Proċedura : 2011/0231(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0158/2012

Testi mressqa :

A7-0158/2012

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/01/2014 - 5.8
CRE 14/01/2014 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0008

RAPPORT     ***I
PDF 876kWORD 494k
3.5.2012
PE 480.816v02-00 A7-0158/2012

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

(COM(2011)0530 – C7‑0234/2011 – 2011/0231(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Paolo Bartolozzi

Rapporteur għal opinjoni (*): Herbert Dorfmann, Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

(COM(2011)0530 – C7‑0234/2011 – 2011/0231(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0530),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43(2) u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C70234/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0158/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Meta l-prodotti tal-inbid aromatizzat jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi1, huma għandhom jitħallew jindikaw in-natura organika tal-prodotti użati.

 

__________________

 

1 ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Fl-istennija tal-iżviluppi li jmiss fir-regolamentazzjoni tal-prattiki enoloġiċi għall-inbid organiku, u bil-għan li tiġi stabbilita bażi għal tali regolamentazzjoni f'dan l-istadju, għandha ssir referenza għall-qafas legali rigward il-produzzjoni organika marbuta wkoll mal-prodotti tal-inbid aromatizzat.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “Prodotti tal-inbid aromatizzat”: tfisser prodotti miksubin minn prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru [XXXX/20XX. COM(2010) 799 finali OKS allinjati], u li ngħataw togħma. Dawn huma klassifikati kif ġej:

(1) “Prodotti tal-inbid aromatizzat”: tfisser prodotti miksubin minn prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru [XXXX/20XX. COM(2010) 799 finali OKS allinjati], u li ngħataw togħma skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I. Dawn huma klassifikati kif ġej:

Ġustifikazzjoni

Huwa meqjus neċessarju li ssir referenza għall-elementi kollha li jikkaratterizzaw il-preparazzjoni tal-inbid aromatizzat (żieda ta' aromatizzanti, żieda eventwali ta' alkoħol, żieda ta' ħlewwa u ta' koloranti) bil-għan li l-korp ta' definizzjonijiet ikun konformi mal-kontenut tal-Annessi I u II rispettivament. Fl-aħħar huwa importanti li jiġi kkjarifikat li ż-żieda ta' alkoħol, għall-inbejjed aromatizzati, mhijiex prevista għall-kategoriji l-oħra ta' prodotti, ħlief għall-prodotti speċifikati fid-definizzjoni li tidher fl-Anness II.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) li magħha l-alkoħol u/jew koloranti u/jew ħlewwa setgħu ġew miżjuda, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Huwa meqjus neċessarju li ssir referenza għall-elementi kollha li jikkaratterizzaw il-preparazzjoni tal-inbid aromatizzat (żieda ta' aromatizzanti, żieda eventwali ta' alkoħol, żieda ta' ħlewwa u ta' koloranti) bil-għan li l-korp ta' definizzjonijiet ikun konformi mal-kontenut tal-Annessi I u II rispettivament. Fl-aħħar huwa importanti li jiġi kkjarifikat li ż-żieda fakultattiva ta' alkoħol, għall-inbejjed aromatizzati, mhijiex prevista għall-kategoriji l-oħra ta' prodotti, ħlief għall-prodotti speċifikati fid-definizzjoni li tidher fl-Anness II.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) li magħha koloranti u/jew ħlewwa setgħu ġew miżjuda, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Huwa meqjus neċessarju li ssir referenza għall-elementi kollha li jikkaratterizzaw il-preparazzjoni tal-inbid aromatizzat (żieda ta' aromatizzanti, żieda eventwali ta' alkoħol, żieda ta' ħlewwa u ta' koloranti) bil-għan li l-korp ta' definizzjonijiet ikun konformi mal-kontenut tal-Annessi I u II rispettivament. Fl-aħħar huwa importanti li jiġi kkjarifikat li ż-żieda fakultattiva ta' alkoħol, għall-inbejjed aromatizzati, mhijiex prevista għall-kategoriji l-oħra ta' prodotti, ħlief għall-prodotti speċifikati fid-definizzjoni li tidher fl-Anness II.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) li magħha l-alkoħol ma ġiex miżjud, ħlief meta l-Anness II jipprevedi mod ieħor, jew li l-alkoħol ġie miżjud, li f'dan il-każ il-qawwa alkoħolika attwali tagħha skont il-volum għandha tkun ta' mill-anqas 7 % vol. ;

Ġustifikazzjoni

Huwa meqjus neċessarju li ssir referenza għall-elementi kollha li jikkaratterizzaw il-preparazzjoni tal-inbid aromatizzat (żieda ta' aromatizzanti, żieda eventwali ta' alkoħol, żieda ta' ħlewwa u ta' koloranti) bil-għan li l-korp ta' definizzjonijiet ikun konformi mal-kontenut tal-Annessi I u II rispettivament. Fl-aħħar huwa importanti li jiġi kkjarifikat li ż-żieda fakultattiva ta' alkoħol, għall-inbejjed aromatizzati, mhijiex prevista għall-kategoriji l-oħra ta' prodotti, ħlief għall-prodotti speċifikati fid-definizzjoni li tidher fl-Anness II.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) li magħha koloranti u/jew ħlewwa setgħu ġew miżjuda, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Huwa meqjus neċessarju li ssir referenza għall-elementi kollha li jikkaratterizzaw il-preparazzjoni tal-inbid aromatizzat (żieda ta' aromatizzanti, żieda eventwali ta' alkoħol, żieda ta' ħlewwa u ta' koloranti) bil-għan li l-korp ta' definizzjonijiet ikun konformi mal-kontenut tal-Annessi I u II rispettivament. Fl-aħħar huwa importanti li jiġi kkjarifikat li ż-żieda fakultattiva ta' alkoħol, għall-inbejjed aromatizzati, mhijiex prevista għall-kategoriji l-oħra ta' prodotti, ħlief għall-prodotti speċifikati fid-definizzjoni li tidher fl-Anness II.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol;

(d) li magħha ma ġiex miżjud l-alkoħol, ħlief jekk l-Anness II jipprevedi mod ieħor;

Ġustifikazzjoni

Huwa meqjus neċessarju li ssir referenza għall-elementi kollha li jikkaratterizzaw il-preparazzjoni tal-inbid aromatizzat (żieda ta' aromatizzanti, żieda eventwali ta' alkoħol, żieda ta' ħlewwa u ta' koloranti) bil-għan li l-korp ta' definizzjonijiet ikun konformi mal-kontenut tal-Annessi I u II rispettivament. Fl-aħħar huwa importanti li jiġi kkjarifikat li ż-żieda fakultattiva ta' alkoħol, għall-inbejjed aromatizzati, mhijiex prevista għall-kategoriji l-oħra ta' prodotti, ħlief għall-prodotti speċifikati fid-definizzjoni li tidher fl-Anness II.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Prodotti tal-inbid aromatizzat organiku jista' jiġi prodott skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 834/2007, b'mod partikolari l-Artikoli 6 u 19 tiegħu u skont ir-regoli ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 38 tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Abbażi tal-emenda 11 tar-Rapporteur. Ir-referenza għandha tkopri wkoll leġiżlazzjoni ta’ segwitu (atti ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni) li hi bbażata fuq ir-Regolament 834/2007. Propjament, ir-Regolament 889/2008 u r-regolamenti ta’ emenda tiegħu jistipulaw regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament 834/2007 (pereżempju metodi speċifiċi ta’ produzzjoni u sustanzi permessi). Barra minn hekk, l-emenda tressqet għall-Artikolu 3, li huwa dwar proċessi ta' produzzjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ għall-prodotti tal-inbid aromatizzat kif stipulat fl-Anness II għandhom jintużaw fl-Unjoni. Dawk id-denominazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Anness għad-denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti.

1. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ għall-prodotti tal-inbid aromatizzat biss kif stipulat fl-Anness II għandhom jintużaw fl-Unjoni. Dawk id-denominazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Anness għad-denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata koerenza legali bejn it-test u l-annessi, huwa importanti li jerġa' jiġi affermat il-prinċipju ta' esklussività li skont dan id-denominazzjonijiet tal-bejgħ imniżżla fl-Anness II biss jistgħu jintużaw fl-Unjoni. Dan jagħmilha wkoll possibbli li jiġu pprojbiti ismijiet ġeneriċi milli jintużaw bħala denominazzjonijiet tal-bejgħ, biex b'hekk jiġi żgurat il-provvediment ta' informazzjoni eżatta lill-konsumaturi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda jistgħu jużaw biss denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti waħda.

2. Ħlief jekk l-Anness II jipprevedi mod ieħor, il-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda jistgħu jużaw biss denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti waħda.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata ċertezza legali bejn it-test u l-annessi, huwa meqjus neċessarju li terġa' tiġi affermata l-possibilità ta' dispożizzjonijiet partikolari applikabbli għal ċerti prodotti tradizzjonali, bħal pereżempju l-użu ta' iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda għall-istess prodott. Pereżempju, l-Anness II jipprevedi li għas-Sangria u l-Clarea, id-deskrizzjoni “Sangria / Clarea” tista' tissostitwixxi d-denominazzjoni "xarba aromatizzanti abbażi ta' nbid" biss fejn ix-xarba kkonċernata ġiet ippreparata fi Spanja jew fil-Portugall (għas-Sangria) u fi Spanja (għall-Clarea).

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Xarba alkoħolika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi deskritta, ippreżentata jew tikkettata bl-assoċjazzjoni ta’ kliem jew frażijiet bħal “bħal”, “tat-tip”, “stil”, “magħmul”, “bit-togħma” jew kwalunkwe terminu ieħor simili għal kwalunkwe mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti f’dan ir-Regolament.

3. Xarba alkoħolika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi deskritta, ippreżentata jew tikkettata bl-assoċjazzjoni ta’ kliem jew frażijiet bħal “bħal”, “tat-tip”, “stil”, “magħmul”, “bit-togħma” jew kwalunkwe terminu ieħor simili, jew komponent grafiku, li jista' jiżgwida lill-konsumatur.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-termini “ħelu mezzan” u “ħelu” jistgħu jiġu mibdula b’indikazzjoni tal-kontenut ta’ zokkor, imfisser fi grammi ta’ zokkor maqlub għal kull litru.

It-termini “ħelu mezzan” u “ħelu” jistgħu jiġu akkumpanjati b’indikazzjoni tal-kontenut ta’ zokkor, imfisser fi grammi ta’ zokkor maqlub għal kull litru.

Ġustifikazzjoni

Minkejja li jista' jkun utli għall-konsumaturi li jafu l-kontenut taz-zokkor espress bħala zokkor maqlub għal kull litru, dan jista’ ma jkunx ifisser wisq għalihom. Jista’ jkun li l-konsumaturi ma jkunux jistgħu jiddistingwu bejn inbid aromatizzat ħelu u wieħed ħelu mezzan abbażi tal-kontenut taz-zokkor biss. Dan tal-aħħar jista’ jiġi miżjud iżda ma jissostitwix totalment id-dettalji ta’ ‘ħelu’ u ‘ħelu mezzan’.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhijiex meħtieġa l-indikazzjoni tal-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju .

imħassar

Ġustifikazzjoni

Jekk tingħata l-provenjenza ta’ prodott, għandha tirreferi wkoll għall-għeneb, sabiex il-konsumaturi ma jkunux żgwidati.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-dettalji addizzjonali stipulati f’dan ir-Regolament għandhom, meta mfissra fi kliem, jidhru mill-inqas f’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Unjoni.

Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-dettalji addizzjonali għandhom jidhru b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri fejn jiġi kummerċjalizzat il-prodott tal-inbid.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-aġġornament tad-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ tal-prodotti tal-inbid aromatizzat ma għandhomx isiru permezz tal-atti ddelegati imma permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, billi dan huwa element essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni li tirreferi għal reġjun, post speċifiku jew pajjiż, użata biex tiddeskrivi prodott tal-inbid aromatizzat fejn ċerta kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra ta’ dak il-prodott huma attribwibbli essenzjalment għall-oriġini ġeografika tiegħu.

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, “indikazzjoni ġeografika” tfisser indikazzjoni li tirreferi għal reġjun, post speċifiku jew pajjiż, użata biex tiddeskrivi prodott tal-inbid aromatizzat fejn il-prodotti tal-inbid joriġinaw mill-Unjoni u fejn ċerta kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra ta’ dak il-prodott tal-inbid huma attribwibbli essenzjalment għall-oriġini ġeografika tiegħu.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) deskrizzjoni tal-prodott, b’mod partikolari l-karatteristiċi analitiċi prinċipali tiegħu kif ukoll evalwazzjoni jew indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu;

(b) deskrizzjoni tal-prodott, b’mod partikolari l-karatteristiċi analitiċi prinċipali tiegħu kif ukoll indikazzjoni tal-karatteristiċi organolettiċi tiegħu;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sal-1 ta’ Diċembru 2012.

6. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu sal-1 ta’ Diċembru 2013.

Ġustifikazzjoni

Hemm il-possibilità li r-Regolament ma jistax jiġi ppubblikat sal-1 ta’ Diċembru 2012 għal raġunijiet amministrattivi u ta’ ħin, u għalhekk l-iskadenza għandha tiġi estiża ftit.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma ssodisfati, din għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 36, tiddeċiedi li tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 11(1)(d) u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 14(5).

Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu huma ssodisfati, din għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea d-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 11(1)(d) u r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 14(5).

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-ippakkjar ta’ ġewwa jew ta’ barra, il-materjal tar-reklamar jew id-dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jistgħu jagħtu impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

(c) kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, il-kompożizzjoni, il-kontenut ta’ inbid u/jew alkoħol, il-metodu ta’ produzzjoni jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq l-ippakkjar ta’ ġewwa jew ta’ barra, il-materjal tar-reklamar jew id-dokumenti relatati mal-prodott tal-inbid ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jistgħu jagħtu impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-denominazzjonijiet ġeografiċi eżistenti msemmija fil-paragrafu 1, li għalihom, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix sottomessa sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ], għandhom jitilfu l-protezzjoni taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 36, tieħu l-pass formali korrispondenti biex tneħħi t-tali ismijiet mir-reġistru stripulat fl-Artikolu 22.

3. Id-denominazzjonijiet ġeografiċi eżistenti msemmija fil-paragrafu 1, li għalihom, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tiġix sottomessa sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ], għandhom jitilfu l-protezzjoni taħt dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tieħu l-pass formali korrispondenti biex tneħħi t-tali ismijiet mir-reġistru stripulat fl-Artikolu 22.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 26 ma għandux japplika fir-rigward tad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti eżistenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-possibilità li jiġu kkanċellati indikazzjonijiet ġeografiċi eżistenti ma ġietx ipprovduta fir- Regolament 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ir-Regolament preċedenti tar-Regolament 510/2006) u lanqas ma tidher fir-Regolament 110/2008 dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ spirti.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tiżgura l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 11 (2)(f).

2. Sabiex tiżgura l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 35:

 

(a) dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward il-konnessjoni bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali;

 

(b) li jistipulaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 11(2)(f).

Ġustifikazzjoni

It-tagħrif inkluż fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali hija pjuttost importanti għall-għażla tal-konsumaturi u għalhekk għandha titqies bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament li jkun jeħtieġ l-adozzjoni permezz ta’ atti ddelegati.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Sabiex tiżgura l-effiċjenza tal-kontrolli stipulati f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti.

6. Sabiex tiżgura l-effiċjenza tal-kontrolli stipulati f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 35, fir-rigward tan-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll dwar kontrolli u verifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti ta' kontroll u verifika huma importanti għall-ħarsien tal-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi u għalhekk għandhom jitqiesu bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament li jirrikjedi l-adozzjoni permezz ta' atti ddelegati.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward

il-konnessjoni bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tagħrif inkluż fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali hija pjuttost importanti għall-għażla tal-konsumaturi u għalhekk għandha titqies bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament li jkun jeħtieġ l-adozzjoni permezz ta’ atti ddelegati.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni jew it-tiċħid diponibbli għall-pubbliku;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda raġuni għaliex il-pubbliku ma għandux jiġi infurmat dwar deċiżjoni dwar il-protezzjoni.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti ta' kontroll u verifika huma importanti għall-ħarsien tal-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi u għalhekk għandhom jitqiesu bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament li jirrikjedi l-adozzjoni permezz ta' atti ddelegati.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 36

Inammissibilità ta’ applikazzjoni jew talba

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni biex jiġi allinjat it-test b’korrezzjoni teknika diġà aċċettata fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Jeħtieġ li l-korrezzjoni ssir hawnhekk biex tiżgura l-konsistenza mal-emenda li saret għal dan l-Artikolu.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija f’dan ir-Regolament għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3 9, 29 u 33 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ...*. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded mingħajr aktar diskussjonijiet għal perjodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

________________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa ssuġġerit li, skont id-dispożizzjonijiet tal-OKS għall-inbid, id-delega tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni tkun limitata għal perjodu ta' żmien speċifiku.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Anness I – punt 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Prattiki enoloġiċi:

 

Il-prattiki enoloġiċi rakkomandati u ppubblikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid jistgħu jiġu applikati għall-prodotti bażiċi u l-prodotti finali koperti minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li ssir referenza speċifika għar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV), kif sar fir-Regolament 1234/2007.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Inbid aromatizzat:

(1) Inbid aromatizzat:

Inbid aromatizzat li ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol miegħu.

Inbid aromatizzat biż-żieda jew mingħajr żieda ta’ alkoħol.

Ġustifikazzjoni

Denominazzjoni waħda tal-bejgħ hi biżżejjed: id-deskrizzjoni tal-inbid aromatizzat għandha tkopri kemm l-inbid aromatizzat li ma jkunx miżjud bl-alkoħol kemm l-inbid aromatizzat miżjud bl-alkoħol.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Inbid aromatizzat imqawwi:

imħassar

Inbid aromatizzat li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu.

 

Ġustifikazzjoni

Denominazzjoni waħda tal-bejgħ hi biżżejjed: id-deskrizzjoni tal-inbid aromatizzat għandha tkopri kemm l-inbid aromatizzat li ma jkunx miżjud bl-alkoħol kemm l-inbid aromatizzat miżjud bl-alkoħol.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 4 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

li jista’ jkun ingħata ħlewwa biss permezz taz-zokkor ikkaramelizzat, sukrożju, most tal-għeneb, most tal-għeneb konċentrat u rettifikat u most tal-għeneb konċentrat.

li jista’ jkun ingħata ħlewwa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jitqies l-iżvilupp mill-1991 sal-lum dwar it-tekniki u l-prattiki tal-ħlewwa. Il-proposta għal regolament tqis il-progress marbut mal-izvilupp leġiżlattiv u tekniku fir-regolamentazzjoni ta' dan is-settur; l-uniku skop ta' din l-istipulazzjoni mdaħħla hawnhekk huwa li jagħmel id-denominazzjoni tal-bejgħ konsistenti ma' dak li huwa diġà speċifikat fl-Anness I.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 6 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

li għandu kontenut ta’ zokkor mogħti bħala zokkor maqlub ta’ aktar minn 200 gramma u kontenut ta’ abjad tal-bajd minimu ta’ 10 grammi għal kull litru ta’ prodott lest .

li għandu kontenut ta’ zokkor mogħti bħala zokkor maqlub ta’ aktar minn 200 gramma.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tat-test tadatta d-definizzjoni fid-dawl tal-fatt li bħalissa m'hemm l-ebda metodu għall-analiżi tal-kolesterol, sakemm jinstab metodu ta' analiżi speċifiku.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 6 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

li għall-preparazzjoni tagħha l-kwantità minima ta' abjad tal-bajd użata hija ta' 10 grammi għal kull litru.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tat-test tadatta d-definizzjoni fid-dawl tal-fatt li bħalissa m'hemm l-ebda metodu għall-analiżi tal-kolesterol, sakemm jinstab metodu ta' analiżi speċifiku.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni ‘Sangria’ trid tkun akkumpanjata mill-kliem ‘prodott fi …’ segwita bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristrett minbarra f'każijiet fejn il-prodott ikun ġie magħmul fi Spanja jew fil-Portugall.

Meta xarba tkun manifatturata fi Stat Membru li mhux Spanja jew il-Portugall, il-kelma ‘Sangria’ tista' tintuża flimkien mad-denominazzjoni tal-bejgħ ta' 'xorb ibbażat fuq l-inbid aromattizzat', li trid tkun akkumpanjata mill-kliem ‘prodott fi …’ segwita bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristrett.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova żżomm l-istatus quo skont ir-Regolament (KEE) Nru 1601/1991, dwar il-protezzjoni tal-kelma ‘Sangria’, li oriġinat fi Spanja u l-Portugall. Hu meħtieġ li jiġi ċċarat li l-kelma ‘Sangria’, fi kwalunkwe Stat Membru ħlief Spanja u l-Portugall, mhijiex denominazzjoni tal-bejgħ iżda indikazzjoni jew terminu mhux obbligatorju.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni ‘Sangria’ tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni ‘xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat’ biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja jew fil-Portugall.

Il-kelma ‘Sangria’ tista’ tissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ ‘xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat’ biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja jew fil-Portugall.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova żżomm l-istatus quo skont ir-Regolament (KEE) Nru 1601/1991, dwar il-protezzjoni tal-kelma ‘Sangria’, li oriġinat fi Spanja u l-Portugall. Hu meħtieġ li jiġi ċċarat li l-kelma ‘Sangria’, fi kwalunkwe Stat Membru ħlief Spanja u l-Portugall, mhijiex denominazzjoni tal-bejgħ iżda indikazzjoni jew terminu mhux obbligatorju. Jeħtieġ ikun hemm distinzjoni ċara bejn 'denominazzjoni tal-bejgħ', li tinkludi d-deskrizzjoni 'xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat' u l-kelma 'Sangria'.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni “Clarea” trid tkun akkumpanjata mill-kliem «prodott fi …» segwit bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristretta minbarra f'każijiet fejn il-prodott ikun sar fi Spanja.

Meta x-xorb jiġi manifatturat fi Stat Membru minbarra Spanja, il-kelma ‘Clarea’ tista’ tintuża bħala addizzjoni għad-denominazzjoni tal-bejgħ 'xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat' li trid tkun akkumpanjata mill-kliem 'prodott fi …’ segwit bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristretta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova żżomm l-istatus quo skont ir-Regolament (KEE) Nru 1601/1991, peress li l-kelma ‘Clarea’ għandha tiġi protetta. Hu meħtieġ li jiġi ċċarat li l-kelma ‘Clarea’, fi kwalunkwe Stat Membru ħlief Spanja, mhijiex denominazzjoni tal-bejgħ iżda indikazzjoni jew terminu mhux obbligatorju.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni “Clarea” tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni “xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat” biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja .

Il-kelma ‘Clarea’ tista’ tissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ ‘xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat’ biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprova żżomm l-istatus quo skont ir-Regolament (KEE) Nru 1601/1991, peress li l-kelma ‘Clarea’ għandha tiġi protetta u għandha ssir distinzjoni ċara bejn "kelma" u "denominazzjoni tal-bejgħ". Il-kelma ‘Clarea’, fi kwalunkwe Stat Membru ħlief Spanja, mhijiex denominazzjoni tal-bejgħ iżda indikazzjoni jew terminu mhux obbligatorju.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-prodotti tal-inbid aromatizzat għandhom rwol importanti għall-konsumaturi, il-produtturi u b'mod ġenerali għas-settur agrikolu fl-Unjoni Ewropea. Huma jirrappreżentaw kwota sinifikanti tas-settur tal-inbid tal-UE u jiffurmaw suq verament importanti mil-lat tal-kwalità u tal-kwantità, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak internazzjonali. L-UE tirrappreżenta madwar 90% tal-produzzjoni dinjija ta' prodotti tal-inbid aromatizzat (bejn wieħed u ieħor 3 miljuni ettolitri kull sena); hemm produtturi tradizzjonali li ilhom stabbiliti f'ħafna Stati Membri, b'mod partikolari fin-Nofsinhar tal-kontinent, iżda wkoll fit-Tramuntana u fil-Lvant.

Sfond għal-leġiżlazzjoni Ewropea

Il-proposta għal regolament hija parti minn qafas leġiżlattiv Ewropew, li aspett wieħed ewlieni tiegħu ma jistax jiġi injorat: ir-riforma tal-politika tas-settur tal-inbid. Bħala parti mill-proċess ta' simplifikazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni, u fl-istess ħin mal-iżvilupp u l-adozzjoni tar-Regolament dwar l-OKS Unika (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007), li ssostitwixxa l-21 organizzazzjoni komuni tas-suq eżistenti (OKS) għall-fergħat differenti tal-agrikoltura u stabbilixxa standards komuni għall-ġestjoni tas-swieq agrikoli, il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet tal-UE, il-Kunsill innegozja riforma tal-politika dwar is-settur tal-inbid (Regolament (KE) Nru 479/2008), li issa huwa inkorporat bis-sħiħ fir-Regolament dwar l-OKS Unika

Ir-riforma tal-2008 torganizza mill-ġdid il-ġestjoni tas-suq tal-inbid tal-UE. Hi għandha l-għan li tippermetti l-istrutturar mill-ġdid malajr tas-settur permezz tat-tneħħija gradwali ta' miżuri ta' intervent ineffikaċi u li jiswew il-flus u d-direzzjoni mill-ġdid tan-nefqa sabiex tiġi ssodisfata aħjar id-domanda tal-konsumatur u l-inbid Ewropew isir aktar kompetittiv.

Objettivi tal-proposta attwali tal-Kummissjoni

Il-proposta għal regolament tal-Kummissjoni hija maħsuba biex taġġorna r-Regolament (KEE) Nru 1601/91 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid.

Ibbażata fuq l-Artikolu 43(2) u 114 TFUE, il-proposta għal Regolament tistabbilixxi regoli dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta' prodotti ta' inbid aromatizzat; tapplika għall-prodotti kollha tal-inbid aromatizzat li jitpoġġew fis-suq tal-UE, kemm jekk ikunu prodotti fl-Istati Membri jew pajjiżi terzi, kif ukoll jekk ikunu prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.

L-objettivi prinċipali tal-proposta huma t-titjib tal-applikabilità u ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti tal-inbid aromatizzat u l-introduzzjoni ta' politika ta' kwalità ddefinita sew għal tali prodotti. Ċerti denominazzjonijiet tal-bejgħ se jkunu aġġornati fid-dawl tal-possibilità li jiżdied il-livell ta' nbid minflok ma jiġi miżjud direttament l-alkoħol, b'tali mod li jiġi żgurat li l-konsumatur ikun infurmat kif xieraq u d-definizzjonijiet użati jkunu aġġornati fid-dawl ta' żviluppi tekniċi. Ir-regoli eżistenti dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi se jsiru konformi mal-Ftehim dwar Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali tad-WTO (il-Ftehim TRIPS).

Objettiv ieħor hu li dawn ir-regoli jsiru konformi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-objettivi, il-prinċipji u l-elementi essenzjali l-oħra relatati mad-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar tal-prodotti tal-inbid aromatizzat kif ukoll il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għal tali prodotti se jiġu ddeterminati mil-leġiżlatur filwaqt li l-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta, permezz ta' atti delegati (l-Artikolu 290 TFUE), il-proċessi ta' produzzjoni, il-metodi ta' analiżi, l-emendi neċessarji għad-definizzjoni, rekwiżiti, restrizzjonijiet, denominazzjonijiet tal-bejgħ u deskrizzjonijiet, u r-regoli neċessarji dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Barra minn hekk, il-leġiżlatur għandu jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni, (l-Artikolu 291(2) TFUE), speċjalment rigward l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar il-prodotti tal-inbid aromatizzat relatati mal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-kontrolli amministrattivi u fiżiċi, u l-iskambju tal-informazzjoni.

Il-proposta ma tbiddilx il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli eżistenti għas-settur, iżda tikkorrispondi għal adattament għall-obbligi diġà meħuda mill-Unjoni.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jilqa' l-elementi ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni, speċjalment l-objettivi ta' simplifikazzjoni u ta' tisħiħ.

Il-proposta għal regolament tissimplifika u taġġorna r-Regolament Nru 1601/91, li attwalment ikopri l-prodotti tal-inbid aromatizzat; fid-dawl tal-innovazzjoni teknoloġika u l-aspettattivi li dejjem jinbidlu tal-konsumaturi, dak ir-Regolament jitħassar u jinbidel b'test ġdid. Konsegwentement, ir-Rapporteur huwa favur l-isforzi tal-Kummissjoni biex timmodernizza mekkaniżmu li sa issa ggarantixxa l-funzjonament tajjeb tas-suq ta' dawn il-prodotti, iżda li jeħtieġ li jiġi adattat għall-iżviluppi regolamentari f'dan il-qasam.

Ir-Rapporteur japprova l-approċċ ġenerali li permezz tiegħu t-test ifittex li jarmonizza r-regolament ikkonċernat ma' żviluppi leġiżlattivi fil-qasam tal-politika tal-kwalità tal-inbid, li jadattah għar-regoli tal-OKS u li jġibu konformi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-proposta għal regolament, li tinkludi wkoll miżuri marbuta mad-deskrizzjoni, preżentazzjoni u tikkettar tal-prodotti tal-inbid armonizzat, għandha tiffaċċja r-regoli l-ġodda dwar il-provvediment tal-informazzjoni tal-ikel lill-konsumaturi (Regolament (UE) Nru 1169/2011). Peress li l-proposta għal regolament hija parti minn kuntest leġiżlattiv li huwa diġà soġġett għal dawk ir-regoli, ir-Rapporteur iddeċieda, bħala approċċ ġenerali, li jargumenta li għandha tiġi armonizzata mar-Regolament dwar il-provvediment tal-informazzjoni tal-ikel lill-konsumaturi.

Numru ta' emendi proposti huma mmotivati minn dawn il-kunsiderazzjonijiet.

B'konformità mas-simplifikazzjoni introdotta mill-OKS mill-2008, pereżempju, li tipprevedi t-tikkettar tal-inbejjed tal-UE mingħajr indikazzjoni ġeografika biex issir referenza għall-varjetà tal-inbid, ir-Rapporteur jitlob li tiġi introdotta l-istess possibilità għall-prodotti tal-inbid aromatizzat ukoll, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 607/2009.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jemmen li huwa neċessarju li mat-test tiżdied referenza ċara għall-possibilità li l-prodotti tal-inbid aromatizzat ikunu jistgħu jagħmlu referenza għan-natura organika tal-prodotti użati. Fil-fatt, skont ir-Rapporteur, din l-ememda tikkontribwixxi b'mod pożittiv għar-regolamentazzjoni futura tal-prattiki enoloġiċi tal-inbejjed organiċi.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur, li jinsab konvint li l-korp tat-test għandu jiġi allinjat mal-kontenut rispettiv tal-Anness I - definizzjonijiet tekniċi, rekwiżiti u restrizzjonijiet - u tal-Anness II - denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti tal-inbid aromatizzat - konsegwentement ippropona sensiela ta' emendi tekniċi. F'dan ir-rigward, hu qies li hu neċessarju li jiddaħħlu l-elementi kollha li jikkaratterizzaw il-preparazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat: iż-żieda ta' aromatizzanti, iż-żieda eventwali ta' alkoħol, il-ħlewwa u l-koloranti; Fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ, huwa qies neċessarju li jerġa' jiġi affermat il-prinċipju ta' esklussività li li permezz tiegħu d-denominazzjonijiet imniżżla fl-Anness II biss jistgħu jintużaw fl-UE. Dan jagħmilha wkoll possibbli li jiġu pprojbiti ismijiet ġeneriċi milli jintużaw bħala denominazzjonijiet tal-bejgħ, b'hekk jiġi żgurat il-provvediment ta' informazzjoni eżatta lill-konsumaturi. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ġiet introdotta referenza għal dispożizzjonijiet partikolari applikabbli għal ċerti prodotti tradizzjonali, bħal pereżempju l-użu ta' iktar minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda għall-istess prodott.

Ir-Rapporteur qies ukoll neċessarju li jemenda l-annessi fid-dawl tal-iżviluppi tekniċi u leġiżlattivi f'dan il-qasam. B'mod speċifiku, minħabba żviluppi fit-tekniki u l-prattiki tal-ħlewwa sa mill-1991, il-lista ta' metodi tal-ħlewwa permessa għall-Vermouth - għandha tiġi estiża biex tkun konformi mal-prattiki speċifikati fl-Anness I - u d-definizzjoni ta' nbid aromatizzat abbażi ta' bajd għandha tinbidel minħabba l-fatt li m'hemm l-ebda metodu speċifiku li jkejjel il-kontenut tal-kolesterol.

Skont wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-proposta, jiġifieri li r-regolament isir konformi mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE, it-test jipprevedi wkoll id-delega ta' sensiela ta' setgħat lill-Kummissjoni. Ir-Rapporteur, minkejja li jaqbel li t-test għandu jkun konformi mal-bażi legali tiegħu, emendah bil-għan li jillimita d-delegazzjoni ta' setgħat għal perjodu ta' żmien speċifiku. Għandha ssir riflessjoni addizzjonali dwar il-possibilità li dawn is-setgħat jiġu definiti aktar fid-dettall u li jiġi previst involviment akbar tad-delegazzjonijiet Ewropej fl-adozzjoni tal-atti kkonċernati.

Fl-aħħar, huwa importanti li ssir referenza għat-taqsima dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Kif intqal hawn fuq, wieħed mill-objettivi tal-proposta huwa li jistabbilixxi kriterji għar-rikonoxximent ta' indikazzjonijiet ġeografiċi. Fil-fatt, skont ir-regoli eżistenti dwar il-prodotti tal-inbid, il-proposta tistabbilixxi regoli speċifi għall-prodotti aromatizzati li ma jaqgħux fl-ambitu tar-Regolament dwar l-iskemi ta' kwalità tal-prodotti agrikoli, ir-Regolament dwar l-OKS Unika u r-Regolament dwar ix-xorb tal-ispirtu. Ir-rapporteur japprova l-intenzjonijiet u l-objettivi tal-Kummissjoni, u huwa favur rekwiżit legali li permezz tiegħu prodotti pproċessati jeħtieġu wkoll ikunu koperti minn qafas komplimentari u komprensiv fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (29.3.2012)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

(COM(2011)0530 – C7‑0234/2011 – 2011/0231(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Herbert Dorfmann

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. L-ELEMENTI PRINĊIPALI TAL-PROPOSTA

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprova tissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill Nru 1601/91 tal-10 ta’ Ġunju 1991 li jittratta d-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (“prodotti tal-inbid aromatizzat”). Madankollu, fid-dawl tal-innovazzjoni teknoloġika, l-iżviluppi tas-suq u l-aspettattivi li dejjem jevolvu tal-konsumaturi tqies neċessarju li jkunu aġġornati r-regoli applikabbli għad-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ ċertu prodotti tal-inbid aromatizzat, filwaqt li jiġu kkunsidrati metodi ta’ produzzjoni tradizzjonali.

Il-proposta tissemplifika r-regoli eżistenti u, b’mod partikolari, taddatta d-definizzjonijiet użati għall-evoluzzjoni teknika u toħloq konformità bejn ir-regoli eżistenti fuq l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (il-Ftehim TRIPs). Jimmira wkoll għall-konformità tat-test mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-“atti ddelegati” u l-“atti tal-implimentazzjoni” (Artikoli 290 u 291 TFUE rispettivament).

Il-Kummissjoni, fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha, tindika "kunsens fost il-produtturi ta’ prodotti tal-inbid aromatizzat biex iżommu l-istess qafas u regoli simili" u li "mid-dehra jeħtieġ biss li jkun hemm aġġustamenti tekniċi minuri". Il-Kummissjoni tinnota li dawk l-aġġustamenti tekniċi kienu kkomunikati lis-servizzi tagħha mir-rappreżentanti tas-settur, wara konsultazzjoni informali mal-produtturi Ewropej ewlenin u l-organizzazzjonijiet nazzjonali.

Il-Kummissjoni tindika bħala objettivi ewlenin oħrajn tal-proposta tagħha, l-applikabilità mtejba u ċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni; politika definita tajjeb dwar il-kwalità msejsa fuq id-definizzjonijiet tal-prodotti; l-aġġornament ta’ ċerti denominazzjonijiet tal-bejgħ fid-dawl tal-possibilità ta’ żieda fil-livell tal-inbid minflok biż-żieda diretta tal-alkoħol; żieda fil-flessibilità bit-trasferiment tal-kompetenza tal-emendar tad-definizzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti mill-proċedura preżenti tal-kodeċiżjoni għall-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati; l-adattament tar-regoli tal-Unjoni għal rekwiżiti tekniċi ġodda u għar-rekwiżit tad-WTO, inkluż il-Ftehim TRIPs; u d-definizzjoni tal-kriterji li jiggwidaw l-għarfien ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda.

2. L-ISTRUTTURA TAL-ABBOZZ TA' REGOLAMENT

L-abbozz ta' Regolament jikkonsisti f’4 Kapitoli u 3 Annessi:

Il-Kapitolu I jistabbilixxi d-definizzjoni bażika u l-klassifikazzjoni tal-prodotti.

Il-Kapitolu II jittratta d-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar. Dan jirreferi għar-rekwiżiti u r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II, u jiddelega lill-Kummissjoni l-istabbiliment ta’ proċessi ta’ produzzjoni awtorizzati ulterjuri. Jirreferi għall-metodi internazzjonali għall-analiżi tal-prodotti tal-inbid aromizzat, u jistabbilixi regoli tat-tikkettar speċifiċi għal dawk il-prodotti.

Il-Kapitolu II jistabbilixxi wkoll, billi jirreferi għall-Annessi I u II, sistema koerenti bbażata fuq prattiki ta’ kwalità tradizzjonali u żviluppi ġodda fir-rigward tal-kwalità tal-prodotti. Dan għandu l-għan li jipprovdi informazzjoni ċara lill-klijent dwar in-natura tal-prodotti (denominazzjonijiet tal-bejgħ) u jobbliga lill-produttur sabiex jipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jevita li l-konsumatur jiġi żgwidat.

Il-Kapitolu III jistabbilixxi regoli dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi skont l-obbligi internazzjonali tal-UE. L-indikazzjonijiet ġeografiċi elenkati attwalment fir-Regolament Nru 1601/91 huma ttrasferiti fir-reġistru li hu stabbilit skont l-Artikolu 22 tar-Regolament attwali.

Il-Kapitolu IV hemm stabbiliti Miżuri Ġenerali, Tranżittivi u Finali.

L-Anness I jinkludi d-definizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-produzzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat.

Fl-aħħar nett, l-Anness II jinkludi d-denominazzjonijiet tal-bejgħ tagħhom u d-deskrizzjoni assoċjata.

3. EMENDI SSUĠĠERITI MIR-RAPPORTEUR

Ir-rapporteur jaqbel mal-parti l-kbira tal-elementi tal-proposta tal-Kummissjoni, li tittratta fil-fatt aġġustamenti tekniċi, mingħajr bidla vera fil-politika, kif indikat ukoll mir-rappreżentanti tas-settur. Għalhekk jipproponi li l-proposta għandha tkun approvata, iżda b’ċerti emendi. Jiġifieri:

- ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-aġġornament tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti tal-inbid aromatizzat huwa, fil-fatt, element essenzjali ta’ dan ir-Regolament u li għalhekk ma għandux isir permezz ta’ atti ddelegati, kif qed tissuġġerixxi l-Kummissjoni, imma permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

- il-konsumaturi għandhom ikunu jafu jekk il-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju huwiex fil-fatt l-istess bħall-post ta’ provenjenza tal-inbid aromatizzat innifsu (dispożizzjoni tixtiebaħ iddaħħlet fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament 1169/2011 li ġie adottat dan l-aħħar dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi);

- b'mod simili, għall-prodotti tal-inbid aromatizzat protetti permezz tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-konsumaturi għandhom ikunu jafu jekk il-post ta’ provenjenza tal-għeneb li jkunu ntużaw hux tabilħaqq l-istess bħall-post tal-provenjenza tal-prodott;

- id-deskrizzjoni tal-inbid aromatizzat għandha tkopri kemm l-inbid aromatizzat li ma jkunx miżjud bl-alkoħol u kemm l-inbid aromatizzat miżjud bl-alkoħol;

- fejn l-alkoħol żdied ma’ “xorb b’bażi ta’ nbid aromatizzat”, is-saħħa alkoħolika vera ta’ dan tal-aħħar skont il-volum għandha tkun mill-anqas 7,5 % vol.;

- it-tagħrif inkluż fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali huwa pjuttost importanti għall-għażla tal-konsumaturi u għalhekk għandu jitqies bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament. Il-miżuri relevanti għandhom għalhekk jiġi adottati permezz ta' atti ddelegati;

- b'mod simili, il-miżuri dwar il-kompiti ta’ kontroll u verifika għandhom ikunu adottati permezz ta’ atti ddelegati billi huma importanti għall-protezzjoni tal-interessi kemm tal-produtturi u kemm tal-konsumaturi;

- fl-aħħar nett, huwa xieraq li jiddaħħlu fil-korp ta’ definizzjonijiet tal-prodott l-elementi karatteristiċi tat-tħejjija tagħhom (aromatizzanti, żieda jew le ta’ alkoħol, koloranti, għoti ta' ħlewwa).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “Prodotti tal-inbid aromatizzat”: tfisser prodotti miksubin minn prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru [XXXX/20XX. COM(2010) 799 finali OKS allinjati], u li ngħataw togħma. Dawn huma klassifikati kif ġej:

(1) “Prodotti tal-inbid aromatizzat”: tfisser prodotti miksubin minn prodotti tas-settur tal-inbid kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru [XXXX/20XX. COM(2010) 799 finali OKS allinjati], u li ngħataw togħma skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I. Dawn huma klassifikati kif ġej:

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jiddaħħlu fil-korp ta’ definizzjonijiet tal-prodotti l-elementi tat-tħejjija tagħhom (aromatizzanti, żieda jew le ta’ alkoħol, koloranti, għoti ta' ħlewwa). Id-dettalji tekniċi għandhom jiġu preskritti fl-Annessi. Iż-żieda tal-alkoħol hija fakultattiva għall-inbejjed aromatizzati, u ma hijiex permessa għall-kategoriji l-oħrajn ta’ prodotti ħlief għal prodotti speċifiċi li huma definiti b'mod partikolari fl-Anness II.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2 – sottopunt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) li seta' kien l-oġġett ta’ żieda ta’ alkoħol, kolorant u/jew għoti ta' ħlewwa skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ ikun iċċarat li dawn it-tekniki mhumiex obbligatorji.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3 – sottopunt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) li setat kienet l-oġġett ta’ kolorant u/jew għoti ta' ħlewwa skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ ikun iċċarat li dawn it-tekniki mhumiex obbligatorji.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3 – sottopunt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) li ma kinitx l-oġġett ta’ żieda ta’ alkoħol, għajr jekk dispost xort'oħra fl-Anness II;

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jiddaħħlu fil-korp ta’ definizzjonijiet tal-prodott l-elementi tat-tħejjija tagħhom (aromatizzanti, żieda jew le ta’ alkoħol, koloranti, għoti ta' ħlewwa). Id-dettalji tekniċi għandhom jiġu stipulati fl-Annessi. Iż-żieda tal-alkoħol hija fakultattiva għall-inbejjed aromatizzati, u ma hijiex permessa għall-kategoriji l-oħrajn ta’ prodotti ħlief għal prodotti speċifiċi li huma definiti b'mod partikolari fl-Anness II.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3 – sottopunt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) li żdied l-alkoħol magħha, f’liema każ is-saħħa vera tal-alkoħol li fiha skont il-volum għandha tkun mill-anqas 7% vol.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4 – sottopunt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) li setat kienet l-oġġett ta’ kolorant u/jew għoti ta' ħlewwa skont il-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ ikun iċċarat li dawn it-tekniki huma fakultattivi.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ għall-prodotti tal-inbid aromatizzat kif stipulat fl-Anness II għandhom jintużaw fl-Unjoni. Dawk id-denominazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Anness għad-denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti.

1. Id-denominazzjonijiet tal-bejgħ għall-prodotti tal-inbid aromatizzat li huma stipulati fl-Anness II biss għandhom jintużaw fl-Unjoni fir-rigward ta' dawk il-prodotti. Dawk id-denominazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dak l-Anness għad-denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jkun żgurat li d-denominazzjoni ġenerika “prodott tal-inbid aromatizzat” ma tintużax bħala denominazzjoni tal-bejgħ billi ma tirrappreżenta l-ebda kategorija ta’ prodott b'mod preċiż biżżejjed biex tagħti informazzjoni lill-konsumaturi.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda jistgħu jużaw biss denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti waħda.

2. Għajr jekk dispost xort’oħra fl-Anness II, il-prodotti tal-inbid aromatizzat li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ iżjed minn denominazzjoni tal-bejgħ waħda jistgħu jużaw biss denominazzjoni tal-bejgħ korrispondenti waħda.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li jkun permess li dispożizzjonijiet li huma speċifiċi għal ċerti prodotti tradizzjonali u li japplikaw għall-produzzjoni u t-tikkettar jibqgħu fis-seħħ taħt kondizzjonijiet identiċi għall-qagħda preżenti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Xarba alkoħolika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi deskritta, ippreżentata jew tikkettata bl-assoċjazzjoni ta’ kliem jew frażijiet bħal “bħal”, “tat-tip”, “stil”, “magħmul”, “bit-togħma” jew kwalunkwe terminu ieħor simili għal kwalunkwe mid-denominazzjonijiet tal-bejgħ stabbiliti f’dan ir-Regolament.

3. Xarba alkoħolika li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi deskritta, ippreżentata jew tikkettata bl-assoċjazzjoni ta’ kliem jew frażijiet bħal “bħal”, “tat-tip”, “stil”, “magħmul”, “bit-togħma” jew kwalunkwe terminu ieħor simili, jew komponent grafiku, li jista' jiżgwida lill-konsumatur.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja fuq proposta mill-Kummissjoni, jistgħu jaġġornaw id-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ stipulati fl-Anness II.

Ġustifikazzjoni

L-aġġornament tad-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ tal-prodotti tal-inbid aromatizzat ma għandhomx isiru permezz tal-atti ddelegati imma permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, billi dan huwa element essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – it-tieni paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhijiex meħtieġa l-indikazzjoni tal-post ta’ provenjenza tal-ingredjent primarju .

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fil-fatt m'hemmx bżonn li jkun indikat il-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju. Ir-referenza tal-Kummissjoni għal dan fit-test leġiżlattiv hi għalhekk superfluwa. Ir-regoli li jirregolaw l-indikazzjoni tal-post ta' provenjenza tal-ingredjent primarju tal-prodotti tal-inbid aromattizzat m'għandhomx jiddevjaw mill-approċċ ġenerali li hemm fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-denominazzjonijiet tal-bejgħ u d-deskrizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-aġġornament tad-denominazzjonijiet u d-deskrizzjonijiet tal-bejgħ tal-prodotti tal-inbid aromatizzat ma għandhomx isiru permezz tal-atti ddelegati imma permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, billi dan huwa element essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex tiżgura l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tistipula l-kundizzjonijiet skont liema l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 11 (2)(f).

2. Sabiex tiżgura l-kwalità u t-traċċabbiltà tal-prodott, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 35:

 

(a) dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward il-konnessjoni bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali;

 

(b) li jistipulaw il-kondizzjonijiet li skonthom l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jistgħu jinkludu rekwiżiti addizzjonali kif hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 11(2)(f).

Ġustifikazzjoni

It-tagħrif inkluż fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali hija pjuttost importanti għall-għażla tal-konsumaturi u għalhekk għandha titqies bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament li jkun jeħtieġ l-adozzjoni permezz ta’ atti ddelegati.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Sabiex tiżgura l-effiċjenza tal-kontrolli stipulati f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti delegati, tadotta l-miżuri neċessarji fir-rigward tan-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti.

6. Sabiex tiżgura l-effiċjenza tal-kontrolli stipulati f’dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 35, fir-rigward tan-notifika tal-operaturi lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll dwar kontrolli u verifiki li għandhom isiru mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti ta' kontroll u verifika huma importanti għall-ħarsien tal-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi u għalhekk għandhom jitqiesu bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament li jirrikjedi l-adozzjoni permezz ta' atti ddelegati.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott rigward

il-konnessjoni bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tagħrif inkluż fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott dwar ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-prodott finali hija pjuttost importanti għall-għażla tal-konsumaturi u għalhekk għandha titqies bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament li jkun jeħtieġ l-adozzjoni permezz ta’ atti ddelegati.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-kontrolli u l-verifika li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, inkluż l-ittestjar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kompiti ta' kontroll u verifika huma importanti għall-ħarsien tal-interessi tal-produtturi u l-konsumaturi u għalhekk għandhom jitqiesu bħala element mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament li jirrikjedi l-adozzjoni permezz ta' atti ddelegati.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Inbid aromatizzat:

(1) Inbid aromatizzat:

Inbid aromatizzat li ma jkunx ġie miżjud l-alkoħol miegħu.

Inbid aromatizzat biż-żieda jew mingħajr żieda ta’ alkoħol.

Ġustifikazzjoni

Denominazzjoni waħda tal-bejgħ hi biżżejjed: id-deskrizzjoni tal-inbid aromatizzat għandha tkopri kemm l-inbid aromatizzat li ma jkunx miżjud bl-alkoħol u kemm l-inbid aromatizzat miżjud bl-alkoħol.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Inbid aromatizzat imqawwi:

imħassar

Inbid aromatizzat li jkun ġie miżjud l-alkoħol miegħu.

 

Ġustifikazzjoni

Denominazzjoni waħda tal-bejgħ hi biżżejjed: id-deskrizzjoni tal-inbid aromatizzat għandha tkopri kemm l-inbid aromatizzat li ma jkunx miżjud bl-alkoħol kemm l-inbid aromatizzat miżjud bl-alkoħol.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 4 – it-tielet inċiż

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li jista’ jkun ingħata ħlewwa biss permezz taz-zokkor ikkaramelizzat, sukrożju, most tal-għeneb, most tal-għeneb konċentrat u rettifikat u most tal-għeneb konċentrat.

– li jista’ jkun ingħata ħlewwa biss permezz tal-prodotti li hemm riferiment għalihom fil-punt 2 tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti li hemm dispost għalihom fil-punt 2 ta’ Anness I għandhom jitħallew jintużaw għat-taħlil tal-vermouth.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – punt 3 – it-tieni paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni ‘Sangria’ trid tkun akkumpanjata mill-kliem ‘prodott fi …’ segwita bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristrett minbarra f'każijiet fejn il-prodott ikun ġie magħmul fi Spanja jew fil-Portugall.

Meta xarba tkun manifatturata fi Stat Membru li mhux Spanja jew il-Portugall, il-kelma ‘Sangria’ tista' tintuża flimkien mad-denominazzjoni tal-bejgħ ta' 'xorb ibbażat fuq l-inbid aromattizzat', li trid tkun akkumpanjata mill-kliem ‘prodott fi …’ segwita bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristrett.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li żżomm l-istatus quo tar-Regolament (KEE) Nru 1601/1991, li jipproteġi l-kelma 'Sangria', li oriġinat fi Spanja u l-Portugall.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – punt 3 – it-tielet paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni ‘Sangria’ tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni ‘xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat’ biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja jew fil-Portugall.

Il-kelma ‘Sangria’ tista’ tissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ ‘xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat’ biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja jew fil-Portugall.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ ikun hemm distinzjoni ċara bejn 'denominazzjoni tal-bejgħ', li tinkludi d-deskrizzjoni 'xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat' u l-kelma 'Sangria'.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – punt 4 – it-tieni paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni “Clarea” trid tkun akkumpanjata mill-kliem «prodott fi …» segwit bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristretta minbarra f'każijiet fejn il-prodott ikun sar fi Spanja.

Meta xarba tkun manifatturata fi Stat Membru li mhux Spanja, il-kelma “Clarea” tista' tintuża flimkien mad-denominazzjoni tal-bejgħ 'xorb ibbażat fuq l-inbid aromattizzat'. Il-kelma “Clarea” trid tkun akkumpanjata mill-kliem «prodott fi …» segwit bl-isem tal-Istat Membru tal-produzzjoni jew ta’ reġjun iżjed ristretta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li żżomm l-istatus quo, minħabba li l-kelma "Clarea" jeħtieġ li tkun protetta.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Anness II – parti B – punt 4 – it-tielet paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deskrizzjoni “Clarea” tista’ tissostitwixxi d-deskrizzjoni “xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat” biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja .

Il-kelma “Clarea” tista’ tissostitwixxi d-denominazzjoni tal-bejgħ “xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat” biss meta x-xorb ikun sar fi Spanja.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ issir distinzjoni ċara bejn il-"kelma" u d-"denominazzjoni tal-bejgħ".

PROĊEDURA

Titolu

L-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

Referenzi

COM(2011)0530 – C7-0234/2011 – 2011/0231(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

15.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

15.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Herbert Dorfmann

23.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2012

29.2.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Iratxe García Pérez, Julie Girling, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Elisabeth Köstinger, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Maria do Céu Patrão Neves, Daciana Octavia Sârbu


PROĊEDURA

Titolu

L-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat

Referenzi

COM(2011)0530 – C7-0234/2011 – 2011/0231(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.8.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.9.2011

AGRI

15.9.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

6.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

15.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Paolo Bartolozzi

18.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

57

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Åsa Westlund, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vicky Ford, Jacqueline Foster, Julie Girling, Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, Vittorio Prodi, Michèle Rivasi, Renate Sommer, Struan Stevenson, Anna Záborská, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hans-Peter Mayer

Data tat-tressiq

3.5.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza