RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Assistenza Makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi
3.5.2012 - (COM(2011)0396 – C7‑0187/2011 – 2011/0176(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Metin Kazak
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Assistenza Makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi
(COM(2011)0396 – C7‑0187/2011 – 2011/0176(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0396),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0187/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7‑0000/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali għall-Assistenza Makrofinanzjarjalil Pajjiżi Terzi |
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali għall-Assistenza Makrofinanzjarja lil Pajjiżi u Territorji Terzi | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1a) L-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tintuża biex tingħata għajnuna finanzjarja eċċezzjonali lil pajjiżi terzi li jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet temporanji tal-bilanċ tal-pagamenti. B’differenza minn strumenti oħra tal-Unjoni li jappoġġjaw direttament il-politiki esterni tagħha (bħalaa huma l-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni*, l-Istrument tal-Viċinat Ewropew**, l-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp*** eċċ.), l-assistenza makrofinanzjarja m’għandhiex tintuża biex tagħti appoġġ finanzjarju regolari, u lanqas m’għandu jkollha bħala l-għan primarju tagħha li tgħin l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-pajjiżi benefiċjarji. L-assistenza makrofinanzjarja wkoll m’għandhiex tintuża b’mod li jixbah għotjiet kondizzjonali tal-ħfir tad-dejn. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
__________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
* Ir-Regolament Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... dwar l-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU …) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
** Ir-Regolament Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... dwar l-Istrument tal-Viċinat Ewropew (ĠU …) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
*** Ir-Regolament Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU …) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(2) Fil-preżent, l-assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi hija bbażata fuq deċiżjonijiet ad-hoc għal pajjiżi speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dan inaqqas l-effiċjenza u l-effikaċja tal-assistenza billi jikkawża dewmien bla bżonn bejn it-talbiet għall-assistenza makrofinanzjarja u l-implimentazzjoni proprja tagħhom. |
(2) Ir-regolament ta’ qafas għandu l-għan li jiċċara r-regoli u jtejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tal-assistenza tal-Unjoni, inter alia billi jsaħħaħ l-applikazzjoni tal-prekundizzjonijiet, itejjeb it-trasparenza u jifformalizza l-valutazzjoni politika min-naħa tal-Kummissjoni u jtejjeb l-effikaċja demokratika u l-iskrutinju demokratiku. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Qafas għall-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha rabtiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali importanti għandu jagħmel l-assistenza aktar effikaċi. B’mod partikolari, għandu jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi sabiex dawn jiġu mħeġġa jadottaw miżuri ta’ politika ekonomika li x’aktarx isolvu kriżi ta’ bilanċ tal-pagamenti. |
(3) Qafas għall-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi għandu jinkoraġġihom sabiex jadottaw miżuri ta’ politika ekonomika li x’aktarx isolvu kriżi ta’ bilanċ tal-pagamenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(5) L-adozzjoni ta’ regolament ġenerali għall-assistenza makrofinanzjarja abbażi tal-Artikoli 209 u 212 hija mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 213 tat-Trattat, li jirregolaw l-assistenza finanzjarja urġenti lil pajjiżi terzi, u tal-prerogattivi relatati tal-Kunsill. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 7 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(7) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2002, il-Kunsill stabbilixxa kriterji (l-hekk imsejħa kriterji Genval) sabiex jiggwidaw l-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-UE. Huwa xieraq li dawn il-kriterji jiġu fformalizzati f’att legali approvat kemm mill-Parlament kif ukoll mill-Kunsill, filwaqt li jiġu aġġornati u ċċarati. |
(7) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2002, il-Kunsill stabbilixxa kriterji (l-hekk imsejħa kriterji Genval) sabiex jiggwidaw l-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja tal-UE. Huwa xieraq li dawn il-kriterji jiġu aġġornati u ċċarati f’att legali adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, inter alia bi rbit mal-kriterji għad-determinazzjoni tal-forma adegwata tal-assistenza (self, għotja jew kombinazzjoni tat-tnejn). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 8 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(8) Il-proċeduri u l-istrumenti xierqa għandhom jiġu previsti bil-quddiem sabiex l-Unjoni tkun tista’ tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tkun disponibbli bi prontezza, speċjalment meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu azzjoni immedjata. Dan għandu jżid ukoll iċ-ċarezza u t-trasparenza tal-kriterji applikabbli għall-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja. |
(8) Il-proċeduri u l-istrumenti xierqa għandhom jiġu previsti bil-quddiem sabiex l-Unjoni tkun tista’ tagħmel l-assistenza makrofinanzjarja disponibbli bil-ħeffa, speċjalment meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu azzjoni immedjata u biex iqawwu ċ-ċarezza u t-trasparenza tal-kriterji applikabbli għall-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 9 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(9) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tkun konformi mal-prinċipji, l-għanijiet u l-miżuri ewlenin meħuda fi ħdan l-oqsma differenti ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħrajn tal-Unjoni. |
(9) Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fl-għażla tagħha ta’ pajjiżi benefiċjarji u fil-kontenut tal-Memoranda ta’ Ftehim, li l-assistenza makrofinanzjarja tkun konformi mal-prinċipji, l-għanijiet u l-miżuri ewlenin meħuda fi ħdan l-oqsma differenti ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħrajn tal-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) L-assistenza makrofinanzjarja hija wkoll strument tal-politika barranija tal-Unjoni u għandha sservi biex issaħħaħ il-viżibilità u l-influwenza tal-Unjoni lil hinn mill-fruntieri tagħha. L-involviment mill-qrib tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għall-fini tal-koordinazzjoni u l-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni għandu jkun żgurat fl-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja kollha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 10 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(10) L-assistenza makrofinanzjarja għandha tappoġġja l-impenji tal-pajjiżi benefiċjarji lejn valuri komuni mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll lejn il-prinċipji ta’ kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli. |
(10) L-assistenza makrofinanzjarja għandha tinkludi miżuri biex itejbu l-impenn tal-pajjiżi benefiċjarji lejn valuri komuni mal-Unjoni, inkluż id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra x-xogħol furzat tat-tfal, l-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll lejn il-prinċipji ta’ kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli. L-issodisfar ta’ dawn l-għanijiet għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 13 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(13) L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun kumplimentari għar-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali u minn istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali oħrajn u għandu jkun hemm qsim ġust tal-piżijiet ma’ donaturi oħrajn. L-assistenza makrofinanzjarja għandha tiżgura l-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni. |
(11a) B’mod ġenerali, l-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun kumplimentari għar-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali u minn istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali oħrajn u għandu jkun hemm qsim ġust tal-piżijiet ma’ dawk l-istituzzjonijiet u ma’ donaturi oħrajn. L-assistenza makrofinanzjarja għandha tingħata fejn tiżgura l-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(13a) Bil-għan li tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tkun tista’ taqdi d-domanda kkawżata minn kriżijiet ekonomiċi urġenti, l-Unjoi għandha tiżgura li riżorsi finanzjarji suffiċjenti jkunu allokati għall-baġit tagħha. Jeħtieġ ukoll li jkun żgurat li l-assistenza makrofinanzjarja tkun disponibbli għall-pajjiżi eliġibbli kollha, kien x’kien id-daqs ekonomiku tagħhom, u li tiġi applikata b’mod adegwat flimkien mal-istrumenti ta’ finanzjament estern l-oħra tal-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(14a) Sabiex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħtieġa għall-effikaċja u l-effiċjenza tal-unjoni minn naħa waħda, u aktar koerenza, trasparenza u skrutinju demokratiku min-naħa l-oħra, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ pajjiżi u territorji eliġibbli (l-Anness I) u tal-għoti ta' assistenza lil pajjiżi u territorji partikolari (l-Anness IIa). Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 15 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(15) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-approvazzjoni u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja fil-pajjiżi benefiċjarji, għandhom jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
(15) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 16 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(16) Il-proċedura ta’ eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-ammont, l-għamla, it-tul ta' żmien u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ operazzjonijiet individwali ta’ assistenza makrofinanzjarja meta wieħed iqis li tali deċiżjonijiet għandhom implikazzjonijiet baġitarji sostanzjali. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 17 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(17) Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni tal-Memorandum ta’ Ftehim (Memorandum of Understanding - MoU) li jistabbilixxi l-miżuri ta’ politika ekonomika assoċjati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni meta wieħed iqis li l-MoU mhuwiex att implimentattiv ta’ ambitu ġenerali, u lanqas att li jinvolvi implikazzjonijiet baġitarji jew implikazzjonijiet għal pajjiżi terzi ’lil hinn minn dawk diġà kkawżati mid-deċiżjoni li tingħata l-assistenza. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi u territorji eliġibbli kif stipulat fl-Artikolu 2. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi u territorji eliġibbli li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 2 (minn hawn ‘il quddiem “il-pajjiżi benefiċjarji”). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta’ appoġġ mingħajr irbit u ġenerali għall-bilanċ tal-pagamenti lil pajjiżi terzi u territorji eliġibbli. Hija għandha timmira li tikseb lura sitwazzjoni sostenibbli ta’ finanzjament estern għal pajjiżi li jkunu qegħdin jaffrontaw diffikultajiet finanzjarji esterni. Hija għandha ssaħħaħ l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ riforma strutturali u ta’ aġġustament b’saħħithom maħsuba biex jirrimedjaw id-diffikultajiet marbuta mal-bilanċ tal-pagamenti. |
2. L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun strument finanzjarju eċċezzjonali ta’ appoġġ mingħajr irbit u ġenerali għall-bilanċ tal-pagamenti lil pajjiżi benefiċjarji Hija għandha timmira li tikseb lura sitwazzjoni sostenibbli ta’ finanzjament estern għal pajjiżi benefiċjarji li jkunu qegħdin jaffrontaw diffikultajiet finanzjarji esterni. Hija għandha ssaħħaħ l-implimentazzjoni, min-naħa ta’ dawn il-pajjiżi benefiċjarji, ta’ ftehimiet bilaterali u programmi rilevanti mal-Unjoni u għandha timmira li jittieħdu miżuri ta’ riforma strutturali u ta’ aġġustament b’saħħithom maħsuba biex jirrimedjaw id-diffikultajiet marbuta mal-bilanċ tal-pagamenti. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-assistenza makrofinanzjarja tista’ tingħata fuq il-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ distakk ta’ finanzjament estern residwu identifikata b’mod konġunt mal-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali minbarra r-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u istituzzjonijiet multilaterali oħrajn, minkejja l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ riforma u stabbilizzazzjoni ekonomika b’saħħitha. |
3. L-assistenza makrofinanzjarja tista’ tingħata fuq il-kundizzjoni tal-eżistenza ta’ distakk ta’ finanzjament estern residwu fil-pajjiż benefiċjarju rispettiv identifikata b’mod konġunt mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali minbarra r-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali oħrajn, minkejja l-implimentazzjoni min-naħa tal-pajjiż benefiċjarju rispettiv ta’ programmi ta’ riforma u stabbilizzazzjoni ekonomika b’saħħitha. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 2 – titolu | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Pajjiżi eliġibbli |
Pajjiżi u territorji eliġibbli | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 2 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-pajjiżi terzi u t-territorji eliġibbli għall-assistenza makrofinanzjarja għandhom ikunu: |
1. Il-pajjiżi terzi u t-territorji eliġibbli għall-assistenza makrofinanzjarja dment li jissodisfaw il-kriterji ta’ kondizjonalità fl-Artikolu 6 (il-“pajjiżi benefiċjarji”) għandhom ikunu: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) Pajjiżi terzi oħrajn f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Tali pajjiżi għandhom ikunu politikament, ekonomikament u ġeografikament qrib l-Unjoni Ewropea. |
(c) Pajjiżi terzi oħrajn li jkollhom rwol determinanti għall-istabbiltà reġjonali u jkunu ta’ importanza strateġika għall-Unjoni, f’ċirkostanzi eċċezzjonali u debitament ġustifikati. Tali pajjiżi għandhom ikunu politikament, ekonomikament u ġeografikament qrib l-Unjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a biex temenda l-Punti 1 u 2 tal-Anness I biex taġġornah wara deċiżjonijiet politiċi xierqa rigward l-istatus tal-pajjiżi bħala pajjiżi kandidati jew bħala pajjiżi kandidati potenzjali jew rigward l-ambitu tal-Politika tal-Viċinat Ewropew. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1b. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a biex tissupplimenta dan ir-Regolament, fejn meħtieġ, b'pajjiżi eliġibbli li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja pprovduta f’għotjiet skont dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet tal-baġit stabbiliti fil-qafas finanzjarju multi-annwali. |
1. L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja pprovduta fil-forma ta’ għotja skont dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mal-approprjazzjonijiet tal-baġit stabbiliti fil-qafas finanzjarju multi-annwali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja pprovduta f’self skont dan ir-Regolament għandhom jiġu pprovduti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni. |
2. L-ammonti tal-assistenza makrofinanzjarja pprovduta fil-forma ta’ self skont dan ir-Regolament għandhom jiġu pprovduti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju. L-ammonti ta’ referenza korrispondenti għall-perjodu 2011-2013 huma stipulati fl-Anness II. |
3. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. L-ammont tal-assistenza għandu jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-pajjiż benefiċjarju. Dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, abbażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva komprensiva u ddokumentata sewwa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ser tfassal fuq l-aħħar projezzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti għall-pajjiż inkwistjoni prodotti mill-FMI, filwaqt li tqis l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi multilaterali. |
1. L-ammont propost tal-assistenza għandu jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-pajjiż benefiċjarju. Dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-FMI u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali, abbażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva komprensiva u ddokumentata sewwa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tfassal fuq l-aħħar projezzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti għall-pajjiż benefiċjarju inkwistjoni prodotti mill-FMI u istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej jew multilaterali oħra, filwaqt li tqis l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi multilaterali kif ukoll l-implimentazzjoni preeżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament l-oħra tal-Unjoni fil-pajjiż ikkonċernat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Id-determinazzjoni tal-ammonti ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tqis wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat qsim ġust tal-piżijiet ma’ donaturi oħrajn. |
2. Id-determinazzjoni tal-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tqis wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat qsim ġust tal-piżijiet bejn l-Unjoni u d-donaturi l-oħrajn. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun biżżejjed biex tiggarantixxi li lill-Unjoni ġġibilha valur miżjud u normalment m’għandhiex tkun taħt l-20 %. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. F’każ li l-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiż benefiċjarju jonqsu fundamentalment matul il-perjodu tal-ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, li taġixxi skont l-Artikolu 14 (2), tista’ tiddeċiedi li tnaqqas l-ammont ta’ fondi disponibbli fil-kuntest tal-assistenza, tissospendi jew tikkanċella l-assistenza. |
3. F’każ li l-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiż benefiċjarju jonqsu fundamentalment matul il-perjodu tal-ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fil-pajjiż benefiċjarju, u abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 14a, biex temenda l-Anness IIa, biex tnaqqas l-ammont ta’ fondi disponibbli fil-kuntest tal-assistenza, tissospendi jew tikkanċella l-assistenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tkun li l-pajjiż riċevitur jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistemi parlamentari b’bosta partiti, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. |
1. Prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tkun li l-pajjiż riċevitur jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistemi parlamentari b’bosta partiti, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Din il-valutazzjoni għandha tkun fdata lis-SEAE f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti reċenti adottati mill-Parlament Ewropew rigward il-pajjiżi benefiċjarji. Il-valutazzjoni tista’ tidentifika rakkomandazzjonijiet ta’ politika rigward it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, tad-drittijiet tal-bniedem, tat-trasparenza u tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Dan ir-rapport għandu jiġi anness ma’ kull att delegat individwali msemmi fl-Artikolu 7(3). Bil-għan li jipproteġi l-interessi demokratiċi tal-Unjoni u jsaħħaħ ir-rispett tad-drittijiet fundamentali min-naħa tal-pajjiżi benefiċjarji, il-Memorandum ta’ Ftehim għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jkunu konsistenti mal-politiki esterni tal-Unjoni maħsuba biex isaħħu d-drittijiet tal-bniedem u dawk tal-ħaddiema, it-trasparenza, u biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun kundizzjonali fuq l-eżistenza ta’ programm tal-FMI li jinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-FMI. |
2. L-assistenza makrofinanzjarja għandha tkun kundizzjonali fuq l-eżistenza ta’ programm tal-FMI li jinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-FMI jew ta’ istituzzjoni finanzjarja Ewropea jew multilaterali oħra. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. L-iżborż tal-assistenza għandu jkun kundizzjonali fuq rekord sodisfaċenti ta’ programm tal-FMI. Huwa għandu jkun kundizzjonali wkoll fuq l-implimentazzjoni, fi ħdan qafas ta’ żmien speċifiku, ta’ serje ta’ miżuri ta’ politika ekonomika definiti b’mod ċar li jiffokaw fuq riformi strutturali, li jridu jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju u jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim. |
3. L-iżborż tal-assistenza għandu jkun kundizzjonali fuq rekord sodisfaċenti ta’ programm tal-FMI jew ta’ istituzzjoni finanzjarja Ewropea jew multilaterali oħra u ta' rispett għall-prinċipji bbażati fuq il-valur u politiċi ta’ Genval. Huwa għandu jkun kundizzjonali wkoll fuq l-implimentazzjoni, fi ħdan qafas ta’ żmien speċifiku, ta’ serje ta’ miżuri ta’ politika ekonomika definiti b’mod ċar li jiffokaw fuq riformi strutturali, li jridu jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju u jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jiġu ssodisfati, l-assistenza makrofinanzjarja għandha tingħata mill-Kummissjoni billi taġixxi skont l-Artikolu 14(2). |
2. Malli tirċievi t-talba, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’assistenza makrofinanzjarja msemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 humiex issodisfati. Jekk dawk il-kundizzjonjiet ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammont u l-forma tal-assistenza skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 u fl-Artikolu 3 rispettivament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafi 3 u 3a (ġodda) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Id-deċiżjoni li jiġi pprovdut self għandha tispeċifika l-ammont, il-maturità medja massima u l-għadd massimu ta’ pagamenti tal-assistenza makrofinanzjarja. Id-deċiżjoni li tiġi pprovduta għotja għandha tispeċifika l-ammont u l-għadd massimu ta’ pagamenti. Fiż-żewġ każijiet, għandu jiġi definit il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja. Bħala regola, dan mgħandux jaqbeż it-tliet snin. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 14a biex tistabbilixxi u temenda l-Anness IIa ħalli tagħti assistenza makrofinanzjarja lil pajjiż jew territorju partikolari. Fl-att delegat, il-Kummissjoni għandha, inter aia, tistipula dan li ġej: | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(a) fil-każijiet kollha, il-benefiċjarju tal-assistenza, l-ammont massimu totali tal-assistenza, il-forma tal-assistenza, u l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(b) fil-każ ta’ deċiżjoni li jinħareġ self, l-ammont, il-maturità medja massima u l-għadd massimu ta’ pagamenti tal-assistenza makrofinanzjarja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(c) fil-każ tad-deċiżjoni li tinħareġ għotja, l-ammont u l-għadd massimu ta’ pagamenti. Id-deċiżjoni li tinħareġ għotja għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni tal-għotja (jew element ta’ għoti) ta’ assistenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. Bħala regola, il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja m’għandux jaqbeż tliet snin. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. Wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni li tingħata l-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, li taġixxi skont l-Artikolu 14(3), għandha tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju dwar il-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 6(3), (4), (5) u (6). |
4. Wara l-adozzjoni tal-att delegat dwar l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14a biex tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju fil-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 6(1), (3), (4), (5) u (6). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. Wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni li tingħata l-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju dwar it-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza. Dawn għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar Għotja jew Self. |
5. Wara l-adozzjoni tal-att delegat dwar l-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni għandha tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju dwar it-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza. Dawn għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar Għotja jew Self. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-assistenza speċifika għall-pajjiż u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti. |
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-assistenza speċifika għall-pajjiż u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti fiż-żmien dovut. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. L-assistenza għandha titħallas f’pagamenti suċċessivi, kundizzjonali fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3). |
2. L-assistenza għandha titħallas f’pagamenti suċċessivi, kundizzjonali fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), (2) u (3). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3) ikomplu jiġu ssodisfati. |
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3) jibqgħu jiġu ssodisfati. Is-SEAE għandu jivverifika f’intervalli regolari, u bla dewmien fil-każ ta’ żviluppi mhux mistennija, li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) jibqgħu jiġu ssodisfati, u jinforma lill-Kummissjoni skont dan. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. F’każ li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3) ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni tista’ temporanjament tissospendi, tnaqqas jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza. |
4. F’każ li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), (2) u (3) ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, tista’ temporanjament tissospendi, tnaqqas jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4a. F’dawn il-każijiet, u jekk is-sospensjoni tal-operazzjoni titneħħa wara konsultazzjoni mas-SEAE, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għal dan. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jivverifikaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni ntuża kif suppost, jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw kwalunkwe fondi pprovduti skont dan ir-Regolament li jkunu ġew miżapproprjati. |
1. Kull ftehim li jirriżulta minn dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-pajjiżi benefiċjarji għandhom jivverifikaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni ntuża kif suppost, jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw kwalunkwe fondi pprovduti skont dan ir-Regolament li jkunu ġew miżapproprjati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3a. Il-Memornadum ta’ Ftehim imsemmi fl-Artikolu 6(3) u kwlaunkwe ftehim ieħor li jirriżulta minn dan ir-Regolament għandhom jiżguraw id-drittijiet tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri taħt il-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu matul u wara l-perjodu ta' disponibbiltà tal-assistenza makrofinanzjarja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment ir-riżultati u l-effikaċja tal-assistenza makrofinanzjarja sabiex taċċerta jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet fil-ġejjieni. |
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa regolarment ir-riżultati u l-effikaċja tal-assistenza makrofinanzjarja rigward kull pajjiż jew territorju partikolari li jirċievi l-assistenza sabiex taċċerta jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet fil-ġejjieni. Meta tevalwa l-funzjonament tal-kundizzjonalità politika skont l-Artikolu 9(1), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lis-SEAE. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapporti ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvalutaw il-livell ta' kontribuzzjoni lill-miri tal-assistenza mogħtija mill-operazzjonijiet ta' MFA li tlestew riċentament.. |
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapporti ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, li jivvalutaw sa liema punt l-operazzjonjiet ta’ assistenza makrofinanzjarja li jkunu tlestew riċentament fir-rigward ta’ pajjiż jew territorju benefiċjarju partikolari jkunu kkontribwew biex jintlaħqu l-miri tal-assistenza mogħtija. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a. Il-Qorti tal-Awdituri għandha twettaq awditu tal-ġestjoni dfinanzjarja tal-assistenza. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (EU) Nru 182/2011. |
imħassar | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 14a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 14a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Eżerċizzju tad-delegazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(1a), 2(1b), 5(3), 7(3) u 7(4) għandha tkun ikkonferita lill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Id-delega ta’ setgħa tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
4. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2(1a), 2(1b), 5(3), 7(3) u 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill, jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 14b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 14b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Reviżjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Sa mhux aktar tard minn … * u mbagħad kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi stampa dettaljata tal-assistenza makrofinanzjarja mogħtija skont dan ir-Regolament u, jekk dan ikun f’loku, għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlativa għal reviżjoni ta' dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
______________________ | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
* ĠU: erba’ snin wara d-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 15 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 52 Proposta għal regolament Anness II | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
l-Anness imħassar. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 53 Proposta għal regolament Anness IIa (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
L-Assistenza Makrofinanzjarja (MFA) tal-UE tnediet fl-1990 bil-fini li tagħti assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet fuq perjodu qasir f'dak li għandu x'jaqsam mal-bilanċ tal-pagamenti. Sal-lum b’kollox ġew approvati 55 deċiżjoni ta’ MFA li minnhom ibbenefikaw 23 pajjiż, li jammontaw għal EUR 7.2 biljun, fl-għamla ta’ għotjiet u self, jew taħlita tat-tnejn.
F’dawn l-aħħar snin, il-kumitat INTA kien imdaħħal fil-għoti ta’ MFS l-ewwel skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni u, minn mindu daħal it-Trattat ta’ Lisbona, bħala koleġiżlatur. Skont it-Trattat ta’ Lisbona, il-bażijiet ġuridiċi xierqa għad-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ MFA huma l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-TFUE, skont jekk il-pajjiż benefiċjarju jkunx għadu fi stadju ta' żvilupp jew le. Fiż-żewġ każijiet, tapplika li l-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja.
Ġew adottati żewġ deċiżjonijiet ad hoc skont it-Trattat ta' Lisbona għall-Ukraina u l-Moldova. Weħlet it-tielet deċiżjoni dwar il-Ġeorġja minħabba f'nuqqas ta' qbil proċedurali: għall-adozzjoni ta’ Memorandum ta’ Ftehim (MOU), il-PE qed jinsisti dwar il-"proċedura konsultattiva" użata għall-Ukraina u l-Moldova, filwaqt li l-Kunsill irid il-"proċedura ta’ eżami”.
S’issa, l-UE ħadet id-deċiżjonijiet dwar l-MFA abbażi tal-hekk-imsejħin “kriterji ta’ Genval” tal-Kunsill, ta’ Ottubru 2002, li kienu l-oġġett ta’ deċiżjonijiet leġiżlattivi meħudin kull każ għalih. Billi dis-sitwazzjoni qiesha insodisfaċenti, ir-riżoluzzjoni tal-PE tal-2003 kienet titlob li jkun hemm qafas ta' regolamentazzjoni għall-MFA u għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni kienet rispons dirett għal din it-talba.
Il-proposta tal-Kummissjoni
Skont il-Kummissjoni, l-objettivi prinċipali tal-proposta tagħha huma:
– il-ħolqien ta’ strument ġuridiku formali għall-MFAs għal pajjiżi terzi,
– l-introduzzjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet aktar b’ħeffa, b’effiċjenza akbar u streamliened għall-operazzjonijiet individwali tal-MFA,
– il-qbil ta’ regoli u kondizzjonijiet fost l-istituzzjonijiet tal-UE (li jrendu lill-PE "komproprjetarju tar-regoli”),
– l-aġġornament u l-kjarifika ta’ wħud mir-regoli, l-aktar dawk dwar il-kamp ta' applikazzjoni ġeografika tal-MFA,
– l-allinjament tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-MFA ma’ strumenti oħrajn ta’ assistenza finanzjarja esterna.
Fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Istaff , il-Kummissjoni fissret it-tħassib tagħha dwar il-qagħda ta' bħalissa tad-deċiżjonijiet leġiżlattivi meħudin f’kull każ għalih, l-aktar fid-dawl tal-konsultazzjoni ta' tmien ġimgħat obbligatorja tal-parlamenti nazzjonali. Minkejja li l-MFA tat kontribut siewi għall-istabilità makroekonomika fil-viċinat tal-UE, il-proċeduri ta' bħalissa jtendu li jnaqqsulha l-effikaċja u t-trasparenza.
Fil-motivazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni ħaltet iż-żewġ kwestjonijiet li huma distinti: l-objettiv li l-MFA ssir aktar effikaċi u l-ħtieġa li jkun qbil dwar regoli ċari u kondizzjonijiet għall-iżborżament tal-MFA. Ir-Rapporteur jirrakkomanda li l-ewwel wieħed jara jekk hemmx qbil dwar ir-regoli li jiggvernaw l-MFA, u separatament jekk hemmx qbil mal-proċeduri proposti ta' teħid tad-deċiżjonijiet.
Il-PE rċieva kontribuzzjonijiet ukoll mill-Parlament Portuġiż fl-20 ta’ Settembru 2011 u mis-Senat Taljan fid-29 ta’ Novembru 2011.
Ir-Regoli
Il-"kriterji ta’ Genval” jagħmlu l-assistenza MFA kondizzjonata mill-prossimità demokratika, ekonomika u ġeografika komuni, kif ukoll mill-eżistenza ta' skema tal-FMI u dixxiplina finanzjarja.
Regoli proċedurali u kondizzjonalità
Il-Kummissjoni ma bidlitx il-parametri fundamentali tal-“kriterji ta’ Genval” għad illi ġew modifikati xi regoli proċedurali minuri. Ngħidu aħna, il-Kummissjoni neħħiet l-użu tal-livelli massimi għall-proporzjoni tal-UE mill-assistenza (Artikolu 5(2)), billi spejgat li huma diffiċli li jiġu kkalkulati u m’humiex prattiċi. Donnu huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata biżżejjed flessibilità fid-determinazzjoni tar-ratio xieraq u li jkunu evitati l-limiti proċedurali, filwaqt li jkun żgurat li kull programm ta' assistenza jgħaddi mill-iskrutinju demokratiku.
L-istess loġika tapplika għall-qasma bejn l-għotjiet u l-mutwi. Il-proposta tal-Kummissjoni hija kemmxejn vaga fir-rigward ta’ kif għandu jinħadem il-proporzjon tal-għotjiet mal-mutwu, billi stqarret li huma se jqisu “l-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-pajjiż benefiċjarju” imma mingħajr ma spjegaw kif se tintuża din l-analiżi (Artikolul 3(1)). Preċedentement, il-għotjiet kienu parti mill-MFA lil pajjiżi bħall-Albanija (2004), il-Bożnja-Ħerzegovina (2004), il-Ġorġja (2005 u 2009), il-Libanu (2007), il-Moldova (2007 u 2010) u l-Armenja (2009).
Bħalma ġara fil-livelli massimi, ir-rapporteur iqis li jeħtieġ li jinstab ekwilibriju bejn id-determinazzjoni ta’ regoli ċari u t-tħollija ta’ spazju għall-Kummissjoni li tħejji l-assistenza tagħha skont il-qagħda speċifika li ssib. L-esperjenza mgħoddija wriet każijiet fejn l-MFA ntużat bħala pakkett finanzjarju li jixbah l-għotijiet ta’ maħfra ta’ dejn kondizzjonali u r-rapporteur iħoss li din il-prattika għandha tkun evitata fil-futur.
Huwa importanti li r-Regolament iżomm il-prinċipju komplementari ċentrali li l-MFA għandha tingħata biss fejn ikun hemm programm tal-FMI (Artikolu 6(2)). Filwaqt li l-prattika li l-MFA tintrabat ma' skema tal-FMI se tibqa' bħala n-norma, ir-rapporteur jemmen li għandu jkun hemm flessibbiltà ħalli l-UE tkun tista' taħdem ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewroej jew multilaterali oħra, bħalma huma l-Bank Dinji jew il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).
Ir-rapporteur jixtieq jisħaq li l-MFA għandha ġġib valur miżjud tal-UE u għandha biss isseħħ meta l-UE tista’ ġġib xi ħaġa li tmur oltre rwol ta’ “top-up għall-FMI”. Għalhekk, bid-diżakkoppjament tal-MFA mill-eżistenza ta’ skema tal-FMI, l-UE se jkollha aktar libertà biex tipprovdi valur miżjud. L-UE tista’, f’ċerti każijiet, tikkunsidra li tieħu r-rwol ewlieni f’operazzjonjiet tal-MFA. Barra min hekk, studju konġunt bejn is-CEPS u l-LSE, ikkummissjonat mill-PE, jinnota li l-MFA spiss ikun żgħir wisq biex jiggarantixxi l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ politika adottati skont Memorandum ta’ Ftehim. Għaldaqstant, ir-rapport jipproponi li, fil-parti l-kbira ta-każijiet, il-kontribuzzjoni tal-UE m’għandhiex taqa’ taħt ċertu perċentwal minimu, ħalli jkun żgurat li l-kontribuzzjoni tal-UE tkun biżżejjed biex tiżgura l-valur miżjud u tippermetti li pajjiżi aktar imdaqqsa jibbenefikaw mill-MFA.
Pajjiżi Eliġibbli
Il-pajjiżi eliġibbli jinkludu l-kandidati għal tisħib fl-UE, kandidati potenzjali, pajjiżi tal-PEV u, b’mod eċċezzjonali, pajjiżi addizjonali li huma “politikament, ekonomikament u ġeografikament qrib tal-UE” (art. 2). Fil-prattika, din l-aħħar kategorija fissret pajjiżi tal-Asja Ċentrali.
Ir-rapporteur huwa tal-fehma li din id-dispożizzjoni hija ambigwa, u f’każijiet preċedenti, il-kriterji ta’ għażla ma ġewx applikati sewwa. L-istabbiltà fil-viċinat immedjat tal-UE u l-“Ewropeanizzazzjoni” għandhom ikunu l-objettivi ewlenin tal-MFA u l-pajjiżi għandhom jiġu approvati skont dan. B’mod aktar ġenerali, id-dispożizzjonijiet iddaħħlu biex il-Kummissjoni tispjega aħjar u tiżvela aktar ir-relazzjoni bejn il-programmi tal-MFA u l-istrumenti l-oħra tal-UE għall-finanzjament estern.
Kondizzjonalità Politika
B’ispirazzjoni mill-“kriterji ta’ Genval”, ir-Regolament jikkundizzjona l-appoġġ tal-MFA mill-preżenza ta’ “mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistemi parlamentari b’bosta partiti, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem” (l-Artikolu 6(1)). Prima facie, dan jidher li huwa allinjat mar-responsabilità tal-Unjoni skont it-termini tat-Trattat ta’ Lisbona li tippromwovi l-valuri ċentrali tagħha fl-affarijiet esterni.
B’danakollu, l-esperjenza turi li tali kondizzjonalità rarament titwettaq fil-prattika. Pereżempju, l-istudju tas-CEPS ikkummissjonat mill-PE jinnota li l-MFA tal-2002 għall-Ukraina wriet li l-UE “ftit li xejn tat kas tal-prekundizzjonijiet politiċi”. Dan l-istess fenomenu ġie ripetut konsistentement, kif wera l-istudju aktar reċenti.
Ir-rapporteur iqis li l-applikazzjoni tal-prekondizzjonijiet għandha tissaħħaħ u l-valutazzjoni politika tal-Kummissjoni għandha tkun aktar formalizzata u trasparenti. Fost it-titjib propost hemm l-intorduzzjoni ta’ rapport trasparenti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoniji Esterna qabel ma ssir il-proposta ta’ kull MFA, ħalli jiġi vverifikat jekk kull pajjiż sieħeb jirrispettax id-drittijiet tal-bniedem u kundizzjonijiet politiċi oħra.
Ir-rapporteur jipproponi li l-effikaċja demokratika tal-MFA tkompli tissaħħaħ permezz ta’ referenza espliċita għall-inklużjoni espliċita fil-Memorandum ta’ Ftehim ta’ miżuri demokratiċi u tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ċar li wħud mill-miżuri għat-tisħiħ tar-responsabilità politika finanzjarja u t-trasparenza (l-Aritkoli 6(4) u (5)) għandhom effett demokratiku kollaterali, iżda mhuwiex biżżejjed li wieħed jirreferi biss għal “prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni”. Għandhom jiġu inklużi fil-Memorandum ta’ Ftehim miżuri espliċiti dwar il-jeddijiet tal-bniedem u l-mekkaniżmu demokratiċi, fejn dan ikun applikabbli. Barra minn hekk, ir-rapporteur jinkludi d-deterjorament tal-kundizzjonijiet demokratiċi bħala raġuni għas-sospensjoni, it-tnaqqis jew it-tħassir tal-pagamenti.
Fil-qosor, ir-rapporteur irid li r-Regolament jagħmel biżżejjed enfasi fuq l-interess demokratiku tal-UE, bl-istess mod li diġà jsir fuq l-interess finanzjarju u ekonomiku tal-UE.
Il-Proċedura
Il-Kummissjoni daħħlet il-proċedura li ġejja ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet:
(i) proċedura ta' eżami għal:
– l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż dwar l-għoti ta’ MFA;
– l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet biex jew jitnaqqas l-ammont ta’ fondi disponibbli fil-kuntest tal-assistenza, jew li l-assistenza tiġi sospiża jew ikkanċellata;
– il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ konsulenza għal miżuri ta’ appoġġ jekk il-valur unitarju jaqbeż EUR 250 000;
(ii) proċedura konsultattiva biex mal-pajjiż benefiċjarju jinqabel Memorandum ta’ Ftehim li jispeċifika l-miżuri ta’ politika assoċjati mal-assistenza.
Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni tneħħi l-PLO skont il-każ li jkun għal kull MFA u tissostitwiha b’deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni u approvata mill-Kunsill. Fil-prattika, il-PE ma jkollu l-ebda rwol fis-sorveljanza ta’ MFA futuri, u l-użu ta’ atti delegati (l-Article 290 TFUE) mhuwiex previst għal deċiżjoni waħdanija.
Ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li l-bidliet huma neċessarji biex ikun hemm regoli ċari u t-teħid ta’ deċiżjonijiet marbutin mal-MFA jiġi ffaċilitat u jkun aktar effikaċi. Madankollu, it-tneħħija totali tal-iskrutinju parlamentari u l-intorduzzjoni ta’ atti implimentattivi għall-MFA mhumiex aċċettabbli.
Għalhekk, ir-rapporteur ippropona li, każ b’każ, jintużaw atti delegati għall-għoti ta’ MFA. Atti delegati jgħaqqdu flimkien il-vantaġġi ta’ aktar ħeffa u effiċjenza u l-iskrutinju demokratiku effikaċi, permezz tar-rekwiżit li l-PE japprova kull deċiżjoni ta’ MFA.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tipproponi li r-Regolament għandu jdum biss sa tmiem l-2013, u għaldaqstant dan maħsub biex ikun ta’ natura tranżizzjonali. Wara dan, ir-Regolament jinbidel (jew jiġi emendat) b’regolament ta’ qafas ġdid. Ir-rapporteur jidhirlu li regolament ta’ qafas wieħed huwa biżżejjed, u li ma jagħmel l-ebda sens li dak li jkun japprova regolament għal sentejn biss. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li r-Regolament għandu jkun għal perjodu indefinit, bil-possibbiltà ta’ reviżjoni kull erba' snin.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (24.4.2012)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Assistenza Makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi
(COM(2011)0396 – C7‑0187/2011 – 2011/0176(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Inese Vaidere
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) L-Unjoni Ewropea hija fornitur prinċipali tal-assistenza ekonomika, finanzjarja u teknika lil pajjiżi terzi. L-Assistenza Makrofinanzjarja tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem "assistenza makrofinanzjarja") uriet bil-provi li hija strument effiċjenti għall-istabbilizzazzjoni ekonomika u xprunatur għar-riformi strutturali fil-pajjiżi benefiċjarji. Skont il-politika ġenerali tagħha vis-à-vis il-pajjiżi kandidati, kandidati potenzjali u tal-viċinat, l-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lil dawk il-pajjiżi bil-għan li jiżviluppaw żona ta’ stabbiltà, sigurtà u prosperità komuni. |
(1) L-Unjoni Ewropea hija fornitur prinċipali tal-assistenza ekonomika, finanzjarja u teknika lil pajjiżi terzi. L-Assistenza Makrofinanzjarja tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem "assistenza makrofinanzjarja") uriet bil-provi li hija strument effiċjenti għall-istabbilizzazzjoni ekonomika u xprunatur għar-riformi strutturali fil-pajjiżi benefiċjarji. Skont il-politika ġenerali tagħha vis-à-vis il-pajjiżi kandidati, kandidati potenzjali u tal-viċinat, l-Unjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lil dawk il-pajjiżi bil-għan li jiżviluppaw żona ta’ stabbiltà, sigurtà u prosperità komuni, dejjem bil-kunsens taż-żewġ partijiet. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Qafas għall-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għandha rabtiet politiċi, ekonomiċi u kummerċjali importanti għandu jagħmel l-assistenza aktar effikaċi. B’mod partikolari, għandu jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi sabiex dawn jiġu mħeġġa jadottaw miżuri ta’ politika ekonomika li x’aktarx isolvu kriżi ta’ bilanċ tal-pagamenti. |
(3) Qafas għall-forniment ta’ assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi kandidati, kandidati potenzjali u tal-viċinat, u lil pajjiżi terzi f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq, għandu jagħmel l-assistenza aktar effikaċi. B’mod partikolari, għandu jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza makrofinanzjarja lil dawn il-pajjiżi sabiex dawn jiġu mħeġġa jadottaw miżuri ta’ politika ekonomika li x’aktarx isolvu kriżi ta’ bilanċ tal-pagamenti. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tkun konformi mal-prinċipji, l-għanijiet u l-miżuri ewlenin meħuda fi ħdan l-oqsma differenti ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħrajn tal-Unjoni. |
(9) Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, għandha tiżgura li l-assistenza makrofinanzjarja tkun konformi mal-prinċipji, l-għanijiet u l-miżuri ewlenin meħuda fi ħdan l-oqsma differenti ta’ azzjoni esterna u ma’ politiki rilevanti oħrajn tal-Unjoni, fejn l-Unjoni m’għandhiex tipprova timponihom fuq il-pajjiżi, imma taqbel dwarhom ma' dawn il-pajjiżi li jirċievu assistenza. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) L-assistenza makrofinanzjarja hija wkoll strument tal-politika barranija tal-Unjoni u għandha sservi biex issaħħaħ il-viżibilità u l-influwenza tal-Unjoni lil hinn mill-fruntieri tagħha. L-involviment mill-qrib tas-SEAE għall-fini tal-koordinazzjoni u l-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni għandu jkun żgurat fl-operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja kollha. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Pajjiż terz li għandu rwol determinanti fl-istabilità reġjonali u huwa ta’ importanza strateġika għall-Unjoni, jista’ f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq, ikun eliġibbli għal assistenza makrofinanzjarja, bil-kundizzjoni li jkun politikament, ekonomikament jew ġeografikament qrib tal-Unjoni. Id-deċiżjoni li tingħata assistenza makrofinanzjarja li dan il-pajjiż għandha tkun f’idejn il-Kummissjoni bħala att delegat. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 10b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10b) Sabiex tkun possibbli l-flessibilità fl-użu tal-assistenza makrofinanzjarja bħala parti mill-azzjoni esterna tal-Unjoni, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni f’dak li għandu x'jaqsam mad-determinazzjoni tal-eliġibilità ta’ dawn il-pajjiżi terzi li la huma pajjiżi kandidati, la kandidati potenzjali u lanqas tal-viċinat. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-ammont tal-assistenza għandu jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-pajjiż benefiċjarju. Dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, abbażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva komprensiva u ddokumentata sewwa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ser tfassal fuq l-aħħar projezzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti għall-pajjiż inkwistjoni prodotti mill-FMI, filwaqt li tqis l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi multilaterali. |
1. L-ammont tal-assistenza għandu jkun ibbażat fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-pajjiż benefiċjarju. Dawn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u s-SEAE, abbażi ta’ valutazzjoni kwantitattiva komprensiva u ddokumentata sewwa. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ser tfassal fuq l-aħħar projezzjonijiet tal-bilanċ tal-pagamenti għall-pajjiż inkwistjoni prodotti mill-FMI, filwaqt li tqis l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi multilaterali. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. F’każ li l-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiż benefiċjarju jonqsu fundamentalment matul il-perjodu tal-ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, li taġixxi skont l-Artikolu 14 (2), tista’ tiddeċiedi li tnaqqas l-ammont ta’ fondi disponibbli fil-kuntest tal-assistenza, tissospendi jew tikkanċella l-assistenza. |
3. F’każ li l-ħtiġijiet finanzjarji tal-pajjiż benefiċjarju jonqsu fundamentalment matul il-perjodu tal-ħlas tal-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni għandha tevalwa mill-ġdid is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja fil-pajjiż benefiċjarju u abbażi ta' dik il-valutazzjoni u skont l-Artikolu 14(2), tista’ tiddeċiedi li tnaqqas l-ammont ta’ fondi disponibbli fil-kuntest tal-assistenza, tissospendi jew tikkanċella l-assistenza. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tkun li l-pajjiż riċevitur jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistemi parlamentari b’bosta partiti, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. |
1. Prekundizzjoni għall-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja għandha tkun li l-pajjiż riċevitur jirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi s-sistemi parlamentari b’bosta partiti, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Din il-valutazzjoni għandha tkun fdata lis-SEAE f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet u r-rapporti reċenti adottati mill-Parlament Ewropew rigward il-pajjiżi benefiċjarji. Il-valutazzjoni tista’ tidentifika rakkomandazzjonijiet politiċi fir-rigward tat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, it-trasparenza u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Bil-għan li jipproteġi l-valuri u l-interessi demokratiċi tal-Unjoni u jsaħħaħ ir-rispett tad-drittijiet fundamentali min-naħa tal-pajjiżi benefiċjarji, il-Memorandum ta’ Ftehim għandu jinkludi miżuri speċifiċi għall-pajjiż li jkunu konsistenti mal-politiki esterni tal-Unjoni maħsuba biex isaħħu l-istat ta’ dritt, id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, it-trasparenza, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-iżborż tal-assistenza għandu jkun kundizzjonali fuq rekord sodisfaċenti ta’ programm tal-FMI. Huwa għandu jkun kundizzjonali wkoll fuq l-implimentazzjoni, fi ħdan qafas ta’ żmien speċifiku, ta’ serje ta’ miżuri ta’ politika ekonomika definiti b’mod ċar li jiffokaw fuq riformi strutturali, li jridu jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju u jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim. |
3. L-iżborż tal-assistenza għandu jkun kundizzjonali fuq rekord sodisfaċenti ta’ programm tal-FMI u ta' rispett għall-prinċipji bbażati fuq il-valur u politiċi tal-Genval. Huwa għandu jkun kundizzjonali wkoll fuq l-implimentazzjoni, fi ħdan qafas ta’ żmien speċifiku, ta’ serje ta’ miżuri ta’ politika ekonomika definiti b’mod ċar li jiffokaw fuq riformi strutturali, li jridu jiġu miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-pajjiż benefiċjarju u jiġu stabbiliti f’Memorandum ta’ Ftehim. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
|
2. Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jiġu ssodisfati, l-assistenza makrofinanzjarja għandha tingħata mill-Kummissjoni billi taġixxi skont l-Artikolu 14(2). |
2. Jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-Artikolu 2, l-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jiġu ssodisfati, l-assistenza makrofinanzjarja għandha tingħata mill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, billi taġixxi skont l-Artikolu 14(2). |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni li tingħata l-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, li taġixxi skont l-Artikolu 14(3), għandha tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju dwar il-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikolu 6(3), (4), (5) u (6). |
4. Wara l-approvazzjoni tad-deċiżjoni li tingħata l-assistenza makrofinanzjarja, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, li taġixxi skont l-Artikolu 14(3), għandha tiftiehem mal-pajjiż benefiċjarju dwar il-miżuri ta’ politika msemmija fl-Artikoli 6(1), (3), (4), (5) u (6). |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fl-assistenza speċifika għall-pajjiż u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti. |
6. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jinformaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill regolarment u/jew fuq talba dwar l-iżviluppi fl-assistenza speċifika għall-pajjiż u għandhom jiżguraw trażmissjoni simultanja u f’waqtha tad-dokumenti rilevanti. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-assistenza makrofinanzjarja għandha titħallas lill-bank ċentrali tal-pajjiż benefiċjarju. |
1. L-assistenza makrofinanzjarja għandha titħallas biss lill-bank ċentrali tal-pajjiż benefiċjarju. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-assistenza għandha titħallas f’pagamenti suċċessivi, kundizzjonali fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3). |
2. L-assistenza għandha titħallas f’pagamenti suċċessivi, kundizzjonali fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6(1), (2) u (3). |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3) ikomplu jiġu ssodisfati. |
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6(2) u 6(3) ikomplu jiġu ssodisfati. Is-SEAE għandu jivverifika f’intervalli regolari, u mingħajr dewmien fil-każ ta’ żviluppi mhux mistennija, li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) għadhom qed jiġu ssodisfati, u jinforma lill-Kummissjoni kif xieraq. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. F’każ li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) u 6(3) ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni tista’ temporanjament tissospendi, tnaqqas jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza. |
4. F’każ li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6(1), (2) u (3) ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, tista’ temporanjament tissospendi, tnaqqas jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. F’dawn il-każijiet, u fil-każ li s-sospensjoni tal-operazzjoni titneħħa wara konsultazzjoni mas-SEAE, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet tagħha. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jivverifikaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni ntuża kif suppost, jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw kwalunkwe fondi pprovduti skont dan ir-Regolament li jkunu ġew miżapproprjati. |
1. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiżguraw li l-finanzjament ipprovdut mill-baġit tal-Unjoni ntuża kif suppost, jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi u, jekk ikun meħtieġ, jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw kwalunkwe fondi pprovduti skont dan ir-Regolament li jkunu ġew miżapproprjati. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fejn ikun ġie stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza skont dan ir-Regolament, pajjiż benefiċjarju jkun involva ruħu fi kwalunkwe att ta’ frodi jew korruzzjoni jew fi kwalunkwe attività illegali oħra detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata għall-ħlas lura sħiħ tal-għotja u/jew għall-ħlas lura bikri tas-self. |
5. Fejn ikun ġie stabbilit li, fir-rigward tal-ġestjoni tal-assistenza skont dan ir-Regolament, pajjiż benefiċjarju jkun involva ruħu fi kwalunkwe att ta’ frodi jew korruzzjoni jew fi kwalunkwe attività illegali oħra detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata għall-ħlas lura sħiħ tal-għotja u/jew għall-ħlas lura bikri tas-self. Il-Memorandum ta’ Ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar mekkaniżmi li jħallu li jsir sekwestru tal-assi li jkunu ġew illeċitament miżapproprijati. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
Deċiżjoni dwar l-eliġibilità ta’ pajjiżi terzi u l-eżerċizzju tad-delega |
|
1. F’każ ta’ rwol determinanti fl-istabilità reġjonali u ta’ importanza strateġika għall-Unjoni, u bil-kundizzjoni li jkun politikament, ekonomikament u ġeografikament qrib tal-Unjoni, pajjiż terz jista’, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq, ikun meqjus li hu eliġibbli li jibbenefika minn operazzjoni ta’ assistenza makrofinanzjarja. |
|
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta, fejn meħtieġ, dan ir-Regolament b'pajjiżi eliġibbli li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. |
|
3. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
4. Id-delega ta’ setgħa tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data oħra aktar ’il quddiem speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati li huma diġà fis-seħħ. |
|
5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
6. Att delegat adottat skont dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress imwettaq fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tissottometti kull sena rapport dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, għandha teżamina l-progress imwettaq fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u għandha tissottometti kull sena rapport dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-rapport annwali għandu jevalwa s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll il-progress imwettaq bl-implimentazzjoni tal-miżuri politiċi msemmija fl-Artikolu 6(3). |
2. Ir-rapport annwali għandu jevalwa s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll il-progress imwettaq bl-implimentazzjoni tal-miżuri politiċi msemmija fl-Artikoli 6(1) u (3). |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kumitat |
Kumitat |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat. |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Kumitat. Is-SEAE se jkun mistieden għal-laqgħat u jkollu d-dritt jipparteċipa fil-ħidma tiegħu. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 14a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 14a |
|
Rieżami |
|
1. Mhux aktar tard minn …*, għandu jitħejja rapport mill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-kisba tal-objettivi tiegħu. Ir-rapport għandu jeżamina, inter alia, l-implimentazzjoni tal-Artikoli 3 u 6. |
|
2. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-emendi meħtieġa għal dan ir-Regolament. |
|
___________________ |
|
*ĠU: erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
PROĊEDURA
Titolu |
Dispożizzjonijiet ġenerali għall-assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi |
||||
Referenzi |
COM(2011)0396 – C7-0187/2011 – 2011/0176(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 7.7.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 7.7.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Inese Vaidere 3.10.2011 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
24.4.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
47 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Elmar Brok, Mário David, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Takis Hadjigeorgiou, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Mario Mauro, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Cristian Dan Preda, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Adrian Severin, Marek Siwiec, Charles Tannock, Inese Vaidere, Kristian Vigenin |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Andrew Duff, Tanja Fajon, Kinga Gál, Elisabeth Jeggle, Antonio López-Istúriz White, Carmen Romero López, Marietje Schaake, Indrek Tarand, Alejo Vidal-Quadras, Renate Weber |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Dispożizzjonijiet ġenerali għall-assistenza makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi |
||||
Referenzi |
COM(2011)0396 – C7-0187/2011 – 2011/0176(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
4.7.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 7.7.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 7.7.2011 |
DEVE 7.7.2011 |
BUDG 7.7.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 29.8.2011 |
BUDG 6.7.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Metin Kazak 13.7.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
22.11.2011 |
26.3.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
26.4.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 1 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, Vital Moreira, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Peter Šťastný, Keith Taylor, Jan Zahradil, Paweł Zalewski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Albert Deß, Béla Glattfelder, Maria Eleni Koppa, Elisabeth Köstinger, Marietje Schaake, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain |
||||
Data tat-tressiq |
3.5.2012 |
||||