RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija

2.5.2012 - (COM(2011)0659 – C7‑0372/2011 – 2011/0301(COD)) - ***I

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Göran Färm


Proċedura : 2011/0301(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0150/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija.

(COM(2011)0659 – C7‑0372/2011 – 2011/0301(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0659),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 172 u 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0372/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0150/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Matul id-deċennju li jmiss, se jkunu meħtieġa volumi ta’ investiment mingħajr preċedenti fit-trasport, l-enerġija u n-netwerks tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Ewropa sabiex jiġu sostnuti l-azzjonijiet emblematiċi tal-Ewropa 2020 u sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi intelliġenti, imtejba u interkonnessi għal kollox sabiex tissaħħaħ il-kompletezza tas-suq intern. Il-ħtiġijiet stmati tal-investimenti fin-netwerk tat-TEN-T jammontaw għal EUR 500 biljun. Fost il-proġetti infrastrutturali tal-enerġija b’relevanza Ewropea, madwar EUR 100 biljun f’investimenti jinsabu f’riskju li ma jiġux realizzati minħabba xkiel relatat mal-għoti tal-permessi, ir-regolazzjoni u l-finanzjament, filwaqt li EUR 100 biljun ieħor ser ikunu ffinanzjati mis-settur innifsu. Il-ħtiġijiet ta’ investiment sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-Aġenda Diġitali ta’ forniment ta’ aċċess għall-internet veloċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej kollha huma bejn EUR 181 u EUR 273 biljun, li minnhom l-investiment mis-settur privat huwa mistenni li jammonta bejn EUR 30 u EUR 100 biljun.

(3) Matul id-deċennju li jmiss, se jkunu meħtieġa volumi ta’ investiment mingħajr preċedenti fit-trasport, l-enerġija u n-netwerks tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Ewropa sabiex jiġu sostnuti l-azzjonijiet emblematiċi tal-Ewropa 2020 u sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi intelliġenti, imtejba u interkonnessi għal kollox sabiex tissaħħaħ il-kompletezza tas-suq intern. Il-ħtiġijiet stmati tal-investimenti fin-netwerk tat-TEN-T jammontaw għal EUR 500 biljun. Fost il-proġetti infrastrutturali tal-enerġija b’relevanza Ewropea, madwar EUR 100 biljun f’investimenti jinsabu f’riskju li ma jiġux realizzati minħabba xkiel relatat mal-għoti tal-permessi, ir-regolazzjoni u l-finanzjament, filwaqt li EUR 100 biljun ieħor ser ikunu ffinanzjati mis-settur innifsu. Il-ħtiġijiet ta’ investiment sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-Aġenda Diġitali ta’ forniment ta’ aċċess għall-internet veloċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej kollha huma bejn EUR 181 u EUR 273 biljun, li minnhom l-investiment mis-settur privat huwa mistenni li jammonta bejn EUR 30 u EUR 100 biljun. Għandu jiġi żgurat, mandankollu, li l-infrastruttura tat-trasport iffinanzjata mill-UE tqis il-bżonnijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, it-tnaqqis fl-istorbju fis-sors, il-bijodiversità u l-isfidi fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-istrumenti finanzjarji jistgħu jtejbu l-effiċjenza tal-infiq baġitarju u jiksbu effetti multiplikaturi akbar f’termini ta’ attirazzjoni tal-iffinanzjar mis-settur privat u kisbu volumi tal-investimenti. L-effett multiplikatur mistenni tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti huwa ta’ bejn 15-20.

(5) L-istrumenti finanzjarji kif inhuma rregolati mir-Regolament Finanzjarju1 jistgħu f’xi każijiet itejbu l-effiċjenza tal-infiq baġitarju u jiksbu effetti multiplikaturi akbar f’termini ta’ attirazzjoni tal-iffinanzjar mis-settur privat, speċjalment fil-kuntest tal-aċċess diffiċli għall-kreditu u r-restrizzjonijiet attwali fil-finanzi pubbliċi. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tiżgura li l-fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti toffri valur miżjud, billi tikseb volumi ikbar tal-investimenti. L-effett multiplikatur mistenni tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti huwa ta’ bejn 15-20.

 

_________________

 

1 Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Minħabba l-kobor tal-bżonnijiet għall-investiment u l-għanijiet definiti fl-istrateġija Ewropa 2020 fid-deċennju li ġej, il-Kummissjoni għandha, jekk tirnexxi l-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, issaħħaħ l-isforzi tal-Unjoni għall-ingranaġġ ta’ u jiġi attirat finanzjament addizzjonali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha objettiv doppju: l-ewwel sabiex tgħin tiffinanzja l-proġetti tal-prijoritajiet tal-politiki Ewropej u t-tieni, li tiffaċilita involviment akbar mis-settur privat fl-iffinanzjar fit-tul mis-swieq kapitali tal-proġetti infrastrutturali. Sejra terġa’ tiffoka l-infiq tal-baġit tal-UE lejn oqsma li jżidu t-tkabbir billi jiġu kkunsidrati d-dixxiplina baġitarja tal-Unjoni u l-limiti massimi taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali.

(7) Il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha objettiv doppju: l-ewwel sabiex tgħin tiffinanzja l-proġetti tal-prijoritajiet tal-politiki Ewropej u t-tieni, li tiffaċilita involviment akbar mis-settur privat fl-iffinanzjar fit-tul mis-swieq kapitali tal-proġetti infrastrutturali, partikolarment permezz tal-għoti tat-tisħiħ tal-kreditu neċessarju biex jiġu attirati investituri tas-suq kapitali. Sejra terġa’ tiffoka l-infiq tal-baġit tal-UE lejn oqsma li jżidu t-tkabbir, partikolarment it-trasport, l-enerġija u l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni, billi jiġu kkunsidrati d-dixxiplina baġitarja tal-Unjoni u l-limiti massimi taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Se tkun l-ewwel strument finanzjarju li minnu se jibbenefikaw il-proġetti infrastrutturali bi ħtiġijiet finanzjarji simili f’bosta setturi u għalhekk, tipproduċi benefiċċji akbar f’termini ta’ impatt fuq is-suq, effiċjenza amministrattiva u użu tar-riżorsi. Se tipprovdi strument koerenti lill-partijiet interessati tal-infrastrutturi bħall-finanzjaturi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-kumpaniji u l-operaturi tal-kostruzzjoni.

(8) Se tkun l-ewwel strument finanzjarju li minnu se jibbenefikaw il-proġetti infrastrutturali bi ħtiġijiet finanzjarji simili f’bosta setturi u għalhekk, tipproduċi benefiċċji akbar f’termini ta’ impatt fuq is-suq, effiċjenza amministrattiva u użu tar-riżorsi, grazzi għas-sinerġiji possibbli bejn is-setturi tat-trasport, l-enerġija u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Se tipprovdi strument koerenti lill-partijiet interessati tal-infrastrutturi bħall-finanzjaturi, l-awtoritajiet pubbliċi, il-kumpaniji u l-operaturi tal-kostruzzjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Bl-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, il-bonds maħruġa minn kumpaniji tal-proġett u l-baġit tal-Unjoni flimkien mal-finanzjament minn sieħeb finanzjarju jintużaw sabiex itejbu l-kwalità ta’ kreditu tal-bonds sabiex jattiraw investituri tas-suq kapitali tad-dejn bħall-fondi tal-pensjoni u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni.

(9) Bl-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, il-bonds maħruġa minn kumpaniji tal-proġett u l-baġit tal-Unjoni flimkien mal-finanzjament minn sieħeb finanzjarju jintużaw sabiex itejbu l-kwalità ta’ kreditu tal-bonds sabiex jattiraw investituri tas-suq kapitali tad-dejn bħall-fondi tal-pensjoni, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u partijiet interessati oħrajn.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-appoġġ tal-Unjoni għandu jimmitiga r-riskju inerenti f’bonds tal-proġetti sakemm il-parteċipanti fis-suq kapitali jkunu lesti li jinvestu f’bonds tal-proġetti infrastrutturali b’volum akbar minn dak li jkun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni.

(10) L-appoġġ tal-Unjoni li jingħata permezz ta' dan ir-Regolament għandu jimmitiga r-riskju inerenti f’bonds għal proġetti sakemm il-parteċipanti fis-suq kapitali jkunu lesti li jinvestu f’bonds għal proġetti infrastrutturali b’volum akbar minn dak li jkun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa ma għandux jitqiegħed f’riskju minħabba konġestjoni eskalenti tat-trasport, konnessjonijiet tal-enerġija neqsin u tnaqqis fil-penetrazzjoni tal-broadband minħabba d-diffikultajiet tal-proġetti tal-infrastruttura fil-kisba ta’ aċċess għal iffinanzjar privat jew finanzjament pubbliku fit-tul.

(11) L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa ma għandux jitqiegħed f’riskju minn prestazzjoni tat-trasport li qed tmur għall-agħar, konnessjonijiet tal-enerġija neqsin, sistemi enerġetiċi antikwati, nuqqas tal-provvista enerġetika u tnaqqis fil-penetrazzjoni tal-broadband, u l-inadegwatezza tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni minħabba d-diffikultajiet tal-proġetti tal-infrastruttura fil-kisba ta’ aċċess għal iffinanzjar privat jew finanzjament pubbliku fit-tul.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ir-rivalutazzjoni tal-programmi ta’ investiment fl-infrastruttura mill-Istati Membri fil-kuntest tal-awsterità fiskali u r-riformi strutturali tagħhom mhux se tiffaċilita l-aċċellerazzjoni meħtieġa tar-rittmu tal-investiment fl-infrastruttura. Barra minn hekk, is-self mill-banek fit-tul għall-proġetti infrastrutturali għadu mhuwiex biżżejjed u jiġi jiswa ħafna flus, u dan jitlob sorsi alternattivi u kompetittivi ta’ ffinanzjar tad-dejn.

(12) Ir-rivalutazzjoni tal-programmi ta’ investiment fl-infrastruttura mill-Istati Membri fil-kuntest tal-awsterità fiskali u r-riformi strutturali tagħhom mhux se tiffaċilita l-aċċellerazzjoni tar-ritmu tal-investiment fl-infrastruttura meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-istrateġija Ewropa 2020, partikolarment it-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti f'termini ta' riżorsi, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, biex jinkiseb tkabbir sostenibbli, skont kif previst mill-inizjattiva emblematika tal-istrateġija Ewropa 2020 għall-effiċjenza tar-riżorsi. Barra minn hekk, is-self mill-banek fit-tul għall-proġetti infrastrutturali għadu mhuwiex biżżejjed u jiġi jiswa ħafna flus, u dan jitlob sorsi alternattivi u kompetittivi ta’ ffinanzjar tad-dejn.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għaldaqstant, huwa propost li titvara fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti matul il-qafas finanzjarju attwali sabiex jiġi żviluppat finanzjament tas-suq kapitali tad-dejn b'mod aktar ġeneriku fil-qasam tal-infrastruttura u sabiex tiġi estiża l-medda ta’ strumenti finanzjarji disponibbli bħalissa għall-proġetti tat-trasport.

(14) Għaldaqstant, huwa propost li titvara fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti matul il-qafas finanzjarju attwali sabiex jiġi aċċertat jekk, u sa liema punt, strumenti finanzjarji ta' kondiviżjoni tar-riskju joffrux benefiċċji addizzjonali fil-qasam tal-finanzjament tal-infrastruttura.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiġi implimentata l-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 għandhom jiġu emendati. Din il-fażi pilota timmira li tappoġġa l-proġetti infrastrutturali b'potenzjal kummerċjali fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT, filwaqt li wara l-2013 l-inizjattiva tista' testendi għal setturi oħra.

(15) Sabiex tiġi implimentata l-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 għandhom jiġu emendati. Din il-fażi pilota timmira li tappoġġa l-proġetti infrastrutturali b'valur miżjud Ewropew ċar u b'potenzjal kummerċjali fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT, li, minkejja l-potenzjal kummerċjali tagħhom, ma jingħatawx biżżejjed finanzjament mis-suq.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fid-dawl tal-kompetenza tal-BEI li ilha stabilita li huwa wkoll il-finanzjatur ewlieni tal-proġetti infrastrutturali u minħabba n-natura tiegħu bħala korp finanzjarju tal-UE stabilit mit-Trattat, il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-BEI fl-implimentazzjoni ta’ din il-fażi pilota. Il-patti u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kooperazzjoni inklużi l-kondiviżjoni tar-riskju u r-rimunerazzjoni tal-BEI, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

(16) Fid-dawl tal-kompetenza tal-BEI li ilha stabilita li huwa wkoll il-finanzjatur ewlieni tal-proġetti infrastrutturali u minħabba n-natura tiegħu bħala korp finanzjarju tal-UE stabilit mit-Trattat, il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-BEI fl-implimentazzjoni ta’ din il-fażi pilota. Hemm bżonn jiġu stabbiliti l-patti u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kooperazzjoni inklużi l-kondiviżjoni tar-riskju u r-rimunerazzjoni tal-BEI, fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha titvara fit-tħejjija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa proposta. Il-fażi pilota se tgħin twitti t-triq għall-istrument finanzjarju ta’ kondiviżjoni tar-riskji finanzjarja taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

(17) Il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni (MFF) wara l-2013 u, għandha titvara sal-31 ta’ Lulju 2012 fit-tħejjija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-fażi pilota, fil-każ li tirnexxi u wara analiżi u valutazzjoni indipendenti xierqa, se tgħin twitti t-triq għall-istrument finanzjarju ta’ kondiviżjoni tar-riskji taħt il-Faċilità "Nikkollegaw l-Ewropa".

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-fondi baġitarji għandhom jintalbu mill-BEI fuq il-bażi ta’ medda ta’ proġetti, li l-BEI jidhirlu li jkunu xierqa u li x'aktarx jitwettqu. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Minħabba l-kumplessità ta’ proġetti infrastrutturali kbar, l-approvazzjoni reali tista’ ssir f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

(20) Il-fondi baġitarji għandhom jintalbu mill-BEI fuq il-bażi ta’ medda ta’ proġetti, li l-BEI u l-Kummissjoni jidhrilhom li jkunu xierqa, konformement mal-objettivi politiċi fit-tul tal-Unjoni u li x'aktarx jitwettqu. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Minħabba l-kumplessità ta’ proġetti infrastrutturali kbar, l-approvazzjoni reali tista’ ssir f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Huwa mixtieq li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni indipendenti u fil-fond tal-fażi pilota tal-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti. Dik il-valutazzioni, jekk ikun xieraq, trid tiġi akkumpanjata minn proposti leġiżlattivi dwar strumenti finanzjarji innovattivi fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-perjodu 2014-2020.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b) Peress li fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1-2 ta' Marzu 2012, ġiet stabbilita d-data ta' skadenza tat-12 ta' Ġunju 2012 għall-ilħiq ta' ftehim dwar il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, il-Kummissjoni trid tibda timplimenta dik il-fażi pilota mingħajr aktar dewmien.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 8 – paragrafi 5a u 5b (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Fl-Artikolu 8, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

"5a. Għandha ssir evalwazzjoni indipendenti u kompluta tal-fażi pilota tal-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti msemmija fil-paragrafi 2a sa 2db tal-Artikolu 31, li għandha tkopri, inter alia, il-valur miżjud tagħha, inkluż l-impatt fuq il-vijabilità finanzjarja tal-proġett, l-addizzjonalità fil-konfront ta' strumenti oħrajn tal-Unjoni jew tal-Istati Membri u ta' kull xorta ta' finanzjament tad-dejn fit-tul u l-effett multiplikatur milħuq. Għandha tinkludi osservazzjonijiet ġenerali dwar l-iżviluppi tas-suq, inklużi l-ħolqien jew il-korrezzjoni ta' kwalunkwe effett ta' tfixkil li jista' jkun hemm, u valutazzjoni tar-riskji involuti inkluż ir-riskju tal-proġett u tas-sħab. Għandha tikkunsidra wkoll jekk tkunx xierqa rata massima ta' qligħ għall-finanzjament ta' proġetti pubbliċi minn investituri mis-settur privat, u tipprovdi analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla ma' mezzi alternattivi ta' finanzjament għal proġetti, inklużi self bankarju u ekwità.

 

5b. Barra minn hekk, abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-passi li għandhom jittieħdu fil-futur sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza fl-infiq tal-Unjoni kif ukoll sabiex jiżdiedu l-volumi ta' investiment għal proġetti ta' prijorità. Dik il-valutazzjoni għandha teżamina, inter alia, kif l-istrument għall-bonds tal-proġetti jista' jsir aktar attraenti għal firxa usa' ta' investituri fit-tul, inklużi dawk mis-settur pubbliku.”

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt a

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Inkella, l-Unjoni tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-BEI għall-għotjiet u l-allokazzjoni ta’ kapital għal selfiet jew garanziji li jridu jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti msemmija fil-paragrafi 2a sa 2d.

Inkella, l-Unjoni tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-BEI matul il-fażi pilota fl-2012 u l-2013 għall-għotjiet u l-allokazzjoni ta’ kapital għal selfiet jew garanziji li jridu jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti msemmija fil-paragrafi 2a sa 2db.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt b – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Jiddaħħlu l-paragrafi 2a sa 2d li ġejjin:

(b) Jiddaħħlu l-paragrafi 2a sa 2db li ġejjin:

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Strument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti tfisser titjib tal-kreditu li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

2a. Strument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti tfisser strument konġunt mill-Kummissjoni u l-BEI li jipprovdi titjib tal-kreditu li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a) jieħu l-forma ta’ selfa jew garanzija mill-BEI favur il-finanzjament ipprovdut għall-proġetti fil-qasam tal-ICT u tal-broadband.

(a) jieħu l-forma ta’ selfa jew garanzija mill-BEI, bl-appoġġ ta’ kontribut baġitarju mill-Unjoni, favur il-finanzjament ipprovdut għall-proġetti ta’ interess Ewropew komuni fil-qasam tal-ICT u tal-broadband, li jikkumplementa l-finanzjament mill-Istati Membri jew l-investituri privati u jindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ideali meta l-proġetti ma jingħatawx il-finanzjament adegwat mis-suq.

(b) ikopri r-riskju tas-servizzjar tad-dejn ta’ proġett u jimmitiga r-riskju tal-kreditu tad-detenturi tal-bonds.

(b) ikopri r-riskju tas-servizzjar tad-dejn ta’ proġett u jimmitiga r-riskju tal-kreditu tad-detenturi tal-bonds.

(c) jintuża biss għal proġetti li l-vijabilità finanzjarja tagħhom tissejjes fuq id-dħulijiet tal-proġetti.

(c) jintuża biss għal proġetti li l-vijabilità finanzjarja tagħhom tissejjes fuq id-dħul tal-proġetti.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 – paragrafu 2b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI.

2b. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, ma għandha fl-ebda każ taqbeż l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti. Ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha dejjem għandu jinġarr mill-BEI.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 – paragrafu 2c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

2c. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-elementi bażiċi ta’ dak il-ftehim.

 

Għandha tiġi garantita valutazzjoni tar-riskji mill-BEI skont il-Linji gwida tal-BEI għall-Politika tar-Riskju tal-Kreditu, u għandhom jitqiesu kif xieraq il-kriterji ta’ għażla tal-BEI fl-oqsma soċjali, ambjentali u tal-klima.

 

It-termini ewlenin, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti huma stabbiliti f’Anness għal din id-Deċiżjoni.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 – paragrafu 2 da (ġdid) u 2 db (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2da. Minbarra l-kundizzjonijiet ta' rappurtar stabbiliti fil-punt 49 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda u mingħajr preġudizzju għal kull kundizzjoni ta' rappurtar regolatorja oħra, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sitt xhur tul il-fażi pilota. Dan ir-rappurtar għandu jinkludi l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-rendiment tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u rakkomandazzjonijiet dwar il-mod ta' kif tiġi msaħħa l-effikaċja tiegħu.

 

2db. Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5a) ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi bidliet regolatorji xierqa, inklużi bidliet leġiżlattivi, partikolarment jekk l-irkupru fis-suq ma jkunx sodisfaċenti jew fil-każ li sorsi alternattivi ta’ finanzjament tad-dejn fuq terminu ta’ żmien twil isiru disponibbli b’mod suffiċjenti.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 – punt 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. "strument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti" tfisser titjib tal-kreditu pprovdut għall-proġetti ta’ interess komuni. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jkopri r-riskju ta’ servizz ta’ dejn ta’ proġett u jtaffi r-riskju ta’ kreditu tad-detenturi tal-bonds. Jintuża biss għal proġetti li l-vijabilità finanzjarja tagħhom hija bbażata fuq id-dħulijiet tal-proġetti.

14. "strument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti" tfisser strument konġunt tal-Kummissjoni u l-BEI li jipprovdi titjib tal-kreditu għall-proġetti ta’ interess komuni, b'valur miżjud Ewropew, li jikkumplementa l-finanzjament mill-Istati Membri jew l-investituri privati u l-indirizzar ta’ sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ideali meta l-proġetti ma jingħatawx biżżejjed finanzjament mis-suq. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jkopri r-riskju ta’ servizz ta’ dejn ta’ proġett u jtaffi r-riskju ta’ kreditu tad-detenturi tal-bonds. Jintuża biss għal proġetti li l-vijabilità finanzjarja tagħhom hija bbażata fuq id-dħul tal-proġetti.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 – punt 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15. "Titjib tal-kreditu" tfisser l-użu ta' selfa tal-BEI jew ta' garanzija tal-BEI biex tittejjeb il-kwalità tal-kreditu għall-proġett tad-dejn."

15. "Titjib tal-kreditu" tfisser l-użu ta' selfa tal-BEI jew ta' garanzija tal-BEI, bl-appoġġ ta’ kontribut mill-baġit tal-Unjoni, biex tittejjeb il-kwalità tal-kreditu għall-proġett tad-dejn."

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3 – sottopunt a

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-2012 u l-2013, ammont ta’ massimu ta’ EUR 200 miljun jista’ jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti fis-settur tat-trasport.

Fl-2012 u l-2013, ammont ta’ massimu ta’ EUR 200 miljun jista’ jiġi riallokat għall-fażi pilota tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti fis-settur tat-trasport.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3 – sottopunt b

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) (g) kontribuzzjoni finanzjarja għll-BEI għall-provviżjonament u l-allokazzjon kapitali għas-selfiet jew garanziji li jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-proġetti tal-bonds fil-qasam tat-TEN-T u TEN-E. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Fl-2012 u l-2013, ammont sa massimu ta; EUR 210 miljun, li minnhom sa EUR 200 miljun għall-proġetti tat-trasport u sa EUR 10 miljun għall-proġetti tal-enerġija, għandu jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) mil-linja baġitarja tat-TEN-T (LGTT) u t-TEN-E, rispettivament. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jista’ jerġa’ juża kwalunkwe dħul riċevut matul il-perjodu ta’ investiment għal selfiet u garanziji ġodda."

(g) waqt fażi pilota fl-2012 u l-2013, kontribuzzjoni finanzjarja għall-BEI għall-provviżjonament u l-allokazzjoni kapitali għas-selfiet jew garanziji li jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-proġetti tal-bonds fil-qasam tat-TEN-T u TEN-E. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, ma għandha fl-ebda każ taqbeż l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, u lanqas ma għandha testendi lil hinn mit-tul ta’ żmien tal-bonds. Ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu dejjem jinġarr mill-BEI. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-elementi bażiċi ta’ dak il-ftehim. Għandha tiġi garantita valutazzjoni tar-riskji mill-BEI skont il-Linji gwida tal-Politika tar-Riskju tal-Kreditu, u għandhom jitqiesu kif xieraq il-kriterji ta’ għażla tal-BEI fl-oqsma soċjali, ambjentali u tal-klima.

 

Fl-2012 u l-2013, ammont sa massimu ta' EUR 210 miljun, li minnhom sa EUR 200 miljun għall-proġetti tat-trasport u sa EUR 10 miljun għall-proġetti tal-enerġija, għandu jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) mil-linja baġitarja tat-TEN-T (LGTT) u t-TEN-E, rispettivament. Minbarra l-kundizzjonijiet ta' rappurtar stabbiliti fil-punt 49 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda u mingħajr preġudizzju għal kull kundizzjoni ta' rappurtar regolatorja oħra, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sitt xhur tul il-fażi pilota. Dan ir-rappurtar għandu jinkludi l-għoti ta’ informazzjoni dwar ir-rendiment tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u rakkomandazzjonijiet dwar il-mod ta' kif tiġi msaħħa l-effikaċja tiegħu.

 

Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(2a) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproponi bidliet regolatorji xierqa, inklużi bidliet leġiżlattivi, partikolarment jekk l-irkupru fis-suq ma jkunx sodisfaċenti jew fil-każ li sorsi alternattivi ta’ finanzjament tad-dejn fuq terminu ta’ żmien twil isiru disponibbli b’mod suffiċjenti.

 

L-imgħax u d-dħul ieħor iġġenerat mill-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti fis-sura ta' kummissjoni mħallsa mill-benefiċjarji li tasal qabel il-31 ta' Diċembru 2013 jistgħu jerġgħu jintużaw għal self u garanziji ġodda. Wara l-1 ta’ Jannar 2014, jekk l-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti ma jiġix estiż għall-qafas finanzjarju li jmiss, kwalunkwe fondi li jifdal għandhom jerġgħu jitqiegħdu fil-parti tad-dħul tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 16 – paragrafi 2a u 2b (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fl-Artikolu 16, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

 

"2a. Għandha ssir evalwazzjoni indipendenti u kompluta tal-fażi pilota tal-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1), li għandha tkopri, inter alia, il-valur miżjud tagħha, inkluż l-impatt fuq il-vijabilità finanzjarja tal-proġett, l-addizzjonalità fil-konfront ta' strumenti oħrajn tal-Unjoni jew tal-Istati Membri u ta' kull xorta ta' finanzjament tad-dejn fit-tul u l-effett multiplikatur milħuq. Għandha tinkludi osservazzjonijiet ġenerali dwar l-iżviluppi tas-suq, inklużi l-ħolqien jew il-korrezzjoni ta' kwalunkwe effett ta' tfixkil li jista' jkun hemm, u valutazzjoni tar-riskji involuti inkluż ir-riskju tal-proġett u tas-sħab. Għandha tikkunsidra wkoll jekk tkunx xierqa rata massima ta' qligħ għall-finanzjament ta' proġetti pubbliċi minn investituri mis-settur privat, u tipprovdi analiżi tal-ispejjeż meta mqabbla ma' mezzi alternattivi ta' finanzjament għal proġetti inklużi self bankarju u ekwità.

 

2b. Barra minn hekk, abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-passi li għandhom jittieħdu fil-futur sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza fl-infiq tal-Unjoni kif ukoll sabiex jiżdiedu l-volumi ta' investiment għal proġetti ta' prijorità. Dik il-valutazzjoni għandha teżamina, inter alia, kif l-istrument għall-bonds tal-proġetti jista' jsir aktar attraenti għal firxa usa' ta' investituri fit-tul, inklużi dawk mis-settur pubbliku.”

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Fl-Artikolu 17(1), se jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

‘Qabel it-30 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport b'lista tal-proġetti magħżula għall-għajnuna finanzjarja msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 6(1), li tispeċifika l-kontribuzzjoni, l-istituzzjonijiet tal-iffinanzjar u l-investituri involuti. Il-Kummissjoni għandha tinkludi f'dak ir-rapport gwida tal-aħjar prattika u lista ta' investituri potenzjalment interessati fi strumenti finanzjarji innovattivi.’

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' informazzjoni preċiża mill-fażi pilota tal-bonds tal-proġetti sabiex jiġu identifikati l-bidliet li jistgħu jsiru lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament liema investituri huma involuti u kif jistgħu jittejbu l-proġetti magħżula.

  • [1]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0.
  • [2]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni: għalfejn fażi pilota għall-bonds tal-proġetti?

Infrastruttura moderna u effikaċi hija ta' importanza ewlenija għall-kisba tal-objettivi Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv kif ukoll sabiex jonqos il-qgħad permezz tal-ikkompletar tas-suq intern. Il-ħtiġijiet ta' investiment fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport, l-enerġija u t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) fl-Ewropa huma stmati għal EUR 1.5 triljun għall-2010-2020. Filwaqt li s-settur privat għandu jiffinanzja l-parti essenzjali ta' dawn l-investimenti - l-aktar dawk bi profitt - ir-rwol tas-settur pubbliku fl-Ewropa se jkun kruċjali għall-kisba tal-objettivi msemmija hawn fuq.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet il-'Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa' (CEF) għall-qafas finanzjarju li jmiss għall-aċċelerazzjoni fl-iżvilupp tal-infrastruttura fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u n-netwerks tal-ICT, b'enfasi partikolari għall-partijiet transkonfinali strateġiċi.

Minbarra strumenti ta' ekwità u għotjiet, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) tinkludi strument finanzjarju ġdid biex jimmobilizza aktar finanzjament fis-settur privat, bonds tal-proġetti. Sabiex il-bonds tal-proġetti jsiru totalment operattivi sal-2014, il-Kummissjoni tipproponi fażi pilota għall-2012-2013, prinċipalment bil-għan li:

ittestja l-aċċettazzjoni u r-reazzjonijiet fil-konfront tal-inizjattiva min-naħa tas-swieq finanzjarji, billi strumenti ġodda jeħtiġilhom iż-żmien sabiex jiġu inkorporati fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment fis-settur privat;

ittestja l-funzjonament u l-ottimizzazzjoni tal-bonds tal-proġetti fil-prattika sabiex din l-inizjattiva tiġi rfinuta.

Permezz tal-emendar tar-regoli attwali CIP u TEN, il-proposta testendi u ttejjeb l-istrument ta' Garanzija tas-Self għat-TEN Trasport (LGTT). It-titjib għandu l-għan li jkopri setturi oħra barra t-trasport, inklużi l-enerġija u proġetti tal-ICT, filwaqt li fl-istess ħin qed jiġi estiż biex ikopri mhux biss ir-riskju tat-traffiku, iżda wkoll ir-riskji kollha li jwasslu għal nuqqas fl-introjtu fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' proġett. It-tul ta' żmien ta' investiment jittawwal minn 3-7 snin għal massimu ta' 30 sena. Barra minn hekk, l-istrument il-ġdid jindirizza xi nuqqasijiet biex jiġu attirati investimenti li l-LGTT ma kienx kapaċi jindirizza. Peress li l-LGTT ġie stabbilit qabel il-kriżi, la huwa mfassal u lanqas adattat għall-klima ekonomika attwali.

L-istabbiliment ta' dan l-istrument il-ġdid spiss intalab bil-qawwi min-naħa tal-Parlament Ewropew, speċjalment fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 'Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva'[1], fis-17 ta' Frar 2011 dwar Ewropa 2020[2] u dan l-aħħar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2012 dwar il-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Jannar 2012[3] u fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012[4].

Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-1/2 ta' Marzu 2012 jistabbilixxi din il-mira ambizzjuża għall-proġett pilota: Minħabba l-ħtieġa li jiġi stimulat il-finanzjament privat għall-proġetti ewlenin ta' infrastruttura, il-ħidma fuq il-fażi pilota tal-proġett Ewropa 2020 dwar l-inizjattiva tal-bonds tal-proġetti għandha tiżdied bil-ħsieb li jintlaħaq qbil sa Ġunju.

Sfond tekniku: kif jaħdmu l-bonds tal-proġetti?

Il-bonds tal-proġetti huma strumenti ta' dejn maħruġa minn kumpaniji privati tal-proġetti, bl-appoġġ ta' kontribut tal-UE/BEI li jagħmel il-bonds aktar siguri u aktar attraenti għall-investituri tas-suq kapitali li normalment ma jinvestux fl-infrastruttura, bħall-fondi tal-pensjonijiet. Billi jnaqqas ir-riskju għall-investituri, dan għandu jistimola l-fluss ta' fondi privati lejn investimenti tal-infrastruttura ta' prijorità, u li perċezzjonijiet ta' riskju inċerti fil-konfront tagħhom qegħdin iwaqqfu l-fluss ta' finanzjament. Dan huwa partikolarment importanti f'kuntest ta' finanzjament limitat mill-bank b'riżultat tal-kriżi u ta' kundizzjonijiet regolatorji ġodda.

Il-funzjonament tagħhom jista' jitqassar kif ġej:

 

                                                                                                                    

Permezz tal-użu ta' faċilità tal-BEI, appoġġata minn kontribut tal-UE, bħad-dejn subordinat jew garanzija[5], ir-rata ta' kreditu ta' dejn superjuri privat (bonds) ta' proġetti infrastrutturali tissaħħaħ għall-klassifikazzjoni fil-mira ta' A-, livell suffiċjenti sabiex il-bonds ikunu aktar attraenti għas-swieq kapitali. Is-segment ta' dejn subordinat, li ma jaqbiżx l-20% tad-dejn totali tal-proġett[6], jista' jkun iffinanzjat (self) jew mhux iffinanzjat (garanzija).

Il-bonds tal-proġetti għandhom jitqiesu bħala strument wieħed fost varjetà ta' strumenti finanzjarji oħra u jista' jkun ikkombinat ma' strumenti pubbliċi u privati oħra, li jvarjaw minn għotjiet pubbliċi (Ewropej u nazzjonali), self (bank, bonds), garanziji, ekwità eċċ. Ta' min jinnota madankollu, li l-bonds tal-proġetti jistgħu jintużaw biss għal proġetti li mistennija jiġġeneraw biżżejjed introjtu. Dawn mhux se jieħdu post għotjiet tradizzjonali, li minflok jistgħu jiffukaw fuq proġetti li huma l-aktar fil-bżonn. Il-bonds tal-proġetti huma addizzjoni għall-finanzjament eżistenti, u ma għandhomx jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq intern, u lanqas jieħdu post il-finanzjament privat attwali jew kwalunkwe intervent pubbliku nazzjonali jew tal-UE ieħor.

L-impatt baġitarju tal-proposta

Għall-fażi pilota, il-Kummissjoni tipproponi kontribut mill-baġit tal-UE ta' EUR 230 miljun, iffinanzjat permezz ta' riallokazzjoni fi ħdan programmi eżistenti. Mill-EUR 500 miljun disponibbli għal-LGTT fl-2012-13, massimu ta' EUR 200 miljun ikunu riallokati għall-appoġġ ta' bonds tal-proġetti fil-qasam tat-trasport. Mhux se jkun hemm impatt fuq il-finanzjament ta' appoġġ ieħor mill-UE bħall-għotjiet. Sabiex ikunu inklużi investimenti fl-enerġija u fl-ICT, se jiġu riallokati wkoll EUR 10 u EUR 20 miljun rispettivament mil-linji baġitarji TEN-E u CIP.

 

 

Baġit 2012

2012

2013

2014

Total

06 03 03 - Appoġġ finanzjarju għal proġetti ta' interess komuni fit-TEN-T (mill-allokazzjoni tal-baġit LGTT)

CA

1.275

100

100

 

200

PA

714

40

60

100

200

32 03 02 - Appoġġ finanzjarju għal proġetti ta' interess komuni fit-TEN-E

CA

21

 

10

 

10

PA

12

 

10

 

10

09 03 01 Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni - Programm ta' Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni

CA

133

 

20

 

20

PA

109

 

20

 

20

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ MOVE, ENER u INFSO

CA

 

100

130

 

230

PA

 

40

90

100

230

EUR 230 miljun hija somma żgħira meta mqabbla mal-ħtiġijiet infrastrutturali, iżda effett multiplikatur mistenni ta' madwar 15-20 jista' jimmobilizza l-investimenti sa massimu ta' 4.6 biljun.

L-appoġġ mill-UE se jkun jikkonsisti minn self / garanziji biex jiġu koperti kull tip ta' nuqqas fl-introjtu, pereżempju minħabba użu aktar limitat minn dak previst, dewmien fil-kostruzzjoni, eċċ. F'każ li l-appoġġ mill-UE jeħtieġlu jiġi mobilizzat wara nuqqas inizjali fl-introjtu, dan jinbidel f'dejn subordinat, li xorta jrid jitħallas mill-ġdid wara d-dejn superjuri iżda qabel l-ekwità, li jfisser li kull telf finali għall-baġit tal-UE se jseħħ biss f'każ li l-proġett ifalli.

Kif imsemmi b'mod espliċitu fil-proposta leġiżlattiva, ir-riskju għall-baġit tal-UE se jkun strettament limitat, bl-ebda obbligazzjonijiet kontinġenti u l-kontribut tal-UE se jkun limitat għal massimu ta' EUR 230 miljun. Fir-rigward tal-introjtu ġġenerat minn dan l-istrument, il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi li l-qligħ possibbli għandu jiġi investit mill-ġdid fil-faċilità sabiex jiġu appoġġati l-akbar numru possibbli ta' proġetti. Ir-Rapporteur jaqbel ma' din il-fehma.

Xi punti ta' tħassib

Fil-fehma tal-awtorità baġitarja huwa kruċjali li jinħoloq l-aħjar bilanċ bejn is-setgħat delegati konferiti lill-Kummissjoni u lill-BEI u l-kundizzjonijiet ta' rappurtar u l-mekkaniżmi ta' responsabilità. Fil-fehma tar-Rapporteur, l-arranġamenti proposti jeħtiġilhom kjarifika, iżda huma biżżejjed għall-fażi pilota billi:

-għażla tal-proġetti diġà hija limitata minn diversi kriterji vinkolanti li l-BEI jeħtieġlu jirrispetta meta jipproponi proġetti (objettivi għall-politika ekonomika tal-UE, kriterji ppreżentati fl-atti bażiċi TEN u CIP, linji gwida tal-politika tal-UE, eliġibilità standard tal-BEI u kriterji ambjentali, politiki għar-riskju tal-kreditu, eċċ),

emm fil-każ ta' CIP u kemm ta' TEN, l-approvazzjoni se ssegwi l-istess proċedura bħal fil-każ ta' għotjiet tradizzjonali, jiġifieri permezz ta' kumitati (ara l-Art. 15(2) fl-att bażiku TEN u l-Art. 46 fl-att bażiku CIP),

-istrument se jkun fis-seħħ għal inqas minn sentejn u għandu jiffinanzja biss numru żgħir ta' proġetti.

Diskussjonijiet ulterjuri f'dan ir-rigward jistgħu jitħallew għall-proposta CEF, filwaqt li l-Kummissjoni u l-BEI jitħallew jirfinaw id-disinn tal-inizjattiva. Barra minn hekk, fid-dawl taż-żmien meħtieġ sabiex il-volum ta' proġetti mistennija jilħqu eżitu finanzjarju u jibdew jimmaturaw, jeħtieġ iż-żmien sabiex titwettaq valutazzjoni xierqa tal-inizjattiva.

Minħabba t-tibdil fl-ambjent ekonomiku u finanzjarju, ma għandniex nistipulaw wisq kriterji addizzjonali u arranġamenti implimentattivi, biex b'hekk nippermettu aktar flessibilità sabiex dan is-suq il-ġdid jiżviluppa. Madankollu, fir-rigward tar-rappurtar u meta jitqies il-fatt li r-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju li għaddejja mhijiex mistennija tidħol fis-seħħ qabel ma tibda l-fażi pilota, ir-Rapporteur jemmen li d-dispożizzjonijiet proposti għandhom jiġu aġġustati biex jiżguraw biżżejjed responsabilità u monitoraġġ adegwat mil-leġiżlatur. Għaldaqstant huwa jipproponi li jsiru emendi speċifiċi bil-għan li r-rappurtar ikun aktar frekwenti (kull 6 xhur) u dettaljat.

Filwaqt li huwa importanti li jiġi żgurat rappurtar adegwat li jippermetti l-formulazzjoni ta' konklużjonijiet b'bażi soda qabel ma jkun stabbilit is-CEF, ir-Rapporteur jenfasizza li l-għan ewlieni ta' din il-fażi pilota hija sabiex tittestja l-aċċettazzjoni min-naħa tas-swieq finanzjarji ta' din l-inizjattiva l-ġdida. Fid-dawl ta' dan, u filwaqt li jitqies li l-fażi pilota diġà hija limitata għal 18-il xahar, ir-Rapporteur ma jqisx li l-fażi pilota teħtiġilha strateġija ta' ħruġ, billi l-ftehim u l-implimentazzjoni tal-fażi pilota ma għandhom bl-ebda mod jipprevjenu n-negozjati li ġejjin tas-CEF.

Kalendarju u negozjati li ġejjin

Ir-Rapporteur jaqbel mal-ambizzjoni tal-Kunsill Ewropew li jintlaħaq ftehim fl-ewwel qari mal-Kunsill sa Ġunju l-aktar tard u jipproponi l-passi li jmiss f'dan ir-rigward:

Preżentazzjoni tal-abbozz ta' rapport

29 ta' Marzu

Skadenza għall-emendi

3 ta' April

Votazzjoni BUDG

25 ta' April

Perjodu ta' negozjati

25/04 - 24/05

Votazzjoni BUDG dwar ftehim politiku

31 ta' Mejju (trid tkun ikkonfermata)

Votazzjoni fil-Plenarja

Lulju

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (27.3.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal Regolamenst tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija
(COM(2011)0659 – C7‑0372/2011 – 2011/0301(COD))

Rapporteur: Werner Langen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-inizjattiva ta' Bonds tal-Proġetti ta' Ewropa 2020 għandha titnieda bħala fażi pilota fl-2012-2013 biex tiżdied il-parteċipazzjoni tas-settur privat fil-miżuri ta' infrastruttura għall-finanzjament fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u n-netwerks ICT/broadband. Bħalissa, il-pajjiżi tal-UE jonfqu bejn iż-0.5% u t-2% tal-PGD fuq l-investimenti fl-infrastruttura[1]. Fil-ġejjieni, l-investituri privati għandhom jiġu involuti fi sħubiji pubbliċi-privati. L-inizjattiva ta' Bonds tal-Proġetti ta' Ewropa 2020 se tissuplimenta s-sorsi eżistenti ta' finanzjament.

Kummenti ġenerali

Il-finanzjament tal-bonda tal-proġetti fil-fażi pilota 2012-2013 se jiġi garantit u limitat permezz tal-użu mill-ġdid tal-linji baġitarji eżistenti 06 03 03 TEN Trasport (sa EUR 200 miljun), 32 03 02 TEN Enerġija (sa EUR 10 miljuni għall-proġetti TEN-E) u 09 03 01 CIP (sa EUR 20 miljun għall-proġetti ICT u broadband).

L-għażla ta' bejn ħamsa u 14-il proġett differenti se ssir mill-BEI, abbażi tal-linji gwida TEN u CIP. Għandhom jiġu evitati t-tgħawiġ fis-swieq u l-kważisussidji. L-iskop tal-fażi pilota huwa li jiġi ttestjat is-suq u li tiġi evalwata l-implimentazzjoni. Rapporti inizjali mill-BEI lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew dwar l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni u l-aċċettazzjoni mis-suq tal-bonds tal-proġetti għandhekk se jkollha importanza kbira. Il-BEI għandu l-obbligu li jirrapporta lill-Kummissjoni taħt il-Ftehim Interistituzzjonali. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawn ir-rapporti annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. L-użu ta' fondi sa massimu ta' EUR 230 miljun għandu jaġixxi bħala katalist għall-implimentazzjoni tal-miżuri dwar l-infrastruttura u jkollu effett multiplikatur ta' bejn EUR 15 u EUR 20 għal kull euro investit mill-baġit tal-UE.

Madankollu, il-BEI għandu jiżgura li l-finanzjament fil-fatt huwa pprovdut biss għal dawk il-proġetti li jinsabu fi bżonn ġenwin ta' finanzjament. Għandu għalhekk jagħżel proġetti li mhumiex kummerċjalment vijabbli waħedhom, u li għalhekk jirrikjedu finanzjament li jippermetti l-implimentazzjoni tagħhom. Fid-dawl ta' dan, tista' ssir xi kritika dwar il-fatt li, fil-fażi pilota, il-kofinanzjament fil-forma ta' bonda tal-proġetti għandu jiġi pprovdut biss għal proġetti li ġew ikkumpletati iżda li jeħtieġu rifinanzjament, jew għal proġetti li għadhom se jinbdew, peress li jkun hemm diġà ippjanar finanzjarju konsiderevoli stabbilit għal dawn il-proġetti qabel ma tidħol fis-seħħ l-Inizjattiva ta' Bonds tal-Proġetti.

Il-mod kif jiġu operati l-bonds tal-proġetti qed jintwera fit-tabella li ġejja:

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-appoġġ tal-Unjoni għandu jimmitiga r-riskju inerenti f’bonds tal-proġetti sakemm il-parteċipanti fis-suq kapitali jkunu lesti li jinvestu f’bonds tal-proġetti infrastrutturali b’volum akbar minn dak li jkun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni.

(10) L-appoġġ tal-Unjoni għandu jimmitiga r-riskju inerenti f’bonds tal-proġetti sakemm il-parteċipanti fis-suq kapitali jkunu lesti li jinvestu f’bonds tal-proġetti infrastrutturali b’volum akbar minn dak li jkun possibbli mingħajr l-appoġġ tal-Unjoni. Il-bonds tal-proġetti għandhom ikunu estiżi għall-proġetti innovattivi u dimostrattivi wkoll.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa ma għandux jitqiegħed f’riskju minħabba konġestjoni eskalenti tat-trasport, konnessjonijiet tal-enerġija neqsin u tnaqqis fil-penetrazzjoni tal-broadband minħabba d-diffikultajiet tal-proġetti tal-infrastruttura fil-kisba ta’ aċċess għal iffinanzjar privat jew finanzjament pubbliku fit-tul.

(11) L-irkupru ekonomiku tal-Ewropa ma għandux jitqiegħed f’riskju minħabba konġestjoni eskalenti tat-trasport, konnessjonijiet tal-enerġija neqsin, sistemi enerġetiċi antikwati, nuqqas tal-provvista enerġetika u tnaqqis fil-penetrazzjoni tal-broadband, l-inadegwatezza tas-servizzi tat-telekomunikazzjoni minħabba d-diffikultajiet tal-proġetti tal-infrastruttura fil-kisba ta’ aċċess għal iffinanzjar privat jew finanzjament pubbliku fit-tul. L-Inizjattiva ta' Bonds tal-Proġetti fl-ambitu tal-ftehim ta' sħubija UE 2020 għandu jkun fiha qafas ċar ta' eliġibilità, soġġett għal aktar skrutinju demokratiku u mezzi adatti biex jinkisbu programmi ta' investiment sostenibbli u kontroċikliċi, konsistenti mal-objettivi soċjali, klimatiċi u ambjentali tal-UE, filwaqt li fl-istess ħin jiżvolġi rwol katalitiku billi jimmira li jiġbed kapital privat għall-finanzjament ta' proġetti fit-tul.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ir-rivalutazzjoni tal-programmi ta’ investiment fl-infrastruttura mill-Istati Membri fil-kuntest tal-awsterità fiskali u r-riformi strutturali tagħhom mhux se tiffaċilita l-aċċellerazzjoni meħtieġa tar-rittmu tal-investiment fl-infrastruttura. Barra minn hekk, is-self mill-banek fit-tul għall-proġetti infrastrutturali għadu mhuwiex biżżejjed u jiġi jiswa ħafna flus, u dan jitlob sorsi alternattivi u kompetittivi ta’ ffinanzjar tad-dejn.

(12) Ir-rivalutazzjoni tal-programmi ta’ investiment fl-infrastruttura mill-Istati Membri fil-kuntest tal-awsterità fiskali u r-riformi strutturali tagħhom mhux se tiffaċilita l-aċċelerazzjoni meħtieġa tar-ritmu tal-investiment fl-infrastruttura meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-istrateġija Ewropa 2020, partikolarment it-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti f'termini ta' riżorsi, b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, biex jinkiseb tkabbir sostenibbli, skont kif previst mill-inizjattiva emblematika Ewropa 2020 għal Ewropa effiċjenti f'termini ta' riżorsi. Barra minn hekk, is-self mill-banek fit-tul għall-proġetti infrastrutturali għadu mhuwiex biżżejjed u jiġi jiswa ħafna flus, u dan jitlob sorsi alternattivi u kompetittivi ta’ ffinanzjar tad-dejn.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għaldaqstant, huwa propost li titvara fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti matul il-qafas finanzjarju attwali sabiex jiġi żviluppat finanzjament tas-suq kapitali tad-dejn b'mod aktar ġeneriku fil-qasam tal-infrastruttura u sabiex tiġi estiża l-medda ta’ strumenti finanzjarji disponibbli bħalissa għall-proġetti tat-trasport.

(14) Għaldaqstant, huwa propost li titvara fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti matul il-qafas finanzjarju attwali sabiex jiġi aċċertat jekk, u sa liema punt, strumenti finanzjarji ta' kondiviżjoni tar-riskju joffrux benefiċċji addizzjonali fil-qasam tal-finanzjament tal-istrumenti.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Madankollu jeħtieġ li jitfakkar li l-garanziji tal-proġetti jistgħu jissupplementaw biss mudelli ta' finanzjament eżistenti, mingħajr ma jissostitwixxuhom kompletament.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiġi implimentata l-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 għandhom jiġu emendati. Din il-fażi pilota timmira li tappoġġa l-proġetti infrastrutturali b'potenzjal kummerċjali fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT, filwaqt li wara l-2013 l-inizjattiva tista' testendi għal setturi oħra.

(15) Sabiex tiġi implimentata l-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 għandhom jiġu emendati. Din il-fażi pilota timmira li tappoġġa l-proġetti infrastrutturali b'potenzjal kummerċjali fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT.

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fid-dawl tal-kompetenza tal-BEI li ilha stabilita li huwa wkoll il-finanzjatur ewlieni tal-proġetti infrastrutturali u minħabba n-natura tiegħu bħala korp finanzjarju tal-UE stabilit mit-Trattat, il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-BEI fl-implimentazzjoni ta’ din il-fażi pilota. Il-patti u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kooperazzjoni inklużi l-kondiviżjoni tar-riskju u r-rimunerazzjoni tal-BEI, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

(16) Fid-dawl tal-kompetenza tal-BEI li ilha stabilita li huwa wkoll il-finanzjatur ewlieni tal-proġetti infrastrutturali u minħabba n-natura tiegħu bħala korp finanzjarju tal-UE stabilit mit-Trattat, il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-BEI fl-implimentazzjoni ta’ din il-fażi pilota. Il-BEI barra minn hekk għandu jkun involut aktar għall-proġetti innovattivi. Il-patti u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kooperazzjoni inklużi l-kondiviżjoni tar-riskju u r-rimunerazzjoni tal-BEI, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI u r-regoli dwar l-introduzzjoni ta' strument ta' garanzija fuq is-self stabbilit fl-Artikolu 6(1)(d) u fl-anness mar-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija1. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kliem użat fil-ftehim.

 

____________

 

1 ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha titvara fit-tħejjija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa proposta. Il-fażi pilota se tgħin twitti t-triq għall-istrument finanzjarju ta’ kondiviżjoni ta-riskji finanzjarja taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

(17) Il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali wara l-2013 u, b'mod partikolari, il-proposta tal-Kummissjoni għat-twaqqif tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF). Il-fażi pilota għandha għalhekk titvara biex jiġi ttestjat jekk dan l-istrument finanzjarju ta’ kondiviżjoni tar-riskji jistax joffri valur miżjud li għandu jiġi implimentat taħt il-proposta ta' Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Id-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-Inizjattiva ta' Bonds tal-Proġetti Ewropa 2020 wara tmiem il-fażi pilota tittieħed biss ladarba ssir evalwazzjoni indipendenti tal-fażi pilota. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għal ħruġ mill-inizjattiva jekk l-adozzjoni mis-suq prevista ma tkunx sodisfaċenti jew meta jsiru disponibbli sorsi alternattivi suffiċjenti ta' finanzjament tad-dejn fuq medda twila ta' żmien.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-applikazzjoni għall-appoġġ, l-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha għandhom ikunu soġġetti għad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat u għandhom jippruvaw li la joħolqu u lanqas ma jżidu distorsjonijiet fis-suq.

(18) L-applikazzjoni għall-appoġġ, l-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti kollha għandhom isiru fuq bażi ta' kundizzjonijiet ugwali għall-proġetti kollha u għandhom ikunu soġġetti għad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat u għandhom jippruvaw li la joħolqu u lanqas ma jżidu distorsjonijiet fis-suq.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-fondi baġitarji għandhom jintalbu mill-BEI fuq il-bażi ta’ medda ta’ proġetti, li l-BEI jidhirlu li jkunu xierqa u li x'aktarx jitwettqu. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Minħabba l-kumplessità ta’ proġetti infrastrutturali kbar, l-approvazzjoni reali tista’ ssir f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

(20) Il-fondi baġitarji għandhom jintalbu mill-BEI fuq il-bażi ta’ medda ta’ proġetti, li l-BEI jidhirlu li jkunu xierqa, konformement mal-objettivi politiċi fit-tul tal-Unjoni u li x'aktarx jitwettqu. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Minħabba l-kumplessità ta’ proġetti infrastrutturali kbar, l-approvazzjoni reali tista’ ssir f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt a

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 - paragrafu 2 - subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Inkella, l-Unjoni tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-BEI għall-għotjiet u l-allokazzjoni ta’ kapital għal selfiet jew garanziji li jridu jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti msemmija fil-paragrafi 2a sa 2d.

Inkella, l-Unjoni tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-BEI matul il-fażi pilota fl-2012 u l-2013 għall-għotjiet u l-allokazzjoni ta’ kapital għal selfiet jew garanziji li jridu jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti msemmija fil-paragrafi 2a sa 2d.

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt (b)

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. jieħu l-forma ta’ selfa jew garanzija mill-BEI favur il-finanzjament ipprovdut għall-proġetti fil-qasam tal-ICT u tal-broadband.

2a. jieħu l-forma ta’ selfa jew garanzija mill-BEI favur il-finanzjament ipprovdut għall-proġetti ta' interess Ewropew komuni fil-qasam tal-ICT u tal-broadband.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' sussidjarjetà għandhom ikunu koperti biss proġetti ta' interess komuni.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 2 - punt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 - paragrafu 2a - punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) jintuża bħala appoġġ għall-investimenti li ma jirċevux finanzjament adegwat mis-suq;

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 2 - punt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 - paragrafu 2a - punt c b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) huwa kumplimentari għall-finanzjament mill-Istati Membri jew l-investituri privati;

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 2 - punt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 - paragrafu 2a - punt c c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc) ma joħloqx tgħawiġ tal-kompetizzjoni fis-suq intern;

Emenda  16

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 2 - punt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 - paragrafu 2a - punt c d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd) jtintuża biss għal proġetti li jiġġeneraw valur miżjud għall-Unjoni, li jfisser li l-proġetti għandhom jiġu implimentati fil-livell Ewropew biss meta dan ikun ġustifikat mill-iskop u l-effetti tal-implimentazzjoni tal-proġett, u l-objettivi tal-proġett ikunu jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni milli fil-livell nazzjonali.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 2 - punt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 - paragrafu 2b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI.

2b. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI. Id-definizzjoni preċiża tar-regoli għandha tiġi stabbilita bi qbil mar-regoli dwar l-introduzzjoni tal-istrument ta' garanzija fuq is-self stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(d) u fl-anness mar-Regolament (KE) Nru 680/2007.

 

Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kliem użat fil-ftehim imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 2 - punt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 - paragrafu 2c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

2c. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI u żvelati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. L-evalwazzjoni tar-riskju mill-BEI għandha tkun garantita bi qbil mad-Direttivi Bankarji.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2 – punt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 – paragrafu 2da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2da (ġdid) Kull sena l-Kummissjoni, b'koordinazzjoni mal-BEI, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew rapport li jkun fih deskrizzjoni dettaljata għal kull proġett dwar l-użu tal-fondi msemmija fil-paragrafu 2d. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar ir-rendiment tal-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u rakkomandazzjonijiet dwar il-mod ta' kif tiġi msaħħa l-effikaċja tiegħu. Sa tmiem il-fażi pilota, għandha titwettaq konsultazzjoni tal-partijiet interessati direttament involuti.

Emenda                      20

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 – punt 14 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. "strument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti" tfisser titjib tal-kreditu pprovdut għall-proġetti ta’ interess komuni. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jkopri r-riskju ta’ servizz ta’ dejn ta’ proġett u jtaffi r-riskju ta’ kreditu tad-detenturi tal-bonds. Jintuża biss għal proġetti li l-vijabilità finanzjarja tagħhom hija bbażata fuq id-dħulijiet tal-proġetti.

14. "strument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti" tfisser titjib tal-kreditu pprovdut għall-proġetti ta’ interess komuni. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jkopri r-riskju ta’ servizz ta’ dejn ta’ proġett u jtaffi r-riskju ta’ kreditu tad-detenturi tal-bonds. Jintuża biss:

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 - punt 14 - punt a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal proġetti li l-vijabilità finanzjarja tagħhom tissejjes fuq id-dħul tal-proġetti;

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 - punt 14 - punt b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jintuża bħala appoġġ għall-investimenti li ma jirċevux finanzjament adegwat mis-suq;

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 - punt 14 - punt c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) huwa għodda kumplimentari għall-finanzjament mill-Istati Membri jew l-investituri privati;

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 - punt 14 - punt d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) mingħajr tgħawiġ tal-kompetizzjoni fis-suq intern;

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 - punt 14 - punt e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) għal proġetti li jiġġeneraw valur miżjud għall-Unjoni, li jfisser li l-proġetti għandhom jiġu implimentati fil-livell Ewropew biss meta dan ikun ġustifikat mill-iskop u l-effetti tal-implimentazzjoni tal-proġett, u l-objettivi tal-proġett ikunu jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni milli fil-livell nazzjonali;

Emenda  26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 2 – punt 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15. "Titjib tal-kreditu" tfisser l-użu ta' selfa tal-BEI jew ta' garanzija tal-BEI biex tittejjeb il-kwalità tal-kreditu għall-proġett tad-dejn."

imħassar

Emenda  27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2 - punt 3 - punt b

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) kontribuzzjoni finanzjarja għall-BEI għall-provviżjonament u l-allokazzjoni kapitali għas-selfiet jew garanziji li jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti fil-qasam tat-TEN-T u TEN-E. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Fl-2012 u l-2013, ammont sa massimu ta' EUR 210 miljun, li minnhom sa EUR 200 miljun għall-proġetti tat-trasport u sa EUR 10 miljun għall-proġetti tal-enerġija, għandu jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) mil-linja baġitarja tat-TEN-T (LGTT) u t-TEN-E, rispettivament. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jista’ jerġa’ juża kwalunkwe dħul riċevut matul il-perjodu ta’ investiment għal selfiet u garanziji ġodda.

(g) kontribuzzjoni finanzjarja għall-BEI għall-provviżjonament u l-allokazzjoni kapitali għas-selfiet jew garanziji li jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti fil-qasam tat-TEN-T u TEN-E. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI u żvelati lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew. Fl-2012 u l-2013, ammont sa massimu ta' EUR 210 miljun, li minnhom sa EUR 200 miljun għall-proġetti tat-trasport u sa EUR 10 miljun għall-proġetti tal-enerġija, għandu jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) mil-linja baġitarja tat-TEN-T (LGTT) u t-TEN-E, rispettivament.

 

Id-definizzjoni preċiża tar-regoli għandha tiġi stabbilita bi qbil mar-regoli dwar l-introduzzjoni tal-istrument ta' garanzija fuq is-self stabbiliti fl-Artikolu 6(1)(d) u fl-anness mar-Regolament (KE) Nru 680/2007. Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kliem użat f'dawn ir-regoli.

 

L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jista’ jerġa’ juża kwalunkwe dħul riċevut matul il-perjodu ta’ investiment għal selfiet u garanziji ġodda.

Emenda  28

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta' kull sena dwar ir-rapporti ta' implimentazzjoni mressqa mill-BEI, bi qbil mal-punt 49 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija

Referenzi

COM(2011)0659 – C7-0372/2011 – 2011/0301(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

17.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Werner Langen

14.12.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Jacky Hénin, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

António Fernando Correia de Campos, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Seán Kelly, Bernd Lange, Werner Langen, Alajos Mészáros, Mario Pirillo, Alyn Smith, Hannu Takkula, Silvia-Adriana Ţicău

  • [1]  Karti tal-BEI Volum 13/1 (2008)

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (28.3.2012)

għall-Kumitat għall-Baġits

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija.
(COM(2011)0659 – C7-0372/2011 – 2011/0301(COD))

Rapporteur: Antonio Cancian

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Unjoni Ewropea qatt mhi se ssolvi l-problema tat-tkabbir u l-impjieg billi tuża biss ir-riżorsi mill-baġit tal-UE.

Il-Kummissjoni enfassizat sew iktar minn darba r-rwol ewlieni li l-infrastruttura jeħtieġ ikollha fit-tnedija mill-ġdid tal-ekonomija Ewropea, b'referenza partikolari għall-iżvilupp tat-TEN-Ts, TEN-Es u l-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni. Aħna qed nitkellmu dwar investimenti ta' bejn wieħed u ieħor EUR 1500 biljun, Pjan Marshall reali għall-Ewropa, f'suq Ewropew kompetittiv u liberalizzat.

Ir-Rapport ta' Monti jfakkar li infrastruttura pubblika maġġuri fl-Ewropa, bħal pereżempju t-TENs, hija transnazzjonali u b'hekk mhux adegwata għall-frammentazzjoni tal-iskemi nazzjonali attwali, u l-finanzjament tagħhom isofri min-nuqqas ta' suq ta' bonds likwidi għal maturitajiet twal ħafna, filwaqt li investituri fit-tul bħal pereżempju fondi ta' pensjoni ma jistgħux isibu provvista ta' bonds li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' investiment tagħhom.

Ir-rapporteur jilqa' l-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-UE 2020 tal-Bonds tal-proġetti. Hu jirrakkomanda li din l-inizjattiva tibda malajr kemm jista' jkun sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet urġenti tal-investiment f'infrastrutturi Ewropej. Barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra l-idea li talloka ammont ikbar ta' finanzjament lill-inizjattiva, possibbilment billi jintużaw fondi mhux minfuqa taħt il-programm TEN-T attwali.

Ir-rapporteur jinsab kunfidenti li din l-inizjattiva se jkollha impatt pożittiv ħafna fuq l-ekonomija Ewropea, madankollu jqis li l-impatt sfortunatament se jkun limitat għall-proġetti li jiffukaw fuq redditi minn żmien qasir sa medju.

Għalhekk pass iktar importanti għandu jkun it-tnedija ta' "inizjattiva Ewropea għall-bonds tal-proġetti" għal infrastrutturi, li jinvolvi l-intervent dirett tal-Unjoni Ewropea fil-kapital ta' proġetti tal-infrastrutturi. L-Unjoni Ewropea tintervjeni fl-ekwità tal-proġetti tal-infrastruttura, waħedha jew ma' Stati Membri, biex ittejjeb is-sostenibilità finanzjarja tal-proġetti ta' infrastruttura li jiffukaw fuq ir-redditu fuq l-investiment fit-tul.

Ir-riżorsi disponibbli taħt il-baġit tal-UE mhumiex biżżejjed għal dan l-isforz. L-Unjoni jkollha żżid ir-riżorsi direttament mis-swieq tal-kapital billi toħroġ bonds tal-proġetti Ewropej. Ir-rikavat mill-ħruġ tal-bonds imbagħad jintuża mill-Unjoni biex tixtri ishma tal-ekwità f' kumpaniji ta' proġetti jew SPVs li qed jagħmlu proġetti ta' interess Ewropew. B'hekk ir-rwol tal-Unjoni mhux se jkun limitat għal dak ta' kofinanzjatur, bħalma hu l-każ illum bl-allokazzjoni tal-għotjiet mill-baġit tal-Unjoni jew self/garanziji pprovduti mill-Bank Ewropew tal-Investiment. Dan jibgħat sinjal qawwi kemm lill-investuturi tas-settur pubbliku u privat kif ukoll lis-swieq finanzjarji. Il-parteċipazzjoni tal-UE bħala investitur tikkostitwixxi garanzija għat-twettiq tal-proġett, b'effetti katalitiċi u stimulanti qawwija. Dan huwa pass neċessarju għall-bini ta' infrastrutturi li huma urġentement meħtieġa llum mill-kontinent tagħna.

Fl-istess ħin, ir-rwol tal-Istati Membri jibqa' kritiku. L-UE teħtieġ titlob lill-Istati Membri jkomplu jimxu 'l quddiem b'numru ta' riformi importanti, bħal pereżempju s-simplifikazzjoni ta' proċeduri burokratiċi għall-ħruġ ta' permessi u approvazzjonijiet f'termini ta' skadenza determinati; jipprovdu inċentivi għall-kumpaniji b'għan speċjali, bħal pereżempju t-tneħħija parzjali/totali tat-tassazzjoni mid-dħul għal perjodu ta' żmien partikolari, sabiex jattiraw kapital privat u intervent fuq interess passiv tal-entità b'għan speċjali.

Il-bini ta' infrastrutturi ġodda moderni u integrati huwa essenzjali sabiex l-Ewropa tibqa' kompetittiva, attur ċentrali fix-xena dinjija u mexxej fl-ekonomija internazzjonali wara l-kriżi. Il-bini ta' infrastrutturi ġodda se joħloq ambjent adattat għal settur privat Ewropew dinamiku u kompetittiv, li jistimula t-tkabbir, joħloq impjiegi u jimpenja ġenerazzjonijiet futuri fit-tnedija mill-ġdid tal-ekonomija tagħna, biex b'hekk jiġu indirizzati wħud mill-isfidi l-aktar urġenti li qed jiffaċċja l-kontinent tagħna llum.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1  1

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(3) Matul id-deċennju li jmiss, se jkunu meħtieġa volumi ta’ investiment mingħajr preċedenti fit-trasport, l-enerġija u n-netwerks tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Ewropa sabiex jiġu sostnuti l-azzjonijiet emblematiċi tal-Ewropa 2020 u sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi intelliġenti, imtejba u interkonnessi għal kollox sabiex tissaħħaħ il-kompletezza tas-suq intern. Il-ħtiġijiet stmati tal-investimenti fin-netwerk tat-TEN-T jammontaw għal EUR 500 biljun. Fost il-proġetti infrastrutturali tal-enerġija b’relevanza Ewropea, madwar EUR 100 biljun f’investimenti jinsabu f’riskju li ma jiġux realizzati minħabba xkiel relatat mal-għoti tal-permessi, ir-regolazzjoni u l-finanzjament, filwaqt li EUR 100 biljun ieħor ser ikunu ffinanzjati mis-settur innifsu. Il-ħtiġijiet ta’ investiment sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-Aġenda Diġitali ta’ forniment ta’ aċċess għall-internet veloċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej kollha huma bejn EUR 181 u EUR 273 biljun, li minnhom l-investiment mis-settur privat huwa mistenni li jammonta bejn EUR 30 u EUR 100 biljun.

(3) Matul id-deċennju li jmiss, se jkunu meħtieġa volumi ta’ investiment mingħajr preċedenti fit-trasport, l-enerġija u n-netwerks tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-Ewropa sabiex jiġu sostnuti l-azzjonijiet emblematiċi tal-Ewropa 2020 u sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi intelliġenti, imtejba u interkonnessi għal kollox sabiex tissaħħaħ il-kompletezza tas-suq intern. Il-ħtiġijiet stmati tal-investimenti fin-netwerk tat-TEN-T jammontaw għal EUR 500 biljun. Fost il-proġetti infrastrutturali tal-enerġija b’relevanza Ewropea, madwar EUR 100 biljun f’investimenti jinsabu f’riskju li ma jiġux realizzati minħabba xkiel relatat mal-għoti tal-permessi, ir-regolazzjoni u l-finanzjament, filwaqt li EUR 100 biljun ieħor ser ikunu ffinanzjati mis-settur innifsu. Il-ħtiġijiet ta’ investiment sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-Aġenda Diġitali ta’ forniment ta’ aċċess għall-internet veloċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej kollha huma bejn EUR 181 u EUR 273 biljun, li minnhom l-investiment mis-settur privat huwa mistenni li jammonta bejn EUR 30 u EUR 100 biljun. Għandu jiġi żgurat, mandankollu, li l-infrastruttura tat-trasport iffinanzjata mill-UE tqis il-bżonnijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, it-tnaqqis fl-istorbju fis-sors, il-bijodiversità u l-isfidi fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

Emenda 1  2

Proposta għal Regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(4a) Huwa neċessarju li tiġi enfasizzata l-importanza li jiġi adottat il-Qafas Finanzjarju Multiannwali propost, peress li dan jintroduċi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (inkluża l-inzjattiva tal-bonds tal-proġetti) u jalloka l-baġit xieraq.

Emenda 1  3

Proposta għal Regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(7) L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha objettiv doppju: l-ewwel sabiex tgħin tiffinanzja l-proġetti tal-prijoritajiet tal-politiki Ewropej u t-tieni, li tiffaċilita involviment akbar mis-settur privat fl-iffinanzjar fit-tul mis-swieq kapitali tal-proġetti infrastrutturali. Sejra terġa’ tiffoka l-infiq tal-baġit tal-UE lejn oqsma li jżidu t-tkabbir billi jiġu kkunsidrati d-dixxiplina baġitarja tal-Unjoni u l-limiti massimi taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali.

(7) L-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha objettiv doppju: l-ewwel sabiex tgħin tiffinanzja l-proġetti tal-prijoritajiet tal-politiki Ewropej u t-tieni, sabiex tipprovdi t-tisħiħ tal-kreditu neċessarju ħalli jiġu attirati l-investaturi tas-suq tal-kapital fl-iffinanzjar fit-tul mis-swieq kapitali tal-proġetti infrastrutturali. Sejra terġa’ tiffoka l-infiq tal-baġit tal-UE lejn oqsma li jżidu t-tkabbir billi jiġu kkunsidrati d-dixxiplina baġitarja tal-Unjoni u l-limiti massimi taħt il-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali.

Emenda 1  4

Proposta għal Regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(9) Bl-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, il-bonds maħruġa minn kumpaniji tal-proġett u l-baġit tal-Unjoni flimkien mal-finanzjament minn sieħeb finanzjarju jintużaw sabiex itejbu l-kwalità ta’ kreditu tal-bonds sabiex jattiraw investituri tas-suq kapitali tad-dejn bħall-fondi tal-pensjoni u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni.

(9) Bl-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, il-bonds maħruġa minn kumpaniji tal-proġett u l-baġit tal-Unjoni flimkien mal-finanzjament minn sieħeb finanzjarju jintużaw sabiex itejbu l-kwalità ta’ kreditu tal-bonds sabiex jattiraw investituri tas-suq kapitali tad-dejn bħall-fondi tal-pensjoni, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u partijiet interessati oħra.

Emenda 1  5

Proposta għal Regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(9a) Pass ulterjuri 'l quddiem li għandu jiġi evalwat sew u rrappurtat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill huwa l-ħruġ pubbliku ta' bonds tal-proġetti mill-Unjoni, maħsub għall-finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura sostenibbli b'Valur Miżjud Ewropew (pereżempju TEN-T, TEN-E, eċċ.). F'dan il-każ, il-ħruġ ta' bond ta' proġett ikollu jsegwi fażi preliminari li minnha joħorġu d-dettalji tal-proġett, sabiex jitqiesu mill-qrib ir-riskji u l-benefiċċji ta' dak il-proġett.

Emenda 1  6

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(14) Għaldaqstant, huwa propost li titvara fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti matul il-qafas finanzjarju attwali sabiex jiġi żviluppat finanzjament tas-suq kapitali tad-dejn b'mod aktar ġeneriku fil-qasam tal-infrastruttura u sabiex tiġi estiża l-medda ta’ strumenti finanzjarji disponibbli bħalissa għall-proġetti tat-trasport.

(14) Għaldaqstant, huwa propost li titvara fażi pilota għall-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti matul il-qafas finanzjarju attwali sabiex jiġi żviluppat finanzjament tas-suq kapitali tad-dejn b'mod aktar ġeneriku fil-qasam tal-infrastruttura u sabiex tiġi estiża l-medda ta’ strumenti finanzjarji disponibbli bħalissa għall-proġetti tat-trasport, fid-dawl tal-fatt li l-ispejjeż tat-trasport għandhom jiġu riflessi fil-prezz relatat b'mod mhux distort, kif indikat fil-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport tal-2011.

Emenda 1  7

Proposta għal Regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(14a) Id-dettalji tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti mhumiex kompletament ċari attwalment. Il-fażi pilota għandha tkun implimentata kemm jista' jkun malajr, sabiex jiġu kjarifikati l-kwistjonijiet pendenti li tqajmu minn investituri potenzjali u l-organizzazzjonijiet esterni involuti.

Emenda 1  8

Proposta għal Regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(15) Sabiex tiġi implimentata l-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 għandhom jiġu emendati. Din il-fażi pilota timmira li tappoġġa l-proġetti infrastrutturali b'potenzjal kummerċjali fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT, filwaqt li wara l-2013 l-inizjattiva tista' testendi għal setturi oħra.

(15) Sabiex tiġi implimentata l-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 għandhom jiġu emendati. Din il-fażi pilota timmira li tappoġġa l-proġetti infrastrutturali b'valur miżjud Ewropew ċar u b'potenzjal kummerċjali fis-setturi tat-trasport, l-enerġija u l-ICT, filwaqt li wara l-2013 l-inizjattiva tista' testendi għal setturi oħra.

Emenda 1  9

Proposta għal Regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(17) Il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha titvara fit-tħejjija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa proposta. Il-fażi pilota se tgħin twitti t-triq għall-istrument finanzjarju ta’ kondiviżjoni ta-riskji finanzjarja taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

(17) Il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti għandha titvara mhux iktar tard mill-31 ta' Lulju 2012, fit-tħejjija tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa proposta. Il-fażi pilota se twitti t-triq għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrument finanzjarju ta’ kondiviżjoni ta-riskji finanzjarja taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Emenda 1  10

Proposta għal Regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(20) Il-fondi baġitarji għandhom jintalbu mill-BEI fuq il-bażi ta’ medda ta’ proġetti, li l-BEI jidhirlu li jkunu xierqa u li x'aktarx jitwettqu. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Minħabba l-kumplessità ta’ proġetti infrastrutturali kbar, l-approvazzjoni reali tista’ ssir f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

(20) Il-fondi baġitarji għandhom jintalbu mill-BEI fuq il-bażi ta’ medda ta’ proġetti, li l-BEI jidhirlu li jkunu xierqa u li x'aktarx jitwettqu. Kwalunkwe talba bħal din għandha ssir qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Minħabba l-kumplessità ta’ proġetti infrastrutturali kbar, l-approvazzjoni reali tista’ ssir f’data aktar tard, iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2014.

Emenda 1  11

Proposta għal Regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(20a) Peress li fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1-2 ta' Marzu 2012 id-data ta' skadenza tat-12 ta' Ġunju 2012 ġiet stabbilita għall-ilħiq ta' ftehim dwar il-fażi pilota tal-Inizjattiva tal-Ewropa 2020 tal-Bonds tal-Proġetti, il-Kummissjoni trid tibda timplimenta din il-fażi pilota mingħajr aktar dwemien.

Emenda 1  12

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(b) Jiddaħħlu l-paragrafi 2a sa 2d li ġejjin:

(b) Jiddaħħlu l-paragrafi 2a sa 2da li ġejjin:

Emenda 1  13

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt b

Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE

Artikolu 31 – paragrafu 2d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

2da. Il-Kummissjoni għandha tissottometti kull sena lill-Parlament Ewropew rapport li jkun fih deskrizzjoni dettaljata għal kull proġett tal-użu tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 2d. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar ir-rendiment tal-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, kif ukoll rakkomandazzjonijiet dwar il-modalitajiet biex tiżdied l-effikaċja tiegħu.

Emenda 1  14

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 3 – punt b – parti introduttorja

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(b) jiżdied il-punt (g) li ġej:

(b) jiżdiedu l-punti (g) – (ga) li ġejjin:

Emenda 1  15

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ga

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(ga) Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew rapport li jkun fih deskrizzjoni dettaljata għal kull proġett dwar l-użu tal-ammonti msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar ir-rendiment tal-istrument ta' kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, kif ukoll rakkomandazzjonijiet dwar il-modalitajiet biex tiżdied l-effikaċja tiegħu.

Emenda 1  16

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(g) kontribuzzjoni finanzjarja għall-BEI għall-provviżjonament u l-allokazzjoni kapitali għas-selfiet jew garanziji li jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti fil-qasam tat-TEN-T u TEN-E. L-espożizzjoni tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Fl-2012 u l-2013, ammont sa massimu ta' EUR 210 miljun, li minnhom sa EUR 200 miljun għall-proġetti tat-trasport u sa EUR 10 miljun għall-proġetti tal-enerġija, għandu jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) mil-linja baġitarja tat-TEN-T (LGTT) u t-TEN-E, rispettivament. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jista’ jerġa’ juża kwalunkwe dħul riċevut matul il-perjodu ta’ investiment għal selfiet u garanziji ġodda.

(g) kontribuzzjoni finanzjarja għall-BEI għall-provviżjonament u l-allokazzjoni kapitali għas-selfiet jew garanziji li jinħarġu mill-BEI mir-riżorsi proprji tiegħu taħt l-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskji għall-bonds tal-proġetti fil-qasam tat-TEN-T u TEN-E. L-iskopertura tal-Unjoni għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti, inklużi t-tariffi tal-immaniġjar u kostijiet eliġibbli oħra, għandha tkun strettament limitata għall-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju u ma għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. Ir-riskju residwu inerenti fl-operazzjonijiet kollha għandu jinġarr mill-BEI. Il-patti u l-kundizzjonijiet dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istrument tal-kondiviżjoni tar-riskju, inklużi l-monitoraġġ u l-kontroll tiegħu, għandhom jiġu stabiliti fi ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI, li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fl-2012 u l-2013, ammont sa massimu ta' EUR 210 miljun, li minnhom sa EUR 200 miljun għall-proġetti tat-trasport u sa EUR 10 miljun għall-proġetti tal-enerġija, għandu jiġi riallokat għall-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) mil-linja baġitarja tat-TEN-T (LGTT) u t-TEN-E, rispettivament. L-istrument ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-bonds tal-proġetti jista’ jerġa’ juża kwalunkwe dħul riċevut matul il-perjodu ta’ investiment għal selfiet u garanziji ġodda.

Emenda 1  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(3a) Fl-Artikolu 17(1), se jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

Qabel it-30 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport b'lista tal-proġetti magħżula għall-għajnuna finanzjarja msemmija fl-Artikolu 6(1)(g), li tispeċifika l-kontribuzzjoni, l-istituzzjonijiet tal-iffinanzjar u l-investituri involuti. Il-Kummissjoni għandha tinkludi f'dak ir-rapport gwida tal-aħjar prattiki u lista ta' investituri potenzjalment interessati fi strumenti finanzjarji innovattivi.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' informazzjoni preċiża mill-fażi pilota tal-bonds tal-proġetti sabiex jiġu identifikati l-bidliet li jistgħu jsiru lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament liema investituri huma involuti u kif jistgħu jittejbu l-proġetti magħżula.

Emenda 1  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 680/2007

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(3b) Fl-Artikolu 19, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

Qabel it-tmiem tal-2013, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni tad-diversi strumenti finanzjarji previsti f'dan ir-Regolament u tan-neċessità li dawn jinżammu jew jiġu amalgamati.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament, abbażi tal-esperjenza miksuba taħt il-qafas finanzjarju attwali u l-aċċettazzjoni min-naħa tas-suq, fuq in-neċessità li jiġi ssimplifikat il-qafas leġiżlattiv jew li tinżamm il-firxa attwali ta' strumenti.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u tar-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija

Referenzi

COM(2011)0659 – C7-0372/2011 – 2011/0301(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

17.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Antonio Cancian

21.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2012

26.3.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Karl-Heinz Florenz, Eider Gardiazábal Rubial, Alfreds Rubiks, Janusz Władysław Zemke

PROĊEDURA

Titolu

li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija

Referenzi

COM(2011)0659 – C7-0372/2011 – 2011/0301(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

17.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

17.11.2011

TRAN

17.11.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Date appointed

Göran Färm

25.1.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Estelle Grelier, Carl Haglund, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Potito Salatto, Helga Trüpel, Derek Vaughan

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Maria Da Graça Carvalho, Derk Jan Eppink, María Muñiz De Urquiza, Georgios Papastamkos, Paul Rübig, Peter Šťastný

Data tat-tressiq

2.5.2012