill-Grupp Temporanju ta' Valutazzjoni, u li dawn irrappreżentaw kompiti addizzjonali sinifikanti għall-amministrazzjoni tal-Parlament;
8. Jinnota l-adozzjoni mill-Bureau, fl-24 ta' Marzu 2010, ta' Strateġija tal-ICT għal terminu medju ta' żmien (u b'mod partikolari s-Sistema tal-Ġestjoni tal-Għarfien - KMS - li tagħmel parti minnha) u politika tal-bini għal terminu medju ta' żmien, li t-tnejn li huma għandhom dimensjoni finanzjarja notevoli;
Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja
9. Jinnota li, fl-2010, il-Parlament irċieva dħul li jammonta għal EUR 243 094 204 (EUR 141 250 059 fl-2009), li kien jinkludi EUR 110 298 523 fi dħul assenjat;
Il-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-Parlament
10. Jinnota ċ-ċifri li fuq il-bażi tagħhom ingħalqu l-kontijiet tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2010, jiġifieri:
(a) Approprjazzjonijiet disponibbli (EUR) |
||
approprjazzjonijiet għall-2010: |
1 616 760 399 |
|
riporti mhux awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2009: |
10 100 000 |
|
riporti awtomatiċi mis-sena finanzjarja 2009: |
180 265 823 |
|
approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat għall-2010: |
110 298 523 |
|
riporti li jikkorrispondu għad-dħul assenjat mill-2009: |
20 637 870 |
|
Total: |
1 938 062 615 |
|
(b) L-użu ta’ approprjazzjonijiet fis-sena finanzjarja 2010 (EUR) |
||
impenji: |
1 772 219 308 |
|
ħlasijiet li saru: |
1.506.555.191 |
|
approprjazzjonijiet riportati awtomatikament inklużi dawk li ġejjin minn dħul assenjat: |
341.046.482 |
|
approprjazzjonijiet riportati mhux awtomatikament: |
9 240 000 |
|
approprjazzjonijiet kanċellati: |
80 650 726 |
|
(c) Dħul tal-baġit (EUR) |
||
li wasal fl-2010: |
243 094 204 |
|
(d) Total tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2010 (EUR) |
1 612 914 353 |
|
11. Jinnota li fl-2010, 96 % (93 % fl-2009) tal-approprjazzjonijiet finali ġew impenjati, b'rata ta' kanċellazzjoni ta' 4 % (6,7 % fl-2009), u li, bħal fis-snin preċedenti, intlaħaq livell għoli ħafna ta' implimentazzjoni baġitarja;
12. Jinnota madankollu r-riporti sinifikanti għall-2010 (EUR 190 365 823[19]), konsegwenza, fil-biċċa l-kbira tagħhom, tan-natura partikolari tas-sena elettorali 2009, u jitlob li jkun hemm ippjanar aħjar tan-nefqa li jikkunsidra dan kollu fil-perjodu ta' qabel elezzjonijiet Ewropej futuri;
13. Jinnota li dan il-livell għoli globali ta' implimentazzjoni huwa parzjalment dovut għal żewġ trasferimenti mmirati li saru qabel tmiem is-sena finanzjarja 2010 (EUR 9 240 000 għax-xiri ta' Dar l-Ewropa f'Sofija u EUR 10 923 000 għal erba' proġetti kbar tal-IT); jilqa' l-fatt li, għat-tieni darba, ma saru l-ebda trasferimenti kollettivi bejn l-2010 u l-2011; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tiegħu, madankollu, biex fil-futur timmira għall-objettiv ta' ppjanar u dixxiplina baġitarji aħjar u aktar ċari u jinnota li l-inklużjoni tal-bini, l-IT u kwalunkwe nefqa importanti oħra fil-baġit tipprovdi ċarezza finanzjarja totali; iqis li l-infiq il-kbir kollu għandu jkun previst totalment fil-baġit annwali u mhux jirriżulta mill-bżonn li jsir irkupru ta' ammonti mhux użati;
Id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni mis-Segretarju Ġenerali
14. Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 fil-kapaċità tiegħu ta' Uffiċjal Awtorizzanti Prinċipali b'delega, fir-rigward tar-rapporti tal-attivitajiet annwali tal-uffiċjali awtorizzanti għall-2010, li fiha ċċertifika li hu għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-baġit tal-Parlament kien implimentat f'konformita' mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u li l-qafas ta' kontroll li ġie applikat jagħti l-garanziji meħtieġa tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet sottostanti;
Ir-rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija
15. Jinnota li s-servizzi ċentrali stabbilixxew, fuq il-bażi ta' tagħrif provdut mid-dipartimenti awtorizzanti, ir-rapport annwali[20] lill-awtorità baġitarja dwar kuntratti mogħtija fl-2010 u jinnota wkoll it-tqassim li ġej tal-kuntratti kollha mogħtija fl-2009 u fl-2010:
Tip ta' kuntratt |
2010 |
2009 |
|||
Għadd |
Persentaġġ |
Għadd |
Persentaġġ |
||
Servizzi Provvisti Xogħlijiet Bini |
143 40 27 4 |
67 % 19 % 12 % 2 % |
157 56 34 5 |
62 % 22 % 14 % 2 % |
|
Total |
214 |
100 % |
252 |
100 % |
|
Tip ta' kuntratt |
2010 |
2009 |
|||
Valur (f'EUR) |
Persentaġġ |
Valur (f'EUR) |
Persentaġġ |
||
Servizzi Provvisti Xogħlijiet Bini |
149 463 916 45 467 211 22 128 145 22 269 303 |
63 % 19 % 9 % 9 % |
415 344 963 34 980 727 36 045 314 70 394 138 |
75 % 6 % 6 % 13 % |
|
Total |
239 328 575 |
100 % |
556 765 142 |
100 % |
|
(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2010, p. 5)
16. Jinnota t-tqassim tal-kuntratti mogħtija fl-2010 u fl-2009 skont it-tip ta' proċedura użata kif ġej:
Tip ta’ proċedura |
2010 |
2009 |
|||
Għadd |
Persentaġġ |
Għadd |
Persentaġġ |
||
Miftuħa Ristretta Negozjata |
72 5 137 |
34 % 2 % 64 % |
73 13 166 |
29 % 5 % 66 % |
|
Total |
214 |
100 % |
252 |
100 % |
|
Tip ta’ proċedura |
2010 |
2009 |
|||
Valur (f'EUR) |
Persentaġġ |
Valur (f'EUR) |
Persentaġġ |
||
Miftuħa Ristretta Negozjata |
143 603 024 2 129 576 93 595 975 |
60 % 1 % 39 % |
415 996 418 9 458 434 131 310 290 |
75 % 2 % 23 % |
|
Total |
239 328 575 |
100 % |
556 765 142 |
100 % |
|
(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2010, paġni 6-7)
Proċeduri negozjati eċċezzjonali
17. Jilqa' l-fatt li, mill-2010, id-Direttorati Ġenerali kollha jfornu, f'anness mar-rapporti annwali tal-attività tagħhom, informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratti mogħtija fil-qafas tal-proċedura negozjata eċċezzjonali, u jindikaw ir-raġunijiet għala ntużat din il-proċedura, flimkien ma' informazzjoni oħra meħtieġa fil-paragrafu 50 tar-riżoluzzjoni tal-5 ta' Mejju 2010[21] dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima I - Il-Parlament Ewropew;
18. Jirrikonoxxi bħala ħaġa pożittiva l-inverżjoni tax-xejra fl-2010 (meta mqabbla mal-2009 u mas-snin preċedenti) fin-numru ta' proċeduri negozjati eċċezzjonali fir-rigward tal-kuntratti kollha ta' valur ogħla minn EUR 25 000[22], kif muri fit-tqassim li ġej:
Direttorat Ġenerali |
2010 |
2009 |
|||
Għadd |
% tat-total tal-kuntratti tad-DĠ |
Għadd |
% tat-total tal-kuntratti tad-DĠ |
||
DĠ PRES |
5 |
50,00 % |
14 |
53,85 % |
|
DĠ IPOL |
2 |
5,56 % |
0 |
0,00 % |
|
DĠ EXPO |
0 |
0,00 % |
1 |
50,00 % |
|
DĠ COMM |
8 |
14,81 % |
29 |
42,03 % |
|
DĠ PERS |
0 |
0,00 % |
1 |
16,67 % |
|
DĠ INLO |
24 |
30,00 % |
37 |
38,14 % |
|
DĠ INTE |
3 |
27,27 % |
3 |
21,43 % |
|
DĠ TRAD |
0 |
0,00 % |
0 |
0,00 % |
|
DĠ ITEC |
7 |
53,85 % |
4 |
36,36 % |
|
DĠ FINS |
0 |
0,00 % |
0 |
0,00 % |
|
Servizz Legali |
0 |
0,00 % |
0 |
0,00 % |
|
Parlament, total |
49 |
22,90 % |
89 |
35,32 % |
|
(Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2010, p. 11)
19. Jistieden lid-Direttorati Ġenerali li għad għandhom ċifri kbar, partikolarment id-DĠ INLO, biex inaqqsu aktar l-għadd/proporzjon ta' dawn il-proċeduri; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tkompli l-iskrutinju strett ta' dawn il-proċeduri, partikolarment fir-rigward ta' kunflitti ta' interess possibbli, u jiġu applikati sanzjonijiet intensifikati u disważivi għal kwalunkwe irregolarità misjuba;
20. Jilqa' favorevolment il-ħolqien min-naħa tad-DĠ PRES ta' taqsima għall-akkwist fi ħdan l-Unità għall-Programmazzjoni, il-Ġestjoni Baġitarja u l-Kuntratti, billi din se żżid it-trasparenza tal-akkwisti pubbliċi;
Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2010
Konklużjonijiet ġenerali
21. Jilqa' l-fatt li l-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri sab li l-ħlasijiet b'mod globali kienu ħielsa minn żbalji materjali u li l-Qorti tal-Awdituri ma sabet ebda dgħufijiet materjali meta vvalutat il-konformità tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll mar-Regolament Finanzjarju;
Il-ġestjoni tal-iskema ta’ sussidju għal gruppi ta’ viżitaturi
22. Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-proċeduri applikati fl-2010, li ma kinux jirrikjedu provi tal-ispejjeż effettivi tal-ivvjaġġar u li inkludew ħlasijiet fi flus kontanti lill-mexxejja tal-gruppi, ippreżentaw riskju ta' ħlas żejjed u llimitaw il-possibilità li jiġu applikati kontrolli interni għal dawn il-ħlasijiet, u jieħu nota tal-adozzjoni tal-bidliet riċenti għal din is-sistema; jindika iżda li l-Membri għad għandhom il-possibilità li jagħżlu li jirrikjedu l-ħlas fi flus kontanti għall-gruppi ta' viżitaturi; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jitlob l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar ir-regoli emendati;
L-impjegar ta’ aġenti kuntrattwali
23. Jinnota b'diżappunt li l-Qorti tal-Awdituri kkonludiet li, f'erba' mill-ħames każijiet awditjati, jiġifieri f'mhux inqas minn 80 %, id-dokumentazzjoni relatata mal-eżami tal-applikazzjonijiet, it-twettiq tal-intervisti u d-deċiżjonijiet li ttieħdu biex jingħażel il-persunal kuntrattwali ma kinux kompluti, mingħajr konsegwenzi negattivi fuq il-persunal involut u għalhekk mingħajr ma jkunu pprovduti inċentivi biex is-sitwazzjoni titjieb; jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li minn issa 'l quddiem għandha tiġi żgurata dokumentazzjoni sħiħa għal skopijiet ta' kontroll intern;
L-akkwist
24. Jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri sabet żbalji, inkonsistenzi u dgħufijiet oħra fil-proċeduri tal-akkwist tal-Parlament li awditjat; jindika l-miżuri riċenti li ttieħdu biex jittejbu dawn il-proċeduri u jinkoraġġixxi lill-amministrazzjoni tiegħu tagħmel aktar titjib f'dan il-qasam tal-ħidma; jilqa' l-iżvilupp tal-għodda tal-IT Webcontracts, stabbilita fl-2010, li tippermetti li jitwettaq ix-xogħol tal-kuntratti onlajn;
25. Jistieden lill-Bureau jerġa' jeżamina l-mekkaniżmi ta' kontroll kollha għall-akkwist pubbliku, bil-għan li jiggarantixxi l-aktar prezzijiet kompetittivi għas-servizzi u l-oġġetti li huma offruti;
L-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-gruppi politiċi
26. Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward ir-riport ta' approprjazzjonijiet mhux użati mill-gruppi politiċi u l-qsim ta' sena ta' elezzjoni Ewropea f'żewġ nofsijiet għall-iskopijiet tal-kalkolu tar-riport permess; huwa tal-fehma li, biex tiġi evitata ripetizzjoni futura tad-diffikultajiet li kien hemm fil-bidu tal-2010, kwalunkwe sena elettorali futura għandha tittieħed kollha kemm hi għall-kalkolu tar-riport għall-gruppi politiċi li ma jieqfux jiffunzjonaw wara elezzjoni;
Is-segwitu mis-Segretarju Ġenerali għar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tal-2009
27. Jinnota b'sodisfazzjon il-prontezza u l-portata tat-tweġibiet bil-miktub fir-rigward tar-riżoluzzjoni tal-kwittanza tal-2009 mogħtija lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fis-6 ta' Ottubru 2011 u l-kwalità tal-iskambju ta' opinjonijiet bejn is-Segretarju Ġenerali u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit matul is-segwitu tal-eżerċizzju ta' kwittanza 2009 fil-11 ta' Ottubru 2011;
28. Jilqa' d-diversi reazzjonijiet għal numru ta' talbiet li saru fir-riżoluzzjoni hawn fuq imsemmija u jistenna b'ħerqa t-tlestija tas-segwitu tat-talbiet li ġejjin u li kienu espressi f'dik ir-riżoluzzjoni:
(i) li ssir valutazzjoni komprensiva li tkopri l-bidliet fil-persunal kif ukoll l-iżvilupp tal-infiq fis-servizzi kollha kkonċernati mill-implimentazzjoni tal-Istatuti l-ġodda (tal-Membri u tal-Assistenti) u li din tiġi mgħoddija lill-kumitati kompetenti, flimkien ma' pjan ta' azzjoni u valutazzjoni tal-implikazzjonijiet finanzjarji diretti u indiretti għall-baġit tal-Parlament għall-ħames snin li ġejjin, inkluża d-dispożizzjoni għal spazju addizzjonali possibbli f'termini ta' uffiċċji, ġarr u spejjeż marbuta mar-rinnovazzjonijiet/modifiki (paragrafu 7);
(ii) li tasallu informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-esternalizzazzjoni taċ-ċentri tal-kompjuter meta mqabbla mal-ispejjeż preċedenti fir-rapport ta' attività li jmiss tiegħu (paragrafu 37);
(iii) li tittieħed deċiżjoni formali dwar l-abolizzjoni tal-Premju għall-Ġurnaliżmu (paragrafu 93);
(iv) li jiġi rrappurtat l-ammont totali ta' ffrankar li sar inkluż dak b'konsegwenza tar-razzjonalizzazzjoni ulterjuri tal-missjonijiet bejn it-tliet postijiet ta' ħidma (paragrafu 102);
29. Jitlob lis-Segretarju Ġenerali jirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2012, dwar l-azzjoni li ttieħdet jew li għandha tittieħed;
Ir-rapport annwali tal-Awditur Intern
30. Jilqa' l-fatt li ditta ta' awdituri esterni ċċertifikat li s-Servizz ta' Awditjar Intern huwa fl-ogħla livell ta' konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Prattika Professjonali tal-Awditjar Intern;
31. Jinnota li, fil-laqgħa tal-kumitat kompetenti li saret fl-24 ta' Jannar 2012, l-Awditur Intern ippreżenta r-rapport annwali tiegħu ffirmat fil-15 ta' Lulju 2011 u spjega li, fl-2010, wettaq il-ħidma ta' awditjar li ġejja fuq l-amministrazzjoni tal-Parlament:
- segwitu għall-awditjar tal-intitolamenti individwali tal-persunal;
- awditjar tal-Gruppi ta' Viżitaturi;
- segwitu għall-awditjar tal-ispejjeż tal-missjonijiet tal-persunal;
- segwitu għar-rieżami tal-kontrolli interni fuq kuntratti għal perjodi twal;
- segwitu għar-rieżami tal-Governanza tal-IT - Ippjanar u Organizzazzjoni;
- awditjar tal-istabbiliment tal-lista tas-salarji;
- awditjar tal-Proċess tal-Akkwist Pubbliku u tal-Implimentazzjoni tal-Kuntratti f'DĠ ITEC;
- segwitu għall-awditjar tal-Allowance għall-Assistenza Parlamentari;
32. Jinnota u jappoġġa l-fehmiet espressi mill-Awditur Intern rigward il-ħtieġa:
– li jitlestew l-azzjonijiet kollha li suppost diġà saru malajr kemm jista' jkun, u b'mod partikolari dawk kritiċi, biex jittejbu l-proċessi ta' governanza, l-ambjent ta' kontroll u l-attivitajiet ta' kontroll tad-DĠ Persunal fil-qasam tal-intitolamenti individwali tal-persunal u li jitlestew l-erba' azzjonijiet li għadhom pendenti fil-qasam tal-ispejjeż tal-missjonijiet tal-persunal identifikati fir-Rapport tal-Awditjar Intern 10/04 tas-6 ta' Mejju 2011 dwar is-segwitu għall-awditjar oriġinali tal-2008;- li jsiru bidliet għad-dispożizzjonijiet finanzjarji tar-regoli interni li jirregolaw l-akkoljenza tal-Gruppi ta' Viżitaturi biex il-finanzjament jiġi allinjat aktar mal-ispejjeż li fil-fatt ikollhom il-viżitaturi;
- li jitlestew l-20 azzjoni li suppost diġà saru fil-qasam tal-governanza tal-IT;
In-natura u l-iskop tar-rapport tal-awditjar intern
33. Jirreferi għall-kummenti tiegħu, li jinsabu f'riżoluzzjonijiet preċedenti ta' kwittanza, dwar ir-rapporti tal-awditjar intern; jirrikonoxxi li r-rapporti tal-awditjar intern iservu bħala għodod għal titjib fis-sistemi u fil-prestazzjoni, u jistgħu biss jiġu interpretati kif suppost meta l-bidliet u r-riżultati jkunu kompluti, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom; jirrimarka madankollu li r-rieżami li għadu għaddej tar-Regolament Finanzjarju jittratta l-kwistjoni tad-disponibilità ta' dawn ir-rapporti fuq talba filwaqt li jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea rigward din il-kwistjoni;
IL-ĠESTJONI TAL-AMMINISTRAZZJONI TAL-PARLAMENT
Ir-rapporti tal-attivitajiet mid-Diretturi Ġenerali
34. Josserva b'sodisfazzjon li d-Diretturi Ġenerali kollha kienu f'pożizzjoni li jagħtu dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni bla riserva dwar l-implimentazzjoni tal-baġit mis-servizzi tagħhom fl-2010; hu konxju li r-rapporti tal-attivitajiet huma għodda ta' tmexxija interna li l-għan ewlieni tagħhom hu li jagħtu lis-Segretarju Ġenerali idea ġenerali ċara tal-ħidma tal-amministrazzjoni, u b'mod partikolari ta' kwalunkwe nuqqasijiet;
Il-Maniġer tar-Riskji
35. Jinnota b'sodisfazzjon li l-Maniġer tar-Riskji daħal fil-kariga tiegħu fl-1 ta' Ġunju 2010 u jirrapporta direttament lis-Segretarju Ġenerali; jilqa' l-pubblikazzjoni tal-Manwal tal-Ġestjoni tar-Riskji fis-16 ta' Diċembru 2011 u jtenni t-talba tiegħu li l-kumitat kompetenti tiegħu jirċievi r-rapport tal-attivitajiet annwali tal-Maniġer tar-Riskji tal-2010 u jinżamm infurmat dwar l-iżviluppi fl-implimentazzjoni tal-politika l-ġdida tal-Parlament dwar il-ġestjoni tar-riskji;
36. Jitlob li l-kumitat kompetenti tiegħu jiġi infurmat qabel l-aħħar ta' Settembru 2012 dwar l-approċċ u l-azzjoni meħuda biex jiġu identifikati u mmaniġġjati karigi sensittivi;
DĠ Presidenza (DĠ PRES)
Is-sigurtà
37. Jinnota tnaqqis żgħir fil-baġit iddedikat għas-sigurtà minn EUR 45 980 000 għal EUR 45 590 000 bejn l-2009 u l-2010; jilqa' x-xejra kontinwa ta' tnaqqis fl-infiq baġitarju fl-2011 (approprjazzjonijiet finali: EUR 42 830 000) meta mqabbla mal-2010 u l-adozzjoni mill-Bureau f'Lulju 2011 tal-Kunċett tas-Sigurtà Globali li jipprovdi sigurtà aktar moderna u effiċjenti għall-Parlament;
38. Itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex jintroduċi l-obbligu għall-Membri li juru l-baġġ tagħhom biex jidħlu u joħorġu mill-binjiet tal-Parlament; jipproponi li l-baġġijiet tal-Membri wkoll ikunu sottoposti għal kontroll elettroniku;
39. Josserva li l-appell tal-Parlament lill-amministrazzjoni tiegħu biex id-direttur responsabbli mis-sigurtà jiġi trasferit f'funzjonijiet ġodda ġiet injorata, billi d-direttur inkwistjoni għadu fis-servizz wara s-serq li seħħ fl-2009 u fl-2010;
40. Jenfasizza li s-serq ġara f'uffiċċji tal-Membri waqt li kienu msakkrin, u dan juri li hemm livell baxx ta' sigurtà tal-uffiċċji; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jieħu miżuri urġenti biex itejjeb is-sitwazzjoni attwali;
41. Jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta' sigurtà fil-parkeġġi tal-Parlament; josserva li bosta karozzi saritilhom il-ħsara apposta fil-parkeġġ ta' Brussell; jistieden lill-Bureau jieħu azzjonijiet xierqa biex itejjeb is-sitwazzjoni;
42. Itenni t-talba tiegħu lis-Segretarju Ġenerali biex iressaq, sat-30 ta' Ġunju 2012, proposti għal sistema ta' ffirmar aktar effikaċi, sigura u reżistenti għall-frodi (inkluż eżami tal-ħinijiet tal-ftuħ għall-iffirmar) u b'mod partikolari għal sistema futura possibbli ta' ffirmar elettroniku għall-Membri kemm għall-iffirmar tad-dokumenti (bħall-emendi) kif ukoll għar-reġistrazzjoni tal-preżenza tagħhom b'firma diġitali, minkejja li hu konxju li għandu jkun mistenni biss impatt minimu f'termini ta' spejjeż jew iffrankar;
43. Jinnota b'sodisfazzjon li wara d-deċiżjoni tal-Bureau tal-5 ta' Lulju 2010 l-internalizzazzjoni tas-servizzi ta' akkreditazzjoni issa qed tiġi finalizzata; jistenna li s-sistema l-ġdida ta' akkreditazzjoni tipprovdi servizz aħjar u aktar effiċjenti; iqis li huwa neċessarju li jitkomplew it-titjib u l-modernizzazzjoni tas-sigurtà tal-Parlament u, għal dak il-għan, tiġi professjonalizzata b'mod adegwat, essenzjalment permezz ta' proċeduri ta' selezzjoni u ta' reklutaġġ speċifiċi, kif ukoll permezz ta' korsijiet neċessarji ta' taħriġ professjonali intern, ulterjuri u ta' aġġornament; jistenna bil-ħerqa u b'interess l-iżvilupp tal-kunċett globali l-ġdid tas-sigurtà, speċjalment id-divrenzjar bejn żoni differenti, ħaġa li se ġġib titjib sostanzjali, speċjalment għal dak li għandu x'jaqsam mal-problemi relatati mas-sigurtà tal-uffiċċji tal-Membri;
Ir-ristrutturar
44. Jinnota li sar ristrutturar kbir tad-DĠ PRES fl-2010; jilqa' ċ-ċentralizzazzjoni tal-funzjonijiet finanzjarji, tal-ippjanar u tal-ġestjoni tal-akkwisti u tas-sigurtà f'Direttorat għar-Riżorsi li nħoloq f'Marzu 2010;
DĠ Politiki Interni (DĠ IPOL) u DĠ Politiki Esterni (DĠ EXPO)
45. Ifakkar fl-importanza politika tad-delegazzjonijiet fil-ħidma tal-Parlament ġewwa u barra l-Unjoni; jinnota, madankollu, id-diskrepanza li tidher kbira fl-ispejjeż għal kull Membru u għal kull ġurnata (li jvarjaw minn EUR 1 400 għal EUR 5 300) f'delegazzjonijiet differenti, b'mod partikolari dawk barra l-Unjoni; jistieden lil-Bureau tiegħu, f'kollaborazzjoni mad-DĠ kollha kkonċernati, jiżviluppa prinċipji għal struttura ta' spejjeż aktar ekonomika u uniformi għaż-żjarat tad-delegazzjonijiet, b'mod partikolari filwaqt li jitqiesu l-importanza politika u t-tul tagħhom, u l-proporzjon ottimali bejn Membri u persunal. jitlob li tiġi żviluppata sistema informatika għall-konsolidament tal-baġit li tforni infomazzjoni dettaljata dwar il-baġit għal kull delegazzjoni u tippermetti t-titjib tal-ġestjoni tal-infiq;
DĠ Komunikazzjoni (DĠ COMM)
46. Huwa mħasseb li, ħlief fir-rigward tal-ispejjeż tal-Osservatorju Leġiżlattiv, il-linja baġitarja 3 2 4 2 (Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet pubbliċi) mhijiex trasparenti biżżejjed; iqis li l-infiq fis-subpartita 3 2 4 2/01 b'mod partikolari għandu jintwera punt punt biex tittejjeb it-trasparenza fi snin futuri ta' kontabilità;
Iċ-ċentru tal-viżitaturi (Parlamentarium)
47. Jinnota li l-impenji mdaħħla fil-Partita 3 2 4 3 "Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi" żdiedu b'mod sinifikanti (+227 %) f'kuntrast mas-sottoeżekuzzjoni fl-2009 u ammontaw għal EUR 12 725 985; jindika l-problema kbira bis-sikurezza tas-soffitti li dewmet il-proġett fl-2010 u ġiegħlet lill-amministrazzjoni tikkanċella EUR 1 000 000 li mbagħad ġew riportati awtomatikament mill-2009 għall-2010; josserva li l-kostijiet totali stmati jammontaw għal EUR 20 530 000, ammont li jirrappreżenta żieda ta' 15.3 % meta mqabbel mal-2007; jitlob li jiddaħħlu garanziji biex jiġi evitat li pjanijiet oħra li jimplikaw kostijiet ta' bosta miljuni ta' euro jirreġistraw żieda simili;
48. Jilqa' l-ftuħ taċ-Ċentru għall-Viżitaturi fl-14 ta' Ottubru 2011 (ippjanat oriġinarjament għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2009); jikkundanna madankollu d-dewmien konsiderevoli u l-qbiż tal-istima tal-ispejjeż ta' dan il-proġett; jitlob li jsir rieżami tal-attività taċ-Ċentru tal-Viżitaturi wara tnax-il xahar minn meta jkun sar beda jiffunzjona, bil-għan li tiġi valutata r-reazzjoni tal-pubbliku, il-punti b'saħħithom tiegħu u d-dgħufijiet tiegħu, kif ukoll il-proporzjon bejn il-kostijiet u l-benefiċċji tiegħu, biex jiġi garantit li jkun qiegħed jipprovdi valur għall-flus;
Id-Dar tal-Istorja Ewropea
49. Jinnota li fil-5 ta' Lulju 2010, il-Bureau adotta l-Istrateġija aġġornata ta' Komunikazzjoni tal-Parlament li inkludiet il-proġett tad-Dar tal-Istorja Ewropea u li, f'Settembru 2010, ġurija internazzjonali eżaminat il-proġett; jinnota wkoll li għal dan il-proġett ma sarx użu mill-kapitolu baġitarju 1 0 6 "Riżerva għal proġetti prijoritarji li qed jiġu żviluppati" peress li l-approprjazzjonijiet kollha f'dak il-kapitolu (EUR 5 000 000) kienu ġew trasferiti fil-kapitolu 2 1 0 "L-informatika u t-telekomunikazzjonijiet"; jinsisti sabiex jiġu kkomunikati l-implikazzjonijiet finanzjarji kumplessivi tal-proġett, partikolarment fid-dawl tal-kumplikazzjonijiet ikkawżati mix-xmara Maalbeek li tgħaddi taħt is-sisien tal-bini; itenni l-istennija tiegħu li l-pjan tal-ispejjeż li jinsab fil-Pjan Kummerċjali għandu jkun hemm konformità sħiħa miegħu;
50. Jiddispjaċih li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Bureau u entitajiet oħra dwar id-Dar tal-Istorja Ewropea ma kinux ibbażati fuq il-kostijiet finali sħaħ "stmati" involuti fl-istabbiliment ta' proġett kompletament operattiv; jagħti parir lill-Bureau u lill-Kwesturi biex ma japprovaw l-ebda proġett jew inizjattiva fil-futur li għalihom ma tkunx ippreżentata stima finanzjarja totali għall-kostijiet diretti jew indiretti;
Il-gruppi ta' viżitaturi
51. Jirrikonoxxi l-importanza tal-iskema tal-viżitaturi biex jiżdied l-għarfien dwar il-Parlament u l-ħidma leġiżlattiva tiegħu; jinnota t-tibdil reċenti li sar fis-sistema tal-ħlas tal-gruppi tal-viżitaturi applikata mill-2010 u jitlob li ssir valutazzjoni tas-sistema l-ġdida ta' ħlasijiet u l-iskema ta' rimborż li turi l-evoluzzjoni tal-ispejjeż u l-livell ta' kemm il-ħlasijiet jirriflettu l-ispejjeż effettivi li kellhom il-gruppi; jissuġġerixxi lill-Qorti tal-Awdituri li ssegwi dan u jistenna b'ħerqa l-kummenti tal-Awditur Intern dwar l-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida;
52. Iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-Parlament tirrapporta lill-Parlament dwar l-esperjenza ġenerali tar-regoli emendati li jirregolaw il-kobor tal-gruppi uffiċjali tal-viżitaturi, u b'mod partikolari dwar l-effetti ta' dawn ir-regoli fuq l-organizzazzjoni u l-użu tal-kapaċità;
53. Jesprimi t-tħassib tiegħu – għal raġunijiet ovvji ta' sigurtà u b'kunsiderazzjoni għall-immaġni tal-Parlament – dwar il-fatt li l-istituzzjoni tagħti somom kbar fi flus kontanti lill-mexxejja tal-gruppi ta' viżitaturi;
Il-WebTV
54. Jiddispjaċih dwar il-fatt li EuroparlTV ma jistax jitqies storja ta' suċċess meta jitqies in-numru baxx ħafna ta' utenti diretti individwali tiegħu[23] (esklużi l-ispettaturi permezz ta' ftehimiet ta' sħubija ma' stazzjonijiet tat-TV reġjonali) minkejja l-finanzjament konsiderevoli li rċieva fl-2010, li ammonta għal madwar EUR 9 000 000 (partita 3 2 4 6); jilqa' l-isforzi li saru biex dan il-baġit jitnaqqas b'14 % (għal EUR 8 000 000) fl-2011 u fis-snin ta' wara; jirrikonoxxi b'dispjaċir, madankollu, li ma jistax ikun iġġustifikat sussidju ulterjuri u jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta proposti lill-kumitat kompetenti tiegħu għall-għeluq tal-operazzjoni;
Premjijiet
55. Jinnota li l-ispejjeż relatati mal-Premju LUX fl-2010 kienu EUR 380 666,18; huwa mħasseb li l-ispejjeż żdiedu għall-avveniment fl-2011 għal EUR 573 722,08 (b'iktar minn 50 %) u jistenna b'ħerqa li jara inverżjoni qawwija ta' din ix-xejra mill-2012 'il quddiem; jitlob speċifikament li l-attivitajiet li ġejjin jitnaqqsu għat-trażżin tal-ispejjeż:
- promozzjoni interna li tiswa ħafna flus fi ħdan il-bini tal-Parlament,
- attivitajiet promozzjonali waqt festivals ċinematografiċi internazzjonali,
- l-ispiża kbira assoċjata mal-ispejjeż sabiex jiġu organizzati avvenimenti "mini-LUX" fl-Istati Membri;
56. Jinnota n-nefqa fuq il-premji fil-perjodu 2009-2011:
|
2009 |
2010 |
2011 |
|
Il-Premju għall-Ġurnaliżmu |
€105 000 |
€118 059 |
€154 205 |
|
Il-Premju Sakharov |
€300 000 |
€654 542 |
€652 348 |
|
Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ |
€24 000 |
€34 000 |
€35 000 |
|
Il-Premju LUX |
€320 000 |
€380 666 |
€573 722 |
|
Totali: |
€749 000 |
€1 187 267 |
€1 415 275 |
|
57. Jemmen li ż-żieda ta' 89 % fin-nefqa fuq il-premji bejn l-2009 u l-2011 utilizzat fondi li setgħu jintużaw aħjar band'oħra; jitlob li n-nefqa futura fuq il-premjijiet tinġieb lura għal-livelli tal-2009;
58. Jinnota li l-ispejjeż relatati mal-Premju għall-Ġurnaliżmu fl-2010 kienu EUR 118 059, żieda ta' 18 % fuq iċ-ċifra tal-2009; huwa mħasseb li l-ispejjeż għall-avveniment fl-2011 żdiedu b'iktar minn kwart, u jitlob li titwettaq analiżi sħiħa tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji qabel ma jiġu żviluppati kwalunkwe inizjattivi f'dan il-qasam tar-relazzjonijiet mal-midja jew fi kwalunkwe qasam ieħor, issa li l-Premju twaqqaf;
59. Ma jqisx li l-premjijiet huma attività prinċipali tal-Parlament u jitlob li ssir analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla mal-benefiċċji qabel ma jiġu żviluppati inizjattivi għal xi premju ġdid, sabiex tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika fl-Istati Membri kollha, li qed tkompli sejra għall-agħar;
L-uffiċċji ta' informazzjoni/Djar l-Ewropa
60. Jinnota t-twaqqif ta' Direttorat għar-Riżorsi fid-DĠ fl-2010 biex iwettaq, inter alia, il-koordinament ċentralizzat tal-akkwisti pubbliċi, biex b'hekk l-uffiċċji deċentralizzati ta' informazzjoni jkunu jistgħu jiġu affettwati inqas bil-prattika taċ-ċaqliq ta' persunal ewlieni minn karigi sensittivi;
61. Jinnota li d-978 missjoni mit-32 uffiċċju ta' informazzjoni tal-Parlament għal Brussell u Strasburgu swew b'kollox EUR 944 330,- li fisser medja ta' EUR 701 - għal missjoni fi Brussell u EUR 1 064 - għal missjoni fi Strasburgu; jinnota li missjoni mil-Lussemburgu għal Brussell tiswa medja ta' EUR 250, filwaqt li missjoni mil-Lussemburgu għal Strasburgu tiswa medja ta' EUR 630; jitlob li fil-futur jiġi pprovdut ukoll bl-ispiża medja għal kull missjoni (paġna 68 tat-tweġbiet għall-kwestjonarju);
L-Uffiċċju ta' Kollegament ta' Washington
62. Jinnota l-ftuħ f'April 2010 tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-PE (EPLO) f'Washington u s-sistema ta' missjonijiet ta' sena għal erba' uffiċjali li bdiet tiġi applikata f'Ottubru 2010; josserva li, għalkemm il-ħolqien tal-Uffiċċju ta' Washington ma involviex il-ħolqien ta' karigi ġodda, inevitabbilment kien hemm spejjeż oħra; jixtieq li jkun infurmat dwar il-livell ta' dawn l-ispejjeż għall-2011 u l-2012; jitlob li jiġi ppreżentat rieżami tal-istruttura, l-attivitajiet u l-ispejjeż tiegħu lill-Bureau b'kopji għall-kumitati kompetenti rilevanti;
DĠ Persunal (DĠ PERS)
63. Jilqa' l-fatt li d-DĠ seta' jtejjeb il-prestazzjoni grazzi għall-esternalizzazzjoni ta' ċerti funzjonijiet (bħall-ġestjoni tal-crèche) u ż-żieda fl-użu tal-IT fil-ġestjoni tal-fajls tal-persunal; jilqa' l-implimentazzjoni tal-applikazzjoni tal-IT Streamline;
64. Jinnota l-impatt tad-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Diċembru 2009 li jagħti aġġustament annwali fis-salarji ta' 1.85 % biss minflok it-3.7 % indikati u proposti mill-Kummissjoni, ħaġa li rriżultat f'impenji pendenti (ftit inqas minn EUR 6 000 000 jew 1,4 %) fil-Partita 1 2 0 0 "Remunerazzjoni u allowances";
65. Jinnota li l-pjan ta' stabbiliment totali għall-Parlament kien stabbilit fil-livell ta' 6 285 kariga: 5 348 (jew 85,1 %) għas-Segretarjat tal-Parlament u 937 (jew 14,9 %) għall-Gruppi Politiċi, li jirrappreżentaw żieda ta' 3,35 % mill-2009 għall-2010 (+204 karigi),
66. Jieħu nota tal-bidliet fl-istruttura tas-Segretarjat, li ġew adottati mill-Bureau fl-2009 u li daħlu fis-seħħ fil-bidu tal-2010, bi tħejjija għall-mandat parlamentari l-ġdid, b'mod partikolari bil-ħsieb li jissaħħu s-servizzi għall-Membri; josserva li dawn il-bidliet wasslu, b'mod partikolari, għar-ristrutturar tad-DĠ PRES, id-DĠ PERS u d-DĠ INLO, u involvew ukoll il-ħolqien ta' direttorat għar-riżorsi f'DĠ PRES, DĠ IPOL, DĠ EXPO u DĠ COMM, jiġiferi l-erba' direttorati ġenerali b'mandat essenzjalment politiku;
67. Jinnota li, fil-31 ta' Diċembru 2010, maġġoranza tal-persunal fis-Segretarjat (58,4 %) u fil-grupp funzjonali tal-amministraturi (51,7 %) kienu nisa; jilqa' l-fatt li, fil-livell tal-maniġment superjuri u dak tan-nofs, fl-2010 il-proporzjon tad-diretturi ġenerali nisa żdied (għal 36,4 %, jiġifieri erba' minn 11) kif għamel dak tal-kapijiet tal-unitajiet (għal 26,2 %);
68. Jindika d-diffikultajiet fir-reklutaġġ ta' uffiċjali jew aġenti minn ċerti Stati Membri bħall-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Awstrija jew il-Pajjiżi l-Baxxi, li l-proporzjon tal-persunal tagħhom fis-Segretarjat tal-Parlament huwa konsiderevolment inqas mill-"piż demografiku" tal-pajjiż partikolari fl-Unjoni[24], u josserva n-numru relattivament għoli ta' persunal li għandhom ċittadinanza Belġjana (13,6 %) jew Lussemburgiża (2,3 %) konsegwenza tal-postijiet ta' ħidma tal-Parlament; jitlob lill-Bureau jeżamina l-proċeduri u l-kundizzjonijiet ta' reklutaġġ biex jaċċerta x'parti jista' jkollhom biex joħolqu diffikultajiet fir-reklutaġġ tal-persunal;
Il-missjonijiet fit-tliet postijiet ta' ħidma / Spejjeż tal-missjonijiet
69. Jinnota li, fl-2010, kien hemm 33 200 missjoni (vjaġġi uffiċjali) li jirrappreżentaw total ta' 98 629 jum ta' missjoni, li l-parti l-kbira tagħhom kienu jinvolvu vjaġġar bejn it-tliet postijiet ta' ħidma; itenni l-ħtieġa li jiġu evitati missjonijiet mhux meħtieġa bejn it-tliet postijiet ta' ħidma u l-ispejjeż li jinvolvu b'ġustifikazzjonijiet aktar sistematiċi u dokumentati u monitoraġġ aħjar; jitlob li s-Segretarju Ġenerali jirrapporta, bħala parti mill-proċedura ta' kwittanza, dwar l-iffrankar li jsir konsegwenza ta' aktar razzjonalizzazzjoni u dwar inizjattivi ulterjuri li ttieħdu jew li qed jiġu mfassla, li jwasslu għal inqas missjonijiet; huwa tal-fehma barra minn hekk li ġeneralment m'għandha ssir l-ebda laqgħa tal-kumitati fi Strasburgu, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-kumitati li l-aġenda tagħhom hija marbuta direttament mar-rapporti jew id-diskussjonijiet inklużi fl-aġenda tas-sessjoni parzjali ta' dik il-ġimgħa; iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tanalizza ulterjorment il-proċedura eżistenti għall-missjonijiet u tipprovdi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-effiċjenza tagħhom; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jeżamina speċifikament il-karigi bbażati barra Brussell, partikolarment għal dawk il-membri tal-persunal li jmorru fuq diversi missjonijiet fi Brussell, biex ikun aċċertat jekk dawn jeħtiġilhomx jiġu trasferiti; jissuġġerixxi li l-ftehim mal-awtoritajiet Lussemburgiżi, li jistabbilixxi n-numru ta' persunal tal-Parlament ibbażat fil-Lussemburgu mingħajr ma jikkunsidra l-ħtiġijiet li qed jiżviluppaw tal-Parlament, jista' jeħtieġlu reviżjoni;
L-Istatuti tal-Membri u tal-Assistenti
70. Jinnota b'sodisfazzjon li l-bidla għal din is-sistema l-ġdida ta' impjieg kienet fil-parti l-kbira tagħha newtrali għall-baġit, b'madwar 15-il membru tal-persunal jamministraw l-impjieg ta' madwar 1 400 assistent, u jistenna b'ħerqa li jirċievi kopja tar-rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dik is-sistema l-ġdida ta' impjieg, l-ispejjeż indiretti u diretti tagħha, inklużi l-benefiċċji għall-qgħad imħallsin mill-Kummissjoni;
71. Jinnota li l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri rigward in-nuqqasijiet fid-dokumentazzjoni u t-traċċabilità tal-ispejjeż għall-missjonijiet tal-assistenti b'karozzi privati għadu ma nstabx rimedju għalihom; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-Parlament issib soluzzjoni trasparenti u traċċabbli għal din il-kwistjoni, malajr kemm jista' jkun;
DĠ Infrastruttura u Loġistika (DĠ INLO)
Il-politika tal-bini/tal-proprjetà
72. Jinnota l-politika tal-proprjetà għal terminu medju u twil (l-istrateġija tal-bini) adottata mill-Bureau fl-24 ta' Marzu 2010 u l-parametri ewlenin tagħha:
(i) ix-xiri aktar milli l-kiri bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri;
(ii) il-ħlas bikri tal-ispejjeż marbuta mal-politika tal-proprjetà (jiġifieri s-self jitħallas l-aktar rapidament possibbli);
(iii) il-konċentrazzjoni ġeografika tal-bini fit-tliet postijiet ta' ħidma;
(iv) enfasi speċjali fuq il-manutenzjoni u r-rinnovazzjoni tal-bini;
(v) l-integrazzjoni tal-Parlament kemm jista' jkun mal-ambjent urban;
(vi) il-Parlament ikun l-aktar aċċessibbli possibbli għal persuni b'diżabilità u jiġu implimentati l-ogħla standards rigward is-sikurezza, is-saħħa u l-benessri tal-persuni;
(vii) il-Parlament jagħmel l-inqas ħsara possibbli lill-ambjent;
73. Jinnota li l-ispejjeż tal-manutenzjoni, l-operazzjoni u t-tindif żdiedu għat-tliet postijiet ta' ħidma minn total ta' EUR 33 700 000 fl-2009 għal EUR 38 700 000 fl-2010, u t-tbassir juri aktar żidiet għas-snin 2011-2013 ħlief għal tnaqqis żgħir fl-ispejjeż fil-Lussemburgu fis-sena 2013; jinnota, barra minn hekk, li l-konsum tal-enerġija u tal-elettriku kellu żidiet inqas drammatiċi iżda konsistenti fl-istess perjodu ta' żmien;
74. Jinnota l-ħlasijiet ta' kera li naqsu b'mod sinifikanti fl-2010 (EUR 5 700 000 meta mqabbla ma' EUR 58 600 000 fl-2008 - l-ogħla somma f'dawn l-aħħar snin), jinnota l-fluttwazzjonijet inqas estremi fl-ispejjeż tal-kiri (EUR 25 300 000 fl-2010, mqabbla ma' livell massimu ta' EUR 31 200 000 fl-2006 u livell minimu ta' EUR 19 900 000 fl-2007) u jinnota wkoll l-ammonti varjati minfuqa fuq il-bini minn livell massimu ta' EUR 165 900 000 fl-2006, għal żero fl-2009 u EUR 20 200 000 fl-2010;
75. Jinnota b'sodisfazzjon li, skont it-tweġibiet li waslu għall-kwestjonarju tal-kwittanza, l-estimi jindikaw li, jekk l-istituzzjoni kienet tikri l-bini kollu tagħha, kien ikollha tipprevedi, fil-baġit 2010 tagħha, spejjeż addizzjonali ta' EUR 163 000 000, ekwivalenti għal 10 % tal-baġit totali tagħha; jappoġġa, għalhekk, din il-politika ta' xiri minflok kiri, li kienet rakkomandata b'mod qawwi mill-Qorti tal-Awdituri għal bosta snin, l-iktar riċentament fir-Rapport Speċjali Nru 2/2007 tagħha dwar in-nefqa fuq il-bini;
76. Jinnota li x-xogħlijiet biex jitneħħa l-asbestos mit-tliet binjiet fi Strasburgu fl-2010, li swew EUR 2 464 701, kienu fil-parti l-kbira tagħhom irrimborżati mill-Belt ta' Strasburgu li kkontribwiet EUR 2 015 000;
77. Jinnota li, fis-27 ta' Jannar 2010, l-Istat tal-Belġju rrimborża s-somma ta' EUR 85 987 000 lill-Parlament, meta ħa fuqu l-ispejjeż tal-art li hija s-sit tal-bini Willy Brandt u József Antall u dawk tal-iżvilupp tas-saqaf tal-istazzjon ferrovjarju Bruxelles-Luxembourg; jirrimarka li dan l-ammont iddaħħal fil-kontijiet bħala "dħul assenjat" bi qbil mar-Regolament Finanzjarju u ntuża biex jiffinanzja l-proġetti tal-proprjetà;
78. Jinnota x-xiri fl-2010 tal-Bini REMARD fi Brussell (EUR 11 000 000) u d-deċiżjoni li tinxtara Dar l-Ewropa f'Sofija (EUR 9 240 000); jiddispjaċih li, minħabba s-suq ristrett, l-ispejjeż tal-manutenzjoni, ir-rinnovazzjoni u x-xiri huma għolja bla bżonn, u huwa diffiċli li tinżamm il-kunfidenzjalità tan-negozjati; iqis li rekwiżit propost skont ir-Regolament Finanzjarju rivedut sabiex l-istituzzjonijiet jippubblikaw il-pjanijiet tal-bini tagħhom għal numru ta' snin bil-quddiem jirriżulta fi spiża notevoli għall-istituzzjonijiet u għall-kontributuri tat-taxxa;
79. Josserva li jekk ikun permess il-finanzjament dirett tal-bini fir-Regolament Finanzjarju rivedut, dan ikollu effett pożittiv peress li jippermetti lill-Parlament juża self mingħajr ma jitlob l-intervent ta' partijiet terzi, u b'hekk inaqqas l-ispejjeż u jżid it-trasparenza fl-istess ħin; jirrimarka li dan diġà huwa l-każ fir-rigward tal-finanzjament tal-bini KAD fil-Lussemburgu, li għalih intlaħaq qbil dwar sħubija mal-Bank Ewropew tal-Investiment, li qed jipprovdi 50 % tal-fondi;
80. Jitlob f'dan ir-rigward dikjarazzjoni finanzjarja dettaljata tal-ispejjeż li diġà kien hemm, u dawk ipproġettati għall-20 sena li jmiss, fir-rigward tal-bini KAD fil-Lussemburgu, u jinsisti li l-ispejjeż totali mistennija għall-kostruzzjoni, l-ispejjeż operattivi stmati u spejjeż oħra li jirriżultaw b'rabta mal-kostruzzjoni u l-operat ta' dan il-bini, jiġu ppubblikati fid-dettall;
81. Jilqa' l-assigurazzjoni min-naħa tas-Segretarju Ġenerali li m'għadx hemm uffiċċji assenjati għal-lobbyists jew fondazzjonijiet, iżda jinnota li sal-31 ta' Diċembru 2011, il-fondazzjoni Pegasus u l-Kangaroo Group kellhom uffiċċji għad-dispożizzjoni tagħhom fil-bini tal-Parlament;
82. Jiddispjaċih li organizzazzjonijiet akkreditati ta' lobbying okkupaw spazju għall-uffiċċji fl-2010, u b'hekk inħoloq trattament preferenzjali għal dawk l-organizzazzjonijiet fir-rigward tar-riżorsi tal-kontribwenti tal-UE;
Il-faċilitajiet tal-catering
83. Itenni t-talba tiegħu biex ikun hemm aktar għażliet diversi rigward il-fornituri tal-ikel fi ħdan il-bini tal-Parlament, billi ma jibqax ikun hemm monopolju ta' fornitur tal-ikel wieħed meta l-kuntratti attwali jaslu fi tmiemhom;
DĠ Traduzzjoni (DĠ TRAD) u DĠ Interpretazzjoni u Konferenzi (DĠ INTE)
84. Jinnota li ġew tradotti total ta' 1 721 191 paġna fl-2010 (1 033 176 minnhom - jew 60 % - internament) u jilqa' l-fatt li d-dokumenti kollha meħtieġa għall-votazzjonijiet kienu prodotti fil-ħin minn DĠ TRAD u 90 % tat-traduzzjonijiet b'mod globali rrispettaw l-iskadenzi stabbiliti, minkejja l-fatt li 65 % tat-talbiet għal traduzzjoni saru tard (jiġifieri ma rrispettawx l-għaxart ijiem ta' xogħol previsti fil-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu);
85. Jinnota b'sodisfazzjon li DĠ TRAD miexi lejn aktar produttività u użu aktar effikaċi tal-baġit tiegħu, filwaqt li jiżgura li jinżamm il-multilingwiżmu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-produttività interna żdiedet minn 1 500 paġna fis-sena għal 1 800 paġna; jilqa' l-fatt li kieku jiġu ppubblikati iċ-ċifri ta' produttività għal kull unità lingwistika;
86. Jinnota madankollu, li wara żieda ta' aktar minn 10 % fir-rata ta' konformità mal-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwaliżmu bejn l-2008 u l-2009 (l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tiegħu), ir-rata ta' konformità naqset bejn l-2009 u l-2010[25]; jistieden lill-kumitati, id-delegazzjonijiet u l-gruppi politiċi jirrispettaw b'mod strett l-iskadenzi stabbiliti fil-Kodiċi ta' Kondotta;
87. Jilqa' s-servizz il-ġdid ta' Interpretazzjoni ad personam (IAP) offrut minn DĠ INTE lill-Membri u stabbilit wara l-proġett pilota li nbeda fl-2010;
DĠ Finanzi (DĠ FINS)
88. Jinnota b'sodisfazzjon li kien hemm tnaqqis fil-ħin tal-ħlas tal-fatturi għal medja ta' 21 ġurnata fl-2010;
L-ispejjeż tat-trasport
89. Jinnota li, fl-2010, l-ispiża tal-ivvjaġġar tal-Membri u tal-persunal ammontat għal madwar EUR 107 000 000[26] (jew 6,6 % tal-approprjazzjonijiet finali kollha) u li issa hemm fis-seħħ tnaqqis ta' 5 %; iqis li għandu jitqies il-potenzjal għal aktar tnaqqis permezz ta' mili tal-ajru miġbura flimkien;
L-Aġenzija tal-Ivvjaġġar
90. Jinnota li l-approprjazzjonijiet finali għall-Aġenzija tal-Ivvjaġġar ammontaw għal EUR 1 438 000 fl-2010, b'rata ta' impenn għolja (94 %); jinnota wkoll li din tikseb prezzijiet innegozjati mil-linji tal-ajru, li jfisser li hemm prezz medju għall-aħjar servizz; jenfasizza madankollu li dan ma jfissirx li għal ġurnata jew vjaġġ speċifiku ma jkunx posibbli li jinstabu prezzijiet aħjar billi ssir prenotazzjoni diretta mal-operaturi tal-ivvjaġġar; jitlob li jsir stħarriġ indipendenti li jwassal għal awditjar finanzjarju tal-Aġenzija tal-Ivvjaġġar, l-istruttura u l-operat tagħha; jistieden lill-kuntrattur tal-aġenzija tal-ivvjaġġar attwali jagħmel aktar sforzi biex jiżgura li l-aktar għażliet irħas jiġu dejjem proposti lill-membri u l-persunal; jistieden ulterjorment lid-direttorat responsabbli jissorvelja l-livelli ta' servizz ipprovduti mill-Aġenzija tal-Ivvjaġġar u jekk dawn jirrappreżentawx valur għall-flus u biex jirrapporta lill-kumitat parlamentari responsabbli sal-aħħar tal-2012;
91. Jiddispjaċih li xi drabi l-Aġenzija tal-Ivvjaġġar ma toffrix l-aħjar prezz, meta mqabbla ma aġenziji tal-ivvjaġġar oħrajn, kemm fiżiċi kif ukoll onlajn; jitlob lid-DĠ Finanzi jiżviluppa mekkaniżmu adegwat ta' kontroll li jiżgura l-aħjar proporzjon ta' kwalità/prezz;
92. Huwa tal-fehma li jeħtieġ li tinkiseb data komparabbli dwar il-prezz tat-titjiriet sabiex jiġi ddeterminat l-aħjar prezz għal kull titjira partikolari;
93. Jemmen li l-Parlament għandu jieqaf jagħti kuntratti monopolistiċi kull fejn ikun possibbli u li l-fatt li jkun hemm aktar minn aġenzija tal-ivvjaġġar waħda għad-dispożizzjoni tal-Membri u l-persunal iwassal għal inqas spejjeż u servizz aħjar għalihom;
Trasferimenti kollettivi
94. Jilqa' l-fatt li, fl-aħħar tas-sena finanzjarja 2010, ma ntużatx il-proċedura tat-trasferiment kollettiv kif kien intalab mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu tul dawn l-aħħar snin, u b'hekk ġie evitat li jkun hemm differenza sinifikanti bejn il-baġit kif ippjanat għas-sena u l-implimentazzjoni tiegħu, kif ġara fi snin preċedenti, u jemmen li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni jħaffu l-iskrutinju u l-kwittanza baġitarja għal snin futuri jekk jippjanaw l-infiq tal-bini b'mod trasparenti permezz tal-proċedura baġitarja;
Il-Fondi tal-Pensjonijiet
95. Jinnota li, għalkemm fl-2010 l-valur tal-assi tal-Fond Volontarju tal-Pensjonijiet żdied bi 13,3 % hekk kif is-swieq tal-investiment komplew jirkupraw mill-kriżi finanzjarja globali tal-2008, il-fond volontarju tal-pensjonijiet kellu defiċit ta' EUR 178 960 000 fil-31 ta' Diċembru 2010, ħaġa li tqajjem tħassib dwar l-inadempjenza possibbli tal-fond; ifakkar li l-Parlament qed jiżgura l-ħlas tad-drittijiet tal-pensjoni għall-ex Membri kollha u għal uħud minn dawk attwali ta' dan il-fond volontarju tal-pensjoni, meta u jekk dan il-fond ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu; jixtieq li jkun infurmat kif u minn liema linja baġitarja l-Parlament se jirrispetta l-obbligi tiegħu f'dik l-eventwalità;
96. Jirrikonoxxi li żewġ terzi mill-ħlasijiet lejn il-fond saru direttament mill-Parlament pjuttost milli minn membri individwali; ifakkar lill-membri tal-fond li l-kontribuzzjonijiet tagħhom kienu volontarji, u jinsisti li l-Parlament m'għandux jagħmel kontribuzzjonijiet finanzjari ulterjuri biex jiġu onorati pagamenti jew jitnaqqas id-defiċit ta' fond li seta' ma kienx strutturat b'mod sodisfaċenti mill-bidu;
97. Jinnota, barra minn hekk, li l-obbligi li jirriżultaw mir-Regoli PEAM (Ħlas tal-Infiq u tal-Allowances lill-Membri) relatati mal-pensjonijiet tar-romol u l-pensjonijiet tal-invalidità (Anness II) jammontaw għal EUR 28 950 000); jindika li hemm somom, li ammontaw għal EUR 195 640 000, użati biex ikopru każijiet – li jinvolvu l-aktar lill-Membri Taljani u Franċiżi – fejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali u dawk tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-pensjonijiet kienu differenti (Anness III), u somom mill-iskema tal-Istatut stabbilita riċentament ta' EUR 152 210 000 (din iċ-ċifra tal-aħħar se tiżdied minn sena għall-oħra); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li m'hemmx fondi biex ikopru din in-nefqa;
DĠ Innovazzjoni u Appoġġ Teknoloġiku (DĠ ITEC)
98. Jinnota d-deċiżjonijiet tal-Bureau tas-17 ta' Ġunju 2009 u tat-18 ta' Ottubru 2010 li jiġu estiżi ż-żoni ta' aċċess għan-netwerk mingħajr fili (Wi-Fi) fil-Parlament biex ikunu koperti l-Kamra, il-kmamar tal-kumitati, l-uffiċċji tal-Membri u l-ispazji pubbliċi kemm fi Brussell kif ukoll fi Strasburgu (l-ewwel fażi tal-proġett: EUR 7 878 000); jitlob lid-DĠ ITEC jagħmilha possibbli li Membri individwali jitolbu li ma jirċevux dokumenti stampati fil-futur għal-laqgħat tal-kumitat fejn jintuża l-eCommittee; jemmen li dan jista' jaċċelera s-suċċess tal-proġett;
99. Jilqa' t-tfassil grafiku mill-ġdid kontinwu tal-websajt tal-PE wara d-deċiżjoni tal-Bureau fit-22 ta' Novembru 2010 dwar "L-istrateġija għall-preżenza futura tal-Parlament Ewropew onlajn - It-tfassil mill-ġdid tal-websajt tal-PE"; jitlob li jkun hemm titjib fl-appoġġ tal-websajt, b'mod partikolari billi jitwettqu testijiet regolari;
100. Jilqa' s-sistema AT4AM, li ġiet introdotta fl-2010, li tagħmilha aktar faċli għall-Membri jemendaw it-testi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi proposti;
101. Jinnota b'sodisfazzjon it-titjib fis-settur tal-IT mill-2010 'l quddiem li wassal għal: kapaċità akbar li jiġu ġestiti aspetti ewlenin internament, il-proċess ta' internalizzazzjoni tal-attivitajiet, it-twaqqif tal-korpi ewlenin tal-governanza korporattiva (il-Kumitat għall-Istrateġija ta' Innovazzjoni tal-ICT u l-Kumitat ta' Tmexxija għall-Innovazzjoni tal-ICT), it-twaqqif tal-funzjoni tal-ippjanar tal-IT u tas-sistema ta' rappurtar dwar l-istatus tal-proġetti ta' żvilupp tal-IT u l-iżvilupp ta' metodoloġija trasparenti ta' ppjanar għal perjodu qasir; jilqa' l-użu estensiv tal-indikaturi tal-prestazzjoni minn dan id-DĠ; jesprimi l-ansjetà tiegħu dwar ir-riskju dejjem jikber tal-aċċess illegali għas-sistemi tal-ICT tal-Parlament u tal-manipolazzjoni tagħhom, u jikkunsidra, bħala kwistjoni tal-akbar urġenza, li trid titfassal strateġija effikaċi fuq perjodu twil għall-ħarsien tagħhom; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jżommu infurmat dwar il-miżuri li ttieħdu għal dak il-għan;
L-akkwisti pubbliċi fid-DĠ ITEC
102. Jinkoraġġixxi lil DĠ ITEC jagħmel ħiltu biex jipprepara aħjar il-proċeduri ta' akkwist, b'mod partikolari fil-każ ta' kuntratti qafas, li ta' spiss huma kumplessi, billi jistipula obbligi kuntrattwali fir-rigward tar-riżultati previsti fil-kuntratt u tal-eżiti, aktar milli sempliċi produzzjoni, u billi jiddefinixxi aħjar il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-Parlament; jissuġġerixxi li, aktar milli juża klawsoli ta' penali, il-Parlament għandu jitlob kumpens minn fornitur jew mingħand min jagħti s-servizz meta dawn jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom, jew inkella juża t-theddida ta' telf ta' xogħol futur, fil-każ ta' kuntratti qafas;
Tagħmir ġdid għall-votazzjonijiet u faċilitajiet ta' interpretazzjoni
103. Jinnota li t-tagħmir il-ġdid għall-votazzjoni fl-Emiċikli sewa EUR 2 135 623 u ġie ffinanzjat kollu kemm hu mill-approprjazzjoni tal-2010; jinnota wkoll li l-ispiża tal-manutenzjoni u tal-assistenza teknika għat-tagħmir għall-votazzjonijiet kienet ta' EUR 147 149 fl-2010;
Il-Gruppi Politiċi (partita baġitarja 4 0 0 0)
104. Jinnota li fl-2010 l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-partita baġitarja 4 0 0 0 intużaw kif ġej:
Grupp |
2010 |
2009 |
||||||||||
Approprjazzjonijiet annwali* |
Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati |
Nefqa |
Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali |
Ammonti riportati għall-perjodu ta' wara |
Approprjazzjonijiet annwali |
Riżorsi proprji u approprjazzjonijiet riportati |
Nefqa |
Rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet annwali |
Ammonti riportati għall-perjodu ta' wara (2010) |
|||
PPE (li qabel kien PPE-DE) |
19.990 |
2.392 |
20.662 |
103,36 % |
1.720 |
19.715 |
7.782 |
25.314 |
128,40 % |
2.182 |
||
S&D (li qabel kien PSE) |
14.011 |
4.629 |
13.359 |
95,35 % |
5.281 |
14.235 |
6.999 |
16.750 |
117,67 % |
4.483 |
||
ALDE |
6.262 |
2.240 |
6.160 |
98,37 % |
2.342 |
6.441 |
3.065 |
7.328 |
113,77 % |
2.178 |
||
Verts/ALE |
3.896 |
1.188 |
3.893 |
99,92 % |
1.191 |
3.360 |
1.055 |
3.235 |
96,28 % |
1.179 |
||
GUE/NGL |
2.531 |
1.065 |
2.525 |
99,76 % |
1.071 |
2.673 |
1.487 |
3.102 |
116,05 % |
1.057 |
||
UEN |
- |
|
|
|
|
1.417 |
1.452 |
2.552 |
180,10 % |
0 |
||
IND/DEM |
- |
|
|
|
|
775 |
1.023 |
1.048 |
135,23 % |
0 |
||
ECR |
3.648 |
398 |
3.362 |
92,16 % |
684 |
1.788 |
3 |
1.415 |
79,14 % |
376 |
||
EDF |
2.201 |
419 |
1.799 |
81,74 % |
821 |
1.113 |
1 |
701 |
62,98 % |
413 |
||
Membri mhux affiljati |
1.234 |
248 |
828 |
67,10 % |
409 |
1.169 |
348 |
925 |
79,13 % |
248 |
||
Total |
53.773 |
12.579 |
52.588 |
97,80 % |
13.519 |
52.686 |
23.215 |
62.370 |
118,38 % |
12.116 |
||
|
||||||||||||
* l-ammonti kollha huma f'eluf ta' EUR
** is-sena 2009 kienet magħmula minn sentejn finanzjarji minħabba l-elezzjonijiet parlamentari f'Ġunju 2009. Iċ-ċifri għall-2009 fit-tabella jirrappreżentaw is-somma tal-ammonti 2009_1 u 2009_2.
Wara l-elezzjonijiet Ewropej fl-2009 il-gruppi UEN u IND/DEM ma baqgħux jeżistu u nħolqu żewġ gruppi ġodda, ECR u EDF.
105. Jilqa' l-impenn tal-amministrazzjoni tal-Parlament, iċċitat fir-Rapport tal-Qorti tal-Awdituri, biex tibda tintuża s-sena finanzjarja sħiħa biex jiġu kkalkulati r-riporti mill-gruppi politiċi fl-aħħar tas-snin elettorali, aktar milli żewġ nofsijiet separati ta' sena; jilqa' dak li jidher li hu titjib fit-tbassir finanzjarju indikat mill-fatt li l-ebda approprjazzjonijiet mhux użati ma ġew irritornati mill-gruppi politiċi għall-2010;
Il-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej
106. Jinnota li fl-2010 l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-partiti baġitarji 4 0 2 0 u 4 0 3 0 intużaw kif ġej[27]:
Partit |
Taqsira |
Riżorsi Proprji* |
Għotja tal-PE |
Dħul totali |
Għotja tal-PE bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85%) |
Bilanċ pożittiv (trasferiment għar-riżervi) jew telf tad-dħul |
|
Partit Popolari Ewropew |
PPE |
1.413 |
4.959 |
6.372 |
85 % |
429 |
|
Partit tas-Soċjalisti Ewropej |
PSE |
914 |
3.395 |
4.310 |
80 % |
2 |
|
Partit Ewropew tal-Liberali, Demokratiċi u Riformisti |
ELDR |
379 |
1.554 |
1.933 |
85 % |
77 |
|
Partit Ewropew tal-Ħodor |
EGP |
365 |
1.055 |
1.420 |
85 % |
170 |
|
L-Alleanza tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej |
AECR |
58 |
327 |
386 |
85 % |
0 |
|
Partit tax-Xellug Ewropew |
EL |
200 |
708 |
908 |
71 % |
-90 |
|
Partit Demokratiku Ewropew |
EDP/PDE |
95 |
424 |
519 |
85 % |
12 |
|
Alleanza Ewropea Ħielsa |
EFA |
77 |
339 |
416 |
85 % |
17 |
|
Demokratiċi tal-UE |
EUD |
35 |
176 |
211 |
85 % |
-17 |
|
Moviment Politiku Kristjan Ewropew |
ECPM |
55 |
208 |
264 |
85 % |
3 |
|
Total |
|
3.591 |
13.145 |
16.739 |
83 % |
603 |
|
(*) l-ammonti kollha huma f'eluf ta' EUR
Fondazzjoni |
Taqsira |
Affiljata mal-partit |
Riżorsi Proprji* |
Għotja tal-PE |
Dħul totali |
Għotja tal-PE bħala % tal-infiq eleġibbli (massimu 85%) |
|
Ċentru għall-Istudji Ewropej |
CES |
PPE |
615 |
2.928 |
3.543 |
83 % |
|
Fondazzjoni għal Studji Progressivi Ewropej |
FEPS |
PSE |
366 |
2.136 |
2.502 |
85 % |
|
Forum Liberali Ewropew |
ELF |
ELDR |
117 |
658 |
775 |
85 % |
|
Fondazzjoni Ewropea tal-Ħodor |
GEF |
EGP |
119 |
674 |
794 |
85 % |
|
Inbiddlu l-Ewropa |
TE |
EL |
87 |
475 |
562 |
85 % |
|
Istitut tad-Demokratiċi Ewropej |
IED |
PDE |
36 |
197 |
233 |
85 % |
|
Fondazzjoni għad-Demokrazija tal-UE |
FEUD |
EUD |
20 |
122 |
142 |
85 % |
|
Ċentru Maurits Coppieters |
CMC |
EFA |
27 |
156 |
183 |
85 % |
|
Direzzjoni Ġdida |
ND |
AECR |
92 |
404 |
496 |
84 % |
|
Total |
|
|
1.479 |
7.750 |
9.230 |
84 % |
|
(*) l-ammonti kollha huma f'eluf ta' EUR
107. Jinnota l-bidliet mill-2010 inkluż fiż-żjarat ta' ġestjoni fejn isir il-kontroll tal-kampjuni fir-rigward tal-baġit, ir-reklutaġġ, is-sejħiet għal offerti u sistemi oħra;
Parlament li jagħmilx ħsara lill-ambjent
108. Jinnota l-pjan ta' azzjoni dwar is-CO2 adottat mill-Bureau fl-2010; jilqa' t-tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-enerġija fis-sede ta' Strasburgu tal-Parlament, li naqas b'74 % bejn l-2006 u l-2010; jiddispjaċih, madankollu, li l-marka tal-karbonju tas-sit fi Strasburgu, li tirrappreżenta l-konsum tal-enerġija għas-sena 2010, kienet ta' 1 533 tunnellata ta' CO2;
109. Huwa tal-fehma li għandha titqies il-possibilità li fil-baġit tal-Parlament isir kemm titjib ambjentali u kemm iffrankar permezz ta' metodi ta' ħidma differenti li huma aktar favorevoli għall-ambjent u irħas iżda li ma jnaqqsux mill-valur tax-xogħol tal-Parlament, inkluż l-użu ta' vidjokonferenzi;
110. Jilqa' l-introduzzjoni f'Diċembru 2010 ta' "sistema għall-ħlas ta' partijiet terzi" għal biljetti staġjonali tal-NMBS/SNCB[28] fi Brussell, fejn il-Parlament jikkontribwixxi 50 % tal-ispiża ta' biljetti staġjonali annwali individwali sottoskritti mill-membri tal-persunal tiegħu; jinkoraġġixxi lill-amministrazzjoni tiegħu tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex tirrimborża wkoll persunal li jeħtiġilhom jikkumbinaw trasport ferrovjarju ma' dak urban; huwa tal-fehma li dan jista' jkompli jippromwovi l-użu tat-trasport pubbliku u jnaqqas il-marka tal-karbonju tal-Parlament;
111. Jilqa' l-proġetti pilota fil-qasam tal-loġistika li saru fl-2010 (pereżempju x-xiri ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi - standard EURO5, l-organizzazzjoni ta' taħriġ dwar sewqan ambjentalment responsabbli għas-sewwieqa u għall-persunal tal-ġarr, il-qsim tal-sniedaq għat-trasport tad-dokumenti tax-xogħol, biex b'hekk tnaqqsu b'madwar 33 % l-emissjonijiet tas-CO2 f'dak il-qasam) bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni EMAS;
112. Jilqa' l-adozzjoni mill-Bureau fl-10 ta' Novembru 2010 tal-proposta mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Bini, it-Trasport u Parlament Aħdar li tirrevedi r-regoli li jirregolaw l-użu tal-karozzi uffiċjali mill-Membri, reviżjoni li ppermettiet lill-Parlament jimmodernizza l-flotta tiegħu b'vetturi li jniġġsu inqas u jorganizza trasport fi gruppi b'"minibuses" VIP għall-ajruporti fi Brussell u Strasburgu;
Dibattitu separat fis-seduta plenarja dwar il-kwittanza tal-Parlament
113. Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti jipprogrammaw dibattitu dwar il-kwittanza tal-Parlament f'ħin differenti minn dak tad-dibattitu dwar ir-rapporti ta' kwittanza oħrajn sabiex il-Membri jkollhom l-opportunità jiddedikawlha l-attenzjoni esklużiva li kwittanza tal-istituzzjoni proprja tagħhom jistħoqqilha;
114. Jissuġġerixxi lill-Bureau li għandu jpoġġi fuq l-aġenda tiegħu diskussjoni dwar ir-riżoluzzjoni ta' kwittanza wara l-adozzjoni tagħha mis-seduta plenarja.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
26.3.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 3 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Inés Ayala Sender, Andrea Češková, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Gerben-Jan Gerbrandy, Ingeborg Gräßle, Iliana Ivanova, Bogusław Liberadzki, Monica Luisa Macovei, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Aldo Patriciello, Crescenzio Rivellini, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard, Michael Theurer |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Philip Bradbourn, Zuzana Brzobohatá, Christofer Fjellner, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Marian-Jean Marinescu, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Barbara Weiler |
||||
- [1] ĠU L 64, 12.3.2010
- [2] ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
- [3] ĠU C 167, 7.6.2011, p. 1.
- [4] ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
- [5] ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
- [6] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [7] PE 349.540/Bur/ann/def.
- [8] ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 327.
- [9] ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 244.
- [10] ĠU L 64, 12.3.2010
- [11] ĠU C 332, 14.11.2011, p. 1.
- [12] ĠU C 167, 7.6.2011, p. 1.
- [13] ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.
- [14] ĠU C 332, 14.11.2011, p. 134.
- [15] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
- [16] PE 349.540/Bur/ann/def.
- [17] ĠU C 87 E, 1.4.2010, p. 327.
- [18] ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 244.
- [19] Riporti awtomatiċi: EUR 180 265 823, riporti mhux awtomatiċi: EUR 10 100 000.
- [20] Disponibbli hawnhekk: http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/201109/20110913ATT26546/20110913ATT26546EN.pdf
- [21] ĠU L 252, 25.9.2010, p. 3.
- [22] Rapport annwali dwar il-kuntratti mogħtija mill-Parlament Ewropew, 2010, paragrafi 38 u 39.
- [23] Bejn 11 000 u 66 000 (b'medja ta' inqas minn 30 000) żjara fix-xahar fl-2010.
- [24] Proporzjon f'persunal / proporzjon fil-piż demografiku: il-Ġermanja: 6,4% / 16,3%, ir-Renju Unit: 4,4% / 12,4%, l-Awstrija: 1% / 1,67%, il-Pajjiżi l-Baxxi: 2,7% / 3,3 %,
Sorsi: Rapport Soċjali tal-PE, Diċembru 2011 u Eurostat. - [25] DĠ TRAD Rapport Annwali tal-Attività, paġna 8.
- [26] Is-somma tal-approprjazzjonijiet finali għall-partiti 1004 (Spejjeż għall-vjaġġi regolari) u 1005 (Spejjeż oħra għall-vjaġġi) u għall-artikolu 300 (Nefqiet għall-missjonijiet tal-istaff u vvjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' ħidma): EUR 106 718 500
- [27] Sors: Il-minuti tal-Bureau tat-12 ta' Settembru 2011, punt 12 (nota tas-SG D(2011) 32179, PE469.487/BUR).
- [28] Il-Kumpanija Ferrovjarja Nazzjonali tal-Belġju.