RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea

4.6.2012 - (COM(2011)0855 – C7‑0468/2011 – 2011/0416(COD)) - ***I

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Giancarlo Scottà


Proċedura : 2011/0416(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0179/2012
Testi mressqa :
A7-0179/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea

(COM(2011)0855 – C7‑0468/2011 – 2011/0416(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0855),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0468/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0179/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

Artikolu 1 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa emendat kif ġej:

Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1) Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3. Id-dejta miksuba skont dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar id-dħul tal-azjendi agrikoli fil-Komunità. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.”

"3. Id-dejta miksuba skont dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar id-dħul tal-azjendi agrikoli fil-Komunità. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq websajt apposta."

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa (6) tal-proposta tal-Kummissjoni tirreferi għal "websajt apposta". It-test ikun iktar ċar jekk l-Artikolu 1 jirreferi għal websajt, pjuttost milli sempliċiment jgħid li r-rapporti se jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

Artikolu 1 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dejta miksuba skont dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar id-dħul tal-azjendi agrikoli fil-Komunità. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.”

“3. Id-dejta miksuba skont dan ir-Regolament għandha sservi, b’mod partikolari, bħala l-bażi għat-tfassil tar-rapporti li jsiru mill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-agrikoltura u tas-swieq agrikoli kif ukoll dwar id-dħul tal-azjendi agrikoli fil-Komunità. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

 

Ir-rapporti għandhom ukoll jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri rilevanti.”

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt c

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

Artikolu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) “taqsima" tfisser it-territorju ta' Stat Membru, jew kwalunkwe parti minnu, delimitat skont is-selezzjoni ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet;

(d) “taqsima" tfisser it-territorju ta' Stat Membru, jew kwalunkwe parti minnu, delimitat skont is-selezzjoni ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet; lista’ ta’ dawn it-taqsimiet hija mniżżla fl-Anness I;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tinkiseb stratifikazzjoni suffiċjenti tal-kampjun ta’ azjendi fi Stat Membru, l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 jinkludi, għal kull Stat Membru, lista ta' taqsimiet li minnhom trid tinġabar id-data. Lista identika teżisti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 dwar l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet. Għandu jkun żgurat li l-Annessi taż-żewġ regolamenti jkomplu jkollhom l-istess taqsimiet għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-Anness I attwali tar-Regolament Nru 1217/2009 għandu jinżamm.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – paragrafu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19a għall-fini tal-istabbiliment tal-lista ta’ taqsimiet għal kull Stat Membru.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19a li jemendaw, fuq talba ta' Stat Membru, il-lista ta’ taqsimiet għal kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tinkiseb stratifikazzjoni suffiċjenti tal-kampjun ta’ azjendi fi Stat Membru, l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 jinkludi, għal kull Stat Membru, lista ta' taqsimiet li minnhom trid tinġabar id-data. Lista identika teżisti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 dwar l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet. Sabiex ikun żgurat li l-Annessi taż-żewġ regolamenti jkomplu jkollhom l-istess taqsimiet għal kull Stat Membru, l-Anness I tar-Regolament Nru 1217/2009 għandu jinżamm. Għaldaqstant, mhemmx bżonn issir lista ġdida, u għandu jkun possibbli biss li tiġi aġġornata l-lista.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – paragrafu 2

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sakemm tkun stabbilita dik il-lista ta’ taqsimiet mill-Kummissjoni, it-taqsimiet għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex tinkiseb stratifikazzjoni suffiċjenti tal-kampjun ta’ azjendi fi Stat Membru, l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 jinkludi, għal kull Stat Membru, lista ta' taqsimiet li minnhom trid tinġabar id-data. Lista identika teżisti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 dwar l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet. Għandu jkun żgurat li l-Annessi taż-żewġ regolamenti jkomplu jkollhom l-istess taqsimiet għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-Anness I attwali tar-Regolament Nru 1217/2009 għandu jinżamm, u, konsegwentement m'hemmx bżonn ta' lista ta' transizzjoni tat-taqsimiet.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 16

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

Artikolu 19a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3, 5(4), 5a(2), 6(5), 7(2) u 8(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-[1 ta’ Jannar 2013].

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3, 5(4), 5a(2), 6(5), 7(2) u 8(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa se tkun estiża taċitament għal perjodi ta' tul identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

_____________

 

*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 17

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009

Anness I

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-Anness I huwa mħassar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex tinkiseb stratifikazzjoni suffiċjenti tal-kampjun ta’ azjendi fi Stat Membru, l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 jinkludi, għal kull Stat Membru, lista ta' taqsimiet li minnhom trid tinġabar id-data. Lista identika teżisti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1291/2009 dwar l-għażla tal-azjendi li jippreżentaw il-kontijiet. Għandu jkun żgurat li l-Annessi taż-żewġ regolamenti jkomplu jkollhom l-istess taqsimiet għal kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-Anness I attwali tar-Regolament 1217/2009 għandu jinżamm.

  • [1]  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 149

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tirrigwarda n-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabbiltà Agrikola (FADN) li twaqqaf fl-1965 biex jissodisfa xi ħtiġiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), b'mod partikulari dawk marbuta mad-dikjarazzjoni tad-dħul u mal-analiżi tal-funzjonament ekonomiku tal-ażjendi agrikoli. Biż-żmien il-FADN evolva u n-netwerk ġie estiż għall-Istati Membri kollha li saru sieħba tal-UE.

Sal-lum għadu jirrappreżenta l-unika bażi tad-data armonizzata ta' data mikroekonomika, għaliex l-approċċ hu l-istess għall-pajjiżi membri kollha.

Dan hu strument importanti ta' elaborazzjoni u valutazzjoni tal-politiki agrikoli għaliex jiġbor kull sena data dwar dħul, spejjeż u profitti ta' kampjun ta' ażjendi agrikoli rappreżentattiv tal-UE.

Bħalissa, il-kampjun jinkludi madwar 80 000 ażjenda mill-madwar 6 miljun ażjenda li hawn fl-UE 27. Il-FADN għalhekk jippermetti lill-Kummissjoni tanalizza s-sitwazzjoni ekonomika-strutturali u li tikkalkula serje ta' indikaturi li jirrigwardaw id-dħul, il-produttività u l-ispejjeż tal-produzzjoni. Informazzjoni bħal din hija importanti fil-kuntest tal-modifiki tal-PAK għaliex fil-fatt tipprovdi materjal ta' appoġġ ukoll għad-diversi istituti ta' riċerka li jiffukaw fuq l-analiżi u s-simulazzjoni tal-politika agrikola u tal-iżvilupp rurali.

Il-proposta li qed tiġi eżaminata, li hi proposta ta' emenda tar-Regolament UE Nru 1217/2009, ma taffettwax il-FADN b'mod sustantiv. L-għan ewlieni tagħha fil-fatt hu l-allinjament tas-setgħat eżekuttivi tal-Kummissjoni Ewropea mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari rigward l-atti ddelegati.

Barra minn hekk, tipproponi wkoll xi bidliet għar-Regolament tal-Kunsill Nru 1217/2009 li ma humiex konsegwenza tal-modifiki tat-trattat.

Dawn jinkludu:

1.  l-eliminazzjoni tal-Anness I, li fih il-lista ta' taqsimiet territorjali għall-ġbir tad-data għal kull Stat Membru. Din hija intiża bħala eżerċizzju ta' semplifikazzjoni ladarba l-istess lista teżisti diġà fir-regolament 1291/2009. Il-Kummissjoni qed tipproponi li fil-futur il-lista tkun aġġornata permezz ta' atti ddelegati;

2.  l-Istati Membri ma jibqgħux obbligati jibagħtu lill-ażjendi li jibagħtu prospett lista ta' uffiċċji tal-kontabilità li minnha jridu jagħżlu uffiċċju;

3.  l-eliminazzjoni tan-"numru massimu" msemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament attwali li jillimita l-parteċipazzjoni fil-FADN għal 105 000 azjenda;

4.  ir-rapporti annwali dwar il-FADN ma jibqgħux jiġu ppreżentati lill-Parlament u lill-Kunsill għalkemm l-informazzjoni tibqa' pubblika;

5.  ir-regolament attwali jistabbilixxi li l-kuntratti bejn l-aworitajiet nazzjonali kompetenti u l-uffiċċji tal-kontabilità responsabbli li jimlew il-prospetti tal-ażjendi "għandhom ikunu uniformi fl-Istati Membri kollha" (Artikolu 10(2)). Il-proposta l-ġdida tissuġġerixxi li jitneħħa l-Artikolu 10(2) għaliex għadda żmienu.

B'mod ġenerali, ir-rapporteur jappoġġa dawn il-bidliet u jqis aċċettabbli li l-Anness I, bil-lista ta' taqsimiet territorjali, ikun immodifikat barra l-att bażiku.

Il-modifika tar-regola li tintbagħt lista ta' uffiċċji tal-kontabilità tirrifletti l-prattika fir-realtà, ladarba, presumibbilment, il-parti l-kbira tal-kumpaniji għandhom kontabilist jew uffiċċju tal-kontabilità tagħhom li jiġbru d-data tal-FADN u jgħadduhom lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-istħarriġ fil-livell nazzjonali.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-limitu tal-massimu ta' parteċipazzjoni fil-FADN għal 105 000 ażjenda, il-Kummissjoni spjegat li din ir-regola mhix meħtieġa, għaliex kienet inħolqot biss biex tkun ikkontrollata indirettament l-ispiża għall-FADN. Dan il-għan, iżda, jintlaħaq mill-proċedura annwali ta' tħejjija u adozzjoni tal-baġit tal-UE.

Barra minn hekk, il-modifika tal-Artikolu 5(4) tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti ddelegati għad-determinazzjoni tal-livell massimu tad-dimensjoni ekonomika u n-numru ta' ażjendi li jibagħtu prospett skont it-taqsima, li jkunu stabbiliti wkoll permezz ta' atti ddelegati. Dan ifisser li n-numru ta' ażjendi li jibagħtu prospett li jistgħu jipparteċipaw fil-FADN mhux se jinbidel b'mod sinifikanti.

Fi kwalunkwe każ, lhuwa xogħol l-Istati Membri li jfasslu pjan ta' għażla ta' ażjendi li jippreżentaw il-kontijiet li jippermetti li jinkiseb kampjun tal-kontabilità rappreżentattiv tal-qasam li dwaru qed isir stħarriġ.

Ir-rapporteur jaqbel ukoll li tintemm il-formalità li teħtieġ lill-Kummissjoni tissottometti rapporti dwar il-FADN lill-Kunsill u lill-Parlament, sakemm l-informazzjoni kollha rilevanti titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq websajt speċifiku għal kull min ikun interessat. De facto, jeżisti diġà websajt: http://ec.europa.eu/agriculture/rica/index.cfm.

L-unika emenda li jipproponi għall-proposta tal-Kummissjoni għandha sempliċement l-għan li tenfasizza li websajt apposta, li jkun fih id-data u r-rapporti relatati mal-FADN, għandu jibqa' jeżisti. Dan il-websajt għandu jitfassal bl-aktar mod attraenti u faċli biex jintuża possibbli u għandu jkun utli ħafna kemm għal dawk li jfasslu l-politika u kemm għar-riċerkaturi.

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment ta’ netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ewropea

Referenzi

COM(2011)0855 – C7-0468/2011 – 2011/0416(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

13.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

 Data tal-ħatra

Giancarlo Scottà

20.12.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.3.2012

24.4.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Julie Girling, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, George Lyon, James Nicholson, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Alfreds Rubiks, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Marc Tarabella

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Pilar Ayuso, María Auxiliadora Correa Zamora, Esther de Lange, Christa Klaß, Astrid Lulling, Hans-Peter Mayer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bill Newton Dunn, Oreste Rossi

Data tat-tressiq

4.6.2012