RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

4.6.2012 - (COM(2011)0479 – C7‑0216/2011 – 2011/0218(COD)) - ***I

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Anna Rosbach


Proċedura : 2011/0218(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0180/2012
Testi mressqa :
A7-0180/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

(COM(2011)0479 – C7‑0216/2011 – 2011/0218(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0479),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0216/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0180/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Titolu

Regolament (KE) Nru 1967/2006

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

Ġustifikazzjoni

Billi l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd hija ta’ importanza primarja u ħalli jkun hemm kontrobilanċ għall-konnotazzjoni negattiva tat-terminu “sfruttament”, jidher xieraq li jingħad li l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Mediterran ukoll hija objettiv tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u li dan l-objettiv ikun jidher fit-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u tar-regolament li jemenda.

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) Huwa neċessarju li jsir allinjament ġenerali tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 ħalli jkunu riflessi l-bidliet magħmulin mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tfisser l-emendi proposti mill-Parlament li jeċċedu dawk tal-Kummissjoni billi għandhom it-tir ta’ allinjament sħiħ tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 mal-ambjent ġuridiku ġdid imdaħħal mit-Trattat ta’ Lisbona.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 – frażi tal-bidu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex jiġu applikati wħud mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, is-setgħa biex jiġu adotti l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

(3) Sabiex jiġu emendati jew issupplimentati elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1342/2006, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

L-espressjoni "jiġu applikati" ma tidhirx xieraq għal atti ddelegati, billi l-aktar li tintuża hu fil-kuntest tal-atti ta' implimentazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 - inċiż -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– l-għażla ta’ żona protetta tas-sajd fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri jew l-iffissar ta’ miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd b’rabta mal-ibħra kkonċernati jekk il-miżuri ta' ġestjoni tas-sajd tal-Istat Membri ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tirrifletti l-emenda proposta għall-Artikolu 7 (5) ta' bħalissa.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 - inċiż -1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– id-deċiżjoni li tkun konfermata, imħassra jew emendata żona protetta tas-sajd li jkollha mnejn tolqot il-bastimenti ta' Stat Membru ieħor;

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tirrifletti l-emenda proposta għall-Artikolu 7(4) ta' bħalissa.

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 - inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– l-emenda tad-deroga li tawtorizza l-użu tax-xbieki tat-tkarkir;

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tirrifletti l-emenda proposta għall-Artikolu 13 (11)(4).

Emenda  7

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 - inċiż 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– l-emenda ta’ pjan ta’ ġestjoni ta’ Stat Membru jekk dak il-pjan ta’ ġestjoni ma jkunx biżżejjed ħalli jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tirrifletti l-emenda proposta għall-Artikolu 19(9) ta' bħalissa.

Emenda  8

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 - inċiż 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– id-deċiżjoni li jkun konfermat, imħassar jew emendat pjan ta’ ġestjoni ta’ Stat Membru li jkollu mnejn jolqot il-bastimenti ta' Stat Membru ieħor;

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tirrifletti l-emenda proposta għall-Artikolu 19(8) ta' bħalissa.

Emenda  9

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 - inċiż 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– id-distribuzzjoni tal-eċċess tal-kapaċità tas-sajd disponibbli bejn l-Istati Membri fiż-żona ta' ġestjoni ta' 25 mil madwar Malta, u

Ġustifikazzjoni

Il-Premessi għandhom jirriflettu l-bidliet kollha proposti mill-Kummissjoni, inkluża l-bidla dwar l-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Emenda  10

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-adozzjoni ta' regoli dettaljati għal speċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri ta’ xbieki ta' malji kwadri li għandhom jiddaħħlu fix–xbieki rmunkati;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tirrifletti l-emenda għall-Anness I taqsima B punt 3 (emenda tal-anness biss mill-koleġiżlaturi).

Emenda  11

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi li jillimitaw id-dimensjoni massima tal-linja tal-float, il-ħabel ta’ taħt, iċ-ċirkomferenza jew il-perimetru tax-xbieki tat-tkarkir flimkien mal-għadd massimu tax-xbieki fi xbieki tat-tkarkir multirig, u

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tirrifletti l-emenda għall-Anness II punt 7 (emenda tal-anness biss mill-koleġiżlaturi).

Emenda  12

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 3 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-emendi għall-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa tirrifletti l-emenda għall-Artikolu 30 (emenda tal-anness biss mill-koleġiżlaturi).

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Hija meħtieġa informazzjoni teknika u xjentifika ulterjuri biex jitqiesu kif suppost il-kundizzjonijiet tas-sajd fil-Mediterran biex il-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi possibbli li jillimitaw id-daqs massimu tax-xbieki tat-tkarkir u l-għadd massimu ta' xbieki fi xbieki tat-tkarkir multirig;

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tħassir tat-test ta’ din il-Premessa propost mill-Kummissjoni tirrifletti l-emenda għall-Anness II punt 7 (emenda tal-anness biss mill-koleġiżlaturi).

Emenda  14

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran hija ta’ importanza partikolari u għandha għalhekk tissemma fit-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Ġustifikazzjoni

It-tidħil ta’ test ġdid jirrifletti l-emenda proposta għat-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

Emenda  15

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Wara l-perjodu preskritt fil-paragrafu 1 u sat-30 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill jista' jagħżel żoni ta' sajd protetti addizzjonali, jew jibdel il-delimitazzjonijiet u r-regoli ta' ġestjoni stabbiliti għalihom, abbażi ta' informazzjoni xjentifika rilevanti ġdida.

 

Mill-1 ta’ Diċembru 2009, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħżlu żoni ta’ sajd protetti addizzjonali, jew jibdlu d-delimitazzjoni tagħhom u r-regoli ta’ ġestjoni ddelineati fihom, fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika relevanti ġdida.

Ġustifikazzjoni

Billi l-għażla taż-żoni ta’ sajd protetti ma tinkwadrax ruħha fl-Artikolu 43(3) TFUE, dispożizzjoni li tagħti lill-Kunsill is-setgħa li jieħu deċiżjoni bħal din waħdu tkun kuntrarja għas-sistema l-ġdida mwaqqfa bit-Trattat ta’ Lisbona. Id-deċiżjoni dwar l-għażla ta’ żoni ta’ sajd protetti addizzjonali għandha tittieħed mill-koleġiżlaturi. L-Artikolu 6(1) tħalla mhux mittiefes billi jidher li huwa purament storiku, billi ormaj skada t-terminu tas-sentejn.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 7 – paragrafi 4 u 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"4. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-miżuri għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd innotifikati skont it-termini tal-paragrafu 3 ma humiex biżżejjed biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent, tista’, wara li tikkonsulta mal-Istat Membru kkonċernat, titlob lill-istess Stat Membru jemenda l-miżura fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tat-talba.

 

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-Istat Membru ma ġewx mibdula, jew li ġew emendati kif ma kellhomx ikunu, u għadhom ma humiex biżżejjed biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent, hija għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont it-termini tal-Artikolu 30a, billi tiddenomina żona tas-sajd protetta jew tippreskrivi miżuri ta' ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd fir-rigward tal-ilmijiet ikkonċernati."

 

(b) Il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"5. Kull meta Stat Membru jipproponi li jiddenomina żona tas-sajd protetta fl-ilmijiet territorjali tiegħu li jkollha mnejn tolqot il-bastimenti ta’ Stat Membru ieħor, dak l-ewwel Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru l-ieħor u lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali, qabel ma jadotta dik id-denominazzjoni.

 

L-Istati Membri u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali kkonċernati jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni dwar l-għażla proposta fi żmien 30 ġurnata tax-xogħol mid-data tan-notifika tad-denominazzjoni proposta.

 

Wara li tqis tali kummenti hekk sottomessi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont it-termini tal-Artikolu 30a, li jikkonfermaw, iħassru jew jemendaw id-denominazzjoni fi żmien 60 ġurnata tax-xogħol minn dik id-data tan-notifika tad-denominazzjoni proposta.”

Ġustifikazzjoni

Jidher xieraq li jinqaleb l-ordni tal-paragrafi 4 u 5. Billi l-għażla taz-zoni ta’ sajd protetti ma tinkwadrax ruħha fl-Artikolu 43(3) TFUE, dispożizzjoni li tagħti lill-Kunsill is-setgħa li jieħu deċiżjoni bħal din waħdu tkun kuntrarja għas-sistema mwaqqfa bit-Trattat ta’ Lisbona. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa tadotta atti ddelegati jekk il-miżuri tal-Istat Membru jitqiesu insuffiċjenti. Fil-każ ta’ zoni ta’ sajd protetti li għandhom imnejn jolqtu l-bastimenti ta’ Stat Membru ieħor, il-Kummissjoni għandha wkoll tingħatalha s-setgħa tintervjeni permezz ta’ atti ddelegati.

Emenda  17

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2, punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 13 – paragrafu 11 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Fl-Artikolu 13(11), is-subparagrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

 

“Jekk il-Kummissjoni, abbażi tan-notifiki pprovduti mill-Istati Membri skond is-subparagrafi 2 u 3, jew skond avviż xjentifiku ġdid, tikkunsidra li l-kondizzjonijiet għal deroga ma ntlaħqux, tista' wara li tkun ikkonsultat ma’ l-Istati Membru kkonċernat, titolbu jemenda d-deroga fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tat-talba. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru ma jkunx emenda d-deroga, jew ikun emendaha b'mod mhux xieraq, il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont it-termini tal-Artikolu 30a, billi temenda d-delega ħalli tiżgura l-protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent."

Ġustifikazzjoni

Billi d-deċiżjoni dwar id-derogi dwar l-użu tax-xbieki tat-tkarkir f'żoni qrib il-kosta ma tinkwadrax ruħha fl-Artikolu 43(3) TFUE, dispożizzjoni li tagħti lill-Kunsill is-setgħa li jieħu deċiżjoni bħal din waħdu tkun kuntrarja għas-sistema l-ġdida mwaqqfa bit-Trattat ta’ Lisbona. Il-mekkaniżmu għandu jkun jixxiebah ma’ dak propost għall-Artikolu 7(4) – l-Artikolu 7(5) ta’ bħalissa – jiġifieri l-atti ddelegati għandhom jintużaw mill-Kummissjoni jekk il-miżuri ta’ Stat Membru ma jkunux biżżejjed.

Emenda  18

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 14 − paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fl-Artikolu 14, jitħassar il-paragrafu 3.

Ġustifikazzjoni

Billi l-Kunsill ma ħa l-ebda deċiżjoni dwar il-miżuri tranżitorji qabel il-31 ta’ Mejju 2010, dan il-paragrafu ma baqax neċessarju. Bit-tħassir tiegħu, kull possibilità teorika li l-Kunsill jieħu deċiżjoni wara dik id-data tiġi eskluża.

Emenda  19

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – frażi tal-bidu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1), il-frażi tal-bidu tinbidel b’dan li ġej:

 

"1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadottaw pjanijiet ta’ ġestjoni għal sajd Meditteranju speċifiku, b’mod partikolari, f’żoni totalment jew parzjalment lil hinn mill-ibħra territorjali tal-Istati Membri. Dawn il-pjanijiet jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu:”

Ġustifikazzjoni

Billi l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni għal sajd speċifiku ma tinkwadrax ruħha fl-Artikolu 43(3) TFUE, dispożizzjoni li tagħti lill-Kunsill is-setgħa li jieħu deċiżjoni bħal din waħdu tkun kuntrarja għas-sistema l-ġdida mwaqqfa bit-Trattat ta’ Lisbona.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 19 – paragrafi 8 u 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(a) Il-paragrafu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"8. Jekk il-Kummissjoni, abbażi tan-notifika msemmija fil-paragrafu 7 jew ta’ parir xjentifiku ġdid, tikkunsidra li pjan ta’ ġestjoni adottat jew skont il-paragrafu 1 jew skont il-paragrafu 2 mhuwiex suffiċjenti sabiex jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tar-riżorsi u l-ambjent, tista’, wara li tkun ikkonsultat mal-Istat Membru kkonċernat, titolbu jemenda l-pjan fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tat-talba.

 

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ġestjoni tal-Istat Membru ma ġiex mibdul, jew li ġie emendat kif ma kellux ikun, u għadu mhuwiex biżżejjed biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont it-termini tal-Artikolu 30a, u temenda l-pjan ta’ ġestjoni ħalli tiżgura l-protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent."

 

(b) Il-paragrafu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"9. Fejn Stat Membru jipproponi li jiġi adottat pjan ta' ġestjoni li jkollu mnejn jaffettwa l-bastimenti ta’ Stat Membru ieħor, dak l-ewwel Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lil dak l-Istat Membru l-ieħor u lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali, qabel ma jadotta dak il-pjan ta' ġestjoni.

 

L-Istati Membri u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali kkonċernati jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ ġestjoni propost fi żmien 30 ġurnata tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-adozzjoni proposta.

 

Wara li tqis tali kummenti hekk sottomessi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati, skont it-termini tal-Artikolu 30a, li jikkonfermaw, iħassru jew jemendaw il-pjan fi żmien 60 ġurnata tax-xogħol minn dik id-data tan-notifika tal-pjan ta’ ġestjoni propost.”

Ġustifikazzjoni

Jidher xieraq li jinqaleb l-ordni tal-paragrafi 8 u 9. Billi d-deċiżjoni dwar l-emenda ta’ pjan ta’ ġestjoni għas-sajd fl-ibħra territorjali ma tinkwadrax ruħha fl-Artikolu 43(3) TFUE, il-Kunsill ma jistax jieħu tali deċiżjonijiet waħdu. Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa tadotta atti ddelegati jekk il-pjan ta’ ġestjoni tal-Istat Membru jitqies insuffiċjenti. Fil-każ ta’ pjani ta’ ġestjoni li għandhom imnejn jolqtu l-bastimenti ta’ Stat Membru ieħor, il-Kummissjoni għandha wkoll tingħatalha s-setgħa tintervjeni permezz ta’ atti ddelegati.

Emenda  21

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Artikolu 28 jitħassar.

Ġustifikazzjoni

Riferiment espliċitu għall-proċedura applikabbli ma jkunx xieraq, billi l-Artikolu 43(2) tat-TFUE japplika awtomatikament meta l-kondizzjonijiet tiegħu jiġu sodisfatti. Jirriżulta mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta' Mejju 2008 fil-Kawża C-133/06 li l-bażijiet ġuridiċi sekondarji ma humiex permessi fid-Dritt tal-Unjoni.

Emenda  22

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 4b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) L-Artikolu 29 jitħassar.

Ġustifikazzjoni

Billi l-poteri ta’ implimentazzjoni jibqgħu fis-seħħ, riferiment għall-proċedura antika tal-komitoloġija jew għar-Regolament il-ġdid (KE) Nru 182/2011 dwar il-poteri ta’ implimentazzjoni ma huwiex neċessarju.

Emenda  23

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-Artikolu 30 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

(5) L-Artikolu 30 jitħassar.

"L-Annessi għandhom jiġu emendati permezz tal-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 30a."

 

Ġustifikazzjoni

L-Annessi għandhom ikunu emendati biss mill-koleġiżlaturi. Għandu jitħassar l-Artikolu 30 ta’ bħalissa li jiddisponi għall-proċedura ta’ komitoloġija. Il-kodeċiżjoni mbagħad tapplika awtomatikament għall-modifika fl-Annessi.

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Artikolu 30a (ġdid) – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4(5), 13(5) u (10), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3), l-Artikolu 30, l-Anness I(B)(3) u l-Anness II(7) għandhom jingħataw għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4(5), 7(4) u 15, 13(5) u (10), ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(11), l-Artikolu 19(8) u (9), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3), u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3), jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien ta’ tliet snin minn ... *. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

 

______________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jidher li hu aktar xieraq li d-delega tiġi limitat fiż-żmien u li l-Kummissjoni tiġi obbligata tirrapporta dwar l-eżerċizzju tagħha biex isiru evalwazzjoni u mistoqsijiet regolarment dwar l-użu tad-delega.

Emenda  25

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Anness I – taqsima B – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Panewijiet ta’ malji kwadri jistgħu jiġu inseriti fi kwalunkwe xibka rmunkata u għandhom jitqiegħdu quddiem kwalunkwe parti ta’ estensjoni jew fi kwalunkwe punt bejn il-parti ta’ quddiem ta’ kwalunkwe parti ta’ estensjoni u l-posterjuri tat-tarf magħluq. Din għandha tintrama bi xbieki mingħajr għoqod jew bi xbieki magħmula b’għoqod li ma jiżolqux, u għandha tiddaħħal b’tali mod li t-toqob jibqgħu kompletament miftuħa f’kull ħin waqt is-sajd. Regoli dettaljati għal speċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri tax-xbieki b'malji kwadri għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 30a ."

3. Panewijiet ta’ malji kwadri jistgħu jiġu inseriti fi kwalunkwe xibka rmunkata u għandhom jitqiegħdu quddiem kwalunkwe parti ta’ estensjoni jew fi kwalunkwe punt bejn il-parti ta’ quddiem ta’ kwalunkwe parti ta’ estensjoni u l-posterjuri tat-tarf magħluq. Din għandha tintrama bi xbieki mingħajr għoqod jew bi xbieki magħmula b’għoqod li ma jiżolqux, u għandha tiddaħħal b’tali mod li t-toqob jibqgħu kompletament miftuħa f’kull ħin waqt is-sajd.

Ġustifikazzjoni

L-Annessi għandhom ikunu emendati biss mill-koleġiżlaturi.

Emenda  26

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 - punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Anness I – taqsima B – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Anness I, taqsima (B), punt 4 jitħassar.

Ġustifikazzjoni

L-Annessi għandhom ikunu emendati biss mill-koleġiżlaturi.

Emenda  27

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – Punt 7b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Anness I – taqsima B – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) L-Anness I, taqsima (B), punt 5 jinbidel b’dan li ġej:

 

"5. Il-ġarr abbord jew l-użu ta’ kwalunkwe xibka rmunkata li t-tarf magħluq tagħha huwa magħmul kollu kemm hu jew f’parti minnu minn materjal ta’ xbieki magħmula minn malji li mhumiex malji kwadri jew malji djamant għandu jkun projbit.”

Ġustifikazzjoni

L-Annessi għandhom ikunu emendati biss mill-koleġiżlaturi.

Emenda  28

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1967/2006

Anness II – punt 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fl-Anness II, il-punt 7 għandu jinbidel b’dan li ġej:

(8) Fl-Anness II, punt 7 huwa mħassar.

7. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jillimitaw id-dimensjoni massima tal-linja ta' float, il-ħabel ta' taħt, iċ-ċirkomferenza jew perimetru tax-xbieki tat-tkarkir flimkien man-numru massimu ta’ xbieki fi xbieki tat-tkarkir multirig jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tal-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 30a."

 

Ġustifikazzjoni

L-Annessi għandhom ikunu emendati biss mill-koleġiżlaturi.

  • [1]  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 56.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kuntest ġenerali

It-Trattat ta’ Lisbona daħħal ġerarkija ġdida ta’ normi li tikkonsisti fi tliet livelli. Fl-ewwel livell jinsabu l-atti leġiżlattivi li huma adottati mil-leġiżlaturi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu bħala koleġiżlaturi indaqs (ara l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TFUE), jew skont proċeduri leġiżlattivi speċjali. Barra minn hekk, il-leġiżlatur jista’ jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv (l-hekk imsejħa atti delegati, definiti fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE), li jiffurmaw it-tieni livell ta’ normi. Atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti jistgħu jikkonferixxu wkoll setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni fejn ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-atti tal-Unjoni. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni tadotta l-hekk imsejħa atti tal-implimentazzjoni (ara l-Artikolu 291 tat-TFUE), li jikkostitwixxu t-tielet livell.

Il-għażla ta' liema tip ta' att għandu jintuża mhijiex dejjek kwestjoni ċara. L-atti delegati u l-atti tal-implimentazzjoni, meta mqabbla mal-atti leġiżlattivi, għandhom il-vantaġġ li jipprovdu l-possibilità li tingħata reazzjoni malajr għal sitwazzjoni ġdida. Billi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja u l-użu tal-atti ddelegati jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tal-Parlament fuq l-istess livell tal-Kunsill, l-użu tal-atti ddelegati jwassal għall-esklużjoni de facto tal-Parlament, billi jeddu għall-iskrutinju ma jobbligax lill-Kummissjoni timxi mal-pożizzjoni tal-Parlament.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Fil-kuntest tal-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 mar-regoli l-ġodda tat-TFUE, il-Kummissjoni ħejjiet abbozz ta’ proposta li tikklassifika s-setgħat li attwalment huma mogħtija lill-Kummissjoni permezz ta’ dak ir-Regolament f’miżuri ta’ natura delegattiva u miżuri ta’ natura implimentattiva. Il-bidliet proposti jolqtu biss it-tipi ta’ atti li għandhom jiġu addottati u ma jimmodifikawx il-kontenut tal-miżuri.

Il-Kummissjoni ma allinjatx ir-Regolament fl-aspetti tiegħu kollha mat-TFUE, imma kkonċentrat fuq id-dispożizzjonijiet fejn sar riferiment għall-proċedura antika tal-komitoloġija li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE, billi ddeċidiet f’kull każ jekk il-miżuri kellhiex tkun addottata bħala att delegattiv jew att implimentattiv.

Il-fehma tar-rapporteur

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa wieħed mill-ewwel atti fis-settur tas-sajd li ġie allinjat mas-sistema l-ġdida ta’ atti ddelegati u implimentattivi. Huwa għalhekk ta’ importanza partikolari li tinstab soluzzjoni li tkun imsejsa sew legalment li ssalvagwardja d-drittijiet tal-Parlament moħluqa mit-Trattat ta' Lisbona.

Ir-rapporteur hija globalment sodisfatti bl-għażliet li saru mill-Kummissjoni meta din tal-aħħar ipproponiet il-bidliet. F’każ minnhom fejn il-Kummissjoni ma pproponiet atti ddelegati (Artikolu 26, paragrafu 5), ir-rapporteur tifhem ir-raġunament tal-Kummissjoni, jiġifieri l-fatt li fl-Artikolu 26, paragrafu 5, il-Kummissjoni ma għandhiex marġini ta’ diskrezzjoni meta tqassam il-kapaċità tas-sajd. Qiegħda biss tapplika l-kriterju prefiss fir-Regolament, u mhux tissupplementah.

B’danakollu, għar-rigward tal-adozzjoni tal-emendi għall-Anness, ir-rapporteur ma taqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni. L-Annessi jikkostitwixxu filfatt parti essenzjali mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u għandhom ikunu emendati biss mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill flimkien skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dan japplika wkoll għad-dispożizzjonijiet speċjali fl-Annessi li bħalissa jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta aktar speċifikazzjoni tekniċi jew tagħti awtorizzazzjonijiet (Anness I taqsima B punti 3, 4 u 5 u Anness II punt 7). Tali speċifikazzjonijiet u awtorizzazzjoni għandhom, jekk ikun neċessarju, jiġu deċiżi mill-koleġiżlaturi.

Barra minn hekk, ir-rapporteur hi tal-fehma li fejn ikunu proposti atti ddelegati, id-delega jmissha tiġi limitati fiż-żmien bil-għan li tkun tista’ ssir evalwazzjoni regolari tal-użu tagħha.

Il-parti ewlenija tal-emendi proposti mir-rapporteur huma msejsin fuq il-fatt li filwaqt li s-suġġerimenti tal-Kummissjoni għall-allinjament huma selettivi, ir-rapporteur temmen li l-Parlament għandu jinqeda b'din l-okkażjoni ħalli jitlob allinjament sħiħ ta' dan ir-Regolament mal-bidliet introdotti mit-Trattat ta' Lisbona. Dan japplika l-aktar għad-dispożizzjonijiet li lill-Kunsill jagħtuh is-setgħa jieħu deċiżjonijiet li għandhom, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jiġu addottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Jekk dawn ir-riferimenti għall-proċedura konsultattiva antika jitħallew intatti, ikun hemm periklu għall-kisbiet istituzzjonali tat-Trattat ta’ Lisbona fil-qasam tas-sajd u l-ħolqien ta’ inċertezza ġuridika, billi jintefa' dubju fuq il-kwalitajiet tal-Parlament bħala leġiżlatur.

F’bosta minn dawn il-każijiet, ir-rapporteur jissuġġerixxi l-użu tal-atti ddelegati, f’xi każijiet l-atti leġiżlattivi. Fejn l-Istati Membri jridu jadottaw miżuri nazzjonali li mbagħad jiġu skrutinati mill-Kummissjoni, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa tadotta atti ddelegati jekk il-miżuri tal-Istat Membru ma jitqisux sodisfaċenti, u b’hekk jissupplementaw l-att bażiku. Dwar l-adozzjoni tal-miżuri nazzjonali (l-għażla ta’ żoni ta’ sajd protetti u l-adozzjoni ta’ pjani ta’ ġestjoni) li jistgħu jolqtu l-bastimenti ta’ Stati Membri oħrajn, ir-rapporteur tissuġġerixxi wkoll l-użu tal-atti ddelegati, filwaqt li jinżammu bosta mill-elementi tal-proċedura li huma applikabbli bħalissa. Kwantu għall-għażla taż-żoni ta' sajd protetti addizzjonali li sseħħ essenzjalment lil hinn mill-ibħra territorjali tal-Istati Membri (Artikolu 6(2)) u l-għażla ta’ pjani ta’ ġestjoni fiż-żoni li jkunu għalkollox jew parzjalment lil hinn minn tali ibħra territorjali (Artikolu 18), ir-rapporteur hi favur l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Bosta dispożizzjonijiet jsemmu t-termini għall-adozzjoni tal-miżuri speċifiċi. Ir-rapporteur tifhem li l-iffissar ta’ termini ġodda jispiċċa jiftaħ it-taħditiet dwar is-sustanza tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, li ma humiex is-suġġett tal-operazzjoni preżenti ta' allinjament. Billi t-tħassir ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jista’ jagħti l-impressjoni li tkun approvata l-inazzjoni mill-korpi inkwestjoni, ir-rapporteur taċċetta li dawn id-dispożizzjoni jitħallew kif inhuma, billi hi tqishom purament storiċi, jiġifieri mingħajr ebda possibilità li jkunu applikati wara l-iskadenza tat-termini li fihom. Dan hu l-każ b’mod partikolari għall-Artikoli 6(1) u 25 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. B’dana kollu, kwantu għall-Artikolu 14(3), dan jista’ jiġi interpretat bħala li jfisser li l-Kunsill jista’, ukoll wara l-iskadenza tat-termini msemmijin fl-Artikolu 14(1) u (2), itawwal dawk it-termini. Bl-iskop li tkun eskluża tali deċiżjoni mill-Kunsill, ir-rapporteur tissuġġerixxi t-tħassir ta’ din id-dispożizzjoni.

B’mod ġenerali, ir-rapproteur tixtieq tfisser ix-xewqa tagħha li tara titjib fl-istat tal-eżekuzzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006 u tistieden lill-Istati Membri jkabbru l-isforzi tagħhom ħalli jimplimentawh. Ir-rapporteur tittama li bir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd, qafas reġjonalizzat ġdid malajr jippermetti li tinstab soluzzjoni regolatorja xierqa għall-Baħar Mediterran aċċettata mill-Istati Membri u mill-istakeholders, li tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ dan il-baċin marittimu, imma fl-istess waqt tiżgura b’mod effettiv is-sostenibilità tas-sajd u l-protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent. Billi l-komponent tal-konservazzjoni huwa essenzjali, dan għandu jidher fit-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

Referenzi

COM(2011)0479 – C7-0216/2011 – 2011/0218(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.8.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.9.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

15.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Anna Rosbach

10.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.10.2011

19.12.2011

23.4.2012

 

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Chris Davies, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Marek Józef Gróbarczyk, Carl Haglund, Iliana Malinova Iotova, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Jarosław Leszek Wałęsa

Data tat-tressiq

4.6.2012