RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa b'rabta mal-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim

1.6.2012 - (16775/2011 – C7‑0515/2011 – 2011/0322(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Inese Vaidere

Proċedura : 2011/0322(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0177/2012
Testi mressqa :
A7-0177/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim f'għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa b'rabta mal-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-modalitajiet tekniċi skont dak il-Ftehim

(16775/2011 – C7-0515/2011 – 2011/0322(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16775/2011),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim f'għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa b'rabta mal-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta' injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea (16776/2011),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0515/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0177/2012),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Federazzjoni Russa.

NOTA SPJEGATTIVA

Dan il-ftehim bilaterali mal-Federazzjoni Russa kien innegozjat fil-qafas tal-proċess ta' adeżjoni tagħha mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Parlament Ewropew intalab jagħti l-approvazzjoni tiegħu, ħaġa li hija prerekwiżit sabiex il-Kunsill jikkonkludi b'mod uffiċjali l-ftehim.

Fil-kuntest tal-proċess tal-adeżjoni tagħha mad-WTO, il-Federazzjoni Russa qablet li tnaqqas ir-rati tad-dazji għall-esportazzjoni applikati bħalissa fuq il-materja prima, inkużi l-prodotti tal-injam. Għal ċerti tipi ta' injam, jiġifieri xi speċi ta' injam koniferu, ir-Russja daħħlet kwoti tariffarji. Dazji aktar baxxi fuq esportazzjonijiet mir-Russja huma applikati għal kwantitajiet esportati fil-limiti tal-kwoti, u dazji ogħla - biex ma ngħidux projbittivi - għal prodotti esportati lil hinn mill-kwoti.

Sehem speċifiku tal-kwoti ġie allokat lill-UE (kif speċifikat fl-Iskeda ta' Konċessjonijiet u Impenji dwar il-Prodotti tar-Russja). Il-kwoti ġew stabbiliti f'livell li hu relattivament kbir għall-UE, tal-inqas fir-rigward tad-domanda mistennija fuq perjodu qasir ta' żmien. Dan il-ftehim bilaterali jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tas-sehem tal-kwoti tariffarji.

Filwaqt li l-UE se timmaniġġja l-awtorizzazzjonijiet tal-kwota, il-Federazzjoni Russa se żżomm is-setgħa li toħroġ liċenzji tal-esportazzjoni abbażi tad-dokumentazzjoni rilevanti tal-importazzjoni maħruġa mill-UE.

Barra minn hekk, Protokoll bejn l-UE u r-Russja jipprevedi l-modalitajiet tekniċi dettaljati ta' din il-ġestjoni kondiviża tal-kwoti tariffarji. Jirrappreżenta sett ta' linji gwida li l-UE u r-Russja jaqblu li jsegwu biex jimmaniġġjaw sew il-parti rispettiva tagħhom tal-kwoti u skontu jaċċettaw li jikkooperaw jekk ikun meħtieġ. Huma previsti wkoll proċeduri għal konsultazzjonijiet u għas-soluzzjoni tat-tilwim.

Il-protokoll dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji huwa għodda importanti għall-istabilità u l-affidabilità tar-relazzjonijiet kummerċjali.

Għandu jiġi nnutat li huwa każ mingħajr preċedent li l-UE timmaniġġja l-kwota ta' esportazzjoni ta' pajjiż terz. Ma jeżisti l-ebda preċedent fil-leġiżlazzjoni għal każ bħal dan. Għalhekk mhuwiex ċar kif se tiffunzjona s-sistema fil-prattika.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tirrimarka li fl-abbozz ta' deċiżjoni tiegħu dwar il-konklużjoni ta' dan il-ftehim, il-Kunsill jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tal-kwantitajiet tal-kwoti tariffarji permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan imur lil hinn mill-proċeduri u l-miżuri li jipprovdi l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funżjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonkludi ftehimiet internazzjonali jkun fiha dispożizzjonijiet li għandhom ikunu suġġetti għal kodeċiżjoni, il-Parlament ikun qed jiġi mċaħħad mis-setgħat tiegħu ta' kodeċiżjoni. Meta jitqies l-użu rikorrenti ta' dispożizzjonijiet bħal dawn u biex jiġu evitati preċedenti skorretti oħrajn, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-Parlament iqajjem din il-kwistjoni mal-Kummissjoni, b'mod li jiġi żgurat li dispożizzjonijiet bħal dawn ma jibqgħux jidhru fi proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill li jikkonkludu ftehimiet.

Madankollu, meta jitqies dan kollu, l-UE għandha interess offensiv qawwi f'dan il-ftehim peress li jipprovdi titjib sinifikanti fil-provvista ta' injam mir-Russja.

Huwa importanti immens li tiġi evitata ripetizzjoni taż-żidiet konsekuttivi fid-dazji ta' esportazzjoni tal-injam applikati mir-Russja mill-2007 'l hawn li affettwaw ħafna produtturi tal-UE. Il-ftehim jipprovdi aktar prevedibilità u kundizzjonijiet kummerċjali aħjar.

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur tirrakkomanda li tingħata l-approvazzjoni għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Vital Moreira, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Silvana Koch-Mehrin, Elisabeth Köstinger, Emma McClarkin, Miloslav Ransdorf, Tokia Saïfi, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Roithová