RAPPORT Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) li jwessgħu l-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran.
24.4.2012 - (COM(2011)0905 – C7‑0523/2011 – 2011/0442(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Slavi Binev
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emendi għall-Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) li jwessgħu l-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran.
(COM(2011)0905 – C7‑0523/2011 – 2011/0442(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0905),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0523/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0142/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa -1 (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1) In-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran, kif imsemmija f'dan ir-Regolament jinkludu pajjiżi membri tal-Unjoni għall-Mediterran li jinsabu max-xatt fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran, u l-Ġordan li huwa integrat mill-qrib f'dak ir-reġjun. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa -1a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1a) Minn meta ġie stabbilit fl-1990, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (il-BERŻ) għen lill-pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomiji orjentati lejn suq miftuħ u l-promozzjoni ta’ inizjattivi privati u imprenditorjali. Il-lista ta' pajjiżi li fihom jopera l-BERŻ għandha tiġi estiża biex tinkorpora n-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran sabiex jitħeġġu objettivi simili. |
|
Filwaqt li jirrikonoxxi li s-sitwazzjoni ekonomika u politika tal-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran hija sostanzjalment differenti minn dik tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, il-BERŻ żviluppa approċċ ikkalibrat ġdid li jqis l-ispeċifiċità tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran. Il-BERŻ għandu għalhekk jitħeġġeġ biex jieħu approċċ imfassal apposta għal kull pajjiż, u biex iqis pereżempju fatturi bħall-kuntest rivoluzzjonarju, ir-rwol tal-forzi estremisti, ir-rwol tal-militar u l-istrutturi politiċi monarkiċi. Il-BERŻ għandu għalhekk jirrevedi l-indikaturi tiegħu fil-livelli ta' pajjiż u ta' settur u l-metodoloġija tiegħu għall-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, soċjali u ambjentali u l-impatti tal-operazzjonijiet tiegħu; |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Bi tweġiba għall-avvenimenti li seħħew fl-2011 fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, f’Marzu tal-2011 il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw Komunikazzjoni Konġunta li wriet l-appoġġ politiku u ekonomiku qawwi tal-UE għal dak ir-reġjun, u li kienet tinkludi l-possibbiltà li l-mandat tal-BERŻ jitwessa’ biex ikopri wkoll il-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar, abbażi tal-esperjenza tiegħu ta’ dawn l-aħħar għoxrin sena. Il-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011 approva b’mod wiesa’ l-kontenut ta’ din il-Komunikazzjoni Konġunta. Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tad-dimensjoni tan-Nofsinhar tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-Parlament Ewropew stieden lill-BERŻ jibdel l-istatut tiegħu sabiex jieħu sehem fil-proċess ta’ għajnuna finanzjarja. |
(1) Bi tweġiba għall-avvenimenti li seħħew fl-2011 fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran, f’Marzu tal-2011 il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli ppreżentaw Komunikazzjoni Konġunta li wriet l-appoġġ politiku u ekonomiku qawwi tal-UE għal dak ir-reġjun, u li kienet tinkludi l-possibbiltà li l-mandat tal-BERŻ jitwessa’ biex ikopri wkoll il-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar, abbażi tal-esperjenza tiegħu ta’ dawn l-aħħar għoxrin sena. Il-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2011 approva b’mod wiesa’ l-kontenut ta’ din il-Komunikazzjoni Konġunta. |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 1a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat - Dimensjoni tan-Nofsinhar, il-Parlament Ewropew stieden lill-BERŻ jibdel l-istatut tiegħu sabiex jieħu sehem fil-proċess ta’ għajnuna finanzjarja. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) L-espansjoni tal-BERŻ f'pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran hija xhieda tal-appoġġ tal-Unjoni u l-komunità internazzjonali għat-tamiet, imħeġġa mir-Rebbiegħa Għarbija, għal tranżizzjoni f'dak ir-reġjun lejn ekonomiji tas-suq u soċjetajiet demokratiċi pluralistiċi. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) Filwaqt li titqies il-fraġilità tal-ekonomiji fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran u l-eżistenza ta' inugwaljanzi soċjali li huma wieħed mill-għeruq tal-irvelli tar-Rebbiegħa Għarbija, ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom jinkoraġġixxu lill-BERŻ mhux biss biex jiffoka fuq it-twaqqif ta' settur privat żviluppat, imma wkoll fuq il-kontribut permezz tal-iffinanzjar tiegħu għall-ħolqien ta’ soċjetajiet soċjalment ġusti u ambjentalment sostenibbli, bi qbil mal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. B’mod partikolari, il-BERŻ għandu jitħeġġeġ jippromwovi żvilupp sostenibbli, jeqred il-faqar u jimplimenta r-regoli tal-liġi internazzjonali relatata mal-protezzjoni tal-ħaddiema, il-ħarsien tal-ambjent, ir-responsabilità korporattiva, u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, bi qbil mal-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 21 tat-TUE. |
|
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom jinkoraġġixxu lill-BERŻ isaħħaħ it-tranżizzjoni tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran lejn ekonomiji tas-suq effiċjenti fl-enerġija permezz ta’ studju dwar il-fattibilità tat-tneħħija gradwali tas-self tal-fjuwils fossili, inkluż is-self għall-minjieri tal-faħam u l-produzzjoni tal-enerġija relatata u t-trasferiment ta' enerġija rinnovabbli u teknoloġiji b'effiċjenza fl-enerġija. |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Permezz tar-Riżoluzzjonijiet numru 137 u 138 adottati fit-30 ta’ Settembru 2011, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ ivvota favur l-emendi meħtieġa tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ u b’hekk il-Bank jista’ jwessa’ r-reġjun ta’ ħidma tiegħu għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran. Il-Gvernaturi kollha li jirrappreżentaw lill-Istati Membri tal-UE fil-BERŻ ivvutaw favur dawn l-emendi, inkluż il-Gvernatur li jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea. |
(3) Permezz tar-Riżoluzzjonijiet numru 137 u 138 adottati fit-30 ta’ Settembru 2011, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ ivvota favur l-emendi meħtieġa tal-Ftehim li jistabbilixxi l-BERŻ (il-Ftehim), u b’hekk il-Bank jista’ jwessa’ r-reġjun ta’ ħidma tiegħu għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, filwaqt li jżomm l-impenn tiegħu lejn il-pajjiżi fejn attwalment jopera. Il-Gvernaturi kollha li jirrappreżentaw lill-Istati Membri tal-UE fil-BERŻ ivvutaw favur dawn l-emendi, inkluż il-Gvernatur li jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom jesiġu mill-BERŻ li jissorvelja l-operazzjonijiet tiegħu mill-qrib, b'mod partikolari f’pajjiżi fejn hemm nuqqas ta’ responsabilità politika, fejn jinkisru d-drittijiet ċiviċi u d-drittijiet tal-bniedem jew fejn jippersisti livell għoli ta’ korruzzjoni. |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Permezz tar-Riżoluzzjoni 134 tiegħu, adottata fil-21 ta’ Mejju 2011, il-Bord tal-Gvernaturi tal-BERŻ enfasizza li l-estensjoni ppjanata tal-mandat tal-BERŻ għandha tinkiseb mingħajr ma jkunu meħtieġa kontribuzzjonijiet ta’ kapital addizzjonali mill-azzjonisti tiegħu. |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Huwa u jwettaq l-attivitajiet tiegħu fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, il-BERŻ għandu jitħeġġeġ ikompli jaħdem mill-qrib mal-UE u jiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib mal-BEI u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi Ewropej u internazzjonali oħrajn, |
(5) Huwa u jwettaq l-attivitajiet tiegħu fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, il-BERŻ għandu jitħeġġeġ iżid il-koerenza tiegħu mal-politiki tal-Unjoni u jiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib mal-BEI u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi Ewropej u internazzjonali oħrajn, l-atturi involuti fl-iżvilupp kif ukoll is-soċjetà ċivili f’pajjiżi fejn jopera jew qed jippjana li jopera, sabiex jagħmel użu sħiħ mill-vantaġġi komparattivi tagħhom. Il-BERŻ għandu wkoll jevita li jidduplika l-attivitajiet tal-atturi l-oħra fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran. |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Qabel ma l-BERŻ japprova, u jimpenja ruħu f'pajjiż potenzjali ġdid li jopera fih, għandu jintalab jagħmel valutazzjoni teknika dettaljata tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u politiċi eżistenti fil-pajjiż ikkonċernat, inklużi differenzi ta' tranżizzjoni possibbli fl-impenn ta' dak il-pajjiż għall-prinċipji tad-demokrazija b’diversi partiti, il-pluraliżmu u l-ekonomija tas-suq, kif inhu stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim. Barra minn hekk, il-BERŻ għandu jirrevedi l-attivitajiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra f'dak il-pajjiż u għandu jistipula l-prijoritajiet tiegħu b'tali mod li jagħmel l-aħjar użu tal-għarfien u l-ħiliet uniċi tiegħu. Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom jinkoraġġixxu lill-BERŻ jagħmel trasparenti u pubblikament disponibbli t-tħejjija tal-valutazzjonijiet tekniċi tiegħu u biex iqis għal kollox l-opinjonijiet tal-Unjoni u l-partijiet interessati relevanti nazzjonali u internazzjonali. |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5b) Skont id-Deċiżjoni Nru 1219/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar is-sottoskrizzjoni mill-Unjoni Ewropea f’ishma addizzjonali fil-kapital tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) bħala riżultat tad-deċiżjoni li jiżdied dan il-kapital1, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tas-sistema bankarja Ewropea għall-investiment pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sa tmiem ir-raba’ Reviżjoni tar-Riżorsi tal-Kapital għall-perjodu 2011-2015, li jeżamina l-effikaċja tas-sistema eżistenti tal-istituzzjonijiet Ewropej ta’ ffinanzjar pubbliku u li jippromwovu l-investiment fl-Unjoni u fil-pajjiżi ġirien tagħha. Dan ir-rapport għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn il-banek rispettivi u l-ottimizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tagħhom. Il-valutazzjoni għandha tistabbilixxi opinjonijiet dwar kif l-aħjar tiġi razzjonalizzata s-sistema, mingħajr ma tiġi eskluża l-opzjoni li eventwalment il-BERŻ jinħatt u l-għarfien espert tiegħu jiġi integrat fil-BEI u l-Bank Dinji rispettivament, filwaqt li titqies l-estensjoni tal-ħidma tal-BERŻ fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran. |
|
___________ |
|
1 ĠU L 313, 26.11.2011, p. 1. |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5c) Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom jinkoraġġixxu lill-BERŻ isaħħaħ il-ħidma tal-Kumitat tal-Verifika tal-BERŻ u l-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità fir-rigward tat-talba tal-Parlament Ewropew għal żieda fit-trasparenza u kontroll aktar riġidu biex tiġi evitata s-segretezza mill-benefiċjarji jew l-użu ta' rifuġji fiskali. |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5d) Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom jinkoraġġixxu lill-BERŻ jiżgura li l-attivitajiet tiegħu jkunu diretti lejn l-appoġġ għat-tranżizzjoni tal-pajjiżi prospettivi ta’ operazzjoni tiegħu fin-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran lejn ekonomiji tas-suq li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu sostenibbli u moderni. F’dan ir-rigward, il-BERŻ għandu jirrapporta dwar il-prestazzjoni tiegħu annwalment u għandu jmexxi valutazzjonijiet komprensivi tal-impatt tiegħu fuq il-bini ta’ ekonomiji bħal dawn qabel ma jseħħu r-reviżjonijiet tiegħu tar-riżorsi tal-kapital ta’ kull ħames snin, |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 2a |
|
Il-Gvernatur tal-BERŻ li jirrappreżenta l-Unjoni għandu jirrapporta annwalment lill-Parlament Ewropew dwar l-espansjoni tal-operazzjonijiet tal-BERŻ lejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribut tal-BERŻ għat-tranżizzjoni lejn ekonomiji tas-suq soċjalment inklużivi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija filwaqt li jiġi kkunsidrat il-kuntest tad-drittijiet ċiviċi u d-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll kwalunkwe ftehim ġdid iffirmat ma’ donaturi għal fondi ta’ kooperazzjoni jew fondi speċjali favur dawk il-pajjiżi. |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 2b |
|
Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom iħeġġu lill-BERŻ biex: |
|
- jagħmel valutazzjoni teknika dettaljata tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u politiċi eżistenti fil-pajjiż ikkonċernat, |
|
- jipprovdi l-assistenza tiegħu biss b’konformità mal-Artikolu 1 tal-Ftehim u ma jidħolx f’attivitajiet li jkunu f’kunflitt mal-politiki tal-Unjoni dwar drittijiet ċiviċi u d-drittijiet tal-bniedem, |
|
- jiffoka fuq oqsma konsistenti mal-objettivi ewlenin tal-politiki esterni tal-Unjoni u jappoġġja proġetti li jippromwovu żvilupp sostenibbli, |
|
- jadotta strateġija sal-2013 bi skeda ta’ żmien konkreta biex jiżdied l-użu tal-enerġija rinnovabbli u t-teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija; |
|
- ikompli jimplimenta l-aħjar prattiki prudenzjali tal-attività bankarja sabiex tkompli tiġi ppreservata l-pożizzjoni b'saħħitha ħafna tal-kapital tiegħu, |
|
- isaħħaħ il-ħidma tal-Kumitat ta’ Verifika tal-BERŻ u l-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità u jżid il-kontroll biex tiġi evitata segretezza mill-benefiċjarji jew l-użu ta’ rifuġji fiskali, li jkunu ġurisdizzjonijiet barranin li ma jikkooperawx, karatterizzati, b’mod partikolari, min-nuqqas ta’ taxxi jew taxxi nominali, nuqqas ta’ skambju effettiv ta’ informazzjoni ma’ awtoritajiet fiskali barranin u nuqqas ta’ trasparenza f’dipożizzjonijiet leġiżlattivi, legali jew amministrattivi, jew kif identifikat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew it-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja, |
|
- jadotta pjan ċar dwar kif għandu jiffinanzja l-attivitajiet tiegħu b’relazzjoni man-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran, u jipprovdi dikjarazzjoni pubblika dwar il-prijoritajiet tiegħu fi ħdan dak il-qasam. |
|
- jipprovdi fil-websajt tal-BERŻ informazzjoni adegwata dwar il-benefiċjarji tal-fondi tiegħu, l-impatt tal-operazzjonijiet finanzjarji intermedjarji tiegħu u l-evalwazzjoni ta’ proġetti. |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 2c |
|
Fir-rigward tal-approvazzjoni ta' status ta' pajjiż benefiċjarju potenzjali jew ta' pajjiż benefiċjarju tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-Mediterran, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjoni bejn is-servizzi u għandha tikkonsulta s-soċjetà ċivili b'mod xieraq qabel il-votazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi dwar il-konformità ta' pajjiż mal-kundizzjonijiet tal-BERŻ, inkluż mal-Artikolu 1 tal-Ftehim. |
ANNESS: Emendi għall-Ftehim
L-Artikolu 1 tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 1
GĦAN
Fil-kontribut tiegħu għall-progress ekonomiku u għar-rikostruzzjoni, l-għan tal-Bank għandu jkun li jgħin fil-bidla lejn ekonomiji miftuħin orjentati lejn is-suq u li jippromwovi inizjattivi privati u imprenditorjali fil-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Ewropa Ċentrali li impenjaw ruħhom li jħarsu l-prinċipji tad-demokrazija li fiha jieħdu sehem diversi partiti, tal-pluraliżmu u tal-ekonomiji tas-suq u li qed japplikaw dawn il-prinċipji. L-għan tal-Bank jista’ jitwettaq ukoll, dejjem bl-istess kundizzjonijiet, fil-Mongolja u fil-pajjiżi membri li jinsabu fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Mediterran, kif stabbilit mill-Bank, wara li mill-inqas żewġ terzi tal-Gvernaturi li jirrappreżentaw mhux inqas minn tliet kwarti tas-setgħat kollha tal-vot tal-membri jivvutaw favur dan. B’hekk, kull referenza f’dan il-Ftehim u fl-Annessi tiegħu għall-“pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant u tal-Ewropa Ċentrali”, għall-“pajjiżi li jinsabu fl-Ewropa tal-Lvant u fl-Ewropa Ċentrali”, għall-“pajjiż benefiċjarju (jew pajjiżi benefiċjarji)” u għall-“pajjiż membru li huwa benefiċjarju (jew pajjiżi membri li huma benefiċjarji)” għandha tirreferi wkoll għall-Mongolja u għal kull wieħed mit-tali pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran.”
L-Artikolu 18 tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 18
FONDI SPEĊJALI
1. (i) Il-Bank jista’ jaċċetta l-amministrazzjoni ta’ Fondi Speċjali maħsuba biex jaqdu l-għan tal-Bank u li jaqgħu fi ħdan il-funzjonijiet tiegħu fil-pajjiżi benefiċjarji tiegħu u fil-pajjiżi li huma benefiċjarji potenzjali tiegħu. L-ispiża totali tal-amministrazzjoni ta’ kwalunkwe Fond Speċjali bħal dan għandha titħallas minn dak il-Fond Speċjali.
(ii) Għall-għanijiet tas-subparagrafu (i), il-Bord tal-Gvernaturi jista’, fuq talba ta’ membru li mhuwiex pajjiż benefiċjarju, jiddeċiedi li dan il-membru jikkwalifika għall-istatus ta’ pajjiż benefiċjarju potenzjali għal perjodu limitat u bil-kundizzjonijiet li huwa jqis li huma xierqa. Deċiżjoni bħal din għandha tittieħed billi mill-inqas żewġ terzi tal-Gvernaturi li jirrappreżentaw mill-inqas tliet kwarti tas-setgħat kollha tal-vot tal-membri jivvutaw favuriha.
(iii) Id-deċiżjoni biex membru jitħalla jikkwalifika għall-istatus ta’ pajjiż benefiċjarju potenzjali tista’ tittieħed biss jekk it-tali membru jkun jista’ jissodisfa r-rekwiżiti biex isir pajjiż benefiċjarju. It-tali rekwiżiti huma dawk stipulati fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim, fil-verżjoni tiegħu meta tittieħed it-tali deċiżjoni jew fil-verżjoni tiegħu hekk kif tidħol fis-seħħ emenda li tkun diġà ġiet approvata mill-Bord tal-Gvernaturi meta tittieħed it-tali deċiżjoni.
(iv) Jekk pajjiż benefiċjarju potenzjali ma jkunx sar pajjiż benefiċjarju fi tmiem il-perjodu msemmi fis-subparagrafu (ii), il-Bank għandu minnufih itemm kull ħidma speċjali f’dak il-pajjiż, ħlief dawk marbutin mal-implimentazzjoni, il-konservazzjoni u l-preservazzjoni regolari tal-assi tal-Fond Speċjali u mas-saldu tal-obbligi li jkunu ġew minnhom.
2. Il-Fondi Speċjali aċċettati mill-Bank jistgħu jintużaw fil-pajjiżi benefiċjarji tiegħu u fil-pajjiżi benefiċjarji potenzjali tiegħu b’kull mod u bi kwalunkwe termini u kundizzjonijiet li jkunu konsistenti mal-għan u mal-funzjonijiet tal-Bank, mad-dispożizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal dan il-Ftehim, u mal-ftehim jew ftehimiet marbutin ma’ Fondi bħal dawn.
3. Il-Bank għandu jadotta r-regoli u r-regolamenti li jkun hemm bżonn biex jiġi stabbilit, amministrat u użat kull Fond Speċjali. It-tali regoli u regolamenti għandhom ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ħlief għal dawk id-dispożizzjonijiet li japplikaw espressament għall-operazzjonijiet ordinarji tal-Bank biss.”
PROĊEDURA
Titolu |
Twessigħ tal-ambitu ġeografiku tal-ħidma tal-BERŻ għar-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran |
||||
Referenzi |
COM(2011)0905 – C7-0523/2011 – 2011/0442(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.12.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 17.1.2012 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 17.1.2012 |
INTA 17.1.2012 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 6.3.2012 |
INTA 29.2.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Slavi Binev 17.1.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
28.2.2012 |
20.3.2012 |
17.4.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.4.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Elena Băsescu, Slavi Binev, Udo Bullmann, Pascal Canfin, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Sławomir Witold Nitras, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Edward Scicluna, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Philippe De Backer, Herbert Dorfmann, Bas Eickhout, Sari Essayah, Vicky Ford, Robert Goebbels, Anne E. Jensen, Mario Mauro, Godelieve Quisthoudt-Rowohl |
||||
Data tat-tressiq |
24.4.2012 |
||||