RAPPORT dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar                      l-imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea

5.6.2012 - (01923/2011 – C7‑0091/2011 – 2011/0902(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Alexandra Thein


Proċedura : 2011/0902(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0184/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea

(01923/2011 – C7‑0091/2011 – 2011/0902(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja preżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (01923/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 257 u 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-abbozz ta' att ġie preżentat lill-Parlament (C7‑0091/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2011)0596),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0000/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*

għal Abbozz ta’ Att

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT (UE, EURATOM) Nru …/2012TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’

dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkusidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 257 tiegħu,

Wara li kkusidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkusidraw il-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62c tiegħu u l-Artikolu 2(2) tal-Anness I tiegħu,

Wara li kkusidraw it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja[2],

Wara li kkusidraw l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea[3],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jiddeċiedu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja[4],

Billi:

(1)         Huwa meħtieġ li, f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 62c tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (l-Istatut) u mal-Artikolu 2(2) tal-Anness I tiegħu, jiġu stabbiliti l-modalitajiet tan-nomina tal-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku), id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom, il-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, kif ukoll iċ-ċirkustanzi li jwasslu għat-tmiem tal-kariga tagħhom.

(2)         L-Imħallfin ad interim għandhom jintgħażlu minn fost persuni li jistgħu jeżerċitaw immedjatament il-funzjonijiet ta’ Mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. In-nomina ta’ ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ġenerali u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tippermetti li tiġi żgurata l-osservanza ta’ dawn ir-rekwiżiti.

(3)         Fid-dawl taċ-ċirkustanzi li fihom għandhom jiġu nnominati Mħallfin ad interim, il-mekkaniżmu għandu jingħata l-flessibbiltà neċessarja. Għal dan il-għan, il-Kunsill għandu jkun responsabbli sabiex jistabbilixxi lista ta’ tliet persuni li jistgħu jiġu nnominati bħala Mħallef ad interim. Meta jkun meħtieġ li Mħallef impedit minħabba raġunijiet ta’ saħħa jiġi ssostitwit temporanjament, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jieħu d-deċiżjoni li jirrikorri għal Imħallef ad interim. Fl-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jsejjaħ fil-kariga lil waħda mill-persuni li isimhom jinsab fil-lista adottata mill-Kunsill fl-ordni stabbilita f’din il-lista.

(4)         Għandhom jiġu rregolati wkoll ir-remunerazzjoni tal-Imħallfin ad interim u l-kwistjoni tal-effetti tal-kariga tagħhom u ta’ din ir-remunerazzjoni fuq is-sistema pekunjarja li huma jgawdu minnha bħala ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(5)         Fl-aħħar nett, għandha tiġi rregolata l-kwistjoni tat-tmiem tal-kariga tal-Imħallfin ad interim,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament:

–         il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa msejjaħ l-“Istatut”;

–         l-espressjoni “Tribunal għas-Servizz Pubbliku” tfisser it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea;

–         ‘Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/EURATOM, tal-25 ta’ Lulju 1967, li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni u tal-President, tal-Imħallfin, tal-Avukati Ġenerali u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-President, tal-Membri u tar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali u tal-President, il-Membri u r-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea huwa msejjaħ ir-‘Regolament Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/EURATOM[5];

 l-espressjoni ‘President tat-Tribunal’ tfisser il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

1.          Fuq proposta tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill, b’deċiżjoni unanima, għandu jfassal lista ta’ tliet persuni bħala Mħallfin ad interim skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 62c tal-Istatut. Din il-lista tiddetermina l-ordni li fiha l-Imħallfin ad interim jissejħu sabiex jassumu l-kariga, skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

L-Imħallfin ad interim għandhom jintgħażlu minn fost ex Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jżommu ruħhom disponibbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

L-Imħallfin ad interim għandhom jinħatru għal perijodu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded.

2.          It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jiddeċiedi li jirrikorri għal Imħallef ad interim meta jikkonstata li Mħallef ma jistax jew ma huwiex ser ikun jista’ jipparteċipa fis-soluzzjoni tal-kawżi minħabba raġunijiet ta’ saħħa, meta dan l-impediment qiegħed idum jew huwa mistenni li jdum għal mhux inqas minn tliet xhur u meta jqis li dan l-Imħallef ma jinsabx madankollu f’sitwazzjoni ta’ invalidità totali.

Fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jsejjaħ fil-kariga lill-Imħallef ad interim fl-ordni stabbilita fil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 sabiex jassumi d-dmirijiet ġudizzjarji. Huwa għandu jinforma lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan.

Fil-każ li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jantiċipa impediment prevedibbli, l-Imħallef ad interim ma jistax jassumi l-kariga u ma jistax jipparteċipa fis-soluzzjoni tal-kawżi qabel ma l-Imħallef issostitwit ikun effettivament impedit.

3.          L-Artikoli 2 sa 6 u 18 tal-Istatut għandhom japplikaw għall-Imħallfin ad interim. Il-ġurament imsemmi fl-Artikolu 2 tal-Istatut għandu jittieħed l-ewwel darba li l-Imħallef ad interim jassumi l-kariga.

Artikolu 3

L-Imħallfin ad interim imsejħin fil-kariga għandhom jeżerċitaw il-prerogattivi tal-Imħallfin biss fil-kuntest tat-trattament tal-kawżi li s-soluzzjoni tagħhom tkun ġiet assenjata lilhom.

Huma għandhom jirċievu l-assistenza tad-dipartimenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Artikolu 4

1.          Fir-rigward ta’ kull ġurnata, debitament ikkonstatata mill-President tat-Tribunal, li matulha huma jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, l-Imħallfin ad interim għandhom jirċievu remunerazzjoni li tammonta għal 1/30 tas-salarju bażiku fix-xahar mogħti lill-Imħallfin skont l-Artikolu 21ċ(2) tar-Regolament Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/EURATOM.

L-Artikolu 6(a) u (b) tar-Regolament Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/EURATOM għandu japplika għall-Imħallfin ad interim li jkollhom jiċċaqilqu mill-post ta’ residenza tagħhom sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.

2.          Ir-remunerazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha titnaqqas mill-pensjoni prevista fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/EURATOM sa fejn ir-remunerazzjoni msemmija, flimkien ma’ din il-pensjoni, taqbeż l-ammonti, qabel it-tnaqqis tat-taxxa, li l-Imħallef ad interim irċieva fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu bħala Membru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ir-remunerazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi.

Il-ħatra ta’ Mħalffin ad interim ma tagħtix lok għal dritt għal allowance tranżitorja u għal pensjoni taħt l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament Nru 422/67/KEE u Nru 5/68/EURATOM.

L-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/EURATOM għandu japplika għar-remunerazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

L-Imħallfin ad interim ma għandhomx jibbenefikaw, f’din il-kwalità, mill-iskema tas-sigurtà soċjali prevista fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. L-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ Mħallef ad interim ma għandux jitqies li huwa attività professjonali bi qligħ fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/EURATOM.

3.          3. Ir-remunerazzjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 hija suġġetta għat-taxxa prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM, KEFA) Nru 260/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni Ewropea[6].

Artikolu 5

L-isem tal-Imħallef ad interim għandu jitħassar mil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1), meta jmut, meta jirriżenjaw jew meta jiġi deċiż li jitneħħa mill-kariga tiegħu kif previst fl-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 6 tal-Istatut.

Kull Imħallef ad interim li ismu jitħassar mil-lista msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għandu jiġi ssostitwit, skont il-proċedura prevista f’dik id-dispożizzjoni, għall-bqija tal-perijodu ta’ validità tal-lista msemmija.

Article 5 a

Il-kariga tal-Imħallfin ad interim għandha tintemm meta jispiċċa l-impediment tal-Imħallfin li jkunu qegħdin jissostitwixxu. Madankollu, l-Imħallef ad interim għandu jkompli fil-kariga tiegħu sakemm jiġu konklużi l-kawżi li jkun ipparteċipa fihom.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …, fi …

For the European Parliament                                    For the CouncilIl-President

  Il-President

  • [1] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [2]             Talba tat-28 ta’ Marzu 2011 (għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali).
  • [3]             Opinjoni tat-30 ta’ Settembru 2011 (għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali).
  • [4]             Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ... (għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ ....
  • [5]           ĠU 187, 8.8.1967, p. 1.
  • [6]           ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Qorti tal-Ġustizzja ressqet proposta għal regolament li jippermetti l-ħatra ta' Imħallfin ad interim fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku hu kompost minn seba’ Mħallfin. Minħabba f'hekk, l-operat tiegħu jista' jkun affettwat serjament f'każ li wieħed mill-membri tiegħu jimrad u ma jkunx jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu għal perjodu ta' żmien estiż, mingħajr madankollu ma jkun isofri minn diżabilità skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE Nru 5/67/EURATOM[1].  

Sabiex jiġi żgurat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew ma jsibx ruħu f’sitwazzjoni diffiċli tali li ma jkunx jista’ jkompli jwettaq il-funzjonijiet ġudizzjarji mogħtija lilu, qed jiġi propost li jiġi emendat l-Artikolu 62c tal-Istatut tal-Qorti sabiex tingħata, b’mod ġenerali, il-possibbiltà li jiżdiedu Mħallfin ad interim mal-qrati speċjalizzati. Skont l-Artikolu 62c tal-Istatut, kif emendat, iż-żieda ta’ Mħallfin ad interim mat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku titlob emenda għall-Anness I  tal-Istatut.

Ġew imressqa regoli li jiggvernaw il-ħatra ta' Mħallfin ad interim, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, il-kundizzjonijiet li skonthom għandhom iwettqu dmirijiethom u ċ-ċirkostanzi li fihom jieqfu milli jwettqu dawn id-dmirijiet. Is-sens ġenerali tal-proposta hu kif ġej: fuq proposta mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jfassal lista ta' tliet persuni biex ikunu Mħallfin ad interim. L-Imħallfin ad interim għandhom jintgħażlu minn fost ex-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jżommu ruħhom ad dispożizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. L-Imħallfin ad interim għandhom jinħatru għal perijodu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista’ jiddeċiedi li jirrikorri għal għajnuna mingħand Imħallef ad interim meta jikkonstata li Mħallef huwa, jew ser ikun miżmum milli jipparteċipa, għal raġunijiet mediċi, fi kwistjonijiet ġudizzjarji, u meta dan il-waqfien ikun sejjer idum jew huwa mistenni li jdum għal mhux inqas minn tliet xhur u meta jqis li dan l-Imħallef ma jinsabx madankollu f’sitwazzjoni ta’ diżabilità totali.

F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-President tat-Tribunal għandu jkun jista’ jitlob is-servizzi ta' Mħallef ad interim. Dawn l-Imħallfin ad interim għandu jkollhom il-prerogattivi ta' Mħallef biss fit-trattament ta' każijiet assenjati lilhom. Fi kliem ieħor, dan ifisser li l-Imħallfin ad interim ikunu jistgħu jwettqu biss doveri strettament ġudizzjarji u ma jkunux intitolati li jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jew fl-elezzjoni tal-President tat-Tribunal jew tal-Presidenti tal-Awli. Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tagħhom, l-Imħallfin ad interim għandhom jitħallsu ammont ugwali għal 1/30 tas-salarju bażiku ta' kull xahar allokat lill-Imħallfin skont l-Artikolu 21c(2) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, 5/67/EURATOM għal kull ġurnata. L-Imħallfin ad interim għandhom ikunu intitolati wkoll għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tagħhom f’lukanda, fir-rigward ta’ vjaġġi lejn il-Lussemburgu matul it-twettiq tad-doveri tagħhom. L-ammont li bih ir-rimunerazzjoni flimkien mal-pensjoni prevista fl-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 422/67/KEE u Nru 5/67/EURATOM jeċċedi r-rimunerazzjoni, qabel it-tnaqqis tat-taxxa, li l-Imħallef ad interim kien jirċievi fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu bħala Membru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jitnaqqas minn dik il-pensjoni. Fl-aħħar nett, l-abbozz ta' regolament jistipula ċ-ċirkostanzi li fihom għandhom jintemmu d-dmirijiet tal-Imħallfin ad interim. Dan għandu jseħħ ma’ mewthom jew mar-riżenja tagħhom, jew b'deċiżjoni li twaqqafhom mill-kariga tagħhom kif stipulat mill-Istatut. Id-dmirijiet tal-Imħallfin ad interim għandhom jintemmu wkoll meta jispiċċa l-impediment tal-Imħallef li jkunu qegħdin jissostitwixxu.

Il-Kumitat ifaħħar din il-proposta tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala soluzzjoni li tagħmel sens għal problema prattika li tista' tkun ta' xkiel kbir għall-ħidma tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Ewropew. Il-proposti ta' emendi tiegħu huma purament tekniċi u jirriproduċu dawk imressqa mill-Kummissjoni fl-opinjoni tagħha.

  • [1]  Regolament Nru. 422/67/KEE, 5/67/EURATOM tal-Kunsill, tal-25 ta' Lulju 1967, li jiddetermina l-ħlasijiet tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni u tal-President, Imħallfin, Avukati Ġenerali u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, edizzjoni speċjali bl-Ingliż: Serje I Kapitolu 1967 p.222, kif emendat.

PROĊEDURA

Titolu

Abbozz ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imħallfin ad interim tat-tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea

Referenzi

01923/2011 – C7-0091/2011 – 2011/0902(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

7.4.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Alexandra Thein

12.4.2011

 

 

 

Rapporteur(s) preċedenti

Diana Wallis

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2011

21.11.2011

26.1.2012

 

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Gerald Häfner, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Evelyn Regner, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Luis de Grandes Pascual, Eva Lichtenberger, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mikael Gustafsson, Elisabeth Morin-Chartier

Data tat-tressiq

5.6.2012