Proċedura : 2011/0418(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0194/2012

Testi mressqa :

A7-0194/2012

Dibattiti :

PV 12/09/2012 - 17
CRE 12/09/2012 - 17

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2012 - 11.9
CRE 13/09/2012 - 11.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/03/2013 - 10.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0345
P7_TA(2013)0072

RAPPORT     ***I
PDF 872kWORD 488k
6.6.2012
PE 483.704v02-00 A7-0194/2012

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej

(COM(2011)0862 – C7‑0489/2011 – 2011/0418(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Sophie Auconie

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej

(COM(2011)0862 – C7‑0489/2011 – 2011/0418(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0862),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0489/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0194/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ttrażmettew l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li aġixxew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Waqt li l-investituru wkoll qed ifittxu għanijiet soċjali u mhux biss redditi finanzjarji, aktar ma jmur aktar qed jemerġi suq ta’ investiment soċjali fl-Unjoni, magħmul parzjalment minn fondi tal-investiment li jimmiraw lejn impriżi soċjali. Tali fondi ta’ investiment jipprovdu finanzjament għall-impriżi soċjali li jaġixxu għala muturi tal-bidla soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi għall-problemi soċjali, jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi finanzjarja u jagħtu kontribut ferm importanti għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.

(1a)     Dan ir-Regolament huwa parti mill-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali stipulata mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-25 ta' Ottubru 2011 intitolata "Inizjattiva ta’ Negozju Soċjali – Il-ħolqien ta’ klima favorevoli għall-intrapriżi soċjali, il-partijiet interessati ewlenin fl-ekonomija soċjali u l-innovazzjoni".

(2)       Huwa neċessarju li jiġi stipulat qafas komuni ta’ regoli dwar l-użu tad-denominazzjoni "Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew", partikolarment dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ fondi li joperaw b'din id-denominazzjoni, il-miri ta’ investiment eliġibbli tagħhom, l-għodod tal-investiment li jużaw u l-kategoriji ta’ investituri li jkunu eliġibbli għall-investiment f'tali fondi minn regoli uniformi tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ qafas komuni bħal dan, hemm ir-riskju li l-Istati Membri jadottaw provvedimenti diverġenti fil-livell nazzjonali li jkollhom impatt negattiv dirett fuq il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u joħolqu ostakli għalih, billi l-fondi li jkunu jixtiequ joperaw lil hinn mill-fruntieri jkunu soġġetti għal regoli differenti fl-Istati Membri differenti. Barra minn hekk, rekwiżiti diverġenti ta’ kwalità dwar il-kompożizzjoni tal-protafolji, il-miri ta’ investiment u l-investituri eliġibbli jistgħu jwasslu għal livelli differenti ta’ protezzjoni għall-investitur u jiġġeneraw konfużjoni fir-rigward tal-offerta ta’ investiment assoċjata mal-Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew (EuSEF). L-investituri għandhom, barra minn hekk, ikunu kapaċi jikkomparaw l-offerti ta’ investiment ta’ EuSEFs differenti. Jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli sinifikanti għall-ġbir transfruntier ta’ fondi mill-EuSEFs u li jiġu evitati distorsjonijiet għall-kompetizzjoni bejn dawk il-fondi, u li jiġi pprevenut li fil-futur jokkorru kwalunkwe ostaklu ieħor għall-kummerċ u distorsjonijiet sinifikanti għall-kompetizzjoni. Konsegwentement, il-bażi ġuridika xierqa hija l-Artikolu 114 tat-TFUE, kif interpretat skont il-każistika konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(3)       Jeħtieġ li jiġi adottat Regolament li jistabilixxi regoli uniformi applikabbli għall-EuSEFs u li jimponi obbligi korrispondenti fuq il-maniġers tagħhom fl-Istati Membri kollha li jkunu jixtiequ jiġbru l-kapital mill-Unjoni kollha bl-użu tad-denominazzjoni "Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew". Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiżguraw il-kunfidenza tal-investituri li jkunu jixtiequ jinvestu f'tali fondi.

(3a)     Dan ir-Regolament huwa maħsub biex ma jfixkilx l-iskemi nazzjonali eżistenti li jippermettu l-investiment fin-negozji soċjali, imma biex minflok jikkumplimentahom fil-livell tal-Unjoni.

(4)       Id-definizzjoni tar-rekwiżiti ta’ kwalità għall-użu tad-denominazzjoni "Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew" fil-forma ta’ Regolament għandha tiżgura li dawk ir-rekwiżiti jkunu direttament applikabbli għall-maniġers tal-impriżi ta’ investiment kollettiv li jiġbru fondi bl-użu ta’ din id-denominazzjoni. Dan jiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta’ din id-denominazzjoni bil-prevenzjoni ta’ rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jirriżultaw mit-traspożizzjoni ta’ Direttiva. Dan ir-Regolament ifisser li l-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv li jużaw din id-denominazzjoni jkunu jeħtieġu jsegwu l-istess regoli fl-Unjoni kollha, li jqawwi wkoll il-kunfidenza tal-investituri li jkunu jixtiequ jinvestu f'fondi li jiffokaw fuq impriżi soċjali. Regolament inaqqas ukoll il-kumplessità regolatorja u, għall-maniġer, il-kost tal-konformità ma' regoli nazzjonali spiss diverġenti li jirregolaw tali fondi, speċjalment għal dawk il-maniġers li jkunu jixtiequ jiġbru kapital fuq bażi transfruntiera. Regolament għandu jikkontribwixxi wkoll għall-eliminazzjoni ta' distorsjonijiet kompetittivi.

(5)       Dan ir-Regolament jissupplimenta u mhuwiex ta' ħsara għar-regoli ġenerali applikabbli eżistenti tal-Unjoni dwar l-impriżi ta’ investiment kollettiv u l-maniġers tagħhom bħad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)(5) u d-Direttiva 2011/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi(6). L-impriżi ta’ investiment kollettiv u l-maniġers tagħhom, soġġetti għal dan ir-Regolament, huma subsett tal-fondi ta' investiment alternattivi u l-maniġers tagħhom, kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2011/61/KE, u għalhekk iridu jikkonformaw mar-regoli relevanti applikabbli għalihom skont dan ir-Regolament u skont id-Direttiva 2011/61/KE.

(6)       Dan ir-Regolament ma japplikax f’każijiet fejn il-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv ma jkunux jixtiequ jużaw l-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew”. F’dawk il-każijiet, regoli nazzjonali u regoli ġenearli tal-Unjoni eżistenti għandhom jibqgħu japplikaw.

(6a)     Filwaqt li l-EuSEF jista’ jwettaq rwol importanti fl-avvanz tal-intraprenditorija soċjali, u għalkemm hemm inklużi salvagwardji biex jiġi aċċertat li l-fondi jintużaw kif suppost, hemm riskju li l-EuSEFs jintużaw għal finijiet mhux intenzjonati. L-awtoritajiet superviżorji għandhom joqogħdu attenti f'dan ir-rigward u għandu jsir rieżami biex jiġi żgurat li jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' dan it-tip.

(7)       Dan ir-Regolament għandu jistabilixxi regoli uniformi dwar in-natura tal-EuSEFs, b'mod partikolari dwar l-impriżi ta' portafoll li fihom l-EuSEFs ikunu permess jinvestu, u l-istrumenti ta' investiment li jintużaw. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza neċessarji u bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe abbuż tar-reġim tal-EuSEFs minn fondi ta' investiment mhux kwalifikant, dan ir-Regolament għandu wkoll jistabilixxi kriterji uniformi sabiex jidentifika l-impriżi soċjali bħala impriżi ta’ portafoll kwalifikanti eliġibbli. Bħala objettiv ewlieni, l-impriżi soċjali għandhom il-ksib tal-impatt soċjali pożittiv u mhux li jimmassimizzaw il-profitti tagħhom. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jeħtieġ li impriża ta’ portafoll kwalifikanti għandu jkollha l-ksib ta’ impatt soċjali pożittiv u li jista’ jitkejjel bħala l-enfasi tagħha; li hi tuża l-profitti tagħha sabiex tikseb l-objettiv primarju tagħha; u li tkun immaniġġjata b’mod responsabbli u trasparenti. Għall-każijiet ġeneralment eċċezzjonali, li fihom impriża ta’ portafoll kwalifikanti tkun tixtieq tqassam profitti lill-azzjonisti u s-sidien, l-impriża ta’ protafoll kwalifikanti għandu jkollha proċeduri u regoli predefiniti dwar kif jitqassmu l-profitti lill-azzjonisti u lis-sidien. Dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw li t-tqassim tal-profitti ma jippreġudikax l-objettiv soċjali primarju.

(8)       L-impriżi soċjali jinkludu firxa wiesgħa ta’ impiżi, li l-objettiv prinċipali tagħhom huwa li jintlaħaq impatt soċjali aktar milli jiġi ġġenerat profitt għas-sidien u l-partijiet interessati, jista' jkollhom forom ġuridiċi varji u jipprovdu servizzi soċjali jew oġġetti lil persuni vulnerabbli jew marġinati. Dawn is-servizzi jinkludu l-ġlieda kontra l-faqar, aċċess għal abitazzjoni, servizzi ta’ kura tas-saħħa, assistenza għal persuni anzjani jew diżabbli, indukrar tat-tfal, aċċess għall-impjieg u taħriġ kif ukoll maniġġjar tad-dipendenzi. L-impriżi soċjali jinkludu wkoll impriżi li jużaw metodu ta’ produzzjoni ta’ prodotti jew servizzi li jinkludi l-objettiv soċjali tagħhom, iżda li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaqgħu barra l-kamp tal-forniment tal-prodotti jew servizzi soċjali. Dawk l-attivitajiet jinkludu l-integrazzjoni soċjali jew professjonali permezz ta’ aċċess għal impjieg għal persuni żvantaġġati b’mod partikolari minħabba kwalifiki nieqsa jew problemi soċjali jew professjonali li jwasslu għall-esklużjoni u l-marġinazzjoni. Tali impriżi jużaw bilanċi żejda prinċipalment biex jilħqu għanijiet soċjali, u huma mmaniġġjati b’mod li jkollhom l-obbligu li jagħtu rendikont u b'mod trasparenti, b’mod partikolari billi jinvolvu l-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħhom.

(9)       Meta wieħed iqis il-ħtiġijiet ta’ finanzjament speċifiċi tal-impriżi soċjali, huwa neċessarju li tinkiseb ċarezza rigward it-tipi ta’ strumenti li EuSEF għandu juża għal dawn il-finanzjamenti. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli uniformi dwar strumenti eliġibbli li għandhom jintużaw minn EuSEF meta jagħmel investimenti, li jinkludu strumenti ta’ ekwità u kważi ekwità, strumenti ta’ dejn inklużi ċedoli u ċertifikati ta’ depożitu, investimenti f’EuSEFs oħrajn u selfiet ta’ terminu qasir jew medju, inklużi s-self u l-għotjiet tal-partijiet interessati.

(10)     Sabiex tinżamm il-flessibilità meħtieġa fil-portafoll ta’ investiment tagħhom, il-EuSEFs jistgħu jinvestu wkoll f’assi oħrajn għajr investimenti kwalifikanti sakemm dawn l-investimenti ma jaqbżux il-limiti stabiliti minn dan ir-Regolament għal investimenti nonkwalifikanti. Parteċipazzjonijiet ta' terminu qasir bħal flus u ekwivalenti għal flus ma għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-limiti stabiliti għal investimenti nonkwalifikanti f’dan ir-Regolament.

(11)     Sabiex jiġi żgurat li l-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew” ikun affidabbli u faċilment rikonoxxibbli għall-investituri madwar l-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi li huma biss dawk il-maniġers ta’ EuSEF li jikkonformaw mal-kriterji uniformi ta’ kwalità kif stabiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli sabiex jużaw dan l-isem meta jikkummerċjalizzaw l-EuSEFs madwar l-Unjoni.

(12)     Sabiex jiġi żgurat li l-EuSEFs ikollhom profil distint u identifikabbli li jkun xieraq għall-iskop tagħhom, għandu jkun hemm regoli uniformi dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll u dwar it-tekniki ta’ investiment li huma permessi għal fondi bħal dawn.

(13)     Sabiex jiġi żgurat li l-EuSEFs ma jikkontribwixxux għall-iżvilupp ta’ riskji sistemiċi, u ▌ li dawn il-fondi jikkonċentraw, fl-attivitajiet ta’ investiment tagħhom, fuq l-appoġġ għal kumpaniji ta’ portafoll kwalifikanti, ma għandhomx jitħallew it-teħid ta’ self u ingranaġġ fil-livell tal-fond. Madanakollu, sabiex il-fond ikun jista’ jkopri ħtiġijiet straordinarji ta’ likwidità li jistgħu jinqalgħu bejn l-eżerċizju tal-kapital impenjat mill-investituri u r-riċevuta fattwali tal-kapital fil-kontijiet tiegħu, għandu jitħalla jissellef fuq terminu qasir.

(14)     Sabiex jiġi żgurat li l-EuSEFs ikunu kummerċjalizzati lil investituri li jkollhom l-għarfien, l-esperjenza u l-kapaċità li jieħdu r-riskji li dawn il-fondi jġibu magħhom, u sabiex tinżamm il-kunfidenza u l-fiduċja tal-investituri fil-EuSEF, għandhom jiġu stabiliti ċerti salvagwardji speċifiċi. Għaldaqstant, l-EuSEFs għandhom b’mod ġenerali jkunu kkummerċjalizzati biss lil investituri li huma klijenti professjonali jew li jistgħu jkunu ttrattati bħala klijenti professjonali skont id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji . Madanakollu, sabiex ikun hemm bażi ta’ investituri wiesgħa biżżejjed għal investimenti fil-EuSEFs ikun tajjeb ukoll li ċerti investituri oħrajn ikollhom aċċess għal dawn il-fondi, inklużi individwi ta’ valur għoli. Għal dawk l-investituri l-oħrajn għandhom jiġu stabiliti salvagwardji speċifiċi sabiex jiġi żgurat li l-EuSEFs ikunu kummerċjalizzati biss lil investituri li għandhom profil xieraq sabiex jagħmlu investimenti bħal dawn. Dawn is-salvagwardji jeskludu l-kummerċjalizzazzjoni permezz tal-użu ta’ pjanijiet ta’ tfaddil perjodiku.

(15)     Sabiex jiġi żgurat li jkunu biss dawk il-maniġers ta’ EuSEF li jissodisfaw kriterji tal-kwalità uniformi fir-rigward tal-imġiba tagħhom fis-suq li jużaw id-denominazzjoni “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew”, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi regoli dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet u r-relazzjoni tal-maniġer ta’ EuSEF mal-investituri tiegħu. Għall-istess raġuni, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi wkoll kundizzjonijiet uniformi rigward il-maniġġ tal-kunflitti ta’ interess minn maniġers bħal dawn. Dawn ir-regoli għandhom ukoll jeħtieġu li l-maniġer ikollu l-arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi fis-seħħ sabiex jiżgura maniġġ xieraq tal-kunflitti ta’ interess.

(15a)   Fejn maniġer ta’ EuSEF ikollu l-ħsieb li jiddelega funzjonijiet lil partijiet terzi, l-obbligazzjoni tal-maniġer lejn il-EuSEF u l-investituri tiegħu m’għandhiex tiġi affettwata mid-delega ta' funzjonijiet mill-maniġer tal-EuSEF lil parti terza. Barra minn hekk, il-maniġer tal-EuSEF m’għandux jiddelega funzjonijiet sal-punt fejn, essenzjalment, ma jkunx jista’ jitqies aktar bħala l-maniġer tal-EuSEF u jkun sar entità tal-kaxxa tal-ittri. Il-maniġer tal-EuSEF għandu jibqa’ responsabbli għall-eżekuzzjoni xierqa tal-funzjonijiet delegati u għall-konformità ma' dan ir-Regolament f' kull mument. id-delega ta’ funzjonijiet ma għandhiex iddgħajjef l-effikaċja tas-superviżjoni tal-maniġer tal-EuSEF, u, b’mod partikolari m’għandhiex tipprevjeni lill-maniġer tal-EuSEF milli jaġixxi, jew lill-EuSEF milli jiġi mmaniġġjat, fl-aħjar interessi tal-investituri tiegħu;

(16)     Il-ħolqien ta’ impatti soċjali pożittivi flimkien mal-ġenerazzjoni tar-redditi finanzjarji għall-investituri huwa karatteristika prinċipali tal-fondi ta’ investiment li fil-mira tagħhom għandhom l-impriżi soċjali, tali li jiddistingwihom minn tipi oħrajn ta’ fondi ta’ investiment. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jeħtieġ li l-maniġer ta’ EuSEF idaħħal fis-seħħ proċeduri għall-monitoraġġ u t-tkejjil tal-impatti soċjali pożittivi biex jinlaħqu permezz ta’ investiment fl-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti.

(17)     Sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew”, dan ir-Regolament għandu jkun fih ukoll kriterji dwar il-kwalità fir-rigward tal-organizzazzjoni ta’ maniġer ta’ EuSEF. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi rekwiżiti uniformi u proporzjonati għall-ħtieġa li jibqa’ jkun hemm riżorsi tekniċi u umani adegwati kif ukoll biżżejjed fondi proprji għall-immaniġjar xieraq tal-EuSEFs.

(18)     Huwa neċessarju għall-finijiet tal-protezzjoni għall-investitur li jiġi żgurat li l-assi tal-EuSEFs ikunu valwati kif xieraq. Għalhekk id-dokumenti ta’ kostituzzjoni tal-EuSEF għandu jkun fihom regoli dwar il-valwazzjoni tal-assi. Dan għandu jiżgura l-integrità u t-trasparenza tal-valwazzjoni.

(19)     Sabiex jiġi żgurat li l-maniġers ta’ EuSEF li jużaw l-isem “Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej” jagħtu biżżejjed rendikont tal-attivitajiet tagħhom, għandhom jiġu stabiliti regoli uniformi dwar ir-rapporti annwali.

(20)     Biex tiġi żgurata l-integrità tad-denominazzjoni “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew” f’għajnejn l-investituri huwa neċessarju li d-denominazzjoni tintuża biss minn maniġers ta’ fondi li jkunu kompletament trasparenti fir-rigward tal-politika u l-miri tagħhom tal-investiment. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi regoli uniformi dwar rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fid-dmit tal-maniġer ta’ EuSEF fir-rigward tal-investituri tiegħu. Dawn ir-rekwiżiti jinkludu dawk l-elementi li huma speċifiċi għall-investimenti fl-impriżi soċjali, sabiex ikunu jistgħu jinkisbu konsistenza u komparabilità akbar ta’ dan it-tagħrif. Dawn jinkludu tagħrif dwar il-kriterji u l-proċeduri li jintużaw sabiex jintgħażlu impriżi ta’ portafoll kwalifikanti partikolari bħala miri tal-investiment. Din tinkludi wkoll tagħrif dwar l-impatt soċjali pożittiv miksub mill-politika tal-investiment u dwar kif dan l-eżitu għandu jiġi mmonitorjat u vvalutat. Sabiex jiġu żgurati l-kunfidenza u l-fiduċja neċessarji tal-investituri f’dawn it-tip ta’ investimenti, tkun inkluża anki l-informazzjoni dwar l-assi tal-EuSEF għajr dawk investiti f’impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u dwar kif dawn jintgħażlu.

(21)     Sabiex tiġi żgurata s-superviżjoni effikaċi tar-rekwiżiti uniformi li jinstabu f’dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għandha tissupervizza l-konformità tal-maniġer ta’ EuSEF mar-rekwiżiti uniformi stabiliti f'dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, il-maniġer ta’ EuSEF li jixtieq jikkumerċjalizza l-fondi tiegħu bl-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew” għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tiegħu b’din l-intenzjoni. L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza l-maniġer ta’ fond jekk ikun ġie pprovdut it-tagħrif meħtieġ kollu u jekk ikun hemm fis-seħħ biżżejjed arranġamenti sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tkun valida madwar l-Unjoni sħiħa.

(22)     Sabiex tiġi żgurata s-superviżjoni effikaċi tal-konformità mal-kriterji uniformi stabiliti, dan ir-Regolament għandu jkun fih regoli dwar iċ-ċirkustanzi li fihom it-tagħrif ipprovdut lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru domiċiljari tkun teħtieġ aġġornament.

(23)     Għas-superviżjoni effikaċi tar-rekwiżiti stipulati, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi wkoll proċess għan-notifiki transfruntieri bejn l-awtoritajiet kompetenti superviżorji, li għandhom jinbdew mal-awtorizzazzjoni tal-maniġer ta’ EuSEF fl-Istat Membru domiċiljari tiegħu.

(24)     Sabiex jinżammu kundizzjonijiet trasparenti għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ maniġers ta’ EuSEF fl-Unjoni, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) għandha tkun fdata biż-żamma ta’ bażi ta' dejta ċentrali li telenka l-EuSEFs kollha li huma awtorizzati skont dan ir-Regolament

(24a)   L-AETS u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jgħarrfu lill-investituri, lill-maniġers tal-fondi ta’ investiment u lill-kumpaniji dwar l-eżistenza tal-EuSEF.

(25)     Sabiex tiġi żgurata s-superviżjoni effettiva tal-kriterji uniformi stabiliti, dan ir-Regolament għandu jkun fih lista ta’ setgħat superviżorji li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

(26)     Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq, dan ir-Regolament għandu jkun fih sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ewlenin tiegħu, jiġifieri, ir-regoli dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll, dwar salvagwardji relatati mal-identità tal-investituri eliġibbli, u dwar l-użu tal-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew” minn maniġers ta’ EuSEF awtorizzati biss. Għandu jiġi stabilit li ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ewlenin jirriżulta fi projbizzjoni tal-użu tal-isem u t-tneħħija tal-maniġer tal-fond mir-reġistru.

(27)     L-informazzjoni superviżorja għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri domiċiljari u ospitanti u l-AETS.

(28)     Kooperazzjoni regolatorja effettiva fost l-entitajiet inkarigati mis-supeviżjoni tal-konformità mal-kriterji uniformi stabiliti f’dan ir-Regolament teħtieġ li livell għoli ta’ segretezza professjonali għandu japplika għall-awtoritajiet nazzjonali relevanti kollha u għall-AETS.

(29)     L-istandards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u livell għoli ta’ superviżjoni madwar l-Unjoni. Bħala korp b’kompetenzi ferm speċjalizzati, ikun effiċjenti u xieraq li l-AETS tiġi inkarigata mill-elaborazzjoni tal-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fejn dawn ma jinvolvux għażliet ta' politika, għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni.

(30)     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) ▌. L-AETS għandha tiġi inkarigata mill-abbozzar tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-format ta’ notifika ▌.

(31)     Sabiex jiġu speċifikati ir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikar tal-metodi li jintużaw għall-kalkolu u l-monitoraġġ tal-livell limitu kif imsemmi f'dan ir-Regolament, it-tipi ta’ oġġetti u servizzi u l-metodi ta’ produzzjoni tal-oġġetti u s-servizzi li jinkorporaw objettiv soċjali u s-sitwazzjonijiet li fihom profitti jistgħu jitqassmu lill-proprjetarji u lill-investituri, it-tipi ta' kunflitti ta' interess li l-maniġers ta' EuSEF jeħtieġu jevitaw u l-passi li għandhom jittieħdu f’dan ir-rigward, id-dettalji tal-proċeduri ta’ kejl tal-impatti soċjali li għandhom jinkisbu mill-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti, u l-kontenut u l-proċedura għall-għoti ta' informazzjoni tal-investituri. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa, matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti, billi jitqiesu l-inizjattivi awtoregolatorji u l-kodiċi ta’ kondotta. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(33)     Mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data li fiha dan ir-Regolament jsir applikabbli, għandu jsir rieżami ta’ dan ir-Regolament sabiex jittieħed f’kunsiderazzjoni l-iżvilupp tas-suq tal-EuSEFs. Fuq il-bażi tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ bidliet leġiżlattivi, jekk ikun hemm.

(33a)   Dan ir-Regolament ma japprossimax l-istrutturi tat-taxxa eżistenti fl-Istati Membri li l-għan tagħhom huwa li jħeġġu l-intraprenditorija soċjali. Dawk l-istrutturi jridu jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Mhux aktar tard minn meta dan ir-Regolament jiġi rivedut, il-Kummissjoni tanalizza jekk huwiex xieraq jew le għar-Regolament li jkun kumplimentat minn struttura tat-taxxa Ewropea mmirata biex tħeġġeġ l-intraprenditorija soċjali.

(34)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u l-libertà ta’ intrapriża.

(35)     Id-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta(8) tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq fl-Istati Membri fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi indipendenti maħtura mill-Istati Membri. Ir-Regolament (UE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali(9) mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta, jirregola l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq mill-AETS fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament u taħt is-superviżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

(36)     Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti suq intern għall-EuSEFs billi jitfassal qafas għall-awtorizzazzjoni tal-maniġers tal-EuSEF li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-EuSEFs fl-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għalhekk jista', minħabba l-iskala tiegħu u l-effetti, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabilixxi rekwiżiti uniformi għal dawk il-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettivi li jkunu jixtiequ jużaw id-denominazzjoni "Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew” (EuSEF) u l-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni tal-impriżi ta’ investiment kollettivi taħt l-istess denominazzjoni fl-Unjoni, u għaldaqstant, jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr intoppi tas-suq intern.

Dan ir-Regolament jistabilixxi wkoll regoli uniformi għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ maniġer ta’ EuSEF lil investituri eliġibbli madwar l-Unjoni, għall-kompożizzjoni tal-portafoll ta’ EuSEFs, għal strumenti u tekniki ta’ investiment eliġibbli, kif ukoll l-organizzazzjoni, it-trasparenza u l-kondotta ta’ maniġers ta’ EuSEF li jikkummerċjalizzaw EuSEFs madwar l-Unjoni.

Artikolu 2

1.        Dan ir-Regolament japplika għall-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv kif iddefiniti fl-Artikolu 3 (1)(b) li jkunu stabbiliti fl-Unjoni u li jimmaniġġjaw portafolli ta’ EuSEFs li l-assi totali li jinsabu taħt l-immaniġġjar:

(a)       ma jaqbżux il-limitu ta' EUR 500 miljun u jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/KE; jew

(b)       jissodisfaw jew jaqbżu l-limitu ta' EUR 500 miljun u jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni bi qbil mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/KE, sakemm tali maniġers jagħżlu li jmorru għar-reġim stabbilit minn dan ir-Regolament u jikkonformaw miegħu f'kull mument fir-rigward tal-EuSEFs li jimmaniġġjaw.

Fl-Istati Membri fejn l-euro mhijiex il-munita uffiċjali, il-limitu ta' hawn fuq għandu jiġi kkalkulat bil-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.        Fil-kalkolu tal-livell limitu msemmi fil-paragrafu 1, il-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettivi li jimmaniġjaw fondi għajr l-EuSEFs ma jkunux jeħtieġu li jaggregaw l-assi maniġjati f'dawk il-fondi.

3.        Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex tispeċifika l-metodi għall-kalkolu tal-livell limitu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dan il-livell limitu fuq bażi kontinwa.

3a.      Maniġers tal-EuSEF soġġetti għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament jistgħu addizzjonalment jimmaniġġjaw UCITS soġġett għall-awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2009/65/KE sakemm ikunu maniġers esterni.

Artikolu 3

1.        Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)       "EuSEF" tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li tinvesti minimu ta’ 70% tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati tagħha f’assi li huma investimenti kwalifikanti;

(aa)     "spejjeż relevanti" tfisser id-drittijiet, il-kosti u l-ispejjeż li jiġu mġarrba direttament jew indirettament mill-investituri u li jkun sar qbil dwarhom bejn il-maniġer tal-EuSEFs u dawk li jinvestu fihom;

(b)       "impriża ta’ investiment kollettiv" tfisser impriża li tiġbor kapital minn numru ta’ investituri bil-għan li tinvestih skont politika ta’ investiment definita għall-benefiċċju ta’ dawk l-investituri u li ma teħtieġx awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(c)       "investimenti kwalifikanti" tfisser kwalunkwe wieħed mill-istrumenti li ġejjin:

(i)        strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità li huma:

–         maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti u mixtrija direttament mill-EuSEF mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti ▌

–         maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti bi tpartit ma’ titolu ta’ ekwità maħruġa mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew

–         maħruġ minn impriża li l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti tagħha tkun sussidjarja ta’ sjieda maġġoritarja u li tkun akkwiżita mill-EuSEF bi tpartit ma’ strument ta’ ekwità maħruġ mill-impriża ta’ portafoll kwalifikanti;

(ii)       strumenti ta’ dejn garantiti u mhux garantiti, maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti, inklużi ċedoli u ċertifikati ta’ depożitu, self u għotjiet tal-partijiet interessati;

(iii)      unitajiet jew ishma ta’ EuSEF wieħed jew bosta EuSEFs oħrajn;

(iv)      selfiet ta’ terminu medju jew twil mogħtija mill-EuSEF lil impriżi ta’ portafoll kwalifikanti;

(v)       kwalunkwe tip ieħor ta’ parteċipazzjoni f’impriża ta’ portafoll kwalifikanti.

(d)       "impriża ta’ portafoll kwalifikanti" tfisser impriża li, fil-mument tal-investiment mill-EuSEF, ma tkunx elenkata f’suq regolat kif iddefinit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 2004/39/KE▌ u li:

(i)        tkun kisbet impatti soċjali pożittivi kalkolabbli bħala l-objettiv primarju skont l-artikoli ta’ stabiliment u l-istatuti tagħha jew kwalunkwe dokument statutorju ieħor li jistabilixxi n-negozju; fejn l-impriża:

–       ▌tipprovdi servizzi jew beni lil persuni vulnerabbli, emarġinati, żvantaġġjati jew esklużi; ▌

–       tipprovdi beni jew servizzi permezz ta' metodu ta' produzzjoni, li jinkludi l-integrazzjoni ta' persuni vulnerabbli, emarġinati, żvantaġġjati jew esklużi; jew

       finanzi jew jappoġġja impriżi msemmija fl-ewwel jew it-tieni inċiż jew it-tnejn;

(ii)       tuża l-ewwel u qabel kollox il-profitti tagħha sabiex tilħaq l-objettiv primarju minflok ma tqassamhom u jkollha fis-seħħ proċeduri u regoli predefiniti għal kwalunkwe ċirkostanza li fihom jitqassmu l-profitti lill-partijiet interessati jew lis-sidien, li jiżguraw li kwalunkwe distribuzzjoni ta’ profitti bħal din ma ddgħajjifx l-objettiv primarju tagħha; kif ukoll

(iii)      tkun immaniġjata b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi lill-ħaddiema, klijenti u partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha.

(e)       "ekwità" tfisser interess ta’ sjieda f’impriża, rappreżentat mill-ishma jew minn forma oħra ta’ parteċipazzjoni fil-kapital ta’ impriża ta’ portafoll kwalifikanti maħruġ lill-investituri;

(ea)     'kważi ekwità' tfisser kwalunkwe tip ta' strument ta' finanzjament li jkun taħlita ta' ekwità u dejn jew li jkollu element ta' dejn u li l-qligħ tiegħu huwa l-aktar ibbażat fuq il-qligħ jew it-telf tal-impriża li tikkwalifika fil-portafoll u li huwa skopert fil-każ ta’ falliment;

(f)        "kummerċjalizzazzjoni" tfisser offerta jew pjazzament diretti jew indirietti fuq l-inizjattiva tal-maniġer ta’ EuSEF jew f’isem dak il-maniġer ta’ unitajiet jew ishma ta’ EuSEF li jimmaniġja għal jew flimkien mal-investituri domiċiljati jew ma’ uffiċċju reġistrat fl-Unjoni;

(g)       "kapital impenjat" tfisser kwalunkwe impenn li skontu persuna tkun obbligata tikseb interess fil-EuSEF jew tagħmel kontribuzzjonijiet kapitali lill-EuSEF;

(h)       "maniġer ta’ EuSEF" tfisser persuna ġuridika li n-negozju regolari tagħha huwa l-immaniġġjar tal-inqas ta’ EuSEF wieħed;

(i)        "Stat Membru domiċiljari" tfisser l-Istat Membru fejn il-maniġer ta’ EuSEF huwa stabilit jew fejn għandu l-uffiċċju reġistrat;

(j)        "Stat Membru ospitanti" tfisser l-Istat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru domiċiljari, fejn il-maniġer ta’ EuSEF jikkumerċjalizza EuSEFs skont dan ir-Regolament.

(k)       "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità nazzjonali li l-Istati Membri domiċiljari jaħtar, b'liġi jew regolament, biex tkun inkarigata mir-reġistrazzjoni tal-maniġers tal-impriżi ta’ investiment kollettivi kif imsemmi fl-Artikolu 2 (1).

Fir-rigward ta' punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-persentaġġ għandu jiġi kkalkulat fuq medja ta' perjodu massimu ta' ħames snin, u fuq il-bażi ta' ammont li jista' jiġi investit wara tnaqqis tal-ispejjeż kollha relevanti u parteċipazzjonijiet fuq medda ta' żmien fil-qosor fi flus u f'ekwivalenti ta' flus.

Fir-rigward tal-punt (h) tal-ewwel subparagrafu, meta l-forma ġuridika tal-EuSEF tippermetti mmaniġġjar intern u l-korp ta' tmexxija tal-EuSEF jagħżel li ma jaħtarx maniġer estern, il-maniġer jista' jkun l-EuSEF innifsu, li għandu mbagħad ikun awtorizzat bħala maniġer.

2.        Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex tispeċifika t-tipi ta’ servizzi jew oġġetti u l-metodi ta’ produzzjoni tas-servizzi jew oġġetti li jinkorporaw objettiv soċjali msemmi fil-punt (i) tal-paragrafu 1 (d) ta’ dan l-Artikolu u jitqiesu t-tipi differenti ta’ impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u dawk iċ-ċirkostanzi fejn il-profitti jkunu jistgħu jitqassmu lis-sidien u lill-investituri.

KAPITOLU II

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-UŻU TAL-ISEM “FOND TA' INTRAPRENDITORIJA SOĊJALI EWROPEW"

Artikolu 4

Il-maniġers ta’ EuSEFs li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabiliti f’dan il-Kapitolu jkunu intitolati jużaw l-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew” fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ EuSEFs madwar l-Unjoni.

Artikolu 5

1.        Il-maniġers ta’ EuSEFs jiżguraw li, meta jakkwiżixxu assi għajr investimenti kwalifikanti, mhux aktar minn 30% tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati tal-EuSEF ikun intuża għall-akkwist ta’ assi għajr investimenti kwalifikanti; Il-persentaġġ għandu jiġi kkalkulat fuq medja ta' perjodu massimu ta' ħames snin, u fuq il-bażi ta' ammont li jista' jiġi investit wara tnaqqis tal-ispejjeż kollha relevanti, parteċipazzjonijiet fuq medda ta' żmien fil-qosor fi flus u f'ekwivalenti ta' flus.

2.        Il-maniġer tal-EuSEF jista' jissellef, joħroġ obbligi ta’ dejn jew jipprovdi garanziji, fil-livell tal-EuSEF, sakemm dan is-self, obbligi ta' dejn jew garanziji jkunu koperti minn impenji mhux mitluba u b'hekk ma jżidux l-iskopertura tal-fond lil hinn mill-impenji tiegħu.

3.        ▌il-paragrafu 2 m'għandux japplika għas-self għal perjodu li ma jiġġeddidx ta’ mhux aktar minn 120 ġurnata kalendarju sabiex tiġi pprovduta likwidità bejn sejħa għal kapital kommess u l-wasla tiegħu mingħand l-investituri.

Artikolu 6

Il-maniġers ta’ EuSEFs jikkummerċjalizzaw l-unitajiet u l-ishma tal-EuSEFs maniġjati esklużivament lil investituri li jkunu meqjusa bħala klijenti professjonali skont it-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE, jew, fuq talba, jistgħu jiġu ttrattati bħala klijenti professjonali skont it-Taqsima II tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE, jew lil investituri oħrajn fejn:

(a)       dawn l-investituri l-oħrajn jieħdu l-impenn li jinvestu minimu ta’ EUR 100.000;

(b)       dawn l-investituri l-oħrajn jiddikkjaraw bil-miktub, f’dokument separat mill-kuntratt li jkun konkluż għall-impenn ta’ investiment, li jkunu konxji bir-riskji assoċjati mal-impenn previst;

(c)       il-maniġer ta’ EuSEF iwettaq valutazzjoni tal-kompetenza, l-esperjenza u l-għarfien tal-investitur, mingħajr ma jissuponi li l-investitur ikollu l-għarfien u l-esperjenza dwar is-suq ta’ dawk elenkati fit-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2004/39/KE;

(d)       fid-dawl tan-natura tal-impenn previst, il-maniġer ta’ EuSEF huwa raġonevolment aċċertat li l-investitur ikun kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet ta’ investitiment tiegħu stess u jifhem ir-riskji involuti, u li impenn ta’ dan it-tip ikun xieraq għal investitur bħal dan;

(e)       il-maniġer ta’ EuSEF jikkonferma bil-miktub li jkun wettaq il-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) u kkonkluda kif imsemmi fil-punt (d).

Artikolu 7

Fir-rigward tal-EuSEF li jimmaniġġjaw, il-maniġers ta’ EuSEFs:

(a)       jaġixxu bil-ħila, ir-reqqa u d-diliġenza dovuti fit-twettiq ta’ attivitajiethom u jittrattaw l-investituri tagħhom b'mod ġust;

(b)       japplikaw politiki u proċeduri xierqa biex ikunu evitati abbużi li jistgħu jaffettwaw l-interessi tal-investituri u l-impriżi li jikkwalifikaw fil-portafoll;

(c)       iwettqu l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom sabiex jippromwovu l-impatt soċjali pożittiv tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li jkun sar investiment fihom, l-aqwa interessi tal-EuSEFs li jimmaniġjaw, l-investituri f’dawk il-EuSEFs u l-integrità tas-suq.

(d)       japplikaw livell għoli ta’ diliġenza fis-selezzjoni u l-monitoraġġ kontinwu tal-investimenti fl-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt soċjali pożittiv ta' dawk l-impriżi;

(e)       ikollhom għarfien u fehim xierqa rigward l-impriżi li jikkwalifikaw fil-portafoll li fih jinvestu.

Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-politiki u l-proċeduri xierqa għandhom jinkludu, b'mod partikolari, regoli għat-tranżazzjonijiet personali tal-impjegati tal-EuSEF jew il-parteċipazzjoni jew il-ġestjoni tal-investimenti bil-ħsieb li jsir investiment għan-nom tagħhom stess u għandhom jiżguraw li kull tranżazzjoni li tikkonċerna l-EuSEF tkun tista' tiġi rikostitwita skont l-oriġini tagħha, il-partijiet ikkonċernati, in-natura tagħha kif ukoll il-mument meta jew il-post fejn saret, u li l-assi tal-EuSEF immaniġġjati mill-maniġer jiġu investiti b'mod konformi mar-regoli jew strumenti ta' inkorporazzjoni tal-EuSEF u mad-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ.

Artikolu 8

1.        Il-maniġers ta’ EuSEFs jidentifikaw u jevitaw kunflitti ta’ interess u, fejn dawn ma jkunux jistgħu jiġu evitati, jimmaniġjaw u jimmonitorjaw u, skont il-paragrafu 4, jiddivulgaw, dawn il-kunflitti ta’ interess sabiex jipprevjenuhom milli jaffettwaw l-interess tal-EuSEFs u tal-investituri tagħhom u sabiex jiżguraw li l-EuSEFs li jimmaniġjaw jiġu ttrattati ġustament.

2.        Il-maniġers ta’ EuSEFs jidentifikaw speċjalment dawk il-kunflitti ta’ interess li jistgħu jinħolqu bejn

(a)       il-maniġers ta’ EuSEFs, dawn il-persuni li effettivament imexxu l-operat tal-maniġer ta’ EuSEF, l-impjegati jew kwalunkwe persuna li direttament jew indirettament jikkontrollaw jew huma kontrollati mill-maniġer ta’ EuSEF, u l-EuSEF maniġjat mill-maniġer ta’ EuSEF jew l-investituri f’dawk il-EuSEFs;

(b)       EuSEF jew l-investitur f'dak l-EuSEF, u kwalunkwe EuSEF maniġjat minn dak il-maniġer ta’ EuSEF, jew l-investituri f'dak l-EuSEF l-ieħor.

3.        Il-maniġers ta’ EuSEFs iżommu u jħaddmu arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi effikaċi sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

4.        Jiġu pprovduti divulgazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil-paragrafu 1, fejn arranġamenti organizzazzjonali li jsiru mill-maniġer ta’ EuSEF sabiex jiġu identifikati, prevenuti, immaniġjati u mmonitorjati kunflitti ta’ interess mhumiex biżżejjed sabiex jiżguraw, b’ċertezza raġonevoli, li se jiġu pprevenuti r-riskji ta’ dannu għall-interessi tal-investituri. Il-maniġers ta’ EuSEFs jiddivulgaw b’mod ċar in-natura ġenerali jew is-sorsi ta’ kunflitti ta’ interess lill-investituri qabel ma jidħlu f'operazzjonijiet f’isimhom.

5.        Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex tispeċifika:

(a)       it-tipi ta’ kunflitti ta’ interess kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b)       f’termini ta’ strutturi u proċeduri organizzazzjonali u amministrattivi, il-passi li l-maniġers ta’ EuSEFs ikunu mistennija jieħdu, sabiex jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġjaw, jimmonitorjaw u jiddivulgaw kunflitti ta’ interess.

Artikolu 9

1.        Għal kull EuSEF li jimmaniġjaw, il-maniġers ta’ EuSEFs għandhom jużaw proċeduri sabiex ikejlu u jimmonitorjaw permezz ta' indikatrui ċari u komparabbli safejn l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti, li fihom il-EuSEF jinvesti, jiksbu l-impatt soċjali pożittiv li huma impenjati għalihom.

1a.      L-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:

(a)       is-swieq tal-okkupazzjoni u tax-xogħol;

(b)       l-istandards u d-drittijiet relatati mal-kwalità tal-impjiegi;

(c)       l-inklużjoni soċjali u l-ħarsien ta’ gruppi partikolari;

(d)       l-ugwaljanza tat-trattament u tal-opportunitajiet u n-nondiskriminazzjoni;

(e)       is-saħħa u s-skurezza pubbliċi;

(f)       l-aċċess għas-sistemi tal-ħarsien soċjali, tas-saħħa u tal-edukazzjoni u l-effetti fuqhom.

2.        Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex tispeċifika:

(a)        id-dettalji tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, b'rabta ma' impriżi ta’ portafoll kwalifikanti differenti;

(b)       il-kriterji dettaljati għall-kejl tal-impatt soċjali ta' impriża ta' portafoll kwalifikanti li jispeċifikaw l-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1a;

(c)       il-metodoloġija biex jingħaqdu flimkien il-kriterji dettaljati msemmija fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu u, jekk ikun possibbli, l-importanza relattiva ta' dawk il-kriterji fl-evalwazzjoni globali tal-impatt soċjali ta’ impriża ta' portafoll kwalifikanti.

Artikolu 10

F'kull waqt, il-maniġers ta’ EuSEFs ikollhom biżżejjed fondi ▌ta' mill-inqas ekwivalenti għal 25% tal-ispejjeż ġenerali tagħhom għas-sena preċedenti.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dan ir-rekwiżit fil-każ ta’ modifika sinifikanti fin-negozju tal-EuSEF meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Fejn EuSEF ma tkunx għadha temmet sena ta' negozju wara t-twaqqif tagħha, il-ħtieġa għandha tkun li l-EuSEF ikollha fondi proprji ta' mill-inqas 25% tal-ispejjeż ġenerali fissi previsti fil-pjan tan-negozju tagħha, dment li l-awtoritajiet kompetenti ma jirrikjedux aġġustament għal dak il-pjan.

Il-maniġers tal-EuSEF għandhom jużaw riżorsi umani u tekniċi adegwati u xierqa kif inhu meħtieġ għall-immaniġġjar xieraq ta’ EuSEFs.

Artikolu 11

Ir-regoli għall-valwazzjoni tal-assi jiġu stabiliti fid-dokumenti statutorji tal-EuSEF.

Artikolu 12

1.        Il-maniġers ta’ EuSEFs iqiegħdu rapport annwali għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari għal kull EuSEF maniġjat mhux aktar tard minn 6 xhur wara tmiem is-sena finanzjarja. Ir-rapport jiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-portafoll tal-EuSEF u l-attivitajiet tas-sena ta’ qabel. Ikun fih il-kontijiet finanzjarji awditjati għall-EuSEF. Jiġi pprovdut skont l-istandards ta’ rapportar eżistenti u t-termini miftiehma bejn il-maniġer ta’ EuSEF u l-investituri. Il-maniġers ta’ EuSEFs fuq talba jipprovdu r-rapport lill-investituri. Il-maniġers ta’ EuSEFs u l-investituri jistgħu jaqblu dwar divulgazzjonijiet addizzjonali bejniethom.

2.        Bħala minimu, ir-rapport annwali jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)       dettalji, kif ikun xieraq, dwar l-eżiti soċjali globali miksuba mill-politika ta’ investiment u l-metodu użat għat-tkejjil ta’ dawn l-eżiti;

(b)       dikjarazzjoni dwar kwalunkwe ċessjoni li tkun seħħet fir-rigward tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti;

(c)       deskrizzjoni dwar jekk iċ-ċessjonijiet fir-rigward tal-assi l-oħra tal-EuSEF li ma jkunux investiti f’impriżi ta’ portafoll kwalifikanti seħħewx fuq il-bażi tal-kriterji kif imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 13 (1);

(d)       sommarju tal-attivitajiet li l-maniġer ta’ EuSEF impenja ruħu fihom fir-rigward tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 13(1).

(da)     tagħrif iddettaljat dwar in-natura u l-għan tal-investimenti li ma jkunux investimenti ta’ portafoll kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 4(1).

3.        Fejn il-maniġer ta’ EuSEF ikun meħtieġ irendi pubbliku rapport finanzjarju pubbliku skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-EuSEF, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi pprovdut jew b’mod separat jew inkella bħala parti addizzjonali tar-rapport finanzjarju annwali.

Artikolu 13

1.        Il-maniġers ta’ EuSEFs jgħarrfu lill-investituri tagħhom qabel ma jieħdu deċiżjoni ta’ investiment tal-inqas dwar l-elementi li ġejjin:

(a)       l-identità tal-maniġer ta’ EuSEF u ta’ kwalunkwe fornituri ta’ servizzi oħrajn li ngħataw kuntratt mill-maniġer ta’ EuSEF fir-rigward tal-immaniġjar tagħhom u deskrizzjoni ta’ dmirijiethom;

(b)       deskrizzjoni tal-istrateġija u l-objettivi ta’ investiment tal-EuSEF, inkluża deskrizzjoni tat-tipi tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-proċess u l-kriterji li jintużaw għall-identifikazzjoni tagħhom, it-tekniki ta’ investiment li jista’ jħaddem, u kwalunkwe restrizzjoni ta’ investiment applikabbli;

(c)       l-impatt soċjali pożittiv fil-mira tal-politika ta’ investiment tal-EuSEF, inklużi, fejn dawn ikunu relevanti, projjezzjonijiet ta’ dawn l-eżiti skont kif ikun xieraq, u tagħrif dwar il-kriterji/metodoloġija tal-kejl tal-impatt li jridu jiġu applikati għal kull investiment rispettiv u, fejn ikun disponibbli, dwar prestazzjoni fl-imgħoddi f’dan il-qasam;

(d)       il-metodoloġiji li se jintużaw sabiex jitkejlu l-impatti soċjali;

(e)       tagħrif iddettaljat dwar in-natura u l-għan tal-assi li ma jkunux impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-proċess u l-kriterji li jintużaw għas-selezzjoni ta’ dawn l-assi, sakemm ma jkunux flus jew inkella ekwivalenti ta’ flus;

(f)        deskrizzjoni tal-profil ta’ riskju tal-EuSEF u kwalunkwe riskji assoċjati mal-assi li fihom il-fond jista’ jinvesti jew it-tekniki ta’ investiment li jistgħu jitħaddmu;

(g)       deskrizzjoni tal-proċedura ta’ valwazzjoni tal-EuSEF u tal-metodoloġija ta’ pprezzar għall-valwazzjoni tal-assi, inklużi l-metodi mħaddma għall-valwazzjoni tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti;

(h)       deskrizzjoni tat-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha u tal-ammonti massimi tagħhom li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-investituri;

(i)        deskrizzjoni ta’ kif tkun ikkalkolata r-remunerazzjoni tal-maniġer ta’ EuSEF kif ukoll divulgazzjoni tal-profitti tal-fond;

(j)        fejn din tkun disponibbli, il-prestazzjoni finanzjarja storika tal-EuSEF;

(k)       is-servizzi ta’ appoġġ tan-negozji u l-attivitajiet ta’ appoġġ l-oħrajn li l-maniġer ta’ EuSEF qed jipprovdi jew iforni permezz ta’ partijiet terzi sabiex jiffaċilita l-iżvilupp, it-tkabbir jew b’xi mod ieħor l-operazzjonijiet kurrenti tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li fihom il-EuSEF jinvesti jew inkella, fejn dawn is-servizzi jew l-attivitajiet ma jkunux ipprovduti, spjegazzjoni dwar dak il-fatt;

(l)        deskrizzjoni tal-proċeduri li bihom il-EuSEF jista’ jibdel l-istrateġija ta’ investiment jew il-politika ta’ investiment tiegħu, jew it-tnejn li huma.

2.        It-tagħrif kollu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ġust, ċar u ma jiżgwidax. Jinżamm aġġornat u jiġi revedut b’mod regolari.

3.        Fejn il-maniġer ta’ EuSEF ikun meħtieġ jippubblika prospectus skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew skont il-liġi nazzjonali fir-rigward tal-EuSEF, it-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi pprovdut jew b’mod separat jew inkella bħala parti mill-prospectus.

4.        Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex tispeċifika:

(a)       il-kontenut tat-tagħrif imsemmi fil-punti (b) sa (e) u (k) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b)       kif it-tagħrif kif imsemmi fil-punti (b) sa (e) u (k) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jista’ jiġi ppreżentat b’mod uniformi sabiex jiżgura l-ogħla livell possibbli ta’ komparabilità.

(ba)     il-prinċipji li jridu jiġu applikati fid-disinn tal-metodi użati għall-valwazzjoni tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti kif hemm imsemmi fil-paragrafu 1(g).

Artikolu 13a

1.        Għal kull EuSEF li jimmaniġġja, il-maniġer għandu jiżgura li jinħatar depożitarju wieħed u uniku f'konformità ma' dan l-Artikolu.

2.        Id-depożitarju għandu jkun istituzzjoni li tkun suġġetta għal regolamentazzjoni prudenzjali u għal superviżjoni kontinwa. Dan għandu jaqa' fil-kategoriji ta' istituzzjoni determinata mill-Istati Membri li tkun eliġibbli bħala depożitarju skont l-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2009/65/KE.

3.        Id-depożitarju għandu jkun responsabbli għall-verifika tas-sjieda u għaż-żamma ta' rekord tal-assi tal-EuSEF kwalifikanti.

4.        Id-depożitarju għandu jkollu l-obbligu li jagħti rendikont lill-EuSEF u lill-investituri tiegħu għal kwalunkwe telf imġarrab bħala riżultat ta’ negliġenza jew nuqqas imwettaq intenzjonalment.

KAPITOLU III

SUPERVIŻJONI U KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 14

1.        Il-maniġers ta’ EuSEFs li beħsiebhom jużaw l-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew" għall-kummerċjalizzazzjoni tal-EuSEF tagħhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom b’din l-intenzjoni u jipprovdu t-tagħrif li ġej:

(a)       l-identità tal-persuni li effettivament iwettqu n-negozju ta-EuSEFs li jimmaniġjaw;

(b)       l-identità tal-EuSEFs li l-unitajiet jew l-ishma tagħhom jiġu kummerċjalizzati u l-istrateġiji ta’ investiment tagħhom;

(c)       tagħrif dwar l-arranġamenti li saru għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II;

(d)       lista tal-Istati Membri fejn il-maniġer ta’ EuSEF ikun beħsiebu jikkummerċjalizza kull EuSEF.

2.        L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tawtorizza lill-maniġer ta’ EuSEF biss jekk tkun sodisfatta li jintlaħqu l-kondizzjonijiet segwenti:

(a)       it-tagħrif meħtieġ fil-paragrafu 1 ikun sħiħ;

(b)       l-arranġamenti nnotifikati skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 jkunu adattati sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II.

3.        L-awtorizzazzjoni tkun valida fit-territorju sħiħ tal-Unjoni u tippermetti lill-maniġers ta’ EuSEFs sabiex jikkummerċjalizzaw EuSEFs bl-isem “Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej” madwar l-Unjoni.

Artikolu 15

Il-maniġer ta’ EuSEF jaġġorna t-tagħrif ipprovdut lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari fejn il-maniġer ta’ EuSEF ikun beħsiebu:

(a)       jikkummerċjalizza EuSEF ġdid;

(b)       jikkummerċjalizza EuSEF fejn il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 14(1) ġew modifikati.

Artikolu 16

1.        Minnufih wara l-awtorizzazzjoni ta’ maniġer ta’ EuSEF, l-awtorità tal-Istat Membru domiċiljari tinnotifika l-fatt li l-maniġer ta’ EuSEF ikun awtorizzat fl-Istati Membri indikati skont il-punt (d) tal-Artikolu 14 (1) ta’ dan ir-Regolament u mal-AETS.

2.        L-Istati Membri ospitanti indikati skont il-punt (d) tal-Artikolu 14 (1) ta’ dan ir-Regolament ma jimponux, fuq il-maniġer ta’ EuSEF awtorizzat skont l-Artikolu 14, xi rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-EuSEFs tiegħu, u lanqas ma jeħtieġu xi approvazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni qabel il-bidu tagħha.

3.        Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, l-AETS tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-format tan-notifika.

4.        L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa …(10)*.

5.        Tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17

1.        L-AETS għandha żżomm aġġornata bażi ta’ dejta ċentrali, aċċessibbli b’mod pubbliku fuq l-internet, li telenka kull EuSEF u kull maniġer tal-EuSEF awtorizzati fl-Unjoni kif ukoll il-pajjiżi li fihom joperaw, skont dan ir-Regolament.

2.        L-AETS u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-investituri, lill-maniġers tal-fondi ta’ investiment u lill-kumpaniji bl-eżistenza tal-EuSEF.

Artikolu 18

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tissupervizza l-konformità mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.

Artikolu 19

B’konformità mad-dritt nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. B’mod partikolari, jkollhom is-setgħa li:

(a)       jitolbu aċċess għal kwalunkwe dokument fi kwalunkwe forma, u sabiex jirċievu jew jieħdu kopja tiegħu;

(b)       jeħtieġu li l-maniġers ta’ EuSEF jipprovdu tagħrif minnufih;

(c)       jeħtieġu tagħrif minn kwalunkwe persuna relatat mal-attivitajiet tal-maniġer ta’ EuSEF jew tal-EuSEF;

(d)       iwettqu spezzjonijiet fuq il-post b’avviż minn qabel jew mingħajr;

(e)       jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li maniġer ta’ EuSEF ikompli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

(f)        joħorġu ordni sabiex jiżguraw li maniġer ta’ EuSEF jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u joqgħod lura milli jerġa’ jieħu azzjoni li tista’ twassal għal ksur ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 20

1.        L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom iwettqu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li huma jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

2.        Sa (11)* l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni. Jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS minnufih dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

Artikolu 21

1.        L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tieħu l-provvedimenti xierqa msemmija fil-paragrafu 2 fejn il-manigers ta’ EuSEF:

(a)       jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti li japplikaw għall-kompożizzjoni tal-portafoll skont l-Artikolu 5;

(b)       jonqsu milli jikkummerċjalizzaw l-EuSEF lil investituri eliġibbli skont l-Artikolu 6;

(c)       jużaw id-denominazzjoni “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew” mingħajr ma jkunu awtorizzati l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom skont l-Artikolu 14.

2.        Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tieħu l-provvedimenti li ġejjin, skont kif xieraq:

(a)       tipprojbixxi l-użu tal-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew" għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ EuSEF wieħed jew aktar tal-maniġer ta’ EuSEF;

(b)       tneħħi lill-maniġer tal-EuSEF mir-reġistru.

3.        L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti indikati skont il-punt (d) tal-Artikolu 14 (1) u l-AETS mingħajr dewmien bit-tneħħija tal-maniġer ta’ EuSEF mir-reġistru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.        Il-jedd li jiġi kkummerċjalizzat EuSEF wieħed jew aktar bid-denominazzjoni “Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej” fl-Unjoni jiskadi b’effett immedjat mid-data ta’ deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 2.

Artikolu 22

1.        L-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw flimkien mal-AETS għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

2.        L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-AETS mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha neċessarja biex tkun tista' twettaq dmirijietha b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. B'mod partikolari, l-AETS u l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw it-tagħrif u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiġi identifikat u rimedjat il-ksur ta’ dan ir-Regolament.

2a.      Fil-każ li jkun hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti rigward l-eżerċizzju tad-doveri rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet ikkonċernati tista’ tirreferi l-affari għall-medjazzjoni mill-AETS skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru.1095/2010.

Artikolu 23

1.        Kull persuna li taħdem jew li ħadmet għall-awtoritajiet kompetenti jew għall-AETS, kif ukoll awdituri u esperti magħżula mill-awtoritajiet kompetenti u l-AETS, huma marbuta bl-obbligu ta’ segretezza professjonali. L-ebda tagħrif kunfidenzjali li dawn il-persuni jirċievu matul dmirijiethom ma jiġi ddivulgat lil xi persuna jew awtorità, ħlief f’forma sintetika jew aggregata b’tali mod li l-maniġers ta’ EuSEFs u l-EuSEFs ma jkunux jistgħu jiġu identifikati b’mod individwali, mingħajr ħsara għall-każijiet koperti mid-dritt kriminali u proċeduri skont dan ir-Regolament.

2.        L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew l-AETS ma jiġux pprevenuti milli jiskambjaw tagħrif skont dan ir-Regolament jew liġi oħra tal-Unjoni applikabbli għal maniġers ta’ EuSEFs u EuSEFs.

3.        Fejn l-awtoritajiet kompetenti u l-AETS jirċievu tagħrif kunfidenzjali skont il-paragrafu 1, dawn jistgħu jużaw dak it-tagħrif biss matul il-kors tad-dmirijiet tagħhom u għall-finijiet ta’ proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

Artikolu 24

1.        Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabiliti f’dan l-Artikolu.

2.        Is-setgħa msemmija fl-Artikoli 2 (3), 3 (2), 8 (5), 9 (2) u 13 (4) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tfassalrapport fir-rigward tad-delega tas-setgħat mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' erba' snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3.        Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2 (3), 3 (2), 8 (5), 9 (2) u 13 (4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkew mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Tidħol fis-seħħ fid-data wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax l-validità ta’ kwalunkwe atti delegati diġà fis-seħħ.

4.        Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifika b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.        Att delegat jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 25

1.        Sa ...(12)*, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament. Ir-rieżami jinkludi stħarriġ ġenerali tal-funzjonament tar-regoli f’dan ir-Regolament u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tagħhom, inklużi:

(a)       il-punt sa fejn intuża l-isem “Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew” mill-maniġers ta’ EuSEFs fi Stati Membri differenti, kemm fuq bażi domestika jew inkella transfruntiera;

(aa)     analiżi tal-postijiet ġeografiċi tal-EuSEFs u tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li jkun sar investiment fihom;

(b)       l-użu tal-investimenti kwalifikanti differenti mill-EuSEFs u x’impatt dan ħalla fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni;

(ba)     kemm hu xieraq li tiġi stabbilita tikketta Ewropea għal "impriżi soċjali";

(c)       l-applikazzjoni prattika tal-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt ta’ din fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni u l-impatt soċjali pożittiv tagħhom;

(ca)     analiżi tal-proċeduri implimentati mill-maniġers tal-EuSEF sabiex jitkejjel l-impatt soċjali pożittiv iġġenerat mill-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 9 u valutazzjoni dwar il-fattibilità li jiġu introdotti standards armonizzati biex jitqabbel l-impatt soċjali fil-livell tal-Unjoni b'mod konsistenti mal-politika soċjali tal-Unjoni;

(d)       l-ambitu ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-possibilità li jiġu estiżi l-kummerċjalizzazzjoni tal-EuSEFs għall-investituri bl-imnut, u s-salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tal-investituri li tkun tinvolvi tali estensjoni ta' ambitu;

(da)     l-applikazzjoni prattika tar-reġim depożitarju għall-EuSEFs u l-impatt tagħha;

(db)     kemm hu xieraq li dan ir-Regolament jiġi kumplimentat mal-qafas tat-taxxa Ewropew immirat biex iħeġġeġ l-intraprenditorija soċjali.

2.        Wara r-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 u wara konsultazzjoni mal-AETS, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, jekk dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 25a

Sal-..., l-AETS għandha tevalwa l-ħtiġijiet tal-persunal u r-riżorsi li jirriżultaw mill-akkwist tal-poteri u tad-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 25b

Emenda tad-Direttiva 2009/65/KE

Fl-Artikolu 50 (1) tad-Direttiva 2009/65/KE il-punt li ġej jiġi miżjud:

"(i) Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej, kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru .../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ...[dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej](13), sa massimu ta’ 10 %"

Artikolu 26

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mit-22 ta’ Lulju 2013, għajr l-Artikoli 2 (3), 3 (2), 8 (5), 9 (2) u 13 (4), li japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

Għad mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

                    ĠU C …p…

(4)

                    ĠU C, , p. .

(5)

                    ĠU L 302, 17.11.2009, p.32.

(6)

                    ĠU L 174, 1.7.2011, p.1.

(7)

                   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(8)

                   ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(9)

                   ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(10)

*                    ĠU: jekk jogħġok daħħal id-data: disa’ xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(11)

*                    ĠU: jekk jogħġok daħħal id-data: 24-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(12)

*                    ĠU: jekk jogħġok daħħal id-data: erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(13)

                   ĠU L ...


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (25.4.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropej

(COM(2011)0862 – C7‑0489/2011 – 2011/0418(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pervenche Berès

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Waqt li l-investituru wkoll qed ifittxu għanijiet soċjali u mhux biss redditi finanzjarji, aktar ma jmur aktar qed jemerġi suq ta’ investiment soċjali fl-Unjoni, magħmul parzjalment minn fondi tal-investiment li jimmiraw lejn impriżi soċjali. Tali fondi ta’ investiment jipprovdu finanzjament għall-impriżi soċjali li jaġixxu għala muturi tal-bidla soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi għall-problemi soċjali u jagħtu kontribut ferm importanti għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.

(1) Waqt li l-investituri wkoll qed ifittxu għanijiet soċjali u mhux biss redditi finanzjarji, aktar ma jmur aktar qed jitfaċċa suq ta’ investiment soċjali fl-Unjoni, magħmul parzjalment minn fondi tal-investiment li jimmiraw lejn impriżi soċjali. Tali fondi ta’ investiment jipprovdu finanzjament għall-impriżi soċjali li jaġixxu għala muturi tal-bidla soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi għall-problemi soċjali, jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi finanzjarja u jagħtu kontribut ferm importanti għall-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-impriżi soċjali jinkludu firxa wiesgħa ta’ impiżi, ta’ forom ġuridiċi varji, li jipprovdu servizzi soċjali jew oġġetti lil persuni vulnerabbli jew marġinati. Dawn is-servizzi jinkludu aċċess għal abitazzjoni, servizzi ta’ kura tas-saħħa, assistenza għal persuni anzjani jew diżabli, indukrar tat-tfal, aċċess għall-impjieg u taħriġ kif ukoll maniġjar tad-dipendenzi. L-impriżi soċjali jinkludu wkoll impriżi li jużaw metodu ta’ produzzjoni ta’ prodotti jew servizzi b’objettiv soċjali, iżda li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaqgħu barra l-kamp tal-forniment tal-prodotti jew servizzi soċjali. Dawk l-attivitajiet jinkludu l-integrazzjoni soċjali jew professjonali permezz ta’ aċċess għal impjieg għal persuni żvantaġġati b’mod partikolari minħabba kwalifiki nieqsa jew problemi soċjali jew professjonali li jwasslu għall-esklużjoni u l-marġinazzjoni.

(8) L-impriżi soċjali jinkludu firxa wiesgħa ta’ impiżi, ta’ forom ġuridiċi varji, li jipprovdu servizzi soċjali jew oġġetti lil persuni vulnerabbli jew marġinati, sabiex jippromwovu u jiżguraw aċċess ugwali għal dawn il-prodotti u s-servizzi. Dawn is-servizzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, il-ġlieda kontra l-faqar, l-aċċess għal abitazzjoni, is-servizzi ta’ kura tas-saħħa, l-assistenza għal persuni anzjani jew diżabbli, l-indukrar tat-tfal, l-aċċess għall-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni fit-tfulija bikrija, l-impjieg u t-taħriġ kif ukoll l-immaniġġjar tad-dipendenzi. L-impriżi soċjali jinkludu wkoll impriżi li jużaw metodu ta’ produzzjoni ta’ prodotti jew servizzi b’objettiv soċjali, iżda li l-attivitajiet tagħhom jistgħu jaqgħu barra l-kamp tal-forniment tal-prodotti jew servizzi soċjali. Dawk l-attivitajiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-integrazzjoni soċjali jew professjonali permezz ta’ aċċess għal impjieg għal persuni żvantaġġati b’mod partikolari minħabba kwalifiki nieqsa jew problemi soċjali jew professjonali li jwasslu għall-esklużjoni u l-marġinazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jidher ċar li l-faqar huwa mutur ewlieni tal-esklużjoni soċjali u ta’ problemi soċjali oħra

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Għas-superviżjoni effikaċi tar-rekwiżiti stipulati, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi wkoll proċess għan-notifiki transfruntieri bejn l-awtoritajiet kompetenti superviżorji, li għandhom jinbdew mar-reġistrazzjoni tal-maniġer ta’ EuSEF fl-Istat Membru domiċiljari tiegħu.

(23) Għas-superviżjoni effikaċi tar-rekwiżiti stipulati, dan ir-Regolament għandu jistabilixxi wkoll proċess awtomatiku għan-notifiki transfruntieri bejn l-awtoritajiet kompetenti superviżorji, li għandhom jinbdew mar-reġistrazzjoni tal-maniġer ta’ EuSEF fl-Istat Membru domiċiljari tiegħu. Għandu jkun hemm skambju awtomatiku tal-informazzjoni superviżorja bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri domiċiljari u ospitanti u l-AETS.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-informazzjoni superviżorja għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri domiċiljari u ospitanti u l-AETS.

imħassar

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament japplika għall-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv kif iddefiniti fl-Artikolu 3 (1) (b) li jkunu stabiliti fl-Unjoni u jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom skont il-punt (a) tal-Artikolu 3 (3) tad-Direttiva 2011/61/KE, sakemm dawn il-maniġers jimmaniġjaw portafolji tal-EuSEFs li l-assi maniġjati tagħhom b'kollox ma jeċċedux livell limitu ta’ EUR 500 miljun jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-maniġers ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv kif iddefiniti fl-Artikolu 3 (1) (b) li jkunu stabiliti fl-Unjoni u jkunu soġġetti għal reġistrazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tagħhom skont il-punt (a) tal-Artikolu 3 (3) tad-Direttiva 2011/61/KE, sakemm dawn il-maniġers jimmaniġjaw portafolji tal-EuSEFs li l-assi maniġjati tagħhom b'kollox ma jeċċedux livell limitu ta’ EUR 500 miljun jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

 

Fil-każ ta’ EuSEFs li jinvestu f’impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li jirrigwardaw l-Akkomodazzjoni Soċjali u setturi oħra b’rilevanza soċjali li għandhom intensità kbira ta’ investiment, jista’ jiġi definit livell ta’ limitu aktar għoli fuq il-bażi ta’ kull każ meqjus għalih.

Ġustifikazzjoni

L-emenda ġiet issuġġerita min-Netwerk Ewropew tal-Ibliet u r-Reġjuni għall-Ekonomija Soċjali biex tippermetti li jkun hemm flessibilità fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ impriżi b’impatt soċjali pożittiv iżda intensità akbar ta’ kapital.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex tispeċifika l-metodi għall-kalkolu tal-livell limitu kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dan il-livell limitu fuq bażi kontinwa.

3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex tispeċifika l-metodi għall-kalkolu tal-livelli limitu xierqa kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dan il-livell limitu fuq bażi kontinwa.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa biex tipprovdi kriterji oġġettivi għal livelli limitu ogħla relatati mal-emenda li ġiet issuġġerita min-Netwerk Ewropew tal-Ibliet u r-Reġjuni għall-Ekonomija Soċjali biex tkun permessa l-flessibilità fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ impriżi b’impatt soċjali pożittiv iżda b’intensità akbar ta’ kapital.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 –punt c – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta’ dejn jew self imsemmija fil-punti (c)(ii) u (c)(iv), il-livell ta’ interessi għandu jiġi ffissat f’livell li ma jdgħajjifx l-ilħiq tal-objettiv soċjali primarju tal-impriża ta’ portafoll kwalifikanti billi jillimita r-riinvestiment tal-profitti.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-impriżi soċjali għandhom ikunu jistgħu jużaw l-istrumenti tad-dejn, din id-dispożizzjoni tevita li l-ħlasijiet tal-interessi ixekkilhom milli jilħqu l-objettiv soċjali primarju tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ‘impriża ta’ portafoll kwalifikanti’ tfisser impriża li, fil-mument tal-investiment mill-EuSEF, ma tkunx elenkata f’suq regolat kif iddefinit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 2004/39/KE, li jew ikollha fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, jew total tal-karta -bilanċjali annwali li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun, li ma tkunx minnha nfisha impriża ta’ investiment kollettiv u li:

 

(d) ‘impriża ta’ portafoll kwalifikanti’ tfisser impriża li ma tkunx minnha nfisha impriża ta’ investiment kollettiv u li, fil-mument tal-investiment mill-EuSEF, ma tkunx elenkata f’suq regolat kif iddefinit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 2004/39/KE li, minbarra fil-każ ta’ impriżi li jindirizzaw l-Akkomodazzjoni Soċjali jew setturi oħra b’rilevanza soċjali li jkollhom intensità ta’ investiment kbira, jew ikollha fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, jew total tal-karta -bilanċjali annwali li ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun u li:

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt d – subpunt (i)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) tkun kisbet impatti soċjali pożittivi kalkolabbli bħala l-objettiv primarju skont l-artikoli ta’ stabiliment u l-istatuti tagħha jew kwalunkwe dokument statutorju ieħor li jistabilixxi n-negozju; fejn:

 

(i) b’konformità mal-artikoli ta’ assoċjazzjoni jew l-istatuti tagħha jew kull dokument statutorju ieħor li jistabbilixxi l-kummerċ, tkun kisbet impatti soċjali pożittivi kalkolabbli bħala l-objettiv primarju minflok li ġġenerat il-profitt għas-sidien, il-membri u l-azzjonisti tagħha,fejn:

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt d – subpunt (i) – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-impriża tipprovdi servizzi jew oġġetti lil persuni vulnerabbli jew marġinati; jew

l-impriża tipprovdi servizzi jew oġġetti b’redditu soċjali, u/jew

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – subpunt (ii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) tuża l-profitti tagħha sabiex tikseb l-objettiv primarju minflok ma tqassamhom u jkollha fis-seħħ proċeduri u regoli predefiniti għal kwalunkwe ċirkostanza li fihom jitqassmu l-profitti lill-azzjonisti jew lis-sidien;

(ii) tinvesti mill-ġdid il-profitti tagħha sabiex tikseb l-objettiv primarju u jkollha fis-seħħ proċeduri u regoli predefiniti għal kwalunkwe ċirkostanza li fihom jitqassmu l-profitti; tali regoli għandhom jiżguraw li kwalunkwe distribuzzjoni tal-profitti ma tistax iddgħajjef l-objettiv primarju;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – subpunt (iii)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tkun immaniġjata b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi lill-ħaddiema, klijenti u partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha.

tkun immaniġjata b’mod intraprenditorjali, responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi lill-ħaddiema, klijenti u/jew partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 li jispeċifika l-kriterji biex jiġu identifikati l-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li jindirizzaw is-settur tal-Akkomodazzjoni Soċjali u setturi oħra b’rilevanza soċjali li jkollhom intensità kbira ta’ investiment u livelli ta’ limitu xierqa sabiex it-total tal-fatturat u tal-karta tal-bilanċ jintuża għall-finijiet tal-Paragrafu 1 punt (d).

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa biex tipprovdi kriterji oġġettivi għal livelli ta’ limitu ogħla relatati mal-emenda li ġiet issuġġerita min-Netwerk Ewropew tal-Ibliet u r-Reġjuni għall-Ekonomija Soċjali biex tkun permessa l-flessibilità fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ impriżi b’impatt soċjali pożittiv iżda b’intensità kbira ta’ investiment.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) iwettqu l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom sabiex jippromwovu l-aqwa interessi tal-EuSEFs li jimmaniġjaw, l-investituri f’dawk il-EuSEFs u l-integrità tas-suq.

(c) iwettqu l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom sabiex jippromwovu l-impatt soċjali pożittiv tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti li jkun sar investiment fihom, l-aqwa interessi tal-EuSEFs li jimmaniġjaw, l-investituri f’dawk il-EuSEFs u l-integrità tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Il-maniġers tal-EuSEFs għandhom iqiegħdu l-ilħuq ta’ impatt soċjali pożittiv fuq quddiem nett.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) japplikaw livell għoli ta’ diliġenza fis-selezzjoni u l-monitoraġġ kontinwu tal-investimenti fl-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti;

(d) japplikaw livell għoli ta’ diliġenza fis-selezzjoni u l-monitoraġġ kontinwu tal-investimenti fl-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt soċjali pożittiv tagħhom;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 21 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti indikati skont il-punt (d) tal-Artikolu 14 (1) bit-tneħħija tal-maniġer ta’ EuSEF mir-reġistru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3. L-awtorità kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti indikati skont il-punt (d) tal-Artikolu 14 (1) u l-AETS mingħajr dewmien bit-tneħħija tal-maniġer ta’ EuSEF mir-reġistru msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-applikazzjoni prattika tal-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt ta’ din fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni;

(c) l-applikazzjoni prattika tal-kriterji għall-identifikazzjoni tal-impriżi ta’ portafoll kwalifikanti u l-impatt ta’ din fuq l-iżvilupp tal-impriżi soċjali madwar l-Unjoni u l-impatt soċjali pożittiv tagħhom;

PROĊEDURA

Titolu

Fond Ewropew għall-Intraprenditorija Soċjali

Referenzi

COM(2011)0862 – C7-0489/2011 – 2011/0418(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

20.4.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Pervenche Berès

26.3.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.4.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

16

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Heinz K. Becker, Phil Bennion, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Sergio Gutiérrez Prieto, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Jelko Kacin, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu, Emilie Turunen


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (27.4.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej

(COM(2011)0862 – C7‑0489/2011 – 2011/0418(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dimitar Stoyanov

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament tistabbilixxi l-qafas legali li taħtu tipi differenti ta' fond ta' investiment jistgħu jingħataw l-istatus ta' "Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew" u l-"passaport rispettiv". L-għan huwa li jinħoloq settur Ewropew għall-investiment f'persuni ġuridiċi li jwettqu attivitajiet mingħajr skop ta' profitt maħsuba li jissodisfaw diversi objettivi ta' natura soċjali.

Il-proposta għal regolament tistipula l-kriterji, fir-rigward ta' assi disponibbli, li fond jeħtieġ li jissodisfa sabiex jingħata l-istatus u l-passaport imsemmija hawn fuq. Il-proposta tistipula wkoll ir-rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfati minn maniġers tal-fond ta' intraprenditorija soċjali u r-restrizzjonijiet fuq l-investiment li jistgħu jsiru permezz tal-assi ta' fond.

Għandu jkun innutat li diġà jeżistu żewġ direttivi relatati mal-fondi ta' investiment: Id-Direttiva 2011/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F'dawn id-Direttivi hemm ir-regoli li jirregolaw il-fondi ta' investiment u l-ġestjoni tagħhom u r-regoli applikabbli għall-investituri f'dawk il-fondi. Din l-opinjoni għandha l-għan li tiżgura li l-proposta għal regolament hija konsistenti mal-atti leġiżlattivi attwalment fis-seħħ.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Sabiex tiġi żgurata ċarezza u trasparenza, huwa wkoll neċessarju li l-maniġers tal-EuSEF jiżvelaw lill-investituri, u lill-proprjetarji kollha, kwalunkwe rabta li huma jista' jkollhom ma' partiti u organizzazzjonijiet politiċi, flimkien mad-dettalji tal-esperjenza professjonali preċedenti u għarfien speċjalizzat tagħhom miksub matul il-ġestjoni tal-EuSEFs.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-objettivi tal-EuSEF, jeħtieġ li l-arranġamenti tal-ġestjoni tagħhom ma jinvolvu l-ebda mekkaniżmu li jagħmel pagamenti lill-membri ta' partiti politiċi. Kwalunkwe rabta bejn il-partiti (jew l-organizzazzjonijiet politiċi) u l-maniġers għandha tiġi żvelata lill-investituri.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

а) ‘Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew’ (EuSEF) tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li tinvesti minimu ta’ 70 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u kapital impenjat mhux eżerċitat tagħha f’assi li huma investimenti kwalifikanti;

а) ‘Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew’ (EuSEF) tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li tinvesti minimu ta’ 70 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u kapital impenjat mhux eżerċitat tagħha f’assi li huma investimenti kwalifikanti, irrispettivament minn jekk dik l-impriża ta’ investiment kollettiv hijiex tat-tip miftuħ jew magħluq;

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika t-test sabiex tneħħi lakuna legali li tista' tiġi interpretata b'mod suġġettiv.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(а) ‘Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew’ (EuSEF) tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li tinvesti minimu ta’ 70 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u kapital impenjat mhux eżerċitat tagħha f’assi li huma investimenti kwalifikanti;

(а) ‘Fond ta' Intraprenditorija Soċjali Ewropew’ (EuSEF) tfisser impriża ta’ investiment kollettiv li tinvesti minimu ta’ 70 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet kapitali u tal-kapital impenjat mhux eżerċitat f’assi li huma investimenti kwalifikanti;

Ġustifikazzjoni

Il-ġustifikazzjoni tikkonċerna biss il-verżjoni Bulgara tat-test.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) tuża l-profitti tagħha sabiex tikseb l-objettiv primarju minflok ma tqassamhom u jkollha fis-seħħ proċeduri u regoli predefiniti għal kwalunkwe ċirkostanza li fihom jitqassmu l-profitti lill-azzjonisti jew lis-sidien;

(ii) tuża l-profitti tagħha essenzjalment sabiex tikseb l-objettiv primarju, billi dawn jerġgħu jiġu investiti fl-impriża, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punt li ġej;

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament għandha l-għan li, permezz ta' investimenti, tgħin lill-impriżi bi skop soċjali li l-għan prinċipali tagħhom mhuwiex il-profitt, iżda l-iżvilupp tal-attivitajiet soċjali tagħhom. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jitqiesu l-interessi tal-investituri li l-motivazzjoni primarja tagħhom hija l-profitt. Din hija r-raġuni għalfejn il-punt ii) għandu jinqasam fi tnejn sabiex jiġi ppreċiżat li l-impriżi bi skop soċjali jeħtieġu jagħmlu sforz sabiex jinvestu mill-ġdid il-profitt magħmul fuq l-attivitajiet tagħhom iżda wkoll jiżguraw li l-investimenti tagħhom jagħmlu profitt.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) tkun stabbilixxiet proċeduri definiti minn qabel għal kwalunkwe ċirkustanza fejn il-profitti jitqassmu lill-azzjonisti u lill-proprjetarji sabiex tiġi żgurata l-profittabilità tal-investimenti tal-EuSEF, b'mod partikolari permezz ta' trattament preferenzjali meta jitqassmu l-profitti relatati mal-investimenti tal-EuSEF

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament għandha l-għan li, permezz ta' investimenti, tgħin lill-impriżi bi skop soċjali li l-għan prinċipali tagħhom mhuwiex il-profitt, iżda l-iżvilupp tal-attivitajiet soċjali tagħhom. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jitqiesu l-interessi tal-investituri li l-motivazzjoni primarja tagħhom hija l-profitt. Din hija r-raġuni għalfejn il-punt ii) għandu jinqasam fi tnejn sabiex jiġi ppreċiżat li l-impriżi bi skop soċjali jeħtieġu jagħmlu sforz sabiex jinvestu mill-ġdid il-profitt magħmul fuq l-attivitajiet tagħhom iżda wkoll jiżguraw li l-investimenti tagħhom jagħmlu profitt.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

tkun immaniġjata b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi lill-ħaddiema, klijenti u partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha.

tkun immaniġjata b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi, fid-dokumenti legali relatati mat-twaqqif tal-impriża, tiġi prevista l-possibilità tal-involviment tal-ħaddiema u partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha fil-ġestjoni tagħha;

Ġustifikazzjoni

It-test oriġinali għandu l-għan jiżgura li l-persuni impjegati direttament mill-impriżi soċjali jew li huma kkonċernati mill-attivitajiet tagħhom jipparteċipaw fil-ġestjoni tagħhom. Din l-emenda tfittex li twessa' u ssaħħaħ id-dispożizzjoni billi tintroduċi esiġenza b'rabta mal-involviment tal-ġestjoni fl-istatuti ta' tali impriżi. L-involviment tal-klijenti fil-ġestjoni mhuwiex adegwat.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ‘kapital impenjat’ tfisser kwalunkwe impenn li skontu persuna tkun obbligata tikseb interess fil-EuSEF jew tagħmel kontribuzzjonijiet kapitali lill-EuSEF;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-maniġers ta’ EuSEFs jiżguraw li, meta jakkwiżixxu assi għajr investimenti kwalifikanti, mhux aktar minn 30 fil-mija tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati tal-EuSEF u l-kapital impenjat mhux eżerċitat tiegħu jkun intuża għall-akkwiżizzjoni ta’ assi għajr investimenti kwalifikanti; parteċipazzjonijiet ta’ terminu qasir fi flus u ekwivalenti ta’ flus ma jittieħdux f’kunsiderazzjoni għall-kalkolu ta’ dan il-limitu.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli għall-valwazzjoni tal-assi jiġu stabiliti fid-dokumenti statutorji tal-EuSEF.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) lista tal-attivitajiet professjonali mwettqa mill-maniġer preċedentement, jew fl-istess ħin mal-maniġment tal-EuSEF, flimkien ma' lista tal-oqsma tas-suġġetti li b'rabta magħhom twettqu dawk l-attivitajiet;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm trasparenza massima fir-rigward tal-maniġer u tal-professjonalità tiegħu jew tagħha.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1- punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib) kwalunkwe rabta, sħubija jew rwol, preċedenti jew attwali, f'partiti jew organizzazzjonijiet politiċi;

Ġustifikazzjoni

L-esiġenzi ta' ċarezza u ta' trasparenza jimplikaw li l-investitur irid ikun konxju ta' kwalunkwe rabta bejn il-maniġer u l-partiti jew l-organizzazzjonijiet politiċi.

PROĊEDURA

Titolu

Fond Ewropew għall-Intraprenditorija Soċjali

Referenzi

COM(2011)0862 – C7-0489/2011 – 2011/0418(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

17.1.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Dimitar Stoyanov

25.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.3.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Vytautas Landsbergis, Eva Lichtenberger, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach


PROĊEDURA

Titolu

Fond Ewropew għall-Intraprenditorija Soċjali

Referenzi

COM(2011)0862 – C7-0489/2011 – 2011/0418(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

20.4.2012

IMCO

17.1.2012

JURI

17.1.2012

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

29.2.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sophie Auconie

25.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.3.2012

26.4.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Thijs Berman, Vicky Ford, Danuta Maria Hübner, Olle Ludvigsson, Mario Mauro, Theodoros Skylakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken

Data tat-tressiq

6.6.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza