Proċedura : 2010/0253(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0196/2012

Testi mressqa :

A7-0196/2012

Dibattiti :

PV 02/07/2012 - 17
CRE 02/07/2012 - 17

Votazzjonijiet :

PV 03/07/2012 - 6.5
CRE 03/07/2012 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0270

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 1020kWORD 562k
4.6.2012
PE 483.667v01-00 A7-0196/2012

dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (Riformulazzjoni)

(18581/2/2011 – C7‑0268/2010 – 2010/0253(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Debora Serracchiani

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 Nota Spjegattiva
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (Riformulazzjoni)

(18581/2/2011 – C7‑0268/2010 – 2010/0253(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fl-ewwel qari (18581/2/2011 – C7-0268/2010),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Kamra tad-deputati Lussemburgiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Marzu 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta’ Jannar 2011(2),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(3) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0475),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0196/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(15) Il-kontijiet ta' maniġer ta' infrastruttura għandhom ikunu bbilanċjati tul perjodu ta' żmien raġonevoli li, ladarba jiġi stabbilit, jista' jinqabeż taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal deterjorament kbir u f'salt fis-sitwazzjoni ekonomika fi Stat Membru li tolqot b'mod sostanzjali l-livell tat-traffiku fuq l-infrastruttura tiegħu jew il-livell ta' finanzjament pubbliku disponibbli.

(15) Il-kont ta' qligħ u telf ta' maniġer ta' infrastruttura għandhom ikunu bbilanċjati tul perjodu ta' żmien raġonevoli li, ladarba jiġi stabbilit, jista' jinqabeż taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal deterjorament kbir u f'salt fis-sitwazzjoni ekonomika fi Stat Membru li tolqot b'mod sostanzjali l-livell tat-traffiku fuq l-infrastruttura tiegħu jew il-livell ta' finanzjament pubbliku disponibbli. Bi qbil mar-regoli ta' kontabilità internazzjonali, l-ammont ta' self għal finanzjament ta' proġetti ta' infrastruttura ma jidhirx f'dan it-tip ta' kontijiet ta' qligħ u telf.

Emenda  2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 27a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(27a) Aċċess non-diskriminatorju għall-faċilitajiet ta' servizz u l-provvista ta' servizzi relatati mal-ferroviji f'dawn il-faċilitajiet għandhom jippermettu lill-intrapriżi ferrovjarji joffru servizzi aħjar lill-passiġġieri u lil dawk li jużaw servizzi ta' merkanzija.

Emenda  3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 33

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(33) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja u għas-servizzi f'faċilitajiet ta' servizz għall-impriżi kollha ferrovjarji, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintużaw id-drittijiet tal-aċċess għandha tiġi ppubblikata f'dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

(33) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għall-infrastruttura ferrovjarja u għas-servizzi f'faċilitajiet ta' servizz għall-impriżi kollha ferrovjarji, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jintużaw id-drittijiet tal-aċċess għandha tiġi ppubblikata f'dikjarazzjoni dwar in-netwerk. Id-dikjarazzjoni dwar in-netwerk għandha tiġi ppubblikata f’mill-anqas żewġ lingwi uffiċjali tal-Unjoni f’konformità mal-prattiki internazzjonali eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-presidenza aċċettata mill-PE.

Emenda  4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 45a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(45a) L-imposti tal-infrastruttura divrenzjata għandhom jikkumplimentaw miżuri oħrajn għat-tnaqqis tal-istorbju prodott mit-traffiku ferrovjarju, bħall-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSI) bl-iffissar ta' livelli ta' storbju massimi prodotti mill-vetturi ferrovjarji, immappjar tal-istorbju u pjanijiet ta' azzjoni għat-tnaqqis tal-espożizzjoni għall-istorbju skont id-Direttiva 2002/49/KE kif ukoll tal-finanzjament tal-Unjoni u dak pubbliku nazzjonali għall-aġġornament ta' vetturi ferrovjarji u għall-infrastrutturi għat-tnaqqis tal-istorbju.

Emenda  5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 45b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(45b) Għandha tingħata kunsiderazzjoni lil miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju simili għal dawk adottati għas-settur tat-trasport għal tipi oħrajn ta' trasport.

Emenda  6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 46

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(46) Sabiex titħaffef l-installazzjoni tas-Sistema Ewropea għall-Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) abbord il-lokomotivi, il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimmodifikaw is-sistema ta' imposti permezz ta' differenzjazzjoni temporanja għall-ferroviji mgħammra b'ETCS. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ikunu jistgħu jiżguraw li tali differenzjazzjoni ma tirriżultax f'telf ta' dħul.

(46) Sabiex titħaffef l-installazzjoni tas-Sistema Ewropea għall-Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) abbord il-lokomotivi, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jimmodifikaw is-sistema ta' imposti permezz ta' differenzjazzjoni temporanja għall-ferroviji mgħammra b'ETCS Din id-differenzzjazzjoni għandha tagħti inċentivi adegwati biex il-ferroviji jiġu mgħammra bl-ETCS skont limitu ta' żmien konformi mal-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni tal-ERTMS li kien stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE.

Emenda  7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 83a (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(83a) Bil-għan li jiġi żgurat l-iżvilupp tal-kompetizzjoni, il-kontinwità ta' investiment u l-effettività fl-infiq tal-provvediment tas-servizzi tas-settur ferrovjarju s-separazzjoni tal-kontijiet skont l-Artikolu 6 jmissha tirrikjedi l-organizzazzjoni ta’ diviżjonijiet distinti fi ħdan impriża unika jew l-immaniġġjar tas-servizzi tal-infratruttura u tat-trasport minn entitajiet separati;

Ġustifikazzjoni

Din hi l-emenda tal-PE lill-Artikolu 6.2, ittrasformat fi premessa, kif propost mid-delegazzjoni tal-PE waqt il-laqgħat tat-trilogu.

Emenda  8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 83b (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(83b) Fl-immaniġġjar tat-traffiku fuq in-netwerk, il-kooperazzjoni effikaċi bejn l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura hija essenzjali.

Ġustifikazzjoni

Din hi l-emenda tal-PE lill-Artikolu 7.1, ittrasformat fi premessa, kif propost mid-delegazzjoni tal-PE waqt il-laqgħat tat-trilogu.

Emenda  9

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 83c (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(83c) Il-Kummissjoni jmissha tipprepara analiżi komparattiva tal-metodi għall-iffissar tal-ammonti tal-imposti fl-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit metodu uniformi ta' kalkolu biex jiġi determinat l-ammont tal-imposti.

Ġustifikazzjoni

Id-delegazzjoni tal-PE aċċettat li l-Emenda 61 tiġi trasformata fi premessa.

Emenda  10

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 83f (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(83f) Fl-immaniġġjar tat-traffiku fuq in-netwerk, il-kooperazzjoni effikaċi bejn l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura hija essenzjali.

Emenda  11

Pożizzjoni tal-Kunsill

Premessa 83g (ġdida)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(83g) Il-Kummissjoni jmissha tipprepara analiżi komparattiva tal-metodi għall-iffissar tal-ammonti tal-imposti fl-Istati Membri sabiex jiġi stabbilit metodu uniformi ta' kalkolu biex jiġi determinat l-ammont tal-imposti.

Emenda  12

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikoli 6, 7, 8 u 13 u l-Kapitolu IV :

 

- impriżi ferrovjarji li joperaw biss servizzi ferrovjarji tat-trasport tal-merkanzija fuq infrastruttura ferrovjarja mmexxija minn dawn l-impriżi qabel ma tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, u li għandha wisa' bejn il-binarji differenti minn dik tan-netwerk komuni f'dak l-Istat Membru, u li hija konnessa ma' infrastruttura ferrovjarja fit-territorju ta' Stat li mhux tal-UE - sakemm l-infrastruttura mmexxija mhijiex identifikata fid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  13

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(2) “maniġer tal-infrastruttura” tfisser kull korp jew ditta responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi, timmaniġġja u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-immaniġġjar tat-traffiku u l-kontroll tal-kmand u s-senjalar; il-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura f'netwerk jew f’parti minn netwerk jistgħu jiġu allokati għal korpi jew ditti differenti;

(2) “maniġer tal-infrastruttura” tfisser kull korp jew ditta responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi, timmaniġġja u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-immaniġġjar tat-traffiku u l-kontroll tal-kmand u s-senjalar, b'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli; il-funzjonijiet essenzjali tal-maniġer tal-infrastruttura huma: it-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji, inklużi kemm id-definizzjoni u kemm il-valutazzjoni tad-disponibilità u l-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferroviji individwali u t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ħlasijiet infrastrutturali, inkluża d-determinazzjoni u l-ġbir tal-ħlasijiet, u l-investimenti fl-infrastruttura;

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 10a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

"manutenzjoni qawwija" tfisser ħidma li ma titwettaqx regolarment bħala parti mill-operat ta' kuljum u li tkun teħtieġ li l-vettura titneħħa mis-servizz.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta ta’ kompromess tal-PE relatata mal-Artikolu 13 u l-Anness II

Emenda  15

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 14

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(14) "ftehim kuntrattwali" tfisser ftehim jew, mutatis mutandis, arranġament fil-qafas tal-miżuri amministrattivi jew regolatorji;

(14) "ftehim kuntrattwali" tfisser ftehim jew, mutatis mutandis, arranġament fil-qafas tal-miżuri amministrattivi;

Ġustifikazzjoni

Emenda li tirrifletti l-kompromess tal-Presidenza tal-Kunsill mressqa tul in-negozjati li għadhom għaddejjin.

Emenda  16

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 3a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(26a) "rotta alternattiva", tfisser rotta oħra bejn l-istess punt tal-oriġni u d-destinazzjoni fejn hemm sostitutabilità bejn żewġ rotot għall-operat ta' servizzi ta' trasport jew tal-passiġġieri li jikkonċernaw impriża ferrovjarja.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni addizzjonali utli li tirrigwarda t-terminu "rotta alternattiva" użat fl-Artikolu 13.

Emenda  17

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 3 – punt 26b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(26b) "alternattiva vijabbli" tfisser aċċess għal faċilità ta' servizz oħra li hi ekonomikament aċċettabbli għall-impriża tal-ferrovija, u li tippermettilha li topera s-servizz tat-trasport jew tal-passiġġieri kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni addizzjonali utli li tirrigwarda t-terminu "alternattiva vijabbli" użat fl-Artikolu 13.

Emenda  18

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2a. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jimmaniġġja s-servizzi tal-IT tiegħu stess, biex jiżgura li l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva tiġi protetta kif suppost.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  19

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kemm l-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura li mhumiex kompletament indipendenti minn xulxin, ikunu responsabbli għall-politiki dwar il-persunal tagħhom stess.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  20

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

3a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, id-detenturi tal-ishma ta' impriżi ferrovjarja b'sjieda jew kontroll pubbliku għandhom ikunu kapaċi li jirrikjedu l-approvazzjoni minn qabel tagħhom stess għal deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni kummerċjali bl-istess mod tad-detenturi tal-ishma ta' kumpaniji privati azzjonarji skont ir-regoli tal-liġi tal-kumpaniji tal-Istat Membru. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-entitajiet superviżorji skont din il-liġi tal-kumpaniji fir-rigward tal-ħatra ta' membri tal-bord.

Emenda  21

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – titolu

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Separazzjoni tal-kontijiet

Separazzjoni trasparenti tal-kontijiet

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizazzjoni ta' diviżjonijiet distinti f'impriża waħda jew li l-infrastruttura u s-servizzi ta’ trasport għandhom ikunu immaniġġjati minn entitajiet separati.

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll li din is-separazzjoni għandha teħtieġ l-organizazzjoni ta' diviżjonijiet distinti f'impriża waħda jew li l-infrastruttura u s-servizzi ta' trasport għandhom ikunu immaniġġjati minn entitajiet separati bil-għan li jiġi garantit l-iżvilupp tal-kompetizzjoni, l-investiment kontinwu u l-kosteffikaċja tal-forniment tas-servizz tas-settur ferrovjarju.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  23

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 6 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Il-kontijiet għall- oqsma differenti ta’ attività msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jinżammu b’mod lijippermetti l-monitoraġġ tal-projbizzjoni fuq it-trasferiment ta’ fondi pubbliċi mħallsa lil qasam wieħed ta' attivitajiet lejn qasam oħra.

4. Il-kontijiet għall-oqsma differenti ta' attività msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jinżammu b'mod li jippermetti l-monitoraġġ tal-projbizzjoni fuq it-trasferiment ta' fondi pubbliċi mħallsa lil qasam wieħed ta' attivitajiet lejn kategorija oħra u l-monitoraġġ tal-użu tad-dħul minn miżati ta' infrastruttura u minn qligħ żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn.

Emenda  24

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali tagħhom billi jqisu, fejn meħtieġ, il-ħtiġijiet ġenerali tal-Unjoni, inkluż il-ħtieġa ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ġirien. Għal dan l-iskop, huma għandhom jippubblikaw, mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, strateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja bil-ħsieb li jintlaħqu l-ħtiġijiet futuri ta' mobbiltà f'termini ta' manutenzjoni, tiġdid u żvilupp tal-infrastruttura abbażi ta’ finanzjament sostenibbli tas-sistema ferrovjarja. Dik l-istrateġija għandha tkopri perjodu ta’ mill-anqas ħames snin u trid tkun tista’ tiġġedded.

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw l-infrastruttura ferrovjarja nazzjonali tagħhom billi jqisu, fejn meħtieġ, il-ħtiġijiet ġenerali tal-Unjoni, inkluż il-ħtieġa ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi ġirien. Għal dan l-iskop, huma għandhom jippubblikaw, mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, strateġija indikattiva dwar l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja bil-ħsieb li jintlaħqu l-ħtiġijiet futuri ta' mobbiltà f'termini ta' manutenzjoni, tiġdid u żvilupp tal-infrastruttura abbażi ta’ finanzjament sostenibbli tas-sistema ferrovjarja. Dik l-istrateġija għandha tkopri perjodu ta’ mill-anqas ħames snin u trid tkun tista’ tiġġedded.

Ġustifikazzjoni

Dan hija proposta ta’ kompromess tal-Presidenza, aċċettata mill-PE.

Emenda  25

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Waqt li jikkunsidraw kif imiss l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu lill-maniġer tal-infrastruttura wkoll b’finanzjament konsistenti mal-funzjonijiet tiegħu kif imsemmi fil-punt (2) tal-Artikolu 3, mad-daqs tal-infrastruttura u mar-rekwiżiti finanzjarji, b’mod partikolari sabiex ikopru investimenti ġodda. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiffinanzjaw dawn l-investimenti permezz ta' mezzi oħra minbarra l-finanzjament dirett tal-Istat.

2. Kull meta d-dħul ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-maniġer tal-infrastruttura, mingħajr preġudizzju għall-qafas dwar it-tqegħid tal-piżijiet tal-Artikoli 31 u 32 ta' din id-Direttiva, u waqt li jikkunsidraw kif imiss l-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-maniġer tal-infrastruttura wkoll b'finanzjament konsistenti mal-kompiti tiegħu, mad-daqs tal-infrastruttura u mar-rekwiżiti finanzjarji, b'mod partikolari sabiex ikopru investimenti ġodda.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  26

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 8 – paragrafu 4 - subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’kundizzjonijiet normali tal-kummerċ u f’perjodu raġonevoli ta' żmien li m'għandux jaqbeż il-perjodu ta' applikazzjoni tal-ftehim kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 30(2), il-kontijiet ta' maniġer tal-infrastruttura għandhom għall-inqas jibbilanċjaw dħul mill-piżijiet tal-infrastruttura, iż-żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn u l-fondi mill-Istat u privat fuq naħa waħda, inkluzi ħlasijiet bil-quddiem mill-Istat, meta jkun xieraq. u infiq infrastrutturali, inkluż għal tiġdid tal-assi għall-perijodu fit-tul u t-titjib min-naħa l-oħra.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw  li, f’kundizzjonijiet normali tal-kummerċ u f’perjodu  ta’ mhux aktar minn ħames snin , il-kontijiet ta' qligħ u telf ta' maniġer  tal-infrastruttura għandhom għall-inqas jibbilanċjaw dħul mill-piżijiet  tal-infrastruttura, iż-żejjed minn attivitajiet kummerċjali oħrajn, dħul li ma jistax jitħallas lura, inkluzi ħlasijiet bil-quddiem mill-Istat, meta jkun xieraq. u infiq infrastrutturali min-naħa l-oħra.

Emenda  27

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 10 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

4. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha, fi żmien 18-il xahar wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 64(1), tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Ġustifikazzjoni

. Dan huwa kompromess aċċettat mill-PE.

Emenda  28

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa b’mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jqis l-informazzjoni pprovduta, jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien determinat minn qabel u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha.

L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i rilevanti bl-informazzjoni meħtieġa b’mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jqis l-informazzjoni pprovduta minn dawn il-partijiet u, kif inhu xieraq, għandu jitlob kwalunkwe tagħrif addizzjonali relevanti u jibda konsultazzjonijiet mal-partijiet relevanti kollha fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba. Il-korp regolatorju għandu jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien pre-determinat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien għaxar ġimgħat minn meta jirċievi t-talba.

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta ta' kompromess tal-Presidenza hija meqjusa aċċettabbli f’rabta mad-diċitura l-ġdida tal-Artikolu 56.6.

Emenda  29

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 11 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 57(1) il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti biex jiġu applikati l-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

4. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji, l-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha, fi żmien 18-il xahar wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 64(1), tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Ġustifikazzjoni

Dan huwa kompromess aċċettat mill-PE.

Emenda  30

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 12 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Abbażi tal-esperjenza ta' korpi regolatorji, awtoritajiet kompetenti u impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tal-grupp ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoi ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

5. Abbażi tal-esperjenza ta' korpi regolatorji, awtoritajiet kompetenti u impriżi ferrovjarji u abbażi tal-attivitajiet tan-netwerk msemmi fl-Artikolu 57(1), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji tal-proċedura u l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoi ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Ġustifikazzjoni

Emenda li tirrifletti l-kompromess tal-Presidenza tal-Kunsill mressqa tul in-negozjati li għadhom għaddejjin.

Emenda  31

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji s-servizzi msemmija fil-punt 2 tal-Anness II, b'mod nondiskriminatorju

2. Operaturi ta' faċilitajiet ta' servizz għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji kollha l-aċċess, inkluż l-aċċess għall-binarji, lill-faċilitajiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness III, u lis-servizz fornut f'dawn il-faċilitajiet b'mod nondiskriminatorju.

Ġustifikazzjoni

Emenda li tirrifletti l-kompromess tal-Presidenza tal-Kunsill mressqa tul in-negozjati li għadhom għaddejjin.

Emenda  32

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Biex jiggarantixxi trasparenza sħiħa u aċċess non-diskriminatorju għal faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-punt 2 (a), (b), (c) u (g) fl-Anness II, u l-provvista ta' servizzi f'dawn il-faċilitajiet fejn l-operatur ta' tali faċilità ta' servizz huwa taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' korp jew ditta li hija wkoll attiva u li għandha pożizzjoni dominanti fi swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju nazzjonali li għalih qed tintuża’ l-faċilità, l-operaturi ta' dawn il-faċilitajiet ta' servizz għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu indipendenti minn dan il-korp jew din id-ditta, f’termini organizzattivi u ta' teħid ta’ deċiżjonijiet. Tali indipendenza m'għandhiex tfisser r-rekwiżit tal-istabbiliment ta' korp jew kumpanija separata għall-faċilitajiet ta' servizz, u tista' tintlaħaq bl-organizzazzjoni ta' diviżjonijiet distinti fi ħdan impriża waħda.

Biex jiggarantixxi trasparenza sħiħa u aċċess non-diskriminatorju għal faċilitajiet tas-servizzi msemmija fil-punt 2 (a), (b), (c), (d), (f) u (h) fl-Anness II, u l-provvista ta' servizzi f'dawn il-faċilitajiet fejn l-operatur ta' tali faċilità ta' servizz huwa taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' korp jew ditta li hija wkoll attiva u li għandha pożizzjoni dominanti fi swieq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju nazzjonali li għalih qed tintuża’ l-faċilità, l-operaturi ta' dawn il-faċilitajiet ta' servizz għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu indipendenti minn dan il-korp jew din id-ditta, f’termini organizzattivi u ta' teħid ta’ deċiżjonijiet. Tali indipendenza m'għandhiex timplika r-rekwiżit tal-istabbiliment ta' entità legali separata għall-faċilitajiet ta' servizz, u tista' stintlaħaq bl-organizzazzjoni ta' diviżjonijiet distinti fi ħdan entità legali waħda.

Emenda  33

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Talbiet li jsiru minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għall-, u l-forniment ta' servizzi fil- faċilità ta' servizz jistgħu jiġu miċħuda biss jekk jeżistu alternattivi vijabbli li jippermettulhom iħaddmu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat fuq l-istess rotta jew rotot alternattivi taħt kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. Dan m'għandux jobbliga lill-operatur tal-faċilità ta' servizz biex jagħmel investimenti f'riżorsi jew faċilitajiet sabiex jakkomoda t-talbiet kollha minn impriżi ferrovjarji.

4. Talbiet li jsiru minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għal, u l-forniment ta' servizzi fil-faċilità ta' servizz għandhom jingħataw risposta f'terminu ta' żmien raġonevoli stipulat mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Dawn it-talbiet jistgħu jiġu rifjutati biss jekk jeżistu alternattivi vijabbli li jippermettulhom iħaddmu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat fuq l-istess rotta b'kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. Dan m'għandux jobbliga lill-operatur tal-faċilità ta' servizz biex jagħmel investimenti f'riżorsi jew faċilitajiet sabiex jakkomoda t-talbiet kollha minn impriżi ferrovjarji.

Fejn it-talbiet minn impriżi ferrovjarji jikkonċernaw l-aċċess u l-forniment ta' faċilità tas-servizz amministrata minn operatur ta' faċilità ta' servizz imsemmi fil-paragrafu 3, l-operatur tal-faċilità tas-servizz għandu jiġġustifika kwalunkwe deċiżjoni ta' ċaħda u jindika alternattivi vijabbli f'faċilitajiet oħrajn.

Fejn it-talbiet minn impriżi ferrovjarji jikkonċernaw l-aċċess u l-forniment ta' faċilità tas-servizz amministrata minn operatur ta' faċilità ta' servizz imsemmi fil-paragrafu 3, l-operatur tal-faċilità tas-servizz għandu jiġġustifika bil-miktub kwalunkwe deċiżjoni negattiva u jindika alternattivi vijabbli f'faċilitajiet oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  34

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 13 – paragrafu 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

6. Fejn faċilità tas-servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II, ma tkunx intużat għal tal-inqas tliet snin konsekuttivi, u ġie espress interess minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għal din il-faċilità lill-operatur ta' dik il-faċilità tas-servizz abbażi ta' ħtiġijiet murija, il-proprjetarju tagħha għandu jirriklama t-tħaddim tagħha bħala wieħed li qiegħed għall-kiri bħala faċilità ta' servizz ferrovjarju , totalment jew parzjalment, sakemm l-operatur ta' dik il-faċilità ta' servizz ma jurix li proċess ta' rinnovament li jkun għaddej jwaqqaf l-użu tagħha minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

6. Fejn faċilità tas-servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II, ma tkunx intużat għal tal-inqas sentejn konsekuttivi, u ġie espress interess minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għal din il-faċilità lill-operatur ta' dik il-faċilità tas-servizz abbażi ta' ħtiġijiet murija, il-proprjetarju tagħha għandu jirriklama t-tħaddim tagħha bħala wieħed li qiegħed għall-kiri bħala faċilità ta' servizz ferrovjarju , totalment jew parzjalment, sakemm l-operatur ta' dik il-faċilità ta' servizz ma jurix li proċess ta' rinnovament li jkun għaddej jwaqqaf l-użu tagħha minn kwalunkwe impriża ferrovjarja.

Emenda  35

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinvolvi mill-qrib lir-rappreżentanti tal-Istati Membri u tas-setturi kkonċernati fix-xogħol tagħha, inklużi l-utenti, sabiex ikunu kapaċi jimmonitorjaw aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jivvalutaw aħjar l-effett tal-miżuri adottati u janalizzaw aħjar l-impatt tal-miżuri ppjanati mill-Kummissjoni.

2. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tinvolvi mill-qrib lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, inklużi r-rappreżentanti tal-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 55, u tas-setturi kkonċernati fix-xogħol tagħha, inklużi, fejn jixraq, is-sħab soċjali tas-settur ferrovjarju, l-utenti u r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex ikunu kapaċi jimmonitorjaw aħjar l-iżvilupp tas-settur ferrovjarju u l-evoluzzjoni tas-suq, jivvalutaw aħjar l-effett tal-miżuri adottati u janalizzaw aħjar l-impatt tal-miżuri ppjanati mill-Kummissjoni. Fejn jixraq, il-Kummissjoni għandha tinvolvi wkoll lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea, skont il-funzjonijiet tagħha kif hemm ipprovdut fir-Regolament (KE) 881/2004.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-presidenza aċċettata mill-PE.

Emenda  36

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet ta' qafas għas-settur ferrovjarju, partikolarment id-debitar tal-imposti tal-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, is-servizzi tat-trasport ferrovjarju koperti mill-kuntratti ta' servizz pubbliku, u il-liċenzjar u l-grad ta' armonizzazzjoni bejn Stati Membri.

3. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-kundizzjonijiet ta' qafas għas-settur ferrovjarju, partikolarment id-debitar tal-imposti tal-infrastruttura, l-allokazzjoni tal-kapaċità, l-investimenti fl-infrastruttura ferrovjarja, l-iżviluppi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kwalità tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju, is-servizzi tat-trasport ferrovjarju koperti mill-kuntratti ta' servizz pubbliku, u il-liċenzjar u l-grad ta' ftuħ tas-swieq u ta’ armonizzazzjoni bejn Stati Membri, u l-iżvilupp ta’ impjiegi u l-kundizzjonijiet soċjali relatati fis-settur ferrovjarju. Dawn l-attivitajiet ta’ monitoraġġ huma mingħajr ħsara għal attivitajiet simili li jeżistu fl-Istati Membri u għar-rwol tas-sħab soċjali.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-Kunsill aċċettata mill-PE. Il-Kunsill aċċetta x-xewqat tal-Parlament li wkoll jinġabar tagħrif dwar l-iżvilupp tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet soċjali fis-settur ferrovjarju.

Emenda  37

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt a

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(a) l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji;

(a) l-evoluzzjoni tas-suq intern fis-servizzi ferrovjarji u s-servizzi li għandhom jiġu fornuti lill-impriżi ferrovjarji, kif imsemmi fl-Anness II;

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  38

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt b

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(b) il-kundizzjonijiet ta’ qafas, inklużi dawk is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija;

(b) il-kundizzjonijiet ta’ qafas imsemmija fil-paragrafu 3, inklużi dawk għas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija;

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  39

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 15 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Għall-iskopijiet tal-monitoraġġ tas-suq min-naħa tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni, kull sena, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-konduzzjonijet ta' qafas fis-settur ferrovjarju.

5. Għall-iskopijiet tal-monitoraġġ tas-suq min-naħa tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jirrispettaw ir-rwol tas-sħab soċjali, jagħtu lill-Kummissjoni, kull sena, l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tan-netwerks u l-evoluzzjoni tal-konduzzjonijet ta' qafas fis-settur ferrovjarju.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-Kunsill aċċettata mill-PE. Il-Kunsill aċċetta li jqis ir-rwol tas-sħab soċjali.

Emenda  40

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 17 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Impriża ferrovjarja għandha tkun intitolata tapplika għal liċenzja fl-Istat Membru fejn hija stabbilità .

1. Impriża ferrovjarja għandha tkun intitolata tapplika għal liċenzja fl-Istat Membru fejn hija stabbilità .

 

Fl-Istati Membri li għandhom fruntiera ma' pajjiżi terzi, bin-netwerk li l-wisa’ bejn il-binari tagħha huwa differenti minn dak tan-netwerk ferrovjarju prinċipali li jinsab fl-Unjoni u li s-swieq tagħhom tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija huma ddominati mill-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija lejn u minn pajjiżi terzi, meta l-awtoritajiet li joħorġu l-liċenzji jkunu qed jiddeċiedu dwar il-ħruġ ta’ liċenzji lill-impriżi ferrovjarji li huma direttament jew indirettament effettivament ikkontrollati permezz tal-ishma ta’ sjieda ta’ pajjiż terz jew ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jistgħu jqisu l-eżistenza jew in-noneżistenza tal-aċċess reċiproku għall-impriżi ferrovjarji tal-UE għas-suq tat-trasport tal-merkanzija tal-pajjiż terz rispettiv.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta tal-Grupp ECR, li tittratta l-kwestjoni tas-sjieda barranija ta’ impriżi ferrovjarji.

Emenda  41

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 17 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji għall-użu ta' mudell komuni għal-liċenzja u, jekk meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u effiċjenti fis-swieq tat-trasport ferrovjarju, id-dettalji dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu d-dettalji għall-użu ta' mudell komuni għal-liċenzja u, jekk meħtieġ biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u effiċjenti fis-swieq tat-trasport ferrovjarju, id-dettalji dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-presidenza aċċettata mill-PE.

Emenda  42

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 22

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni rigward l-għajnuniet statali u f'konformità mal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b’mod adegwat jew ikollha garanziji skont il-kondizzjonijiet tas-suq biex tkun koperta, skont l-liġi nazzjonali u internazzjonali, għar-responsabbiltajiet tagħha, fil-każ ta' aċċidenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija, il-posta u terzi persuni.

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni rigward l-għajnuniet statali u f'konformità mal-Artikoli 93, 107 u 108 tat-Trattat impriża ferrovjarja għandha tkun assigurata b’mod adegwat jew ikollha garanziji adegwati skont il-kondizzjonijiet tas-suq biex tkun koperta, skont l-liġi nazzjonali u internazzjonali, għar-responsabbiltajiet tagħha, fil-każ ta' aċċidenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-passiġġieri, il-bagalji, il-merkanzija, il-posta u terzi persuni. Minkejja dan l-obbligu, jistgħu jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċi u l-profil ta' riskju tat-tipi ta' servizz differenti, b'mod partikolari operazzjonijiet ferrovjarji għal finijiet kulturali jew ta' patrimonju.

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  43

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom rigward l-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura ferrovjarja, u għall-prinċipju baġitarju ta' annwalità, fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ftehim kuntrattwali li jissodisfa l-prinċipji u l-parametri bażiċi stabbiliti fl-Anness V, jiġi konkluż bejn l-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura li jkopri perjodu ta’ żmien ta' mhux inqas minn tliet snin.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom rigward l-ippjanar u l-finanzjament tal-infrastruttura ferrovjarja, u għall-prinċipju baġitarju ta' annwalità, fejn applikabbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ftehim kuntrattwali li jissodisfa l-prinċipji u l-parametri bażiċi stabbiliti fl-Anness V, jiġi konkluż bejn l-awtorità kompetenti u l-maniġer tal-infrastruttura li jkopri perjodu ta’ żmien ta' mhux inqas minn ħames snin.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-Kunsill aċċettata mill-PE. Il-Kunsill tbiegħed minn tul ta' żmien minimu ta’ tliet snin għall-ftehim kuntrattwali. Tul ta' żmien minimu ta’ ħames snin hija aċċettabbli peress li tagħti l-istabilità meħtieġa għas-settur ferrovjarju fir-rigward tal-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja.

Emenda  44

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet kuntrattwali fis-seħħ ... jiġu modifikati biex isiru konformi ma' din id-Direttiva fil-waqt tat-tiġdid tagħhom, jew mhux aktar tard minn... .

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet kuntrattwali fis-seħħ ... jiġu modifikati, jekk meħtieġ, biex isiru konformi ma' din id-Direttiva fil-waqt tat-tiġdid tagħhom, jew mhux aktar tard minn... .

________________

________________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal data tlett snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  45

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-ftehim kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 2 jew permezz ta' miżuri regolatorji jew permezz ta' kombinazzjoni ta' inċentivi biex jitnaqqsu l-ispejjeż fil-ftehim kuntrattwali u l-livell tal-piżijiet permezz ta' miżuri regolatorji.

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 permezz tal-ftehim kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 2.

Emenda  46

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta l-inċentivi imsemmija fil-paragrafu 1 permezz ta' miżuri regolatorji, dan għandu jkun ibbażat fuq analiżi tat-tnaqqis fl-ispejjeż li jista' jinkiseb. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-korp regolatorju li jirrevedi l-piżijiet imsemmija fl-Artikolu 56.

imħassar

Emenda  47

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 30 – paragrafu 8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu metodu għat-tqassim tal-ispejjeż . L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu approvazzjoni minn qabel. Dak il-metodu għandu jiġi aġġornat minn żmien għall-ieħor abbażi tal-aħjar prattika internazzjonali.

Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jistabbilixxu metodu għat-tqassim tal-ispejjeż lill-kategoriji ta' servizzi differenti offruti lill-impriżi ferrovjarji.

Ġustifikazzjoni

Emenda li tirrifletti l-kompromess tal-Presidenza tal-Kunsill mressqa tul in-negozjati li għadhom għaddejjin.

Emenda  48

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-maniġer tal-infrastruttura li jipprovdi lill-korp regolatorju l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-imposti imponuti sabiex il-korp regolatorju jkun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 56. Il-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilità tas-servizzi għandhom, f'dan ir-rigward, ikunu jistgħu juru li l-imposti tal-infrastruttura u tas-servizz fatturati fir-realtà lill-impriża ferrovjarja skont l-Artikoli 30 sa 37 jikkonformaw mal-metodoloġija, mar-regoli u meta applikabbli, mal-iskali stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-maniġer tal-infrastruttura li jipprovdi lill-korp regolatorju l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-imposti imponuti sabiex il-korp regolatorju jkun jista' jwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 56. Il-maniġer tal-infrastruttura u l-operatur tal-faċilità tas-servizzi għandhom, f'dan ir-rigward, ikunu jistgħu juru lill-impriżi ferrovjarji, li l-imposti tal-infrastruttura u tas-servizz fatturati fir-realtà lill-impriża ferrovjarja skont l-Artikoli 30 sa 37 jikkonformaw mal-metodoloġija, mar-regoli u meta applikabbli, mal-iskali stipulati fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk.

Emenda  49

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Qabel...*, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż imġarrba direttament bħala riżultat tal-operat tal-ferrovija. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Qabel l-iskadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 64(1), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż imġarrba direttament bħala riżultat tal-operat tal-ferrovija. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 60.

–––––––––––––––––

 

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal data 36 xahar wara dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

 

Ġustifikazzjoni

Il-PE jitlob li l-iżvilupp tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż diretti jsir permezz ta’ atti ddelegati.

Emenda  50

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddeċiedi li jadatta gradwalment għall-metodoloġija imsemmija fil-paragrafu 4 matul perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin wara …

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal data 36 xahar wara dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddeċiedi li jadatta gradwalment għall-metodoloġija imsemmija fil-paragrafu 4 matul perijodu ta' mhux aktar minn sentejn wara d-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 64(1).

Ġustifikazzjoni

Sentejn huma meqjusa biżżejjed biex il-maniġer tal-infrastruttura jadatta għall-kalkolu l-ġdid tal-ispejjeż diretti.

Emenda  51

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 31 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Abbażi tal-esperjenza miksuba minn maniġers tal-infrastruttura, impriżi ferrovjarji, korpi regolatorji u awtoritajiet kompetenti, u r-rikonoxximent ta' skemi eżistenti dwar id-divrenzjar tal-ħoss, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju, inkluż id-durata tal-applikazzjoni tagħhom u tgħin id-divrenzjar tal-imposti fuq l-infrastruttura tieħu kont, fejn adatt, tas-sensittività taż-żona affettwata, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, u l-kompożizzjoni tal-ferrovija b'impatt fuq il-livell tal-emissjonijiet ta' storbju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Abbażi tal-esperjenza miksuba minn maniġers tal-infrastruttura, impriżi ferrovjarji, korpi regolatorji u awtoritajiet kompetenti, u r-rikonoxximent ta' skemi eżistenti dwar id-divrenzjar tal-ħoss, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju, inkluż id-durata tal-applikazzjoni tagħhom u tgħin id-divrenzjar tal-imposti fuq l-infrastruttura tieħu kont, fejn adatt, tas-sensittività taż-żona affettwata, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, u l-kompożizzjoni tal-ferrovija b'impatt fuq il-livell tal-emissjonijiet ta' storbju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

 

Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni m’għandhomx jirriżultaw f’distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u għandhom iqisu l-kompetittività ġenerali tas-settur ferrovjarju.

 

Kwalunkwe modifika tal-imposti tal-infrastruttura minħabba n-nefqa għall-effetti tal-istorbju għandha tappoġġja l-adattament tal-vaguni bl-aktar bl-aktar teknoloġija ta' ibbrejkjar ekonomikament vijabbli, u bl-livell baxx ta' storbju disponibbli.

Emenda  52

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Sabiex ikun hemm irkupru sħiħ tal-ispejjeż magħmula mill-maniġer tal-infrastruttura, Stat Membru jista', jekk is-suq jiflaħ għalihom, jimponi mark-ups fuq bażi ta' prinċipji effiċjenti, trasparenti u nondiskriminatorji, waqt li jiggarantixxi l-aħjar kompetittività b’mod partikolari tas-servizzi ferrovjarji internazzjonali. Is-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandha tirrispetta ż-żidiet fil-produttività miksuba mill-impriżi ferrovjarji.

1. Sabiex ikun hemm irkupru sħiħ tal-ispejjeż magħmula mill-maniġer tal-infrastruttura, Stat Membru jista' jawtorizza lill-maniġer tal-infrastruttura, jekk is-suq jiflaħ għalihom, jimponi mark-ups fuq bażi ta' prinċipji effiċjenti, trasparenti u nondiskriminatorji, waqt li jiggarantixxi l-aħjar kompetittività tas-setturi tas-suq ferrovjarju. Is-sistema tat-tqegħid tal-imposti għandha tirrispetta ż-żidiet fil-produttività miksuba mill-impriżi ferrovjarji.

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  53

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-lista ta' taqsimiet tas-suq għandha tiġi ppubblikata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk u għandha tiġi riveduta mill-inqas kull ħames snin.

Il-lista ta' taqsimiet tas-suq għandha tiġi ppubblikata fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk u għandha tiġi riveduta mill-inqas kull ħames snin. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jikkontrolla tali intervista bi qbil mal-Artikolu 56.

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  54

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 32 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-imposti tal-infrastruttura għandhom ikunu differenzjati biex jingħataw inċentivi għat-tagħmir ta' ferroviji bis-Sistema Ewropej għall-Kontroll tal-Ferroviji (l-ETCS) konformi mal-verżjoni adottata mill-Kummissjoni Deċiżjoni 2008/386/KE u verżjonijiet suċċessivi.

L-imposti tal-infrastruttura għandhom ikunu differenzjati biex jingħataw inċentivi għat-tagħmir ta' ferroviji bis-Sistema Ewropej għall-Kontroll tal-Ferroviji (l-ETCS) konformi mal-verżjoni adottata mill-Kummissjoni Deċiżjoni 2008/386/KE u verżjonijiet suċċessivi. Dan id-divrenzjar m'għandux iwassal għal tibdil kumplessiv fid-dħul tal-maniġer tal-infrastruttura.

 

Minkejja dan l-obbligu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li dan id-divrenzjar tal-imposti ta' infrastruttura ma jkunx japplika għal-linji ferrovjarji speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissoni 2009/561/KE li fuqhom jistgħu jivvjaġġaw biss ferroviji mgħammra bl-ETCS.

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu dan id-differenzjar għal linji ferrovjarji li mhumiex speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE.

Emenda  55

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 32 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

B'segwitu għal valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri li jistabbilixxu l-arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tad-divrenzjar tal-imposta tal-infrastruttura, inkluż id-durata tal-applikazzjoni tagħha. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Qabel l-iskadenza għat-traspożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 64(1) u b'segwitu għal valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tad-divrenzjar tal-imposta tal-infrastruttura biex ikun żgurat li dan ma jwassalx għal nuqqas ta' dħul għall-maniġers tal-infrastruttura. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3). Dawn il-miżuri m’għandhomx jirriżultaw f’distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u għandhom iqisu l-kompetittività ġenerali tas-settur ferrovjarju.

Emenda  56

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 36 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimponu piż għall-kapaċità allokata iżda mhux użata. Dik l-imposta għandha tipprovdi inċentivi għall-użu effiċjenti tal-kapaċità. Il-ħlasijiet għal din l-imposta għandhom isiru jew mill-applikant jew mill-impriża ferrovjarja maħtura skont l-Artikolu 41(1).

Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jimponu piż għall-kapaċità allokata iżda mhux użata. Din l-imposta għan-nuqqas ta' użu għandha tipprovdi inċentivi għall-użu effiċjenti tal-kapaċità. Tali taxxa fuq l-applikanti li kienu allokati mogħdija ferrovjarja għandha tkun mandatorja f'każ tal-falliment regolari tagħhom għall-użu ta' mogħdijiet ferrovjarji jew parti minnhom. Għall-impożizzjoni ta' din l-imposta, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jippubblikaw id-dikjarazzjoni tan-netwerk tagħhom il-kriterju għad-determinazzjoni tan-nuqqas ta' użu. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 għandu jikkontrolla tali intervista bi qbil mal-Artikolu 56. Il-ħlasijiet għal din l-imposta għandhom isiru jew mill-applikant jew mill-impriża ferrovjarja maħtura skont l-Artikolu 41(1).

Ġustifikazzjoni

Emenda li tirrifletti l-kompromess tal-Presidenza tal-Kunsill mressqa tul in-negozjati li għadhom għaddejjin.

Emenda  57

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tal-allokazzjoni tagħhom għandhom impatt fuq maniġers tal-infrastruttura oħrajn jingħaqdu sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni ta', jew sabiex tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura kollha rilevanti fuq livell internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi miġbura fil-liġi tal-Unjoni dwar in-netwerks orjentati lejn it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Rappreżentati xierqa ta' maniġers tal-infrastruttura minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu assoċjati ma' dawn il-proċeduri.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-maniġers tal-infrastruttura li d-deċiżjonijiet tal-allokazzjoni tagħhom għandhom impatt fuq maniġers tal-infrastruttura oħrajn jingħaqdu sabiex tiġi kkoordinata l-allokazzjoni ta', jew sabiex tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura kollha rilevanti fuq livell internazzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi miġbura fil-liġi tal-Unjoni dwar in-netwerks orjentati lejn it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija. Il-prinċipji u l-kriterji għall-allokazzjoni tal-kapaċità stabbilit skont din il-kooperazzjoni għandu jiġi ppubblikat mill-maniġers tal-infrastruttura fid-dikjarazzjoni tan-netwerk tagħhom bi qbil mal-Anness VI, paragrafu 3. Rappreżentati xierqa ta' maniġers tal-infrastruttura minn pajjiżi terzi jistgħu jiġu assoċjati ma' dawn il-proċeduri.

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  58

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 47 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport adegwati f’dan il-qafas, partikolarment biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura meħtieġa, b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji, biex jiżguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura.

Sabiex jiġi ggarantit l-iżvilupp ta' servizzi tat-trasport adegwati f’dan il-qafas, partikolarment biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-servizz pubbliku jew biex jiġi promoss l-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija nazzjonali u internazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kull miżura meħtieġa, b’kundizzjonijiet nondiskriminatorji, biex jiżguraw li dawn is-servizzi jingħataw prijorità meta tiġi allokata l-kapaċità tal-infrastruttura.

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  59

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 4a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(4a) Meta netwerk trans-Ewropew jew mogħdija tal-ferrovija, li jkollhom impatt sinifikanti fuq netwerk trans-Ewropej wieħed jew aktar, tinħoloq konġestjoni u n-netwerk ta’ korpi regolatorji definit fl-Artikolu 57 jista’ jagħti opinjoni dwar jekk l-azzjonijiet maħsuba humiex xierqa.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  60

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Huma għandhom, b'mod partikolari jiżguraw li l-persuni inkarigati mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-korp regolatorju skont l-Artikolu 56, bħall-membri tal-bord eżekuttiv tiegħu, fejn rilevanti, jaġixxu b'mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq relatat mas-settur ferrovjarju, u għaldaqstant ma għandu jkollhom l-ebda relazzjoni ta’ interess jew kummerċjali ma' kwalunkwe impriża jew entità regolata, u ma jfittxux jew jirċievu struzzjonijiet minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata oħra fit-twettiq tal-funzjonijiet tal-korp regolatorju.

Il-president u l-bord governattiv tal-korp regolatorju għas-settur ferrovjarju għandhom jinħatru mill-parlament nazzjonali, jew minn parlament kompetenti ieħor, għal terminu fiss u li jiġġedded skont regoli ċari li jiggarantixxu l-indipendenza. Huma għandhom jintgħażlu minn fost persuni li jafu u għandhom esperjenza fir-regolamentazzjoni tas-settur ferrovjarju, jew jafu u għandhom esperjenza fir-regolamentazzjoni ta' setturi oħrajn, u preferibbilment minn fost persuni li ma għandhom ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, relazzjoni ta' interess jew ta' negozju, direttament jew indirettament, mal-impriżi jew l-entitajiet regolati għal perjodu ta' mhux anqas minn sentejn jew kwalunkwe perjodu itwal iddefinit skont id-dritt nazzjonali qabel il-ħatra tagħhom u matul il-mandat tagħhom. Huma għandhom jiddikjaraw dan permezz ta' dikjarazzjoni tal-interessi adegwata. Wara dan il-mandat huma ma għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabbiltà professjonali, l-ebda relazzjoni ta' interess jew kummerċjali ma' kwalunkwe impriża jew entità regolata għal perjodu ta' mhux anqas minn sentejn jew kwalunkwe perjodu itwal iddefinit skont id-dritt nazzjonali. Huma għandu jkollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tal-persunal tal-korp regolatorju. Huma għandhom jaġixxu b’mod kompletament indipendenti u fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jiġu affettwati mill-istuzzjonijiet minn impriża tal-gvern jew inkella minn impriża privata jew pubblika.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  61

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Il-persuni inkarigati mid-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-korp regolatorju skont l-Artikolu 56 għandu jkollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tal-persunal tal-korp regolatorju.

Huma għandu jkollhom awtorità sħiħa fuq ir-reklutaġġ u l-immaniġġjar tal-persunal tal-korp regolatorju.

Ġustifikazzjoni

Emenda li terġa' tistabbilixxi t-test mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

Emenda  62

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 56 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Il-korp regolatorju għandu wkoll jikkoopera mill-qrib mal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/57/KE, u l-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji skont it-tifsira tad-Direttiva preżenti.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet b’mod konġunt jiżviluppaw qafas għall-qsim tat-tagħrif u għall-kooperazzjoni bil-ħsieb li jiġu pprevenuti effetti avversi fuq il-kompetizzjoni jew is-sikurezza fis-suq ferrovjarju. Dan il-qafas għandu jinkludi mekkaniżmu biex il-korp regolatorju jipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu l-kompetizzjoni fis-suq ferrovjarju u biex l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tipprovdi lill-korp regolatorju u lill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzji rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti dwar kwestjonijiet li jistgħu jolqtu s-sikurezza.

 

Mingħajr ħsara għall-indipendenza ta' kull waħda mill-awtoritajiet fil-qasam tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-awtorità relevanti għandha teżamina kwalunkwe tali rakkomandazzjoni u tagħti ġustifikazzjonijiet jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet qabel ma tadotta d-deċiżjonijiet tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta ta’ kompromess tal-PE hija bbażata fuq il-proposta ta’ kompromess tal-Kunsill.

Emenda  63

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 56 – paragrafu 4

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

4. Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa biex ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu.

4. Il-korp regolatorju għandu jkollu l-kapaċità organizzattiva meħtieġa f’dawk li huma riżorsi umani u materjali, li għandha tkun proporzjonata skont l-importanza tas-settur ferrovjarju fl-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-presidenza li hija aċċettata mill-PE.

Emenda  64

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 56 – paragrafu 5a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

5a. Il-korp regolatorju għandu regolarment, u fi kwalunkwe każ tal-inqas kull sentejn, jikkonsulta r-rappreżentanti tal-utenti tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri, biex iqisu l-fehmiet tagħhom dwar is-suq ferrovjarju.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-presidenza li hija aċċettata mill-PE.

Emenda  65

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 56 – paragrafu 5b (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

5b. Il-korp regolatorju għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe lment marbuta ma' deċiżjoni minn korp regolatorju relatat mal-paragrafi 1 sa 3b. Fi żmien ġimagħtejn wara li jasal l-ilment, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun neċessarju, titlob modifiki tad-deċiżjoni sabiex tiggarantixxi l-kumpatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni. Il-korp regolatorju għandu jimmodifika d-deċiżjoni tiegħu waqt li jqis il-modifiki mitluba mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  66

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 56 – paragrafu 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

6. Il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa jitlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-maniġer tal-infrastruttura, l-applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat.

6. Fl-eżerċizzju tal-kompiti kollha tiegħu, il-korp regolatorju għandu jkollu s-setgħa jitlob l-informazzjoni rilevanti mingħand il-maniġer tal-infrastruttura, l-applikanti u kull parti terza fl-Istat Membru kkonċernat.

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata mingħajr dewmien. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforzja talbiet bħal dawn bis-sanzjonijiet xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta' statistika u ta' osservazzjoni tas-suq.

L-informazzjoni mitluba għandha tingħata mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien perjodu stabbilit mill-korp regolatorju li m’għandux jaqbeż tul ta’ xahar. Il-bord regolatorju għandu jkun jista’ jinforzja talbiet bħal dawn bis-sanzjonijiet xierqa, inkluż permezz tal-multi. L-informazzjoni li għandha tingħata lill-korp regolatorju tinkludi d-data kollha li l-korp regolatorju jkun jeħtieġ fil-qafas tal-funzjoni tiegħu ta' appell u tal-funzjoni tiegħu tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizzi ferrovjarji skont il-paragrafu 2. Din tinkludi data li hija meħtieġa għall-iskopijiet ta' statistika u ta' osservazzjoni tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta' kompromess dwar il-proċedura tal-ilmenti li l-korp regolatorju jrid isegwi, trid titqies f’rabta mat-tibdiliet proposti għall-Artikolu 56.7.

Emenda  67

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 56 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

7. Il-korp regolatorju għandu jiddeċiedi fuq kull ilment u jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien massimu ta' xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha.

7. Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra kull ilment u, kif jixraq, għandu jitlob tagħrif relevanti u jagħti bidu għal konsultazzjonijiet mal-partijiet relevanti kollha, fi żmien xahar minn meta jkun irċieva l-ilment. Huwa għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe ilment li jista’ jsir, jieħu azzjoni biex jirrimedja s-sitwazzjoni u jgħarraf lill-partijiet relevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien determinat minn qabel u raġonevoli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi l-informazzjoni kollha

Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizz ferrovjarju l-korp regolatorju għandu fejn adatt jiddeċiedi fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar miżuri xierqa biex jitranġaw żviluppi mhux mixtieqa f’dawn is-swieq, b’mod partikolari b’referenza għall-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1.

Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-iżgurar tal-kompetizzjoni fis-swieq tas-servizz ferrovjarju l-korp regolatorju għandu, fejn adatt, jiddeċiedi fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar miżuri xierqa biex jitranġaw id-diskriminazzjonijiet ta’ kontra l-applikanti, id-distorsjonijiet tas-swieq u kwalunkwe żviluppi mhux mixtieqa oħra f’dawn is-swieq, b’mod partikolari b’referenza għall-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta’ kompromess tal-presidenza li hija appoġġjata mir-rapporteur.

Emenda  68

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 57 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. Il-korpi regolatorji għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar xogħolhom u l-prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-prattika u għandhom jikkooperaw xort’oħra għall-iskop tal-koordinazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mal-Unjoni kollha. Għal dan il-għan għandhom jaħdmu flimkien f’grupp ta’ ħidma li jiltaqa’ f’intervalli regolari Biex tkun żgurata kooperazzjoni attiva bejn il-korpi regolatorji adatti, il-Kummissjoni għandha tappoġġahom f’din il-ħidma.

1. Il-korpi regolatorji għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar xogħolhom u l-prinċipji tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-prattika u għandhom jikkooperaw xort’oħra għall-iskop tal-koordinazzjoni tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom mal-Unjoni kollha. Għal dan il-għan għandhom jipparteċipaw u jaħdmu flimkien f’netwerk li jiltaqa’ f’intervalli regolari. Il-Kummissjoni għandha tkun membru, tikkoordina u tappoġġja l-ħidma tan-netwerk u tagħmel rakkomandazzjonijiet lin-netwerk, skont kif jixraq. Hija għandha tiżgura kooperazzjoni attiva tal-korpi regolatorji adatti.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta' kompromess tal-Presidenza li ġiet modifikata aktar (tħassir ta’: mhux vinkolanti).

Emenda  69

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 57 – paragrafu 1a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

1a. Suġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tas-dejta stipulati fid-Direttiva 95/46 u r-Regolament 45/2001, il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, fost il-membri tan-netwerk, possibiliment permezz ta' għoddod elettroniċi, bir-rispett tal-kunfidenzjalità tas-sigrieti kummerċjali fornuti mill-intrapriżi rilevanti.

Emenda  70

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 57 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Fil-każ ta’ lment jew investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar kwistjonijiet ta’ aċċess jew ta’ tqegħid ta’ imposti relatat ma’ mogħdija internazzjonali tal-ferrovija, kif ukoll fil-qafas tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-suq relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali, il-korp regolatorju kkonċernat għandu jikkonsulta l-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li minnhom tgħaddi l-mogħdija ferrovjarja internazzjonali u jitlobhom l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħandhom qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu.

3. Fil-każ ta’ lment jew investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess dwar kwistjonijiet ta’ aċċess jew ta’ tqegħid ta’ imposti relatat ma’ mogħdija internazzjonali tal-ferrovija, kif ukoll fil-qafas tal-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fis-suq relatata mas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali, il-korp regolatorju kkonċernat għandu jikkonsulta l-korpi regolatorji tal-Istati Membri l-oħra kollha li minnhom tgħaddi l-mogħdija ferrovjarja internazzjonali, u fejn xieraq il-Kummissjoni u għandu jitlobhom l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħandhom qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu.

Emenda  71

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 57 – paragrafu 6a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

6a. Fuq talba ta’ korp regolatorju, il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fl-attivitajiet elenkati taħt il-paragrafu 2 sa 6 għall-fini li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-korp regolatorju kif hemm spjegat fil-qosor fil-paragrafi msemmija hawn fuq.

Ġustifikazzjoni

Din hija proposta ta' kompromess tal-Kunsill aċċettata mill-PE peress li tqis emenda simili magħmula mill-PE fl-ewwel qari.

Emenda  72

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 57 – paragrafu 7

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

7. Il-korpi regolatorji għandhom jiżviluppaw prinċipji u prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandhom is-setgħa jieħdu skont din id-Direttiva. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji u tal-attivitajiet tal-grupp ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 1, u jekk meħtieġ tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti tal-korpi regolatorji, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jistipulaw prinċipji u prattiki komuni bħal dawn. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

7. Il-korpi regolatorji għandhom jiżviluppaw prinċipji u prattiki komuni għat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandhom is-setgħa jieħdu skont din id-Direttiva. Abbażi tal-esperjenza tal-korpi regolatorji u tal-attivitajiet tan-netwerk imsemmi fil-paragrafu 1, u jekk meħtieġ tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti tal-korpi regolatorji, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jistipulaw prinċipji u prattiki komuni bħal dawn. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 62(3).

Emenda  73

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 60 – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 20, 35 (3), 43 (2) u 56(11) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli ... għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli msemmija f'dan il-paragrafu għadhom qegħdin jiġu nnegozjati.

Emenda  74

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 60 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Il-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikoli 20, 35 (3), 43 (2) u 56 (11) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data ulterjuri stipulata minnha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikoli ... tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data ulterjuri stipulata minnha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli msemmija f'dan il-paragrafu għadhom qegħdin jiġu nnegozjati.

Emenda  75

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 60 – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 20, 35 (3), 43 (2) u 56 (11) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli ... għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli msemmija f'dan il-paragrafu għadhom qegħdin jiġu nnegozjati.

Emenda  76

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 61

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina miżuri speċifiċi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali b'rabta mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, rigward il-kondizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, il-liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji, it-tqegħid ta' imposti għall-infrastruttura u l-allokazzjoni tal-kapaċità fi żmien 12 -il xahar mill-adozzjoni ta' dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) jekk il-miżura relatata tistax tibqa’ tiġi applikata fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi din it-talba.

Fuq it-talba ta’ Stat Membru, ta' korp regolatorju jew fuq l-inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina miżuri speċifiċi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali b'rabta mal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, rigward il-kondizzjonijiet ta' aċċess għall-infrastruttura u s-servizzi ferrovjarji, il-liċenzjar tal-impriżi ferrovjarji, it-tqegħid ta' imposti għall-infrastruttura u l-allokazzjoni tal-kapaċità fi żmien 12 -il xahar mill-adozzjoni ta' dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2) jekk il-miżura relatata tistax tibqa’ tiġi applikata fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi din it-talba.

Emenda  77

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 62 – paragrafu 3

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni.

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  78

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 63

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Kapitolu II.

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Kapitolu II.

Dan ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-iżvilupp tas-suq inkluż l-istat ta’ preparazzjoni ta’ ftuħ akbar tas-suq ferrovjarju. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tanalizza wkoll il-mudelli differenti għall-organizzazzjoni ta’ dan is-suq u l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-finanzjament tagħhom. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u d-differenzi intrinsiċi bejn l-Istati Membri (id-densità tan-netwerks, in-numru ta’ passiġġieri, id-distanza medja tal-vjaġġar). Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġislattivi kumplimentari sabiex tiffaċilita kwalunkwe ftuħ bħal dan, u għandha tivvaluta l-impatt ta’ kwalunkwe miżuri bħal dawn.

Dan ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-iżvilupp tas-suq inkluż l-istat ta’ preparazzjoni ta’ ftuħ akbar tas-suq ferrovjarju. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tanalizza wkoll il-mudelli differenti għall-organizzazzjoni ta’ dan is-suq u l-impatt ta’ din id-Direttiva fuq il-kuntratti ta’ servizz pubbliku u l-finanzjament tagħhom. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tqis l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u d-differenzi intrinsiċi bejn l-Istati Membri (id-densità tan-netwerks, in-numru ta’ passiġġieri, id-distanza medja tal-vjaġġar). Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri leġislattivi b'rabta mal-ftuħ tas-suq tal-passiġġieri bil-ferrovija domestiċi u tiżviluppa kundizzjonijiet adegwati biex jiżguraw aċċess non-diskriminatorju għall-infrastruttura, il-bini fuq rekwiżiti ta' separazzjoni eżistenti bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet ta' trasport u għandha tivvaluta l-impatt ta’ kwalunkwe miżuri bħal dawn.

Emenda  79

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 63a (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

Korp Regolatorju Ewropew

 

Fid-dawl tal-esperjenza miksuba permezz tan-netwerk tal-korpi regolatorji, il-Kummissjoni għandha sa mhux aktar tard minn sena wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar il-kooperazzjoni bejn il-korpi regolatorji. Il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri kumpimentari biex tiżgura sorveljanza regolatorja aktar integrata tas-suq Ferrovjarju Ewropew speċjalment għall-funzjonijiet ta' superviżjoni u arbitraġġ b'mod partikolari għas-servizzi internazzjonali. Għal dan il-għan, għandhom jitqiesu ukoll il-miżuri leġiżlattivi jekk ikun il-każ.

Emenda  80

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 64 – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma din id-Direttiva ... inkluż fir-rigward tal-konformità minn impriżi, operaturi, applikanti, awtoritajiet u entitajiet oħra kkonċernati sa … Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma din id-Direttiva ... inkluż fir-rigward tal-konformità minn impriżi, operaturi, applikanti, awtoritajiet u entitajiet oħra kkonċernati sa … Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

________________

________________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal data 36 xahar wara dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal data 12 xahar wara dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post it-test preċedenti tal-PE imma żżomm l-iskadenza ta’ 12-il xahar għat-traspożizzjoni li l-PE jinsisti fuqha.

Emenda  81

Pożizzjoni tal-Kunsill

Artikolu 64 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

L-Artikolu 55(1) għandu japplika minn …

imħassar

______________

 

*OJ: Jekk jogħġbok daħħal data 60 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva

 

Ġustifikazzjoni

Emenda tal-Kunsill li ma tirriflettix l-fehma tal-Parlament.

Emenda  82

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness I - inċiż 6

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

Mezzi ta' aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż l-aċċess bit-triq;

Mezzi ta' aċċess għall-passiġġieri u l-merkanzija, inkluż l-aċċess għal min ikun bil-mixi u bit-triq;

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

Emenda  83

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – paragrafu 2 – punt a

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(a) stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-bini tagħhom u faċilitajiet oħrajn, inklużi wiri ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u post għal servizzi relatati mal-biljetti;

(a) stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-bini tagħhom u faċilitajiet oħrajn, inklużi wiri ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u post adegwat għal servizzi relatati mal-biljetti;

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  84

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – paragrafu 2 – punt e

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

(e) faċilitajiet ta' manutenzjoni bl-eċċezzjoni ta' servizzi ta' manutenzjoni tqal ipprovduti fil-faċilitajiet ta' manutenzjoni ddedikati esklussivament għal tipi speċifiċi ta' materjal ferrovjarju, u faċilitajiet tekniċi oħrajn, inklużi faċilitajiet għat-tindif u l-ħasil;

(e) faċilitajiet ta' manutenzjoni bl-eċċezzjoni ta' faċilitajiet ta' manutenzjoni ddedikati għal ferroviji b'veloċità għolja jew għal tipi speċifiċi ta' materjal ferrovjarju li jirrikjedi faċilitajiet speċifiċi;

 

(ea) manutenzjoni u faċilitajiet tekniċi oħrajn inklużi faċilitajiet għat-tindif u l-ħasil ;

Emenda  85

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – paragrafu 3 – punt a

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

kurrent tat-trazzjoni, mill-imposti għall-użu tat-tagħmir għall-provvista tal-elettriku;

kurrent tat-trazzjoni, mill-imposti għall-użu tat-tagħmir għall-provvista tal-elettriku mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE;

Emenda  86

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness II – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

 

(aa) kundizzjonijiet u prezzijiet għall-użu tal-provvista tal-elettriku u tal-linji tat-trażmissjoni li għandhom ikunu ġusti għall-operaturi kollha;

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  87

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V – paragrafu 1

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

l-ambitu tal-ftehim fir-rigward tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizz, strutturat skont l-Anness III. Għandu jkopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inklużi l-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura li diġà qed titħaddem.

l-ambitu tal-ftehim fir-rigward tal-infrastruttura u l-faċilitajiet tas-servizz, strutturat skont l-Anness III. Għandu jkopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inklużi l-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura li diġà qed titħaddem. Fejn xieraq, il-bini ta' infrastruttura ġdida tista' ukoll tkun kopruta.

Ġustifikazzjoni

Emenda mill-ewwel qari tal-Parlament.

Emenda  88

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V – paragrafu 2

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

l-istruttura tal-ħlasijiet jew fondi allokati lis-servizzi tal-infrastruttura mniżżlin fl-Anness II, għall-manutenzjoni, u għat-trattar tax-xogħol pendenti ta’ manutenzjoni;

l-istruttura tal-ħlasijiet jew fondi allokati lis-servizzi tal-infrastruttura mniżżlin fl-Anness II, għall-manutenzjoni u tiġdid, u għat-trattar tax-xogħol pendenti ta’ manutenzjoni u ta' tiġdid; Fejn xieraq, l-istruttura ta' ħlasijiet jew tal-fondi allokati għall-infrastruttura l-ġdida tista' ukoll tkun koperta ;

Emenda  89

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V – paragrafu 5

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

5. l-inċentivi imsemmija fl-Artikolu 30(1), bl-eċċezzjoni ta' dawk l-inċentivi implimentati permezz ta' miżuri regolatorji f'konformità mal-Artikolu 30(3);

5. l-inċentivi skont l-Artikolu 30(1);

Ġustifikazzjoni

Emenda li terġa' tistabbilixxi t-test mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni.

Emenda  90

Pożizzjoni tal-Kunsill

Anness V – paragrafu 8

Pożizzjoni tal-Kunsill

Emenda

8. ir-regoli biex jiġi ttrattat it-tfixkil kbir tat-tħaddim tas-servizzi u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi pjanijiet ta' kontinġenza u fil-każ ta’ terminazzjoni bikrija, u l-informazzjoni tal-utenti;

8. ir-regoli biex jiġi ttrattat it-tfixkil kbir tat-tħaddim tas-servizzi u s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inklużi pjanijiet ta' kontinġenza u fil-każ ta’ terminazzjoni bikrija, u l-informazzjoni f'waqtha tal-utenti;

Ġustifikazzjoni

Emenda fl-ewwel qari tal-Parlament b'modifika żgħira biex tirrifletti n-negozjati li għadhom għaddejjin mal-Kunsill.

(1)

ĠU C 132, 3.5.2011, p. 99.

(2)

ĠU C 104, 2.4.2011, p. 53.

(3)

Testi adottati tal-16.11.2011, P7_TA(2011)0503.


Nota Spjegattiva

Wara li l-Parlament adottat l-ewwel qari tiegħu fil-11 ta' Novembru 2011, il-Kunsill laħaq ftehim politiku fit-12 ta' Diċembru 2011 u pożizzjoni fl-ewwel qari b'maġġoranza kwalifikata fit-8 ta' Marzu 2012. Sa minn Jannar 2012 il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni jinsabu f'negozjati informali sabiex iħejju għal ftehim fit-tieni qari. Madankollu, peress li l-Kunsill fil-pożizzjoni tiegħu ikkunsidra b'mod limitat ħafna l-progress magħmul f'dawn in-negozjati, ir-rapporteur tiegħek fl-abbozz ta' rakkomandazzjoni tagħha qiegħda fil-parti l-kbira ttenni l-pożizzjoni tal-Parlament adottata fl-ewwel qari, bl-eċċezzjoni ta' ċerti bidliet minuri magħmula mill-Kunsill għall-proposta tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tiddikjara dan li ġej fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill(1):

"Filwaqt li baqa' konformi mal-għan ġenerali tas-simplifikazzjoni u ta' żieda fit-trasparenza permezz tal-konsolidazzjoni ta' tliet direttivi eżistenti u l-emendi tagħhom, il-Kunsill dgħajef il-proposta tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-aċċess għal servizzi relatati mal-ferroviji, finanzjament infrastrutturali, tariffi għall-infrastruttura u setgħat tal-korp regolatorju. F'xi każijiet, il-pożizzjoni tal-Kunsill tikkonferma l-liġi eżistenti mingħajr titjib ulterjuri..."

Ir-rapporteur jikkonferma l-valutazzjoni kritika tal-pożizzjoni tal-Kunsill magħmula mill-Kummissjoni. Fl-ewwel qari tiegħu l-Parlament qiegħed iressaq proposti ambizzjużi bil-għan li jistabbilixxi Żona Ferrovjarja unika Ewropea. Il-ħolqien ta' tali żona għandha tibqa objettiv tagħna peress li s-sistemi ferrovjarji nazzjonali differenti jħallu lis-settur mxekkel minn fruntieri nazzjonali li jillimitaw bil-qawwi l-iżvilupp tas-settur u l-kompetittività tat-trasport bil-ferrovija fir-rigward ta' mezzi ta' trasport oħrajn. Il-Parlament irid jżomm sod mal-ambizzjonijiet tiegħu jekk irid ikompli bil-ħolqien ta' żona ferrovjarja unika Ewropea.

Id-delegazzjoni tal-PE ilha f'negozjati informali sa minn Jannar ta' din is-sena mal-Kunsill u l-Kummissjoni biex itejbu t-test tal-Kunsill u ġie reġistrat progress fuq ċerti punti. Madankollu, id-diskussjoni dwar l-iktar elementi kruċjali għandha tkompli sa tmiem il-perjodu ta' erba' xhur previst għat-tieni qari fil-Parlament.

Il-punti ewlenin huma dawn li ġejjin:

Korp regolatorju

It-test tal-Kunsill jilqa' uħud mit-tħassib tal-Parlament u jtejjeb il-leġiżlazzjoni attwali, biż-żieda sa ċertu punt, tar-rwol u tas-setgħa tal-korpi regolatorji nazzjonali. Ir-regolaturi indipendenti huma kruċjali għall-istabbiliment ta' ambjent ekwu bejn il-kumpaniji ferrovjarji kbar u żgħar. Jista' jinstab test aktar ambizzjuż fir-rigward tal-indpendenza tal-korp regolatorju u l-mod li bih għandha tittratta l-ilmenti: Għandu jkun hemm indipendenza akbar u skadenzi aktar stretti għat-teħid ta' deċiżjonjiet. Fl-aħħar mill-aħħar il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom isiru entitajiet ta' fiduċja li jieħdu deċiżjonijiet affidabbli u f'waqthom. Il-parlament iddeċieda fl-ewwel qari, bl-istess mod, li għandu jiġi stabbilit korp regolatorju Ewropew fuq it-terminu ta' żmien twil sabiex dan jissorvelja t-trasport transfruntiera. Għal dan il-għan għandu jinħoloq netwerk ta' korpi regolatorji nazzjonali.

Finanzjament

Il-Parlament għandu jkompli bl-isforzi tiegħu biex jikseb sitwazzjoni ta' finanzjament aktar stabbli għall-infrastruttura ferrovjarja. B'mod partikolari l-proposti tal-Kunsill biex it-tul tal-ftehim kuntrattwali multiannwali jitnaqqas għal tliet snin għandhom jiġu rifjutati u minflok għandu jiġi propost tul ta' seba' snin. Dan il-ftehim kontrattwali jiddefinixxi l-prinċipji bażiċi miftehma bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-maniġer tal-infrastruttura rigward il-ġestjoni u l-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja u b'hekk jagħti lill-maniġer tal-infrastruttura u fl-aħħar mill-aħħar lill-intrapriżi ferrovjarji bażi ta' ħidma affidabbli. Għaldaqstant id-dispożizzjonijiet dwar il-bilanċ finanzjarju tal-maniġer tal-infrastruttura għandu jissaħħaħ biex ikun żgurat li d-defiċits ta' finanzjament jitranġaw b'mod affidabbli mill-Istati Membri.

L-indipendenza u t-trasparenza finanzjarja tal-ġestjoni tan-netwerk

Il-Parlament adotta bidliet biex tiżdied it-trasparenza tal-flussi finanzjarji b'mod partikolari f'impriżi integrati li jfornu servizzi ta' trasport ferrovjarju u l-ġestjoni tal-infrastruttura. Il-Kunsill iddeċieda li ma jimmodifikax it-test tal-leġislazzjoni attwalment fis-seħħ għalkemm dan l-istess test jista' jwassal għal bidliet ewlenin fl-interpretazzjoni u konsegwentement għal numru ta' każijiet pendenti tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Għaldaqstant hi ovvja l-ħtieġa li jittejjeb it-test dwar dan il-punt biex tkun żgurata ċarezza akbar.

Prinċipji għall-iċċarġjar tal-infrastruttura

Il-Parlament sa mill-bidu nsista dwar il-ħolqien ta' mekkaniżmu obbligatorju għat-tnaqqis tal-emissjonjiet ta' storbju tal-ferrovija maħluq mill-ferroviji. Ferroviji storbjużi għandhom effetti negattivi fuq saħħet in-nies u konsegwentement fuq l-aċċettazzjoni tagħhom tat-trasport bil-ferrovija u fl-aħħar mill-aħħar huma ta' ħsara għall-iżvilupp tas-settur. Għlhekk għandha tinstab skema effettiva għat-tnaqqis tal-istorbju.

Aspett ieħor marbut mal-iċċarġjar hi l-promozzjoni tal-ERTMS permezz ta' sistema bonus-malus għal dawk il-ferroviji mgħammra bl-ETCS li jivvjaġġaw fuq binarji li mhumiex mgħammra b'din is-sistema. Ir-roll-out ta' ERTMS kien bil-mod wisq u xi kultant ġie mxekkel apposta mill-Istati Membri. Is-sistema hi essenzjali għaż-żieda tat-trasport bil-ferrovija transfruntiera u għandha għaldaqstant tiġi promossa sabiex is-settur isir mezz ta' trasport aktar attraenti b'mod partikolari għat-trasport tal-merkanzija.

Funzjonijiet essenzjali ta' maniġer tal-infrastruttura

Iż-żieda tar-rwol u r-responsabilità tal-maniġer tal-infrastruttura hi għan importanti għal ġestjoni aktar imparzjali tan-netwerk. L-allokazzjoni tar-rottot u l-ħolqien u l-ġbir ta' imposti diġà kienu identifikati bħala kompiti essenzjali tal-maniġer tal-infrastruttura. Madankollu, l-iżvilupp tan-netwerk għandu ukoll isir parti minn dawn il-kompiti u għaldaqstant għandhom jiġu deċiżi investimenti ġodda fl-infrastruttura mill-maniġer tal-infrastruttura li jista' jikkunsidra l-bżonnijiet tas-settur kollu fl-ippjanar ta' proġetti ġodda.

Servizzi ta' aċċess relatati mal-ferroviji

Regoli trasparenti dwar l-aċċess għal servizzi relatati mal-ferroviji u l-faċilitajiet ta' servizz (terminals tal-merkanzija, faċilitajiet ta' manutenzjoni, faċilitajiet ta' formazzjoni tal-ferroviji eċċ) huma kruċjali biex jiżguraw li l-operaturi tat-trasport ikunu jistgħu joperaw is-servizzi tagħhom. In-negozjati attwali dwar dan il-punt miexjin fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, biex juri l-importanza li l-Parlament jagħti lil dan l-aspett, ir-rapporteur jfassal mill-ġdid ċerti emendi mill-ewwel qari.

Dispożizzjonijiet finali – data tad-dħul fis-seħħ

Il-Kunsill jitlob dewmien għat-tul qawwi għad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva l-ġdida: 36 xahar għal ħafna mid-dispożizzjonijiet u saħansitra 60 xahar għall-ħolqien ta' korp regolatorju li diġà kien meħtieġ mil-leġislazzjoni attwali diġà fis-seħħ. Dan mhuwiex aċċettabbili u jdewwem mingħajr bżonn riforma urġenti. Għalhekk ir-rapporteur jinsisti fuq it-tfassil ta' data ta' skadenza ta' 12-il xahar għat-traspożizzjoni tad-Direttiva kollha kemm hi.

Fuq dawn il-punti kollha, ir-rapporteur għandu għalhekk jistabbilixxi mill-ġdid l-emendi addottati fl-ewwel qari fil-Plenarja sabiex jiddefendi t-trilogi attwali mal-Kunsill dwar il-pożizzjoni tal-Parlament li kien ġie adottat b'maġġoranza qawwija.

(1)

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill (l-ewwel qari) fir-rigward tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (Tfassil mill-ġdid)


PROĊEDURA

Titolu

Żona ferrovjarja unika Ewropea (Tfassil mill-ġdid)

Referenzi

18581/2/2011 – C7-0073/2012 – 2010/0253(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

16.11.2011                     T7-0503/2011

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2010)0475 - C7-0268/2010

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

15.3.2012

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.3.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Debora Serracchiani

27.9.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.4.2012

30.5.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Debora Serracchiani, Laurence J.A.J. Stassen, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Spyros Danellis, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mario Pirillo

Data tat-tressiq

7.6.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza