RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
29.5.2012 - (COM(2011)0821 – C7‑0448/2011 – 2011/0386(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Elisa Ferreira
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
(COM(2011)0821 – C7‑0448/2011 – 2011/0386(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0821),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 136 u 121(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0448/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Svediż u s-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Marzu 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0173/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
<Amend>Emenda <NumAm>1</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 1a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(1a) L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li, meta tkun qed tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, il-garanzija ta’ ħarsien soċjali adegwat, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>2</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 2</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, imfassal biex jiżgura dixxipplina baġitarja fl-Unjoni kollha, jistabilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Issaħħaħ aktar bir-Regolament Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika u r-Regolament (UE) Nru …/2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv. Ir-Regolament (KE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona euro żied sistema ta’ mekkaniżmi ta’ infurzar effikaċi, preventiva u gradwali fil-forma ta’ sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. |
(2) Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, bl-għan li tiġi żgurata dixxipplina baġitarja fl-Unjoni kollha, jistabilixxi l-qafas għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-gvern. Ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97 u 1467/97 ġew emendati u l-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir kompla jissaħħaħ, bir-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 u bir-Regolament (UE) Nru 1177/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2.Ir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro3 żied sistema ta’ mekkaniżmi ta’ infurzar effikaċi, preventiva u gradwali fil-forma ta’ sanzjonijiet finanzjarji għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. L-Artikolu 2-a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97, barra minn hekk, jistipula l-elementi li jikkostitwixxu s-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. |
|
|
____________ |
|
|
1 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12. |
|
|
2 ĠI L 306, 23.11.2011, p. 33. |
|
|
3 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>3</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 2a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(2a) Skont l-Artikolu 2-a tar-Regolament (UE) Nru 1466/97, is-Semestru Ewropew jinkludi l-formulazzjoni, u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni, tal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni (linji gwida ġenerali għall-politika ekonomika) b’konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE; il-formulazzjoni, u l-eżami tal-implimentazzjoni, tal-linji gwida dwar l-impjiegi li għandhom jitqiesu mill-Istati Membri b'konformità mal-Artikolu 148(2) TFUE (il-linji gwida dwar l-impjiegi); il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-programmi ta’ stabilità jew konverġenza tal-Istati Membri skont dan ir-Regolament; il-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ riforma tal-Istati Membri li jappoġġaw l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u li ġew stabbiliti b’konformità mal-linji gwida ġenerali, mal-linji gwida dwar l-impjiegi u mal-linji gwida ġenerali għall-Istati Membri maħruġa mill-Kummissjoni u mill-Kunsill Ewropew fil-bidu taċ-ċiklu annwali ta’ sorveljanza; is-sorveljenza biex jiġu preklużi u korretti l-iżbilanċi makroekonomiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi1. |
|
|
__________ |
|
|
1 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>4</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 3</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) L-emendi għall-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir iżidu kemm il-gwida, kif ukoll, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro, inċentivi għall-iffissar u l-implimentazzjoni ta’ politika baġitarja prudenti, filwaqt li jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern. Dawn id-dispożizzjonijiet ħolqu qafas iktar robust fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi nazzjonali. |
(3) L-emendi għall-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir iżidu kemm il-gwida, kif ukoll, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro, sanzjonijiet imsaħħa u aktar awtomatiċi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ politika baġitarja prudenti, filwaqt li jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern. Dawn id-dispożizzjonijiet ħolqu qafas iktar robust fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi nazzjonali iżda hemm bżonn ta' koordinazzjoni aktar profonda tal-politika ekonomika u l-inċentivi għall-konformità. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>5</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 3a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3a) Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir rivedut huwa bbażat fuq l-għan ta’ finanzi tal-gvern sodi bħala mezz ta’ tisħiħ tal-kundizzjonijiet għal stabilità tal-prezzijet u għal tkabbir sostenibbli u sod imsejjes fuq stabilità finanzjarja, biex b’hekk ikunu appoġġati l-għanijiet tal-Unjoni għal tkabbir u impjiegi sostenibbli. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>6</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 3b (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3b) Il-Kunsill Ewropew, fil-laqgħa tas-17 ta’ Ġunju 2010, adotta strateġija ġdida tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, sabiex l-UE tkun tista’ toħroġ iktar b'saħħitha mill-kriżi, u biex iddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi ta’ kwalità, produttività u koeżjoni soċjali. L-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi fiha wkoll għanijiet fl-oqsma tal-faqar, l-edukazzjoni, l-innovazzjoni u l-ambjent. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>7</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 3c (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(3c) Għandha tingħata l-attenzjoni xierqa fir-rigward tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u fir-rigward ta’ kif tiġi implimentata mill-Istati Membri permezz tal-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>8</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 4</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) It-Trattat jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi fiż-żona tal-euro li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. |
(4) It-TFUE jippermetti l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi fiż-żona tal-euro li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat, u jiġu evitati politiki fl-Istati Memrbi li jipperikolaw, il-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja. Fejn ikun xieraq u neċessarju, għandu jsir użu iżjed attiv tal-miżuri speċifiċi stipulati fl-Artikolu 136 TFUE sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal integrazzjoni iżjed profonda u reżiljenti li għandha timxi id f’id ma’ leġittimità demokratika mtejba tal-unjoni ekonomika u monetarja. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>9</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 4a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4a) Il-finanzi pubbliċi sodi u l-baġits ibbilanċati huma prerekwiżit għall-istabilità ekonomika u finanzjarja kif intwera b’mod ċar bil-kriżi tad-dejn sovran, li enfasizzat il-ħtieġa ta’ oqfsa fiskali b’saħħithom u solidi. Barra minn hekk, id-defiċits tal-lum, li huma assoċjati ma’ ekonomiji staġnati, jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ riformi aktar milli żieda fl-infiq. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>10</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 4b (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(4b) L-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jadottaw kwalunkwe miżura li tista’ tipperikola l-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fil-qafas tal-unjoni ekonomika u monetarja, b’mod partikolari l-prattika tal-akkumulazzjoni tad-djun barra l-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>11</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 5</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5) Finanzi pubbliċi f'saħħithom jiġu żgurati l-aħjar fl-istadju tal-ippjanar u l-iżbalji kbar għandhom jiġu identifikati kmieni kemm jista’ jkun. L-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mhux biss minn l-iffissar ta’ prinċipji ta’ gwida u miri baġitarji imma wkoll minn monitoraġġ sinkronizzat tal-politiki baġitarji tagħhom. |
(5) Finanzi pubbliċi b'saħħithom u politiki ekonomiċi kkoordinati jiġu żgurati l-aħjar fl-istadju tal-ippjanar u l-iżbalji kbar għandhom jiġu identifikati kmieni kemm jista’ jkun. L-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mhux biss mill-iffissar ta’ prinċipji ta’ gwida u miri baġitarji imma wkoll minn monitoraġġ sinkronizzat tal-politiki baġitarji u makroekonomiċi u l-ħruġ tad-dejn pubbliku tagħhom. Bl-għan li jikkoordinaw aħjar l-ippjanar tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali tagħhom, jeħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar il-pjanijiet għall-ħruġ tad-dejn pubbliku tagħhom minn qabel. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>12</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 5a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(5a) L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jiddaħħlu fis-seħħ iżjed mekkaniżmi tal-Unjoni għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki baġitarji u ekonomiċi tal-Istati Membri. Madankollu, għandha tintwera kawtela fl-istadji kollha, u, għal din ir-raġuni, l-ebda kwistjoni relatata mal-pjanijiet ta’ ħruġ tad-dejn tal-Istati Membri, mat-tiġdid ta’ dejn pendenti u ma’ operazzjonijiet rilevanti oħra ma għandha tinħareġ fil-pubbliku, u tali kwistjonijiet għandhom jintużaw biss għal skopijiet ta’ koordinazzjoni interna. Din il-ħtieġa tirriżulta mir-riskju li Stat Membru jista’ jkun suġġett għalih jekk jagħmel il-ħtiġijiet finanzjarji tiegħu magħrufa lis-swieq finanzjarji minn qabel. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>13</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 6</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6) L-istipular ta’ kronoliġija baġitarja komuni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro għandu jissinkronizza aħjar il-passi ewlenin fit-tħejjija tal-baġits nazzjonali, b'hekk jikkontribwixxi favur l-effikaċja tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika baġitarja. L-adozzjoni ta’ kronoliġija baġitarja komuni għandha twassal għal sinerġiji aqwa billi tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jkunu integrati kif xieraq fil-proċess nazzjonali tal-adozzjoni tal-baġit. |
(6) L-istipular ta’ kronoliġija baġitarja komuni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro għandu jissinkronizza aħjar il-passi ewlenin fit-tħejjija tal-baġits nazzjonali, b'hekk jikkontribwixxi favur l-effikaċja tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u baġitarja. L-adozzjoni ta’ kronoliġija baġitarja komuni għandha twassal għal sinerġiji aqwa billi tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet ta' politika speċifiċi skont il-pajjiż u l-programmi nazzjonali ta' riforma u l-programmi ta' stabilità u konverġenza, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-analiżi tal-iżbilanċi makroekonomiċi jkunu integrati kif xieraq fil-proċess nazzjonali tal-adozzjoni tal-baġit. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>14</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 6a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(6a) Huwa essenzjali li l-kronoloġija tal-pjan baġitarju komuni tkun koerenti mal-kronoloġija baġitarja tal-Istati Membri. Jekk dan ma jkunx il-każ, kwalunkwe opinjoni tal-Kummissjoni rigward abbozz ta’ pjan baġitarju ta’ Stat Membru jkollha r-riskju li tkun nieqsa mil-leġittimità demokratika fil-parlament ta’ dak l-Istati Membru. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>15</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 6b (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(6b) Meta l-baġit ma jiġix adottat sal-31 ta’ Diċembru skont kif stipulat f’dan ir-Regolament, għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri ta’ baġit reviżjonarji biex jiġi żgurat li l-gvern ikun għadu kapaċi jwettaq id-dmirijiet essenzjali tiegħu. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>16</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 7</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Hemm evidenza qawwija li turi l-effikaċja ta’ oqfsa fiskali bbażati fuq regoli fl-appoġġ ta' politiki fiskali tajba u sostenibbli. L-introduzzjoni ta’ regoli fiskali nazzjonali li jkunu konsistenti mal-objettivi baġitarji stabiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu element kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw regoli strutturali tal-baġit bilanċjat li jittrasponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-prinċipji ewlenin tal-qafas fiskali tal-Unjoni. Din it-traspożizzjoni għandha tkun effettivi permezz ta' regoli vinkolanti preferibbilment ta' natura kostituzzjonali sabiex jintwera l-aqwa impenn tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. |
(7) Oqfsa fiskali effikaċi bbażati fuq regoli jistgħu jkunu importanti fl-appoġġ ta' politiki fiskali tajba u sostenibbli. L-introduzzjoni ta’ regoli fiskali nazzjonali li jkunu konsistenti mal-objettivi ekonomiċi u baġitarji stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, u li jinkludu d-definizzjoni ta’ ċirkostanzi straordinarji u tnaqqis ekonomiku gravi, għandhom ikunu element kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza sostenibbli tad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmu li għandu jibda jaħdem b’mod awtomatiku fil-każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-objettiv baġitarju li jiġu kkoreġuti devjazzjonijiet sinifikanti mill-għan baġitarju ta’ terminu medju jew mill-perkors ta’ aġġustament lejh bl-għan li jiġi żgurat ritorn f’waqtu lejn l-objettiv ta’ terminu medju. huwa essenzjali li dawk ir-regoli jkopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija tagħha u jkunu vinkolanti jew garantiti b’xi mod ieħor sabiex ikun hemm konformità magħhom fil-proċessi baġitarji nazzjonali. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>17</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 7a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(7a) Il-livell ta’ dejn sovran fl-Unjoni huwa sfida ewlenija li għandha tiġi indirizzata biex l-ekonomija terġa’ lura għal tendenza ta’ tkabbir reżiljenti u stabbli fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien twil. Irid jgħaddi perjodu sinifikanti ta’ żmien qabel ma l-livell medju tad-dejn fost l-Istati Membri jerġa’ lura għall-perkors ta’ 60 % stipulat mill-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. Il-kisba tal-objettivi baġitarji fuq perjodu ta’ żmien medju hija prekundizzjoni fundamentali f’dan ir-rigward filwaqt li t-tbegħid minnhom jista’ jwassal għal rati ta’ interess għolja, u b’hekk jhedded it-tkabbir u l-irkupru. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>18</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 8</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji mhux oġġettivi u irrealistiċi jistgħu jfixklu konsiderevolment l-effikaċja tal-ippjanar baġitarju u konsegwentement ixekklu l-impenn lejn id-dixxiplina baġitarja. Previżjonijiet minn korpi indipendenti jistgħu jipprovdu previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi u realistiċi. |
(8) Previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji mhux oġġettivi u irrealistiċi jistgħu jfixklu konsiderevolment l-effikaċja tal-ippjanar baġitarju u konsegwentement ixekklu l-impenn lejn id-dixxiplina baġitarja. Previżjonijiet minn korpi kompetenti tekniċi u indipendenti b’awtorità funzjonarja vis-à-vis l-awtoritahiet baġitarji tal-Istati Membri li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi, kif stipulat fl-Anness I, jistgħu jipprovdu previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi u realistiċi, ladarba tiġi stabbilita l-komparabilità u l-koerenza tagħhom. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>19</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 8a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(8a) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limiti indikattivi minimi u massimi simettriċi permezz tal-abbozzar tar-rapport dwar il-mekkaniżmu ta’ twissija, partikolarment fir-rigward ta’ bilanċi tal-kont kurrenti. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>20</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 9</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) Din is-sorveljanza msaħħa gradwalment ser tikkumplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u ssaħħaħ is-sorveljanza tad-dixxipplina baġitarja fl-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. Proċedura ta’ monitoraġġ imsaħħa gradwalment għandha tikkontribwixxi għal eżiti baġitarji aħjar għall-benefiċċju tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. Bħala parti minn proċedura msaħħa gradwalment, monitoraġġ metikoluż huwa partikolarment ta’ valur għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv. |
(9) Tali sorveljanza u koordinazzjoni msaħħa gradwalment se jkomplu jikkompletaw is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir u jsaħħu s-sorveljanza tas-saħħa baġitarja u mikrofinanzjarja u l-konverġenza ekonomika fl-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro. Proċedura ta’ monitoraġġ imsaħħa gradwalment għandha tikkontribwixxi għal eżiti baġitarji u ekonomiċi aħjar għall-benefiċċju tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro, mingħajr ma tinħoloq burokrażija bla bżonn. Bħala parti minn proċedura msaħħa gradwalment, monitoraġġ metikoluż huwa partikolarment ta’ valur għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>21</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 10</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) B'li ħareġ mill-kriżi tad-dejn sovran, u partikolarment mill-ħtieġa li jiddaħħlu fis-seħħ ritensjonijiet finanzjarji aħħarin komuni, l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro jikkondividu effetti sekondarji mtejba mill-politika baġitarja tagħhom. Kull Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro qabel ma jadottaw klawlunkwe pjanijiet kbar ta’ riforma fil-politika fiskali b'effetti sekondarji potenzjali, sabiex jippermettu l-possibilità ta’ valutazzjoni tal-impatt possibbli fuq iż-żona tal-euro kollha. Għandhom iqisu l-pjanijiet baġitarji tagħhom bħala ta’ interess komuni u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ qabel il-pjanijiet isiru vinkolanti. Il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni, jekk neċessarju, li tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju, li l-Istat Membru u partikolarment l-awtoritajiet tal-baġit għandhom jiġu mistiedna jqisu fil-proċess tal-adozzjoni tal-liġi tal-baġit. Tali opinjoni għandha tiżgura li l-gwida politika tal-Unjoni fil-qasam baġitarju tkun adegwatament integrata fil-preparazzjonijiet baġitarji nazzjonali. Partikolarment, din l-opinjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-pjanijiet baġitarji jindirizzawx adegwatament ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-kuntest tas-Simestru Ewropew fil-qasam baġitarju. Il-Kummissjoni għandha tkun lesta biex tippreżenta din l-opinjoni lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tiegħu. L-estent safejn din l-opinjoni tkun tqieset għandu jkun parti mill-valutazzjoni, jekk u meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet, li twassal għad-deċiżjoni li l-Istat Membru konċernat jitpoġġa taħt proċedura tad-defiċit eċċessiv, fejn in-nuqqas ta’ segwitu tal-gwida bikrija mill-Kummissjoni jitqies bħala fattur aggravanti. Ukoll, abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva tal-pjanijiet mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro. |
(10) L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro jiġġeneraw jew jiġu effettwati bl-effetti sekondarji mill-politiki baġitarji u makroekonomiċi tagħhom. L-effetti sekondarji għandhom għaldaqstant jiġu identifikati u indirizzati fi ħdan il-qafas ta’ proċeduri ta’ sorveljanza speċifiċi skont il-pajjiż kif ukoll fil-valutazzjoni globali tas-sitwazzjoni baġitarja u l-prospetti fiż-żona tal-euro kollha. Il-valutazzjoni għandha tidentifika, fuq bażi ta’ pajjiż pajjiż, effetti sekondarji negattivi potenzjali li jirrigwardaw is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri ġġenerati mis-setturi privati tagħhom jew minn Stati Membri oħra. Il-kriżi tad-dejn sovran uriet ukoll l-interkonnessjoni bejn id-dejn sovran, l-istabilità finanzjarja u s-solvenza tal-banek. Kull Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro qabel ma jadottaw klawlunkwe pjanijiet kbar ta’ riforma fil-politika ekonomika u f'dik fiskali b'effetti sekondarji potenzjali, sabiex jippermettu l-possibilità ta’ valutazzjoni tal-impatt possibbli fuq iż-żona tal-euro kollha. Għandhom iqisu l-pjanijiet baġitarji u ekonomiċi tagħhom bħala ta’ interess komuni u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ qabel il-pjanijiet isiru vinkolanti. Il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni, jekk neċessarju, li tadotta mill-iktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru, opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju, li l-Istat Membru u partikolarment l-awtoritajiet tal-baġit għandhom jiġu mistiedna jqisu fil-proċess tal-adozzjoni tal-liġi tal-baġit. Tali opinjoni għandha tiżgura li l-gwida politika tal-Unjoni fil-qasam ekonomiku u dak baġitarju tkun adegwatament integrata fil-preparazzjonijiet baġitarji nazzjonali. Partikolarment, din l-opinjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-pjanijiet baġitarji jindirizzawx adegwatament ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-kuntest tas-Simestru Ewropew fil-qasam ekonomiku u f’dak baġitarju (rakkomandazzjonijiet ta' politika speċifiċi skont il-pajjiż). Fl-istess kuntest, għandha tiżgura li l-impenji tal-Istati Membri, fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom kif ukoll kwalunkwe impenn li jkunu ħadu fil-qafas tal-programmi ta' sħubija ekonomika u rakkomandazzjoni tal-Kunsill fil-proċedura tal-iżbilanċi makroekonomiċi jkunu riflessi b'mod xieraq fl-abbozz tal-baġit nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tkun lesta biex tippreżenta din l-opinjoni lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tiegħu. L-estent safejn din l-opinjoni tkun tqieset għandu jkun parti mill-valutazzjoni, jekk u meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet, li twassal għad-deċiżjoni li l-Istat Membru konċernat jitpoġġa taħt proċedura tad-defiċit eċċessiv, fejn in-nuqqas ta’ segwitu tal-gwida bikrija mill-Kummissjoni jitqies bħala fattur aggravanti. Ukoll, abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva tal-pjanijiet mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-euro u l-Parlament Ewropew għandhom jiddiskutu s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>22</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 10a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10a) Fil-każ ta’ nonkonformità partikolarment serja mal-abbozz tal-pjan baġitarju mal-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettiv baġitarju ta’ terminu medju, il-Kummissjoni, fl-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju, għandha titlob, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru konċernat, abbozz ta’ pjan baġitarju rivedut, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dan se jkun il-każ b’mod partikolari meta l-implimentazzjoni tal-pjan baġitarju inizjali tpoġġi l-istabilità finanzjarja tal-Istat Membru konċernat f’riskju jew tirriskja li tpoġġi f’periklu l-funzjonament tal-unjoni ekonomika u monetarja jew fejn l-implimentazzjoni tal-pjan baġitarju inizjali tinvolvi ksur sinifikanti u ovvju tar-rakkomandazzjonijiet ifformulati mill-Kunsill skont il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>23</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 10b (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10b) Fil-kuntest ta’ koordinazzjoni u diskussjoni ex ante aħjar fost l-Istati Membri ta’ kwalunkwe pjan ta’ riforma ta’ politika ekonomika u fiskali b’effetti sekondarji potenzjali, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport, u jekk ikun meħtieġ proposta, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bi pjan dettaljat li jiddeskrivi kif se joperaw tali koordinazzjoni u diskussjonijiet ex ante, x’forma għandhom jieħdu tali koordinazzjoni u diskussjonijiet, liema huma l-politiki previsti, u x’inhuma l-konsegwenzi politiċi probabbli - għall-Istati Membri u, b’mod partikolari għall-parlamenti nazzjonali - tad-deċiżjonijiet li joħorġu minn tali koordinazzjoni u diskussjonijiet ex ante. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha, mill-inqas, tiżgura li l-koordinazzjoni tkun integrata fil-qafas tas-Semestru Ewropew. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>24</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 10b (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10b) Barra minn hekk, it-tisħiħ tal-governanza ekonomika għandha tinkludi involviment iżjed mill-qrib u iżjed f’waqtu tal-Parlament Ewropew u tal-parlamenti nazzjonali. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-kontrapartijiet tal-Parlament Ewropew fil-qafas tad-djalogu huma l-istituzzjonijiet relevanti tal-Unjoni u r-rappreżentanti tagħhom, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri opportunità ta’ parteċipazzjoni fi skambju ta’ fehmiet lill-Istat Membru li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni tal-Kunsill li timponi depożitu b'imgħax jew multa annwali, b’konformità ma’ dan ir-Regolament. Il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru f’tali skambju ta' fehmiet hija volontarja. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>25</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 11</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11) L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv għandhom jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib biex tiġi żgurat korrezzjoni sħiħa u fil-ħin tad-defiċit eċċessiv. Monitoraġġ metikoluż għandu jiżgura l-korrezzjoni bikrija ta’ kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv. Tali monitoraġġ għandu jikkomplementa d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1467/97. Il-modalitajiet ta' dan il-monitoraġġ metikoluż għandu jkun iggradat skont l-istadju tal-proċedura li għalih ikun soġġett l-Istat Membru, kif previst fl-Artikolu 126 tat-Trattat. |
(11) L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv għandhom jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib biex tiġi żgurata korrezzjoni koerenti, sostenibbli u fil-ħin tad-defiċit eċċessiv. Monitoraġġ iktar metikoluż għandu jiżgura l-prevenzjoni u l-korrezzjoni bikrija ta’ kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv jew mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż. Tali monitoraġġ għandu jikkomplementa d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1467/97. Il-modalitajiet ta' dan il-monitoraġġ metikoluż għandhom ikunu ggradati skont l-istadju tal-proċedura li għalih ikun soġġett l-Istat Membru, kif previst fl-Artikolu 126 TFUE. L-Istati Membri li jkunu suġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv għandhom jippreżentaw programm ta’ sħubija ekonomika li tkun tinkludi deskrizzjoni dettaljata tar-riformi strutturali. Huwa essenzjali li tali riformi strutturali jiddaħħlu fis-seħħ u jiġu implimentati sabiex tiġi żgurata korrezzjoni effikaċi u durabbli tad-defiċits eċċessivi tagħhom. Fejn ikun xieraq, is-sħab soċjali għandhom ikunu involuti b’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>26</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 12</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12) Il-monitoraġġ metikoluż għall-Istati Membri soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv għandu jippermetti l-identifikazzjoni tar-riskji f'konformità mal-iskadenza għal Stat Membru biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Fil-każ li jiġu identifikati tali riskji, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istat Membru biex jittieħdu miżuri f’perjodu partikolari li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tippermetti korrezzjoni rapida ta’ kwalunkwe żvilupp li joħloq riskju għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-iskadenza stabilita. Il-valutazzjoni tal-konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha tkun parti mill-valutazzjoni kontinwa mill-Kummissjoni tal-azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Meta jiddeċiedi jekk ittiħditx azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu wkoll jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq jekk l-Istat Membru kkonformax mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. |
(12) Huwa essenzjali li jsir monitoraġġ iktar metikoluż għall-Istati Membri soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv fil-kuntest ta' programm ta' sħubija ekonomika. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istat Membru jagħmel valutazzjoni komprensiva tal-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena għall-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha u biex jirrapporta b'mod regolari lill-Kummissjoni u l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, dwar l-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena, l-impatt baġitarju tal-miżuri diskrezzjonali meħuda kemm mil-lat ta' nefqa kif ukoll mil-lat ta' dħul, il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsubin biex jintlaħqu l-miri. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>27</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 12a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(12a) Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja u r-rispett tad-dixxiplina baġitarja, huwa indispensabbli li l-istabilità fiż-żona tal-euro kollha tiġi ssalvagwardjata u għaldaqstant huwa indispensabbli wkoll li jissaħħu l-effiċjenza u r-reżiljenza tas-sistema finanzjarja taż-żona tal-euro kontra avvenimenti negattivi mhux mistennija, biex jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet ta’ likwidità kif ukoll l-esternalitajiet negattivi marbuta mal-frammentazzjoni tas-swieq tal-bonds sovrani, u li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ finanzjament marġinali għall-Istati Membri li jkunu qed jiffaċċaw pressjonijiet ta’ finanzjament. Għal dak l-għan primarju, jeħtieġ li jiġi adottat pjan direzzjonali lejn strumenti ta’ dejn sovran komuni taż-żona tal-euro li jinkludi t-twaqqif ta’ qafas imtejjeb għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika. Bħala l-ewwel pass għall-ħruġ ikkoordinat u komuni ta’ strumenti tad-dejn sovran taż-żona tal-euro, jeħtieġ li jiġi stabbilit fond ta’ fidwa fuq perjodu ta’ madwar 25 sena flimkien mal-koordinazzjoni tal-ħruġ tad-dejn ta’ Stat Membru fiż-żona tal-euro. Dan l-ewwel pass huwa bla ħsara għall-implimentazzjoni ta’ passi ulterjuri fil-pjan direzzjonali qabel tmiem dak il-perjodu. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>28</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 12b (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(12b) Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol tas-sħab soċjali, kif ukoll id-differenzi fis-sistemi nazzjonali, bħalma huma s-sistemi relatati mal-formazzjoni tal-pagi. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>29</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 13</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13) Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex tiġi żgurata trasparenza akbar u r-responsabilità pubblika akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet, |
(13) Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex tiġi żgurata trasparenza akbar u responsabilità pubblika akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet. Għandhom jiġu pprovduti wkoll regoli għat-tisħiħ tal-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-iskrutinju ta’ sorveljanza u koordinazzjoni tal-politiki baġitarji u b’mod usa’ l-politika ekonomika taż-żona tal-euro, b’konformità mal-prinċipji demokratiċi. Għal dak l-għan, għandhom jiġu pprovduti dispożizzjonijiet speċifiċi, b’konformità mal-prattiki nazzjonali għall-involviment tal-parlamenti nazzjonali, tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>30</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 13a (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(13a) Il-pjanijiet baġitarji u r-riformi strutturali għandhom ikunu konsistenti mal-protezzjoni tad-drittijiet soċjali u għandhom jevitaw li jżidu l-inugwaljanzi. Għaldaqstant, id-dixxiplina baġitarja m’għandhiex tiġi implimentata bi ħsara għall-mezzi b’perspettiva medja u fit-tul meħtieġa għal trasformazzjoni, sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, tal-ekonomija, b’konformità mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi u mal-għanijiet 2050 dwar it-tibdil fil-klima. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>31</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Premessa 13b (ġdida)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(13b) Il-politika fiskali għandha rwol kruċjali biex tagħmel il-pjanijiet baġitarji iktar effikaċi u ġusti filwaqt li tikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli. Sett komprensiv ta’ miżuri u inizjattivi leġiżlattivi bħat-taxxa Ewropea fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u bażi ta’ taxxa korporattiva konsolidata komuni għandhom jiġu adottati malajr fil-livell tal-Unjoni u f’dak nazzjonali sabiex jitneħħew l-eċċezzjonijiet mhux ġustifikati, titwessa’ l-bażi tat-taxxa, titjieb l-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxa, tiġi indirizzata l-evażjoni tat-taxxa u jiġi applikat b’mod komprensiv il-prinċipju ta’ ''min iniġġeż iħallas''. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>32</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji fiż-żona tal-euro billi: |
1. Dan ir-Regolament jistipula dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ imsaħħaħ tal-politiki baġitarji u ekonomiċi u qafas imtejjeb għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fiż-żona tal-euro billi: |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>33</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) jikkumplimenta l-proċedura għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi kif ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1174/2011; |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>34</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) jiggarantixxi l-kompatibilità bejn il-politiki baġitarji u l-proċedura għall-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi kif ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1174/2011 permezz ta' monitoraġġ aktar mill-qrib tal-programmi nazzjonali ta' riforma u ta’ kwalunkwe programm ta' sħubija ekonomika tal-Istati Membri, sabiex jiġu żgurati konformità u konverġenza sostenibbli fiż-żona tal-euro. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>35</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 1a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’konformità mal-Artikolu 152 TFUE u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati b’rispett sħiħ tal-prattiki u l-istituzzjonijiet għall-formazzjoni tal-pagi. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u dawk ir-rakomandazzjonijiet għandha tqis l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u, għaldaqstant, m’għandhiex taffettwa d-dritt li jiġu nnegozjati, konklużi jew infurzati ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>36</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1) "kunsill fiskali indipendenti" tfisser korp mogħni b'awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru inkarigati mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli fiskali nazzjonali; |
(1) "kunsill fiskali" tfisser korp indipendenti u teknikament kompetenti mogħni b'awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet baġitarji tal-Istat Membru inkarigat mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli fiskali nazzjonali; |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>37</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) "previżjonijiet makroekonomiċi indipendenti" tfisser il-previżjonijiet makroekonomiċi u/jew baġitarji prodotti minn korp indipendenti jew korp mogħni b’awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru; |
(2) “previżjonijiet makroekonomiċi indipendenti" tfisser il-previżjonijiet makroekonomiċi prodotti jew approvati minn korp indipendenti u teknikament kompetenti mogħni b’awtonomija funzjonali vis à vis l-awtoritajiet baġitarji tal-Istat Membru li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi skont kif stipulat fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komparabilità u l-koerenza tal-previżjonijiet indipendenti madwar l-Istati Membri; |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>38</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5) "gvern" u "defiċit" ifissru kif stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv [defiċit eċċessiv] anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(5) "gvern", "defiċit" u "dejn" ifissru kif stipulat fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>39</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(5a) "Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir" tfisser is-sistema ta' sorveljanza multilaterali stipulata fir-Regolament (KE) Nru 1466/97 u l-proċedura biex jiġi evitat l-iżbilanċ eċċessiv tal-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu 126 TFUE u fir-Regolament (KE) Nru 1467/97; |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>40</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(5b) "nonkonformità partikolarment serja mal-perkors ta’ aġġustament lejn l-objettivbaġitarju ta’ perjodu ta’ żmien medju" tfisser devjazzjoni fiċ-ċifri ppreżentati fl-abbozz ta’ baġit li tkun mill-inqas 1 % tal-PDG f’sena unika jew mill-inqas medja ta’ 0.5 % tal-PDG kull sena fuq sentejn konsekuttivi u li ma tkunx tista’ tiġi ġustifikata b’ċirkostanzi straordinarji jew bi tnaqqis ekonomiku qawwi, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-fatturi ta’ mitigazzjoni u l-effetti sekondarji, skont kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 1467/97 u r-Regolament (UE) Nru 1176/2011. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>41</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament hija bla ħsara għall-Artikolu 9 TFUE. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>42</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Kapitolu Ia (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Kapitolu Ia |
|
|
Koordinazzjoni tal-politika ekonomika |
|
|
Artikolu 2a |
|
|
Kronoloġija għas-Semestru Ewropew għall-koordinament tal-politika ekonomika msemmi fl-Artikolu 2-a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 |
|
|
1. Il-proċedura baġitarja tal-Istati Membri għandha tkun koerenti mal-qafas tas-Semestru Ewropew, skont ċiklu annwali li jinkludi: |
|
|
(a) l-orjentazzjonijiet ta’ politika tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa għal Stati Membri individwali, ibbażati fuq l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, inklużi l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-Kummissjoni, u r-rapporti annwali skont skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1176/2011; tali orjentazzjonijiet ta’ politika se jipprovdu gwida għall-Istati Membri fl-abbozzar tal-programmi nazzjonali ta' riforma tagħhom u l-programmi ta' stabilità u konverġenza, li jridu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri f'April skont l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97; |
|
|
(b) l-approvazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta' politika speċifika skont il-pajjiżi min-naħa tal-Kunsill Ewropew tas-Sajf, skont l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-programmi nazzjonali ta’ riforma u l-programmi ta' stabilità u konverġenza tal-Istati Membri, ippreżentati skont l-Artikoli 121 u 148 TFUE. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>43</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Kapitolu 2 – titolu</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dispożizzjonijiet Baġitarji Komuni |
Dispożizzjonijiet Baġitarji Komuni u rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ dejn pubbliku nazzjonali |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>44</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 3 – paragrafu 1</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw annwalment il-pjanijiet fiskali ta’ terminu medju tagħhom skont il-qafas baġitarju ta’ terminu medju bbażati fuq previżjoni makroekonomika indipendenti flimkien mal-Programmi ta’ Stabilità, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April. |
1. L-Istati Membri għandhom, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, jippubblikaw, preferibbilment sal-15 ta’ April iżda mhux aktar tard mit-30 t’April kull sena, il-pjanijiet fiskali nazzjonali ta’ terminu medju tagħhom skont il-qafas baġitarju ta’ terminu medju, ibbażati fuq previżjonijiet makroekonomiċi kredibbli u indipendenti. tali pjanijiet għandhom jiġu ppreżentati flimkien mal-programmi nazzjonali ta’ riforma u l-programmi ta’ stabilità u konverġenza u għandhom ikunu kompletament konsistenti mal-orjentazzjonijiet ta’ politika bbażati fuq l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u r-rapporti annwali skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1174/2011. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>45</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 3 – paragrafu 3</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-liġijiet tal-baġit tal-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu adottati u pubblikati kull sena sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru. |
3. Il-liġijiet tal-baġit tal-amministrazzjoni pubblika għandhom jiġu adottati u pubblikati kull sena sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru. L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ proċeduri baġitarji reviżjonarji li jridu jiġu applikati fejn għal raġunijiet ġustifikati b’mod oġġettiv li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-gvern tal-Istat Membru, il-baġit ma jkunx ġie adottat jew miftiehem u ppubblikat sal-31 ta' Diċembru. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>46</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 4 – paragrafu 1</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ regoli fiskali numeriċi dwar il-bilanċ baġitarju li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji nazzjonali l-objettivi baġitarji ta’ terminu medju tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Tali regoli għandhom ikopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija tagħha u jkunu ta’ natura vinkolanti, preferibbilment kostituzzjonali. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ regoli fiskali numeriċi li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji nazzjonali l-objettivi baġitarji ta’ terminu medju tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu wkoll id-definizzjoni ta’ ċirkostanzi straordinarji u tnaqqis ekonomiku gravi, li jafu jwasslu għal devjazzjoni temporanja mill-objettiv baġitarju fuq terminu medju jew mill-perkors ta’ aġġustament lejh, sakemm tali devjazzjoni ma tipperikolax is-sostenibilità fiskali fit-terminu medju, kif stipulat fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu mekkaniżmu, li għandu jibda jaħdem b’mod awtomatiku fil-każ ta’ devjazzjoni sinifikanti mill-objettiv baġitarju ta’ terminu medju jew mill-perkors ta’ aġġustament lejh, bl-għan li jiġi żgurat ritorn f’waqtu lejn l-objettiv ta’ terminu medju. Tali regoli għandhom ikopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija tagħha u għandhom ikunu vinkolanti jew b’mod ieħor garantiti li jiġu rispettati u osservati b’mod sħiħ tul il-proċess baġitarju nazzjonali. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>47</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 4 – paragrafu 2</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ kunsill fiskali indipendenti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-regoli nazzjonali fiskali kif imsemmi fil-paragrafu 1. |
2. L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ kunsill fiskali għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni kemm ex ante kif ukoll ex post tar-regoli nazzjonali fiskali b’konformità mar-rekwiżiti minimi stipulati fl-Anness I għal istituzzjonijiet fiskali indipendenti. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>48</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 1</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri kull sena għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro abbozz ta’ pjan baġitarju għas-sena sussegwenti sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ottubru. |
1. L-Istati Membri kull sena għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro abbozz ta’ pjan baġitarju għas-sena sussegwenti sa mhux aktar tard mit-1 ta' Ottubru, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet ta' politika speċifiċi skont il-pajjiżi tal-Kunsill Ewropew tas-Sajf u kwalunkwe rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru fil-kuntest tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir jew il-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi kif stabbilit fir-Regolamenti (UE) Nru 1174/2011 u 1176/2011. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>49</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 2</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-abbozz tal-pjan baġitarju għandu jsir pubbliku fl-istess waqt. |
2. L-abbozz ta' pjan baġitarju, kif stipulat f’dan l-Artikolu, għandu jsir pubbliku meta jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>50</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt b</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) il-projezzjonijiet abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki għan-nefqa u d-dħul bħala persentaġġ tal-PDG tal-amministrazzjoni pubblikua u l-komponenti ewlenin tagħhom; |
(b) il-projezzjonijiet abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki għan-nefqa u d-dħul bħala persentaġġ tal-PDG tal-amministrazzjoni pubblika u l-komponenti ewlenin tagħhom; dawk il-projezzjonijiet għandhom ikopru l-infiq attwali u l-infiq tal-investiment u, għal dak l-għan, għandhom jiġu stabbiliti miri baġitarji ċari dwar l-infiq attwali u tal-investiment u, fil-każ tal-infiq tal-investiment, għandha tiġi ppubblikata valutazzjoni tar-redditu ekonomiku tiegħu; |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>51</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) id-dettalji tal-infiq direttament relatat mal-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi, inkluż l-investiment pubbliku, flimkien mad-dettalji tar-rabta mal-kisba tal-objettivi baġitarji fuq perjodu ta’ żmien fit-tul kif ukoll valutazzjoni tal-impatt soċjali tal-miżuri li jkun hemm provvediment għalihom fil-pjan baġitarju; |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>52</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt d</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) deskrizzjoni dettaljata u kwantifikazzjoni ddokumentata sew tal-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-baġit għas-sena sussegwenti sabiex jixxejjen id-distakk bejn il-miri msemmija fil-punt (c) u projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil fil-politiki pprovduti skont il-punt (b). Id-deskrizzjoni tista' tkun inqas dettaljata għal miżuri b’impatt baġitarju stmat li jkun inqas minn 0.1 % tal-PDG. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-pjanijiet ewlenin ta’ riforma ta’ politika fiskali b'effetti sekondarji potenzjali għall-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro; |
(d) deskrizzjoni dettaljata u kwantifikazzjoni ddokumentata sew tal-miżuri li għandhom jiġu inklużi fil-baġit għas-sena sussegwenti sabiex jixxejjen id-distakk bejn il-miri msemmija fil-punti (c) u (ca) u projezzjonijiet abbażi ta' ebda bdil fil-politiki pprovduti skont il-punt (b). Id-deskrizzjoni tista' tkun inqas dettaljata għal miżuri b’impatt baġitarju stmat li jkun inqas minn 0.1 % tal-PDG. Għandha tingħata attenzjoni partikolari u espliċita lill-pjanijiet ewlenin ta’ riforma ta’ politika fiskali b'effetti sekondarji potenzjali għall-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro; |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>53</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt e</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) l-assunzjonijiet ewlenin dwar l-iżviluppi ekonomiċi mistennija u l-varjabbli ekonomiċi importanti li jkunu rilevanti għall-kisba tal-miri baġitarji. Dawn l-assunzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq previżjoni indipendenti tat-tkabbir makroekonomiku; |
(e) l-assunzjonijiet ewlenin dwar l-iżviluppi ekonomiċi mistennija u l-varjabbli ekonomiċi importanti li jkunu rilevanti għall-kisba tal-miri baġitarji stipulati b’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/85/UE. Il-previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji għandhom jinkludu stima tal-impatt preżunt fuq il-prodott potenzjali u l-effetti ta’ multiplikatur makroekonomiku. Il-metodoloġija, il-mudelli u l-preżunzjonijiet ekonomiċi u ekonometriċi sottostanti, kif ukoll kwalunkwe parametru relevanti ieħor li jirfed il-previżjoni makroekonomika indipendenti għandhom jiġu annessi mal-pjanijiet fiskali annwali ta’ terminu medju; |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>54</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt f</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) fejn applikabbli, indikazzjonijiet addizzjonali dwar kif se jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet eżistenti indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikolu 121 tat-Trattat fil-qasam baġitarju. |
(f) fejn applikabbli, indikazzjonijiet addizzjonali dwar kif se jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet eżistenti indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikoli 121 u 148 TFUE b’konformità mal-punti (a) sa (ca); |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>55</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fa) kwantifikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-investiment pubbliku u, kif xieraq, tal-impatt baġitarju flimkien ma’ valutazzjoni tar-redditi tal-miżuri previsti fil-programmi nazzjonali ta’ riforma; |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>56</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(fb) analiżi tal-kontribuzzjoni tar-riformi u l-investimenti inklużi fil-programmi nazzjonali ta’ riforma għall-kisba tal-għanijiet tal-programmi ta’ stabilità inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-riformi minn perspettiva baġitarja. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>57</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 4</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Fejn il-miri baġitarji rrapportati fl-abbozz tal-pjan baġitarju skont il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 3 jew il-projezzjonijiet abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki jkunu differenti minn dawk tal-programm ta’ stabilità l-aktar reċenti, id-differenzi għandhom ikunu spjegati kif xieraq. |
4. Fejn il-miri baġitarji rrapportati fl-abbozz tal-pjan baġitarju skont il-punti (a) u (ca) tal-paragrafu 3 jew il-projezzjonijiet abbażi ta’ ebda bdil fil-politiki jkunu differenti minn dawk tal-programm ta’ stabilità l-aktar reċenti, id-differenzi għandhom ikunu spjegati kif xieraq. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>58</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Il-pjanijiet fiskali ta’ terminu medju għandu jkollhom projezzjoni aġġornata ta’ nefqa multiannwali bħala perċentwal tal-PDG għall-amministrazzjoni pubblika u l-komponenti ewlenin tagħha kif ukoll miri multiannwali u impenji relatati mal-infiq allokat għall-kisba tal-għanijiet integrati fl-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>59</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 5 – paragrafu 5</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Fejn tidentifika nonkonformità partikolarment gravi mal-obbligi ta’ politika baġitarja stipulati fil-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-abbozz tal-pjan baġitarju, titlob abbozz tal-pjan baġitarju rivedut mill-Istat Membru konċernat. Din it-talba għandha ssir pubblika. |
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu -11 li jispeċifika l-kontenut tal-abbozz tal-pjan baġitarjiu msemmi fil-paragrafu 1 u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 sa 4. |
|
Il-paragrafi 2 sa 4 għandhom japplikaw fil-każ ta’ abbozz ta’ pjan baġitarju rivedut. |
|
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>60</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
-1. Meta l-Kummissjoni tidentifika nuqqas ta' konformità partikolarment serju tal-abbozz tal-pjan baġitarju mal-perkors ta’ aġġustament favur l-objettiv baġitarju fuq perjodu ta' żmien medju, hija tista' titlob abbozz rivedut tal-pjan baġitarju, wara konsultazzjoni adegwata tal-Istat Membru u spjegazzjoni minnu. It-talba għandha ssir sa xahar qabel il-preżentazzjoni tal-abbozz tal-pjan baġitarju. |
|
|
L-Artikolu 5(2) u (4) għandu japplika għall-abbozzi riveduti tal-pjanijiet baġitarji. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>61</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 6 – paragrafu 1</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju sat-30 ta’ Novembru. |
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju ta’ kull Stat membru sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Novembru. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>62</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 6 – paragrafu 2</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha ssir pubblika u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament konċernat. |
2. L-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir pubblika u għandha tiġi ppreżentata lill-Grupp tal-euro. Fuq talba tal-parlament tal-Istat Membru konċernat, jew tal-Parlament Ewropew, għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-parlament konċernat. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>63</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 6 – paragrafu 3</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro fis-sħuħija tagħha. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika. |
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro fis-sħuħija tagħha. Il-valutazzjoni globali għandha tinkludi testijiet tal-istress li jipprovdu indikazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi f’każ ta’ żviluppi finanzjarji jew baġitarji negattivi. Il-valutazzjoni għandha tidentifika fuq bażi ta’ pajjiż pajjiż l-effetti sekondarji negattivi potenzjali fuq is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri ġġenerati mis-settur privat tagħhom jew minn Stati Membri oħra. |
|
|
Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika u għandha tiġi integrata fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir li jmiss. Mal-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tehmeż sommarju dettaljat tal-previżjonijiet tar-Rebbiegħa u tal-Ħarifa għaż-żona tal-euro b’mod globali. Ix-xenarju ta’ linja bażi magħżul għall-valutazzjoni għandu jiġi deskritt b’raġunament u għandu jkun mibni fuq kont ibbilanċjat ta’ riskji b’xejra pożittiva u dawk b’xejra negattiva sabiex tiġi kkunsidrata l-firxa sħiħa tar-riżultati possibbli. Il-valutazzjoni għandha tiżvela l-metodoloġiji, il-preżunzjonijiet u l-parametri relevanti li fuqhom ikunu bbażati l-previżjonijiet makroekonomiċi u t-testijiet tal-istress, kif ukoll valutazzjoni ex post tax-xenarju tal-linja bażi tas-sena preċedenti. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>64</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 6 – paragrafu 4</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali u s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-eura fis-sħuħija tagħha abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva magħmula mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika. |
4. Il-Grupp tal-euro u l-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew għandhom jiddiskutu l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali u s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-eura fis-sħuħija tagħha abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva magħmula mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3. L-eżitu ta’ dik id-diskussjoni għandu jsir pubbliku u għandu jitqies fis-Semestru Ewropew ta’ wara, b'mod partikolari fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>65</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Wara d-diskussjonijiet tal-Grupp tal-euro u l-kumitati relevanti tal-Parlament Ewropew, jekk ikun xieraq il-Kummissjoni għandha taġġorna r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tagħha fil-qafas tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir bl-għan li jsaħħu l-qafas makroekonomiku komuni taż-żona tal-euro kif ukoll biex tingħata deskrizzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ previsti f’każ ta’ żviluppi finanzjarji, ekonomiċi jew baġitarji negattivi. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>66</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 6a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 6a |
|
|
Rappurtaġġ dwar il-ħruġ tad-dejn |
|
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw ex ante fil-ħin lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Grupp tal-euro, dwar il-pjanijiet tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali tagħhom. |
|
|
2. Il-forma u l-kontenut tar-rappurtaġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu armonizzati u stipulati mill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. |
|
|
3. Kwistjonijiet relatati mal-pjan għall-ħruġ tad-dejn annwali tal-Istati Membri, bħalma huma l-ħtiġijiet finanzjarji u t-tiġdid ta’ dejn pendenti, m’għandhomx jiġu ppubblikati. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>67</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Kapitolu IIIa (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Kapitolu IIIa |
|
|
Stabbiliment ta’ pjan direzzjonali għal koordinazzjoni msaħħa tal-politika ekonomika, faċilità għat-tkabbir u qafas għall-ħruġ tad-dejn imsaħħaħ |
|
|
Artikolu 6b |
|
|
Pjan direzzjonali għal qafas ta’ koordinazzjoni msaħħaħ tal-politika ekonomika u faċilità għat-tkabbir |
|
|
1. Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jistabbilixxi pjan direzzjonali lejn bonds ta’ stabilità għaż-żona tal-euro. Għandha tippreżenta wkoll proposta għal strument ta’ tkabbir sostenibbli għaż-żona tal-euro bl-għan li jimmobilizza 1% tal-PDG kull sena fuq perjodu ta’ għaxar snin, inkluża żieda fil-kapital tal-BEI u bonds għall-proġetti, biex jiġu investiti f’infrastruttura Ewropea inklużi x-xjenza u t-teknoloġija. L-istrument għandu jkollu l-għan li joħloq il-kundizzjonijiet neċessarji għal tkabbir sostenibbli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja u sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabilità tal-euro u b’hekk il-koordinazzjoni sostenibbli tad-dixxiplina baġitarja tal-Istati Membri. |
|
|
2. Il-passi stipulati fl-Artikoli 6c u 6d huma bla ħsara għal passi ulterjuri li qed jiġu implimentati qabel tmiem dan il-perjodu. |
|
|
Artikolu 6c |
|
|
Koordinazzjoni tal-ħruġ tad-dejn ta’ Stat Membru fiż-żona tal-euro |
|
|
1. Bl-għan li jkun ikkoordinat aħjar l-ippjanar u t-tqegħid tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw ex ante dwar il-pjanijiet ta' ħruġ tad-dejn pubbliku lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. |
|
|
2. L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jippruvaw itejbu l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tad-dejn nazzjonali tagħhom billi jaqblu, wara proposta mill-Kummissjoni, dwar qafas ikkoordinat u annwali għall-ħruġ tad-dejn pubbliku. |
|
|
3. L-Istati Membri, filwaqt li jikkooperaw skont il-paragrafu 2 jistgħu jkomplu jtejbu u jistabbilizzaw il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tagħhom abbażi tal-prinċipji ekonomiċi u l-kundizzjonijiet tas-suq prevalenti u skont metodoloġija li trid tiġi stabbilita b’regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
|
|
Artikolu 6d |
|
|
Fond ta’ fidwa Ewropew |
|
|
1. Bħala element tal-ewwel pass tal-pjan direzzjonali msemmi fl-Artikolu 6a, għandu jiġi stabbilit Fond ta’ fidwa Ewropew (ERF), ibbażat fuq responsabbiltà konġunta u dixxiplina fiskali stretta, bl-għan li jitnaqqas id-dejn eċċessiv tul perjodu ta’ 25 sena li għandu jiġi aġġustat skont iċ-ċifri ta’ tkabbir reali. Wara dak il-perjodu, l-ERF għandu jiġi xolt. |
|
|
2. L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u li mhumiex soġġeti għal programm ta’ għajnuna jew aġġustament għandhom: |
|
|
(a) jittrasferixxu ammonti ta’ dejn ‘il fuq minn 60 % tal-PDG lill-ERF tul perjodu ta’ introduzzjoni ta’ ħames snin; |
|
|
(b) ikollhom fis-seħħ regoli fiskali numeriċi li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji nazzjonali l-objettivi baġitarji ta’ terminu medju tagħhom kif deskritt fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97; |
|
|
(c) jimplimentaw strateġija ta’ konsolidazzjoni fiskali u aġenda ta’ riforma strutturali; |
|
|
(d) iħallu garanziji biex ikopru b’mod adegwat is-self ipprovdut mill-ERF; |
|
|
(e) inaqqsu d-defiċit strutturali tagħhom waqt il-perjodu ta’ introduzzjoni biex jikkonforma mar-regola tal-baġitarja fil-punt (b). |
|
|
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura t-twaqqif u l-amministrazzjoni ta' kull jum tal-ERF, li d-dettalji tiegħu għandhom jiġu stabbiliti f’Regolament mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
|
|
4. Il-parteċipazzjoni fl-ERF għandha tkun miftuħa għal Stati Membri oħra sa mid-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea meħuda skont l-Artikolu 140(2) TFUE biex tiġi abrogata d-deroga tagħhom rigward l-adozzjoni tal-euro. |
|
|
5. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jiżguraw ix-xoljiment u t-terminazzjoni tal-ERF wara perjodu massimu ta’ 25 sena li jista’ jiġi aġġustat skont iċ-ċifri ta’ tkabbir reali. |
|
|
____________ |
|
|
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>68</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu -7 (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu -7 |
|
|
Programmi ta’ sħubija ekonomika |
|
|
1. Jekk il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi skont l-Artikolu 126(6) TFUE, jiddeċiedi li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru, l-Istat Membru konċernat għandu jippreżenta programm ta’ sħubija ekonomika lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li jiddeskrivi l-miżuri ta’ politika u r-riformi strutturali meħtieġa biex tiġi żgurata korrezzjoni effettivament dejjiema tad-defiċit eċċessiv, bħala żvilupp dettaljat tal-programm nazzjonali ta’ riforma tiegħu u fil-programm ta’ stabilità tiegħu u filwaqt li jikkunsidra b’mod sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwida integrati għall-politiki ekonomiċi u tal-impjieg tal-Istat Membru konċernat. |
|
|
2. Il-programm ta’ sħubija ekonomika għandu jkun kompletament konsistenti mal-politiki msemmija fl-Artikolu 1. |
|
|
Il-programm ta’ sħubija ekonomika għandu jidentifika u jagħżel numru ta’ prijoritajiet baġitarji speċifiċi bl-għan li jistabbilizzaw l-ekonomija fuq perjodu ta’ żmien qasir, isaħħu t-tkabbir sostebnibbli fit-tul u jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali fl-Istat Membru konċernat. Dawk il-prijoritajiet għandu jkollhom l-għan li jerġgħu jibbilanċaw il-kompetittività skont il-ħolqien ta’ Valur Miżjud Ewropew u għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. L-Istat Membru, b’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandu jipprepara rapport li jiddeskrivi l-programmi u l-proġetti magħżula inkluż pjan ta’ azzjoni bl-għan li jidentifika, iġib fuq quddiem u jimmobilizza r-riżorsi finanzjarji, inklużi linji ta’ kreditu tal-BEI u strumenti finanzjarji rilevanti tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jiġi aġġornat fuq bażi annwali. |
|
|
3. F’każ ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 jew korrezzjoni ‘l isfel sinifikanti tal-previżjonijiet, l-Istat Membru konċernat għandu jadotta perkors ta’ aġġustament aġġornat lejn l-objettiv baġitarju fuq perjodu ta' żmien medju li jrid jintlaħaq ftehim dwaru mal-Kummissjoni filwaqt li jitqiesu kif dovut l-effetti proċikliċi tal-miżuri ta’ konsolidazzjoni. L-applikazzjoni tar-regola tad-dejn għandha tiġi aġġustata b’mod koerenti. |
|
|
4. Il-programm ta’ sħubija ekonomika għandu jiġi ppreżentat fl-istess ħin meta jiġu ppreżentati r-rapporti msemmija fl-Artikolu 3(4a) u l-Artikolu 5(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. |
|
|
5. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta opinjoni dwar il-programm ta’ sħubija ekonomika. |
|
|
6. Jekk ikun jeżisti pjan ta’ azzjoni korrettiva b’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi f’dak il-pjan. |
|
|
7. L-implimentazzjoni tal-programm, u l-pjanijiet baġitarji annwali konsistenti miegħu, għandhom jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni u mill-Kunsill. |
|
|
8. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi skambju ta’ fehmiet. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lil kumitati oħrajn tal-Parlament Ewropew biex jingħaqdu f’dak l-iskambju ta’ fehmiet. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>69</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 7 – paragrafu 1</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Meta l-Kunsill jiddeċiedi skont l-Artikolu 126(6) tat-Trattat li jeżisti defiċit eċċessiv fi Stat Membru, l-Istat Membru konċernat għandu jkun soġġett għall-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, sa kemm tiġi abbrogata l-proċedura tad-defiċit eċċessiv. |
1. Bl-iskop li jiġi mmonitorjat il-programm ta' sħubija msemmi fl-Artikolu 7(7), l-Istat Membru konċernat, fuq talba mill-Kummissjoni, għandu jissodisfa r-rekwiżiti deskritti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, sa kemm tiġi abbrogata l-proċedura tad-defiċit eċċessiv. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>70</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 7 – paragrafu 2</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istat Membru soġġett għal monitoraġġ metikoluż għandu mingħajr dewmien, iwettaq valutazzjoni komprensiva tal-eżekuzzjoni baġitarja tas-sena kurrenti għall-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha. Ir-riskji finanzjarji assoċjati mal-entitajiet b'sjieda tal-gvern u mal-kuntratti tal-gvern għandhom ukoll ikunu koperti mill-valutazzjoni sal-estent li dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-eżistenza ta' defiċit eċċessiv. Ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni għandu jkun inkluż fir-rapport sottomess taħt l-Artikolu 3(4a) jew 5(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar l-azzjoni meħuda sabiex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv. |
2. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jwettaq valutazzjoni komprensiva tal-eżekuzzjoni baġitarja tas-sena kurrenti għall-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha. Ir-riskji finanzjarji assoċjati mal-entitajiet b'sjieda tal-gvern u mal-obbligazzjonijiet kontinġenti b'impatti potenzjali kbar fuq il-baġits pubbliċi, kif deskritt fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE għandhom ukoll ikunu koperti mill-valutazzjoni sal-estent li dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-eżistenza ta' defiċit eċċessiv. Ir-riżultat ta' din il-valutazzjoni għandu jkun inkluż fir-rapport sottomess taħt l-Artikolu 3(4a) jew 5(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar l-azzjoni meħuda sabiex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>71</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 7 – paragrafu 3</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Stat Membru għandu jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jew kwalunkwe sottokumitat maħtur mill-KEF għal dak il-għan, dwar l-amministrazzjoni pubbliku u s-sottosetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena kurrenti, l-impatt baġitarju ta' miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tan-nefqa u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba sabiex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, dwar l-amministrazzjoni pubbliku u s-sottosetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena kurrenti, l-impatt baġitarju ta' miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tan-nefqa u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba sabiex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kontenut tar-rapport imsemmi f'dan il-paragrafu. |
|
|
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipa fi skambju ta’ fehmiet. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>72</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 7 – paragrafu 6 – punt a</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jwettaq, u jirrapporta dwar, awditu indipendenti komprensiv tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika mwettaq b'kordinament mal-istituzzjonijiet supremi nazzjonali tal-awditjar, bil-għan li jiġu vvalutati l-affidabilità, il-kompletezza u l-akkuratezza ta’ dawn il-kontijiet pubbliċi għall-finijiet tal-proċedura tad-defiċit eċċessiv. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta rrapportata mill-Istat Membru konċernat skont ir-Regolament (KE) Nru 679/2010; |
(a) jwettaq, u jirrapporta dwar, awditu indipendenti komprensiv tal-kontijiet tal-amministrazzjoni pubblika mwettaq b'kordinament mal-istituzzjonijiet supremi nazzjonali tal-awditjar, bil-għan li jiġu vvalutati l-affidabilità, il-kompletezza u l-akkuratezza ta’ dawn il-kontijiet pubbliċi għall-finijiet tal-proċedura tad-defiċit eċċessiv. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta rrapportata mill-Istat Membru konċernat skont ir-Regolament (KE) Nru 679/2010, fir-rigward tal-kwalità tad-dejta fil-kuntest tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv; |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>73</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 8 – paragrafu 2</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. F’każ ta’ riskji ta’ nonkonformità mal-iskadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat għall-adozzjoni ta' miżuri ulterjuri bi skadenza konsistenti mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha ssir pubblika, u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament konċernat. |
2. Meta jkun hemm riskju ta’ nonkonformità mal-iskadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv u meta dawk ir-riskji ma jkunux minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-Istati Membri konċernat, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat għall-implimentazzjopni diliġenti tal-miżuri previsti fir-rakkomandazzjonijiet inizjali bi skadenza konsistenti mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha ssir pubblika, u, fuq talba tal-parlament tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-parlament konċernat. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>74</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 8 – paragrafu 3</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fiż-żmien stabilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati b'respons għal din ir-rakkomandazzjoni flimkien mar-rapporti previst fl-Artikolu 7(3). Ir-rapport għandu jinkludi l-impatt baġitarju tal-miżuri diskrezzjonarji kollha meħuda, il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern, informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba biex jinkisbu l-miri, kif ukoll informazzjoni dwar azzjonijiet oħra meħuda b'respons għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
3. Fiż-żmien stabilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat għandu jirrappurta addizzjonalment lill-Kummissjoni dwar il-miżuri implementati b'respons għal din ir-rakkomandazzjoni. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
|
</AmendB>
>
<Amend>Emenda <NumAm>75</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu -11 (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu -11 |
|
|
Eżerċizzju tad-delega |
|
|
1. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni b’suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
|
|
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. |
|
|
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 5(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. |
|
|
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
|
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 5(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>76</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu -11 a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu -11a |
|
|
Djalogu ekonomiku |
|
|
Sabiex jittejjeb id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta’ rendikont aqwa, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-President tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u fejn xieraq, lill-President tal-Kunsill Ewropew jew lill-President tal-Grupp tal-euro biex jidhru quddiem il-kumitat sabiex jiddiskutu deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu b’konformità mal-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(5), l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(3). |
|
|
Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru kkonċernat b’tali deċiżjonijiet li jipparteċipa fi skambju ta' fehmiet. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>77</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) il-kontribuzzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-kisba tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi. |
|
</Amend>
<Amend>Emenda <NumAm>78</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Kemm jista’ jkun malajr u sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill fejn teżamina l-fattibilità tal-possibilitajiet u tagħmel proposti għal pjan direzzjonali possibbli lejn strumenti għall-ħruġ komuni ta' dejn pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet finanzjarji, fiskali u legali. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari for-rigward tal-fattibilità tal-introduzzjoni ta’ fond ta’ fidwa li jikkombina l-ħruġ komuni ta’ dejn temporanju u regoli stretti dwar l-aġġustament fiskali. |
|
</Amend>
<AmendB>Emenda <NumAmB>79</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 11a (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 11a |
|
|
Rapport tal-Kummissjoni |
|
|
Sa ...*, il-Kummissjoni gaħndha tressaq rapport, u jekk ikun neċessarju proposta, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif għandhom joperaw il-koordinazzjoni u d-diskussjonijiet ex ante fost l-Istati Membri ta’ kwalunkwe pjan ta’ riforma ta’ politika ekonomika u fiskali b’effetti sekondarji potenzjali, x’forma għandhom jieħdu tali koordinazzjoni u diskussjonijiet, liema huma l-politiki li qed jiġu kkontemplati, u l-konsegwenzi politiċi probabbli - għall-Istati Membri u, b’mod partikolari għall-parlamenti nazzjonali - tad-deċiżjonijiet li jirriżultaw minn tali koordinazzjoni u diskussjonijiet ex ante. |
|
|
____________ |
|
|
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
</AmendB>
<AmendB>Emenda <NumAmB>80</NumAmB>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Artikolu 11b (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 11b |
|
|
Awtorità Ewropea dwar id-Dejn |
|
|
Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport u, jekk ikun neċessarju, proposta, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn tevalwa l-possibbiltà tal-ħolqien ta’ awtorità Ewropea tad-dejn, responsabbli għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet marbuta mal-pjan għall-ħruġ tad-dejn annwali tal-Istati Membri, mat-tiġdid ta’ dejn pendenti u mal-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-gvern tal-Istati Membri kollha. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jivvaluta wkoll il-pubblikazzjoni annwali possibbli tad-dejta relatata mad-dejn pubbliku tal-Istati Membri u indikaturi makroekonomiċi oħrajn. |
|
|
____________ |
|
|
* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
</AmendB>
<Amend>Emenda <NumAm>81</NumAm>
<DocAmend>Proposta għal Regolament</DocAmend>
<Article>Anness I (ġdid)</Article>
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Prinċipji komuni għal Istituzzjonijiet Fiskali Indipendenti (IFIs). |
|
|
– Sjieda: bla ħsara għall-prinċipji stipulati hawn taħt, il-karattersitiċi tal-IFIs għandhom ikunu konsistenti mal-qafas legali u s-sistema politika u amministrattiva tal-Istat Membru. L-għażliet ta’ tfassil jaf ikollhom iqisu l-limiti ta’ kapaċità fi Stati Membri iżgħar. |
|
|
– Mandat: il-mandat tal-IFIs għandu jkun definit b’mod ċar f’leġiżlazzjoni sabiex jiġu evitati l-interferenza inġustifikabbli mill-awtoritajiet fiskali jew l-estensjoni inġustifikabbli tal-mandat tiegħu askaptu tas-setgħat tal-awtoritajiet fiskali jew il-prerogattivi tal-parlamenti nazzjonali. |
|
|
– Riżorsi: ir-riżorsi allokati lill-IFIs għandhom ikunu proporzjonati mal-mandat tagħhom sabiex iwettquh b’mod kredibbli. |
|
|
– Obbligu ta' rendikont: għandhom jiddaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi statutorji sabiex jitħeġġeġ l-obbligu ta’ rendikont xieraq lill-parlament. Ir-rapporti u l-analiżi tal-IFIs għandhom ikunu ppubblikati u disponibbli bla ħlas. |
|
|
– Tmexxija: il-ħatriet ta’ livell għoli għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-mertu, l-esperjenza u l-kompetenza teknika, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess tal-baġit. Il-proċess tal-ħatra jista’ jinvolvi bosta istituzzjonijiet, pereżempju permezz ta’ proċedura ta’ konferma parlamentari jew meta diversi istituzzjonijiet jinnominaw membru wieħed jew iktar. It-tul tat-terminu li sservi t-tmexxija tal-IFIs għandu jkun speċifikat b’mod ċar fil-leġiżlazzjoni, m’għandux ikun jista’ jiġġedded u preferibbilment għandu jkun itwal mil-leġiżlatura parlamentari. It-terminazzjoni ta' kuntratti għandha tkun limitata strettament għal każijiet fejn il-membri jkunu ħatja ta' mġiba ħażina serja. |
|
|
– Persunal: il-persunal tal-IFIs għandu jintgħażel permezz ta’ kompetizzjoni miftuħa bbażata fuq il-mertu u l-kompetenza teknika. Il-kundizzjonijiet ta' impjieg għandhom ikunu allinjati ma' dawk taċ-ċivil. |
|
|
– Aċċess għal informazzjoni, trasparenza u politika ta’ komunikazzjoni: bħala regola, l-IFIs għandhom jiġu garantiti aċċess sħiħ fil-leġiżlazzjoni għall-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex iwettqu b’effikaċja l-mandat tagħhom fil-ħin. Kwalunkwe restrizzjoni għar-regola għandha tkun definita b’mod ċar ukoll. Bla ħsara għal dik il-leġiżlazzjoni, il-kapaċità tal-IFIs li jikkomunikaw fil-ħin permezz tal-kanali tal-midja disponibbli m’għandhiex tiġi mxekkla. Jekk tkun miżmuma f’entità oħra, għandu jkun ċar li l-opinjonijiet jorbtu biss lill-IFIs u mhux lill-istituzzjoni ospitanti. |
|
</Amend>
<Date>{29/3/2012}29.3.2012</Date>
OPINJONI <CommissionResp>tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali</CommissionResp>
<CommissionInt>għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</CommissionInt>
<Titre>dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro</Titre>
<DocRef>(COM(2011)0821 – C7-0284/2011 – 2011/0386(COD))</DocRef>
Rapporteur għal opinjoni: <Depute>Tamás Deutsch</Depute>
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Kuntest
F'Novembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw formalment il-pakkett leġiżlattiv bl-għan li jinforza l-governanza ekonomika fl-UE u fiż-żona tal-euro. Il-pakkett kien magħmul minn sitt proposti: erbgħa minnhom jittrattaw kwistjonijiet fiskali, inkluża riforma tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP), filwaqt li żewġ regolamenti ġodda għandhom l-għan li jidentifikaw u jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi emerġenti fi ħdan l-UE u fiż-żona tal-euro.
Ir-Regolament dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika, kif ukoll ir-Regolament li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv, it-tnejn tfasslu biex jiżguraw id-dixxiplina baġitarja fl-UE kollha. Ir-regolament dwar l-infurzar effikaċi tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro pprovda addizzjonalment għal sistema ta' mekkaniżmi ta’ infurzar fil-forma ta’ sanzjonijiet finanzjarji għal membri taż-żona tal-euro.
Osservazzjonijiet
Il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tistipula r-rekwiżiti addizzjonali ta' sorveljanza għal politiki baġitarji nazzjonali, tipproponi skeda baġitarja komuni u titlob għal sorveljanza aktar mill-qrib ta' deċiżjonijiet baġitarji tal-Istati Membri, suġġetta għal proċedura ta' defiċit eċċessiv.
Ir-rapporteur jilqa' l-inizjattiva għas-sorveljanza sinkronizzata tal-politiki baġitarji, partikolarment tad-dispożizzjonijiet relatati mal-istabbiliment ta' skeda baġitarja komuni, oqfsa fiskali fuq il-bażi ta' regoli, kif ukoll it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-Istati Membri, li jinsab suġġett għal proċedura ta' defiċit eċċessiv. Huwa jħoss, madankollu, li l-infurzar tas-sorveljanza baġitarja dejjem għandu jkun suġġett għall-objettivi ġenerali tal-UE, u b'mod partikolari għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9 TFUE fir-rigward tal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata.
Bl-istess importanza, ir-rapporteur iħoss li l-politika baġitarja tal-UE għandha tkun allinjata bis-sħiħ mal-istrateġija l-ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, l-istrateġija tal-UE2020, li hija mfassla wkoll biex tgħin l-UE toħroġ mill-kriżi u biex iddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjiegi, mal-garanzija ta' protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, kif ukoll ma' livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-emendi għall-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir iżidu kemm il-gwida, kif ukoll, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro, inċentivi għall-iffissar u l-implimentazzjoni ta’ politika baġitarja prudenti, filwaqt li jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern. Dawn id-dispożizzjonijiet ħolqu qafas iktar robust fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi nazzjonali. |
(3) L-emendi għall-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir iżidu kemm il-gwida, kif ukoll, għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro, inċentivi għall-iffissar u l-implimentazzjoni ta’ politika baġitarja prudenti, filwaqt li jiġu evitati defiċits eċċessivi tal-gvern. Dawn id-dispożizzjonijiet ħolqu qafas iktar robust fil-livell tal-Unjoni għas-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi nazzjonali. Sorveljanza msaħħa tal-politiki soċjali marbuta mal-ħolqien tal-impjiegi għandha tiżdied ma' dawn id-dispożizzjonijiet. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa’ fis-17 ta’ Ġunju 2010, adotta strateġija ġdida għat-tkabbir u l-impjiegi, l-Istrateġija Ewropa 2020, sabiex tippermetti lill-Unjoni toħroġ iktar b'saħħitha mill-kriżi, u biex iddawwar l-ekonomija tagħha lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, flimkien ma' livell għoli ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) L-Unjoni impenjat ruħha għall-Istrateġija Ewropa 2020 għat-Tkabbir u l-Impjiegi li għandha objettivi fl-oqsma tal-impjiegi, il-faqar, l-edukazzjoni, l-innovazzjoni u l-ambjent; |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-Istrateġija Ewropa 2020 għat-Tkabbir u l-Impjiegi u kif tiġi implimentata mill-Istati Membri permezz tal-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Finanzi pubbliċi f'saħħithom jiġu żgurati l-aħjar fl-istadju tal-ippjanar u l-iżbalji kbar għandhom jiġu identifikati kmieni kemm jista’ jkun. L-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mhux biss minn l-iffissar ta’ prinċipji ta’ gwida u miri baġitarji imma wkoll minn monitoraġġ sinkronizzat tal-politiki baġitarji tagħhom. |
(5) Finanzi pubbliċi bbilanċjati u sostenibbli jiġu żgurati l-aħjar fl-istadju tal-ippjanar u l-iżbalji kbar għandhom jiġu identifikati kmieni kemm jista’ jkun. L-Istati Membri għandhom jibbenefikaw mhux biss minn l-iffissar ta’ prinċipji ta’ gwida u miri baġitarji imma wkoll minn rieżami sinkronizzat tal-politiki baġitarji u ta’ tkabbir tagħhom. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-istipular ta’ kronoliġija baġitarja komuni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro għandu jissinkronizza aħjar il-passi ewlenin fit-tħejjija tal-baġits nazzjonali, b'hekk jikkontribwixxi favur l-effikaċja tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika baġitarja. L-adozzjoni ta’ kronoliġija baġitarja komuni għandha twassal għal sinerġiji aqwa billi tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jkunu integrati kif xieraq fil-proċess nazzjonali tal-adozzjoni tal-baġit. |
(6) L-istipular ta’ kronoliġija baġitarja komuni għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro għandu jissinkronizza aħjar il-passi ewlenin fit-tħejjija tal-baġits nazzjonali, b'hekk jikkontribwixxi favur l-effikaċja tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika baġitarja u għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u tal-impjiegi sostenibbli. L-adozzjoni ta’ kronoliġija baġitarja komuni għandha: a) twassal għal sinerġiji aqwa billi tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-politika fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro; b) biex jiġi garantit li l-politiki baġitarji jiġu allinjati mal-istrateġija UE 2020 u c) biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jkunu integrati kif xieraq fil-proċess nazzjonali tal-adozzjoni tal-baġit. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Hemm evidenza qawwija li turi l-effikaċja ta’ oqfsa fiskali bbażati fuq regoli fl-appoġġ ta' politiki fiskali tajba u sostenibbli. L-introduzzjoni ta’ regoli fiskali nazzjonali li jkunu konsistenti mal-objettivi baġitarji stabiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu element kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw regoli strutturali tal-baġit bilanċjat li jittrasponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-prinċipji ewlenin tal-qafas fiskali tal-Unjoni. Din it-traspożizzjoni għandha tkun effettivi permezz ta' regoli vinkolanti preferibbilment ta' natura kostituzzjonali sabiex jintwera l-aqwa impenn tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. |
(7) Hemm evidenza qawwija li turi l-effikaċja ta’ oqfsa fiskali bbażati fuq regoli fl-appoġġ ta' politiki fiskali tajba u sostenibbli. L-introduzzjoni ta’ regoli fiskali nazzjonali li jkunu konsistenti mal-objettivi baġitarji, tal-impjiegi u tat-tkabbir sostenibbli stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu element kruċjali biex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. Partikolarment, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw regoli strutturali tal-baġit bilanċjat li jittrasponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-prinċipji ewlenin tal-qafas fiskali u tal-impjiegi tal-Unjoni. Dik it-traspożizzjoni għandha tiġi effettwata permezz ta' regoli nazzjonali vinkolanti sabiex jintwera l-aqwa impenn tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji mhux oġġettivi u irrealistiċi jistgħu jfixklu konsiderevolment l-effikaċja tal-ippjanar baġitarju u konsegwentement ixekklu l-impenn lejn id-dixxiplina baġitarja. Previżjonijiet minn korpi indipendenti jistgħu jipprovdu previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi u realistiċi. |
(8) Previżjonijiet makroekonomiċi u baġitarji mhux oġġettivi u irrealistiċi jfixklu konsiderevolment l-effikaċja tal-ippjanar baġitarju u konsegwentement ixekklu l-impenn lejn id-dixxiplina baġitarja. Previżjonijiet minn korpi indipendenti jistgħu jipprovdu previżjonijiet makroekonomiċi oġġettivi u aktar realistiċi. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) B'li ħareġ mill-kriżi tad-dejn sovran, u partikolarment mill-ħtieġa li jiddaħħlu fis-seħħ ritensjonijiet finanzjarji aħħarin komuni, l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro jikkondividu effetti sekondarji mtejba mill-politika baġitarja tagħhom. Kull Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro qabel ma jadottaw klawlunkwe pjanijiet kbar ta’ riforma fil-politika fiskali b'effetti sekondarji potenzjali, sabiex jippermettu l-possibilità ta’ valutazzjoni tal-impatt possibbli fuq iż-żona tal-euro kollha. Għandhom iqisu l-pjanijiet baġitarji tagħhom bħala ta’ interess komuni u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ qabel il-pjanijiet isiru vinkolanti. Il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni, jekk neċessarju, li tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju, li l-Istat Membru u partikolarment l-awtoritajiet tal-baġit għandhom jiġu mistiedna jqisu fil-proċess tal-adozzjoni tal-liġi tal-baġit. Tali opinjoni għandha tiżgura li l-gwida politika tal-Unjoni fil-qasam baġitarju tkun adegwatament integrata fil-preparazzjonijiet baġitarji nazzjonali. Partikolarment, din l-opinjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-pjanijiet baġitarji jindirizzawx adegwatament ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-kuntest tas-Simestru Ewropew fil-qasam baġitarju. Il-Kummissjoni għandha tkun lesta biex tippreżenta din l-opinjoni lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tiegħu. L-estent safejn din l-opinjoni tkun tqieset għandu jkun parti mill-valutazzjoni, jekk u meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet, li twassal għad-deċiżjoni li l-Istat Membru konċernat jitpoġġa taħt proċedura tad-defiċit eċċessiv, fejn in-nuqqas ta’ segwitu tal-gwida bikrija mill-Kummissjoni jitqies bħala fattur aggravanti. Ukoll, abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva tal-pjanijiet mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro. |
(10) B'li ħareġ mill-kriżi tad-dejn sovran, u partikolarment mill-ħtieġa li jiddaħħlu fis-seħħ ritensjonijiet finanzjarji aħħarin komuni, l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro jikkondividu effetti sekondarji mtejba mill-politika baġitarja u makroekonomika tagħhom. Kull Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom tkun l-euro qabel ma jadottaw kwalunkwe pjanijiet kbar ta’ riforma fil-politika fiskali b'effetti sekondarji potenzjali, sabiex jippermettu l-possibilità ta’ valutazzjoni tal-impatt possibbli fuq iż-żona tal-euro kollha, inkluż l-impatt soċjali u ambjentali. Għandhom iqisu l-pjanijiet baġitarji tagħhom bħala ta’ interess komuni u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ monitoraġġ qabel il-pjanijiet isiru vinkolanti. Il-Kummissjoni għandha tkun f’pożizzjoni, jekk neċessarju, li tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju, li l-Istat Membru u partikolarment l-awtoritajiet tal-baġit għandhom jiġu mistiedna jqisu fil-proċess tal-adozzjoni tal-liġi tal-baġit. Tali opinjoni għandha tiżgura li l-gwida politika tal-Unjoni mogħtija fis-Semestru Ewropew tkun adegwatament integrata fil-preparazzjonijiet baġitarji nazzjonali. Partikolarment, din l-opinjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar jekk il-pjanijiet baġitarji jindirizzawx adegwatament il-miri tat-tkabbir, impjieg u dawk soċjali tal-‘UE 2020’, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-kuntest tas-Simestru Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tkun lesta biex tippreżenta din l-opinjoni lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tiegħu. L-estent safejn din l-opinjoni tkun tqieset għandu jkun parti mill-valutazzjoni, jekk u meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet, li twassal għad-deċiżjoni li l-Istat Membru konċernat jitpoġġa taħt proċedura tad-defiċit eċċessiv, fejn in-nuqqas ta’ segwitu tal-gwida bikrija mill-Kummissjoni jitqies bħala fattur aggravanti. Ukoll, abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva tal-pjanijiet mill-Kummissjoni, il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv għandhom jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib biex tiġi żgurat korrezzjoni sħiħa u fil-ħin tad-defiċit eċċessiv. Monitoraġġ metikoluż għandu jiżgura l-korrezzjoni bikrija ta’ kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv. Tali monitoraġġ għandu jikkomplementa d-dispożizzjonijiet stabiliti fir-Regolament (KE) Nru 1467/97. Il-modalitajiet ta' dan il-monitoraġġ metikoluż għandu jkun iggradat skont l-istadju tal-proċedura li għalih ikun soġġett l-Istat Membru, kif previst fl-Artikolu 126 tat-Trattat. |
(11) L-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li jkunu soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv għandhom jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib biex tiġi żgurat korrezzjoni sħiħa u fil-ħin tad-defiċit eċċessiv. Monitoraġġ metikoluż għandu jiżgura l-korrezzjoni bikrija ta’ kwalunkwe devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv u b’hekk jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli. Tali monitoraġġ għandu jikkomplementa d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1467/97. Il-modalitajiet ta' dan il-monitoraġġ metikoluż għandu jkun iggradat skont l-istadju tal-proċedura li għalih ikun soġġett l-Istat Membru, kif previst fl-Artikolu 126 tat-Trattat. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Il-monitoraġġ metikoluż għall-Istati Membri soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv għandu jippermetti l-identifikazzjoni tar-riskji f'konformità mal-iskadenza għal Stat Membru biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Fil-każ li jiġu identifikati tali riskji, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istat Membru biex jittieħdu miżuri f’perjodu partikolari li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tippermetti korrezzjoni rapida ta’ kwalunkwe żvilupp li joħloq riskju għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-iskadenza stabilita. Il-valutazzjoni tal-konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha tkun parti mill-valutazzjoni kontinwa mill-Kummissjoni tal-azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Meta jiddeċiedi jekk ittiħditx azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu wkoll jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq jekk l-Istat Membru kkonformax mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. |
(12) Il-monitoraġġ metikoluż għall-Istati Membri soġġetti għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv għandu jippermetti l-identifikazzjoni tar-riskji f'konformità mal-iskadenza għal Stat Membru biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Fil-każ li jiġu identifikati tali riskji, il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Istat Membru biex jittieħdu miżuri f’perjodu partikolari li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament tal-Istat Membru konċernat, fuq it-talba tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tippermetti korrezzjoni rapida ta’ kwalunkwe żvilupp li joħloq riskju għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv sal-iskadenza stabilita. Il-valutazzjoni tal-konformità ma' din ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha tkun parti mill-valutazzjoni kontinwa mill-Kummissjoni tal-azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv. Meta jiddeċiedi jekk ittiħditx azzjoni effettiva biex tikkoreġi d-defiċit eċċessiv, il-Kunsill għandu wkoll jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq jekk l-Istat Membru kkonformax mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u sa liema punt dan jaffettwa l-miri tal-impjiegi. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex tiġi żgurata trasparenza akbar u r-responsabilità pubblika akbar, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet, |
(13) Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex tiġi żgurata trasparenza akbar u r-risponsabilità pubblika akbar, il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu joffru l-opportunità lill-Istat Membru konċernat minn rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll is-sħab soċjali ta' dak l-Istat Membru biex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet, |
Emenda 14 Proposta għal regolament Kapitolu II - titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dispożizzjonijiet Baġitarji Komuni |
Dispożizzjonijiet Baġitarji Komuni u rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ dejn pubbliku nazzjonali |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw annwalment il-pjanijiet fiskali ta’ terminu medju tagħhom skont il-qafas baġitarju ta’ terminu medju bbażati fuq previżjoni makroekonomika indipendenti flimkien mal-Programmi ta’ Stabilità, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April. |
1. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw annwalment il-pjanijiet fiskali ta’ terminu medju u għal investiment ekonomiku tagħhom skont il-qafas baġitarju ta’ terminu medju bbażati fuq previżjoni makroekonomika indipendenti flimkien mal-Programmi ta’ Stabilità, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ regoli fiskali numeriċi dwar il-bilanċ baġitarju li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji nazzjonali l-objettivi baġitarji ta’ terminu medju tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Tali regoli għandhom ikopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija tagħha u jkunu ta’ natura vinkolanti, preferibbilment kostituzzjonali. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ regoli fiskali numeriċi dwar il-bilanċ baġitarju li jimplimentaw fil-proċessi baġitarji nazzjonali l-objettivi baġitarji ta’ terminu medju tagħhom kif iddefinit fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97. Tali regoli nazzjonali għandhom ikopru l-amministrazzjoni pubblika fis-sħuħija tagħha u jkunu ta’ natura vinkolanti. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Rekwiżiti ta' informazzjoni dwar il-ħruġ tad-dejn pubbliku nazzjonali |
|
Bil-għan li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-ippjanar u l-ottimizzazzjoni tal-kondizzjonijiet ta' finanzjament tal-ħruġ tad-dejn pubbliku, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw minn qabel il-pjanijiet tagħhom ta' ħruġ tad-dejn pubbliku lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) deskrizzjoni dettaljata tan-nefqa proġettata relatata direttament mal-kisba tal-objettivi inklużi fl-Istrateġija UE 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi, inklużi l-investimenti pubbliċi, bl-użu ta' indikaturi mill-Qafas ta' Valutazzjoni Konġunta; |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) l-impatt tal-abbozz ta' pjan baġitarju rigward il-miri ta' tkabbir, impjiegi u soċjali tal-‘UE 2020’. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ab (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) il-valutazzjoni tal-impatt soċjali tal-abbozz tal-pjan baġitarju, kif ukoll il-valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu mal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tat-tkabbir u tal-impjiegi, mal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u l-linji gwida tal-politiki fil-qasam tal-impjiegi tal-Istati Membri; |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) in-nefqa u d-dħul fil-mira bħala persentaġġ tal-PDG għall-amministrazzjoni pubblika u l-komponenti ewlenin tagħhom, b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-kriterji tal-istabiliment tal-perkors tat-tkabbir fin-nefqa netta minn kwalunkwe miżuri diskrezzjonarji fid-dħul skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97; |
(c) in-nefqa u d-dħul fil-mira bħala persentaġġ tal-PDG għall-amministrazzjoni pubblika u l-komponenti ewlenin tagħhom, b'kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-kriterji tal-istabiliment tal-perkors tat-tkabbir fin-nefqa netta minn kwalunkwe miżuri diskrezzjonarji fid-dħul skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 u l-impatti tiegħu fuq it-tkabbir u l-impjiegi; |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-assunzjonijiet ewlenin dwar l-iżviluppi ekonomiċi mistennija u l-varjabbli ekonomiċi importanti li jkunu rilevanti għall-kisba tal-miri baġitarji. Dawn l-assunzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq previżjoni indipendenti tat-tkabbir makroekonomiku; |
(e) l-assunzjonijiet ewlenin dwar l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali mistennija u l-varjabbli ekonomiċi u soċjali importanti li jkunu rilevanti għall-kisba tal-miri baġitarji. Dawn l-assunzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq previżjoni indipendenti tat-tkabbir makroekonomiku; |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-Programmi ta' Stabilità u ta' Riforma Nazzjonali tagħhom deskrizzjoni dettaljata u aġġornata tan-nefqa proġettata relatata direttament mal-kisba tal-objettivi inklużi fl-Istrateġija UE 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi, inklużi investimenti pubbliċi, bl-użu ta' indikaturi mill-Qafas ta' Valutazzjoni Konġunta; Id-deskrizzjoni dettaljata msemmija hawn fuq għandha b'mod xieraq tispjega d-differenzi fin-nefqa pproġettata mqabbla mal-Programmi ta' Stabilità l-aktar riċenti. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fejn tidentifika nonkonformità partikolarment gravi mal-obbligi ta’ politika baġitarja stipulati fil-Patt ta' Stabilità u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-abbozz tal-pjan baġitarju, titlob abbozz tal-pjan baġitarju rivedut mill-Istat Membru konċernat. Din it-talba għandha ssir pubblika. |
5. Fejn tidentifika nonkonformità partikolarment gravi mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mogħtija fis-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni għandha, fi żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-abbozz tal-pjan baġitarju, titlob abbozz tal-pjan baġitarju rivedut mill-Istat Membru konċernat. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika t-talba tagħha u t-tweġiba tal-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-paragrafi 2 sa 4 għandhom japplikaw fil-każ ta’ abbozz ta’ pjan baġitarju rivedut. |
Il-paragrafi 2 sa 4a għandhom japplikaw fil-każ ta’ abbozz ta’ pjan baġitarju rivedut. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju sat-30 ta’ Novembru. |
1. Il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, tadotta opinjoni dwar l-abbozz tal-pjan baġitarju sat-30 ta’ Novembru. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni xierqa lill-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020 għat-Tkabbir u l-Impjiegi mill-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha ssir pubblika u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament konċernat. |
2. L-opinjoni tal-Kummissjoni għandha ssir pubblika u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru konċernat jew tal-Parlament Ewropew, għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament konċernat. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro fis-sħuħija tagħha. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika. |
3. Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni kumplessiva tas-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-euro fis-sħuħija tagħha. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika, kif ukoll l-effetti tagħha rigward il-miri tat-tkabbir, l-impjiegi u soċjali tal-‘UE 2020’. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4,. Il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali u s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-eura fis-sħuħija tagħha abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva magħmula mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika. |
4. Il-Grupp tal-euro għandu jiddiskuti l-opinjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet baġitarji nazzjonali u s-sitwazzjoni u l-prospetti baġitarji fiż-żona tal-eura fis-sħuħija tagħha abbażi tal-valutazzjoni kumplessiva magħmula mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3. Il-Grupp tal-euro jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill. Il-valutazzjoni għanda ssir pubblika. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Stat Membru għandu jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jew kwalunkwe sottokumitat maħtur mill-KEF għal dak il-għan, dwar l-amministrazzjoni pubbliku u s-sottosetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena kurrenti, l-impatt baġitarju ta' miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tan-nefqa u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba sabiex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
3. Stat Membru għandu jirrapporta regolarment lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jew kwalunkwe sottokumitat maħtur mill-KEF għal dak il-għan, dwar l-amministrazzjoni pubblika u s-sottosetturi tagħha, l-eżekuzzjoni baġitarja fis-sena kurrenti, l-impatt baġitarju ta' miżuri diskrezzjonarji meħuda kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul, il-miri tan-nefqa u d-dħul tal-gvern, kif ukoll informazzjoni dwar il-miżuri adottati u l-impatt tagħhom rigward il-miri ta' tkabbir, tal-impjiegi u soċjali tal-‘UE 2020’ kif ukoll in-natura ta' dawk maħsuba sabiex jintlaħqu l-miri. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat mill-valutazzjoni tal-impatt soċjali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. F’każ ta’ riskji ta’ nonkonformità mal-iskadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat għall-adozzjoni ta' miżuri ulterjuri bi skadenza konsistenti mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha ssir pubblika, u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru konċernat, għandha tiġi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Parlament konċernat. |
2. F’każ ta’ riskji ta’ nonkonformità mal-iskadenza biex jiġi kkoreġut id-defiċit eċċessiv, il-Kummissjoni għandha tindirizza rakkomandazzjoni lill-Istat Membru konċernat għall-adozzjoni ta' miżuri ulterjuri bi skadenza konsistenti mal-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tiegħu msemmija fil-paragrafu 1. Ir-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għandha ssir pubblika, u, fuq talba tal-Parlament tal-Istat Membru konċernat jew tal-Parlament Ewropew, għandha tiġi ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament konċernat. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fiż-żmien stabilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati b'respons għal din ir-rakkomandazzjoni flimkien mar-rapporti previst fl-Artikolu 7(3). Ir-rapport għandu jinkludi l-impatt baġitarju tal-miżuri diskrezzjonarji kollha meħuda, il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern, informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba biex jinkisbu l-miri, kif ukoll informazzjoni dwar azzjonijiet oħra meħuda b'respons għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
3. Fiż-żmien stabilit mir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat għandu jirrapporta lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati b'respons għal din ir-rakkomandazzjoni flimkien mar-rapporti previst fl-Artikolu 7(3). Ir-rapport għandu jinkludi l-impatt baġitarju u soċjali tal-miżuri diskrezzjonarji kollha meħuda, il-miri għan-nefqa u d-dħul tal-gvern, informazzjoni dwar il-miżuri adottati u n-natura ta' dawk maħsuba biex jinkisbu l-miri, informazzjoni dwar azzjonijiet oħra li qed jittieħdu b'respons għar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni kif ukoll l-impatt tal-miżuri dwar il-kisba tal-progress lejn l-objettivi tal-Istrateġija UE 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi. Ir-rapport għandu jsir pubbliku. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) l-effetti ta' dan ir-Regolament rigward il-miri tat-tkabbir, tal-impjiegi u soċjali tal-Istrateġija UE 2020. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
Djalogu ekonomiku |
|
1. Sabiex jiġi msaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, partikolarment il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u sabiex ikunu żgurati trasparenza u obbligu ta’ rendikont akbar, il-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu jistiednu lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew u l-President tal-Grupp tal-Euro biex jidhru quddiem il-kumitati sabiex jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament. |
|
2. Il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu jistiednu lir-rappreżentanti tal-Istat Membru li huwa suġġett għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill jew għal deċiżjoni taħt dan ir-Regolament, kif ukoll lis-sħab soċjali ta’ dak l-Istat Membru, biex jipparteċipaw fi skambju tal-opinjonijiet. |
|
3. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fi skambju ta’ fehmiet mill-Parlament tal-Istat Membru li jkun is-suġġett ta’ rakkomandazzjoni jew deċiżjoni tal-Kunsill skont dan ir-Regolament. |
|
4. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinformaw regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-impatti soċjali u ekonomiċi ta’ dan ir-Regolament. |
PROĊEDURA
Titolu |
Dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro |
||||
Referenzi |
COM(2011)0821 – C7-0448/2011 – 2011/0386(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 13.12.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 13.12.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Tamás Deutsch 15.12.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
13.2.2012 |
1.3.2012 |
26.3.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
27.3.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 4 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Emer Costello, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Danuta Jazłowiecka, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sergio Gaetano Cofferati, Tamás Deutsch, Sergio Gutiérrez Prieto, Richard Howitt, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Ramona Nicole Mănescu, Ria Oomen-Ruijten, Csaba Sógor |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ioan Enciu, Louis Grech |
||||
- [1] ĠU C 141, 17.5.2012, p. 7.
PROĊEDURA
Titolu |
Dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro |
||||
Referenzi |
COM(2011)0821 – C7-0448/2011 – 2011/0386(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.11.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 13.12.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 13.12.2011 |
EMPL 13.12.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 29.2.2012 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Elisa Ferreira 25.10.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
9.1.2012 |
28.2.2012 |
26.3.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
14.5.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 12 14 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Pascal Canfin, Nikolaos Chountis, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ashley Fox, Robert Goebbels, Roberto Gualtieri, Carl Haglund, Thomas Mann, Mario Mauro, Gianni Pittella |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alejandro Cercas, Monika Hohlmeier, Ria Oomen-Ruijten |
||||
Data tat-tressiq |
24.5.2012 |
||||