RAPPORT dwar il-proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga

    13.6.2012 - (COM(2012)0162 – C7‑0114/2012 – 2011/0229(COD)) - ***I

    Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
    Rapporteur: Sophie Auconie


    Proċedura : 2011/0229(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga

    (COM(2012)0162 – C7‑0114/2012 – 2011/0229(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0525) u l-proposta emendata COM(2012)0162,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 43(2) u l-punt b tal-Artikolu 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0114/2012),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-7 ta' Diċembru 2011[1],

    –   wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0199/2012),

    1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

    Emenda          1

    Proposta għal regolament

    Title

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar is-sistema ta’ tikkettjar volontarju taċ-ċanga

    Ġustifikazzjoni

    Ukoll jekk ikun preferebbli li titneħħa s-“sistema” ta’ tikkettar volontarju (inklużi speċifikazzjonijiet, sanzjonijiet, eċċ), it-tikkettar volontarju xorta jibqa'. Hemm ħtieġa għat-tfassil ta’ regoli ġenerali li jkopru dan u jħarsu lill-konsumaturi (li jeħtieġ tagħrif oġġettiv li jista’ jkun ivverifikat mill-awtoritajiet relevanti u mifhum mill-konsumaturi). Dawn ir-regoli ġenerali jikkompletaw il-leġiżlazzjoni orizzontali dwar it-tikkettar.

    Emenda  2

    Proposta għal regolament

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4) It-traċċar tal-laħam taċ-ċanga sas-sors permezz ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni huwa prerekwiżit għat-tikkettjar tal-oriġini tul il-katina alimentari kollha u jiżgura l-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa pubblika.

    (4) It-traċċar tal-laħam taċ-ċanga sas-sors permezz ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni huwa prerekwiżit għat-tikkettjar tal-oriġini tul il-katina alimentari kollha. Dawk il-miżuri jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa pubblika u jippromwovu l-fiduċja tal-konsumatur.

    Emenda  3

    Proposta għal regolament

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u b'mod aktar partikolari l-identifikazzjoni bovina u t-tikkettjar volontarju taċ-ċanga ġew elenkati bħala "obbligi ta’ informazzjoni b’importanza speċjali f'termini tal-piżijiet li jimponu fuq in-negozji" fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar “Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE".

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u b'mod aktar partikolari l-identifikazzjoni bovina u s-sistema ta’ tikkettjar volontarju taċ-ċanga ġew elenkati bħala "l-obbligi ta’ informazzjoni b’importanza speċjali f'termini tal-piżijiet li jimponu fuq in-negozji" fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar “Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE".

    Ġustifikazzjoni

    Ukoll jekk ikun preferebbli li titneħħa s-“sistema” ta’ tikkettar volontarju (inklużi speċifikazzjonijiet, sanzjonijiet, eċċ), it-tikkettar volontarju xorta jibqa'. Hemm ħtieġa għat-tfassil ta’ regoli ġenerali li jkopru dan u jħarsu lill-konsumaturi (li jeħtieġ tagħrif oġġettiv li jista’ jkun ivverifikat mill-awtoritajiet relevanti u mifhum mill-konsumaturi). Dawn ir-regoli ġenerali jikkompletaw il-leġiżlazzjoni orizzontali dwar it-tikkettar.

    Emenda  4

    Proposta għal regolament

    Premessa 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (6) L-użu ta’ sistemi elettroniċi ta’ identifikazzjoni għandu l-potenzjal li jissemplifika l-proċessi tat-traċċabbiltà permezz ta' qari u reġistrazzjoni awtomatizzati u aktar preċiżi fir-reġistru tal-istabbiliment. Dan jippermetti wkoll rappurtar awtomatizzat tal-movimenti tal-annimali fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata, u b'hekk ikun hemm titjib fil-veloċità, l-affidabilità u l-preċiżjoni tas-sistema.

    (6) L-użu ta’ sistemi elettroniċi ta’ identifikazzjoni għandu l-potenzjal li jissemplifika l-proċessi tat-traċċabbiltà permezz ta' qari u reġistrazzjoni awtomatizzati u aktar preċiżi fir-reġistru tal-istabbiliment. Dan jippermetti wkoll rappurtar awtomatizzat tal-movimenti tal-annimali fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata, u b'hekk ikun hemm titjib fil-veloċità, l-affidabilità u l-preċiżjoni tas-sistema. Dan itejjeb il-ġestjoni tal-pagamenti diretti magħmulin lill-bdiewa għal kull bhima permezz ta’ kontrolli aħjar u tnaqqis ir-riskju ta' żbalji fil-pagamenti.

    Emenda  5

    Proposta għal regolament

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7) Is-sistemi ta' identifikazzjoni elettronika bbażati fuq l-identifikazzjoni bil-frekwenzi tar-radju għamlu avvanzi konsiderevoli matul l-aħħar għaxar snin. Dik it-teknoloġija tippermetti qari aktar veloċi u aktar preċiż ta' kodiċijiet tal-identità tal-annimali individwali direttament għal ġo sistemi għall-ipproċessar tad-dejta li jirriżulta fi tnaqqis fil-ħin meħtieġ biex jiġu rintraċċati annimali potenzjalment infettati jew ikel infettat, fi frankar ta' spejjeż tax-xogħol iżda fl-istess ħin ukoll iżżid l-ispejjeż tat-tagħmir.

    (7) Is-sistemi ta' identifikazzjoni elettronika bbażati fuq l-identifikazzjoni bil-frekwenzi tar-radju għamlu avvanzi konsiderevoli matul l-aħħar għaxar snin, ukoll jekk l-istandards tal-ISO għad iridu jiġu applikati, u jeħtieġ li jkunu ttestjati għall-bovini. Dik it-teknoloġija tippermetti qari aktar veloċi u aktar preċiż ta' kodiċijiet tal-identità tal-annimali individwali direttament għal ġo sistemi għall-ipproċessar tad-dejta li jirriżulta fi tnaqqis fil-ħin meħtieġ biex jiġu rintraċċati annimali potenzjalment infettati jew ikel infettat, li jwassal għal titjib fil-bażijiet ta' dejta u għal kapaċità akbar għal reazzjoni mingħajr dewmien f'każ li jfaqqa' l-mard, fi frankar ta' spejjeż tax-xogħol iżda fl-istess ħin ukoll iżżid l-ispejjeż tat-tagħmir. Jekk l-identifikazzjoni elettronika tkun difettuża, il-ħsara tat-teknoloġija ma għandhiex twassal għall-impożizzjoni ta' pagamenti ta’ penali fuq il-bdiewa.

    Emenda  6

    Proposta għal regolament

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9) Minħabba l-avvanzi teknoloġiċi fl-EID, bosta Stati Membri ddeċidew li jibdew jimplimentaw l-EID bovina fuq bażi volontarja. Dawk l-inizjattivi x'aktarx li jwasslu biex jiġu żviluppati sistemi differenti fl-Istati Membri individwali jew mill-partijiet interessati. Żvilupp bħal dan jimpedixxi l-armonizzazzjoni aktar 'il quddiem tal-istandards tekniċi fi ħdan l-Unjoni.

    (9) Minħabba l-avvanzi teknoloġiċi fl-EID, bosta Stati Membri ddeċidew li jibdew jimplimentaw l-EID bovina fuq bażi volontarja. Dawk l-inizjattivi x'aktarx li jwasslu biex jiġu żviluppati sistemi differenti fl-Istati Membri individwali jew mill-partijiet interessati. Żvilupp bħal dan jimpedixxi l-armonizzazzjoni sussegwenti tal-istandards tekniċi fi ħdan l-Unjoni. Għandu jkun żgurat li s-sistemi introdotti fl-Istati Membri jkunu interoperabbli u konsistenti mal-istandards tal-ISO.

    Emenda  7

    Proposta għal regolament

    Premessa 16

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (16) Li l-EID issir obbligatorja madwar l-Unjoni kollha jista' jħalli effetti ekonomikament ħżiena fuq ċerti operaturi. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita sistema volontarja għall-introduzzjoni tal-EID. B'din is-sistema, l-EID tintgħażel minn dawk li x'aktarx ikollhom benefiċċji ekonomiċi immedjati.

    (16) Li l-EID issir obbligatorja madwar l-Unjoni kollha jista' jħalli effetti ekonomikament ħżiena fuq ċerti operaturi. Barra minn hekk, hemm problemi prattiċi li għadhom ixekklu l-operazzjoni effikaċi tal-EID, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-eżattezza tat-teknoloġija. L-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' identifikazzjoni elettronika obbligatorja għall-annimali ruminanti żgħar turi li minħabba t-teknoloġija difettuża u diffikultajiet prattiċi spiss ikun impossibbli li tinkiseb eżattezza ta' 100 %. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita sistema volontarja. Din is-sistema tippermetti li l-EID tintgħażel biss minn dawk li x'aktarx ikollhom benefiċċji ekonomiċi rapidi.

    Emenda 8

    Proposta għal regolament

    Premessa 17

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (17) L-Istati Membri għandhom sistemi tat-trobbija, tal-prattiki tal-biedja u tal-organizzazzjonijiet tas-settur differenti ħafna. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jagħmlu l-EID obbligatorja fit-territorju tagħhom biss meta jidhrilhom li jkun xieraq, wara li jikkunsidraw dawk il-fatturi kollha.

    (17) L-Istati Membri għandhom sistemi tat-trobbija, tal-prattiki tal-biedja u tal-organizzazzjonijiet tas-settur differenti ħafna. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jagħmlu l-EID obbligatorja fit-territorju tagħhom biss meta jidhrilhom li jkun xieraq, wara li jikkunsidraw dawk il-fatturi kollha, inkluż kwalunkwe impatt negattiv fuq il-bdiewa ż-żgħar u wara l-konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-industrija taċ-ċanga.

    Emenda  9

    Proposta għal regolament

    Premessa 18

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (18) Annimali li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti ta’identifikazzjoni li japplikaw għal annimali mwielda fl-Unjoni.

    (18) Annimali u laħam li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti ta’identifikazzjoni u traċċabilità li japplikaw għal annimali mwielda fl-Unjoni.

    Emenda  10

    Proposta għal regolament

    Premessa 19

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (19) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jipprevedi li l-awtorità kompetenti għandha toħroġ passaport għal kull annimal li jrid jiġi identifikat skont dak ir-Regolament. Dan jikkawża piż amministrattiv konsiderevoli għall-Istati Membri. Il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati stabbiliti mill-Istati Membri jiżguraw suffiċjentement it-traċċabilità tal-movimenti domestiċi tal-annimali bovini. Il-passaporti għandhom għalhekk jinħarġu biss għal annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Unjoni. Ladarba l-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati nazzjonali huwa operattiv, ir-rekwiżit tal-ħruġ ta’ dawn il-passaporti ma għandux jibqa' japplika għal annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Unjoni.

    (19) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jipprevedi li l-awtorità kompetenti għandha toħroġ passaport għal kull annimal li jrid jiġi identifikat skont dak ir-Regolament. Dan jikkawża piż amministrattiv konsiderevoli għall-Istati Membri. Il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati stabbiliti mill-Istati Membri għandhom jiżguraw suffiċjentement it-traċċabilità tal-movimenti domestiċi tal-annimali bovini. Il-passaporti għandhom għalhekk jinħarġu biss għal annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Unjoni. Ladarba l-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati nazzjonali huwa operattiv, ir-rekwiżit tal-ħruġ ta’ dawn il-passaporti ma għandux jibqa' japplika għal annimali maħsuba għall-kummerċ intra-Unjoni.

    Emenda  11

    Proposta għal regolament

    Premessa 19a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (19a) Sa issa, ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni speċifika dwar l-ikklonar. B’dana kollu, l-istħarriġiet tal-opinjoni jindikaw li din il-kwistjoni hija ta’ interess kbir għall-pubbliku Ewropew. Għalhekk huwa xieraq li jkun żgurat li ċ-ċanga li tkun ġejja minn bhejjem ikklonati jew mid-dixxendenti tagħhom tiġi ttikkettata bħala tali.

    Emenda  12

    Proposta għal regolament

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20) It-Taqsima II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tistabbilixxi r-regoli għal sistema volontarja ta’ tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga li jistipulaw l-approvazzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tikkettjar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Il-piż amministrattiv u l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi biex japplikaw din is-sistema mhumiex proporzjonati għall-benefiċċji tas-sistema. Dik it-Taqsima għandha għalhekk titħassar.

    (20) It-Taqsima II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tistabbilixxi r-regoli għal sistema volontarja ta’ tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga li jistipulaw l-approvazzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tikkettjar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Fid-dawl tal-iżviluppi fis-settur taċ-ċanga minn mindu ġie adottat ir-Regolament imsemmi, is-sistema ta’ tikkettar taċ-ċanga jeħtieġa li tiġi riveduta. Peress li s-sistema tat-tikkettjar volontarju taċ-ċanga la hija effikaċi u lanqas utli, din għandha titħassar, bla ħsara għad-dritt tal-operaturi li jinfurmaw lill-konsumaturi permezz ta’ tikkettjar volontarju. Konsegwentement, bħal fir-rigward ta’ kwalunkwe tip ieħor ta’ laħam, l-informazzjoni li tmur lil hinn mit-tikkettar obbligatorju, jiġifieri f’dan il-każ partikolari dak li huwa meħtieġ mill-Artikoli 13 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, u li hija estremament importanti għall-konsumaturi u l-bdiewa, ngħidu aħna r-razza, l-għalf u t-trobbija tal-bhejjem, trid tirrispetta l-leġiżlazzjoni orizzontali attwali, inkluż ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi1. Barra minn hekk, it-tħassir huwa ekwilibrat ukoll bil-formulazzjoni, f’dan ir-Regolament, ta’ regoli ġenerali li jiżguraw il-ħarsien tal-konsumatur.

     

    _____________

     

    1 ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

    Emenda  13

    Proposta għal regolament

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20) It-Taqsima II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tistabbilixxi r-regoli għal sistema volontarja ta’ tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga li jistipulaw l-approvazzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tikkettjar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Il-piż amministrattiv u l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi biex japplikaw din is-sistema mhumiex proporzjonati għall-benefiċċji tas-sistema. Dik it-Taqsima għandha għalhekk titħassar.

    (20) It-Taqsima II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tistabbilixxi r-regoli għal sistema volontarja ta’ tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga li jistipulaw l-approvazzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tikkettjar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Kull speċifikazzjoni għat-tikkettar li tmur lil hinn mit-tikkettar obbligatorju, ngħidu aħna r-razza, il-għalf u t-trobbija tal-bhejjem, huma kollha estremament importanti għall-konsumaturi kif ukoll għall-bdiewa li jużaw dan it-tikkettar għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tagħhom. Bl-iskop li jkun żgurat li l-informazzjoni tkun preċiża u affidabbli, din it-Taqsima għandha għalhekk tinżamm.

    Ġustifikazzjoni

    Il-kummerċjalizzazzjoni ottimali tal-prodotti tagħhom hija fattur importanti għall-bdiewa. L-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tiżgura li t-tagħrif speċifiku li jkun hemm fuq it-tikketti jkun bir-reqqa u affidabbli. Mingħajr approvazzjoni bħal din, il-konsumaturi ma jistgħux jafdaw it-tikkettar tal-prodott, u għalhekk is-sistema tat-tikkettar volontarju għandha tinżamm.

    Emenda  14

    Proposta għal regolament

    Premessa 22

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (22) Sabiex jiġi żgurat li r-regoli meħtieġa għat-tħaddim sew tal-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali bovini u ċ-ċanga jkunu applikati, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rekwiżiti għal mezzi alternattivi ta' identifikazzjoni tal-annimali bovini, taċ-ċirkostanzi speċjali li fihom l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodi massimi għall-applikazzjoni tal-mezzi ta' identifikazzjoni, tad-dejta li trid tiġi skambjata bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tal-Istati Membri, tal-perjodu massimu għal ċerti obbligi ta’ rappurtar, tar-rekwiżiti għal mezzi ta' identifikazzjoni, tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-passaporti u fir-reġistri individwali li jridu jinżammu fuq kull stabbiliment, tal-livell minimu ta' kontrolli uffiċjali, tal-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' movimenti ta' annimali bovini meta mħollija jirgħu fis-sajf f'postijiet differenti fil-muntanji, tar-regoli għat-tikkettjar ta' ċerti prodotti li għandhom ikunu ekwivalenti għar-regoli stabbliti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, tad-definizzjonijiet ta’ kapuljat taċ-ċanga, fdal taċ-ċanga jew qatgħat taċ-ċanga, tal-indikazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketti, tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar li għandhom x'jaqsmu mas-semplifikazzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini, id-daqs massimu u l-kompożizzjoni ta' ċerti gruppi ta' annimali, tal-proċeduri ta’ approvazzjoni relatati mal-kundizzjonijiet tat-tikkettjar fuq l-ippakkjar tal-qatgħat tal-laħam u tas-sanzjonijiet amministrattivi li jridu jiġu applikati mill-Istati Membri f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti.

    (22) Sabiex jiġi żgurat li r-regoli meħtieġa għat-tħaddim sew tal-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali bovini u ċ-ċanga jkunu applikati, is-setgħa għall-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-rekwiżiti għal mezzi alternattivi ta' identifikazzjoni tal-annimali bovini, taċ-ċirkostanzi speċjali li fihom l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodi massimi għall-applikazzjoni tal-mezzi ta' identifikazzjoni, tad-dejta li trid tiġi skambjata bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tal-Istati Membri, tal-perjodu massimu għal ċerti obbligi ta’ rappurtar, tar-rekwiżiti għal mezzi ta' identifikazzjoni, tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-passaporti u fir-reġistri individwali li jridu jinżammu fuq kull stabbiliment, tal-livell minimu ta' kontrolli uffiċjali, tal-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta' movimenti ta' annimali bovini meta mħollija jirgħu fis-sajf f'postijiet differenti fil-muntanji, tar-regoli għat-tikkettjar ta' ċerti prodotti li għandhom ikunu ekwivalenti għar-regoli stabbliti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, tad-definizzjonijiet ta’ kapuljat taċ-ċanga, fdal taċ-ċanga jew qatgħat taċ-ċanga, id-daqs massimu u l-kompożizzjoni ta' ċerti gruppi ta' annimali, tal-proċeduri ta’ approvazzjoni relatati mal-kundizzjonijiet tat-tikkettjar fuq l-ippakkjar tal-qatgħat tal-laħam u tas-sanzjonijiet amministrattivi li jridu jiġu applikati mill-Istati Membri f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti.

    Emenda  15

    Proposta għal regolament

    Premessa 23

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (23) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti li jagħmlu użu minn mezzi alternattivi ta' identifikazzjoni, karatteristiċi tekniċi u modalitajiet għall-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tal-Istati Membri, il-format u d-disinn tal-mezzi ta’ identifikazzjoni, il-proċeduri u l-istandards tekniċi għall-implimentazzjoni tal-EID, il-format tal-passaporti u tar-reġistru li jrid jinżamm fuq kull stabbiliment, ir-regoli dwar il-modalitajiet għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri fuq id-detenturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu mill-Istati Membri biex tiġi żgurata konformità xierqa mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, f’każijiet fejn il-kontrolli fuq il-post jiġġustifikaw dan, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

    (23) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-istabbilimenti li jagħmlu użu minn mezzi alternattivi ta' identifikazzjoni, karatteristiċi tekniċi u modalitajiet għall-iskambju tad-dejta bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tal-Istati Membri, id-dikjarazzjoni li s-sistema ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri hija kompletament operattiva, il-format u d-disinn tal-mezzi ta’ identifikazzjoni, il-proċeduri u l-istandards tekniċi għall-implimentazzjoni tal-EID, il-format tal-passaporti u tar-reġistru li jrid jinżamm fuq kull stabbiliment, ir-regoli dwar il-modalitajiet għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri fuq id-detenturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000, azzjonijiet korrettivi li jridu jittieħdu mill-Istati Membri biex tiġi żgurata konformità xierqa mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, f’każijiet fejn il-kontrolli fuq il-post jiġġustifikaw dan, u r-regoli neċessarji biex tiġi żgurata konformità xierqa b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli, s-sanzjonijiet amministrattivi, u l-perjodi massimi varji stipulati f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

    Emenda  16

    Proposta għal regolament

    Premessa 23a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (23a) L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tiġi mmonitorjata. Konsegwentement, sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill rapport li jittratta kemm l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-fattibilità teknika u ekonomika tal-introduzzjoni ta’ identifikazzjoni elettronika obligatorja madwar l-Unjoni kollha. Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir obbligatorja, hu għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva xierqa. Din il-leġiżlazzjoni tneħħi r-riskji ta’ distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

    Emenda  17

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1a) Fl-Artikolu 2, qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

     

    "annimali kklownjati" tfisser annimali prodotti permezz ta’ metodu ta’ riproduzzjoni asesswali u artifiċjali bil-għan li tkun prodotta kopja ta' annimal individwali ġenetikament identika jew kważi identika;

    Emenda  18

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1b) Fl-Artikolu 2, qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

     

    "dixxendenti ta' annimali kklownjati" tfisser annimali prodotti permezz ta’ riproduzzjoni sesswali, f’każijiet fejn mill-inqas proġenitur wieħed huwa annimal ikklonat;

    Emenda          19

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 3

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-annimali kollha fi stabbiliment għandhom jiġu identifikati b'tal-inqas żewġ mezzi individwali ta' identifikazzjoni awtorizzati b'konformità mal-Artikoli 10 u 10a u approvati mill-awtorità kompetenti.

    1. L-annimali kollha fi stabbiliment għandhom jiġu identifikati b'tal-inqas żewġ mezzi individwali ta' identifikazzjoni awtorizzati b'konformità mal-Artikoli 10 u 10a u approvati mill-awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-identifikaturi użati jkunu interoperabbli u konsistenti mal-istandards tal-ISO.

    Emenda  20

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-mezzi ta’ identifikazzjoni għandhom ikunu allokati lill-istabbiliment, distribwiti u applikati fuq l-annimali b'mod determinat mill-awtorità kompetenti.

    Il-mezzi ta’ identifikazzjoni għandhom ikunu allokati lill-istabbiliment, distribwiti u applikati fuq l-annimali b'mod determinat mill-awtorità kompetenti. Dan m'għandux japplika għall-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998 u mhux intenzjonati għall-kummerċ intra-Unjoni.

    Emenda  21

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-mezzi kollha ta' identifikazzjoni applikati għal annimal għandu jkollhom l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku, li jagħmilha possibbli illi kull annimal ikun identifikat individwalment flimkien mal-istabbiliment fejn twieled.

    Il-mezzi kollha ta' identifikazzjoni applikati għal annimal għandu jkollhom l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku, li jagħmilha possibbli illi kull annimal ikun identifikat individwalment flimkien mal-istabbiliment fejn twieled. Bħala deroga, fil-każijiet fejn ma jkunx possibbli li ż-żewġ mezzi individwali ta' identifikazzjoni jkollhom l-istess kodiċi ta' identifikazzjoni uniku, l-awtorità kompetenti tista', taħt is-superviżjoni tagħha, tippermetti li t-tieni mezzi ta' identifikazzjoni jkollu kodiċi differenti sakemm tkun żgurata t-traċċabilità sħiħa u l-identifikazzjoni individwali tal-annimal, inkluż l-istabbiliment fejn twieled, tkun possibbli.

    Emenda  22

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 3

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri li jużaw din il-possibilità għandhom jipprovdu t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali lill-Kummissjoni.

    L-Istati Membri li jużaw din il-possibilità għandhom jipprovdu t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, imbagħad, għandha tipprovdi lill-Istati Membri l-oħra, f’lingwa li faċli tinftiehem minn dawk l-Istati Membri, sommarju tar-regoli nazzjonali li jirregolaw il-moviment ta’ annimali lejn Stati Membri li jkunu għażlu EID obbligatorja u għandha tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.

    Emenda  23

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 4

    Regolament KE Nru 1760/2000

    Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) 60 jum għat-tieni mezz ta’ identifikazzjoni.

    (b) 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali.

    Emenda  24

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-ebda annimal ma jista' jħalli l-istabbiliment fejn ikun twieled qabel ma ż-żewġ mezzi ta' identifikazzjoni jkunu ġew applikati.

    L-ebda annimal ma jista' jħalli l-istabbiliment fejn ikun twieled qabel ma ż-żewġ mezzi ta' identifikazzjoni jkunu ġew applikati ħlief fil-każ ta' forza maġġuri.

    Emenda  25

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 4

    Regolament KE Nru 1760/2000

    Artikolu 4a – paragrafu 2 – subparagrafu 1 b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998 u mhux intenzjonati għall-kummerċ intra-Unjoni.

    Emenda  26

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4b - paragrafu 2 - subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-20 jum minn wara l-kontrolli veterinarji msemmija fil-paragrafu 1. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

    Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-20 jum minn wara l-kontrolli veterinarji msemmija fil-paragrafu 1. Bħala deroga, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali, dak il-perjodu jista' jiġi estiż sa 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

    Emenda  27

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 4

    Regolament KE Nru 1760/2000

    Artikolu 4c – paragrafu 2 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-perjodu massimu msemmi fil-punt (b) ma għandux jaqbeż l-20 jum mid-data tal-wasla tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

    Il-perjodu massimu msemmi fil-punt (b) ma għandux jaqbeż l-20 jum mid-data tal-wasla tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. Bħala deroga, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali, dak il-perjodu jista' jiġi estiż sa 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

    Emenda  28

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4c – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Minkejja t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1), f'każijiet fejn ma jkunx possibbli li jiġi applikat identifikatur elettroniku bl-istess kodiċi ta' identifikazzjoni uniku lill-annimal, l-awtorità kompetenti tista', taħt is-superviżjoni tagħha, tippermetti li t-tieni mezzi ta' identifikazzjoni jkollu kodiċi differenti sakemm tkun żgurata t-traċċabilità sħiħa u li l-identifikazzjoni individwali tal-annimal, inkluż l-istabbiliment fejn twieled, tkun possibbli.

    Emenda  29

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 4

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4d

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-ebda mezz ta’ identifikazzjoni ma jista’ jitneħħa jew jiġi sostitwit mingħajr il-permess u l-kontroll tal-awtorità kompetenti. Dan il-permess jista' jingħata biss meta t-tneħħija jew is-sostituzzjoni ma jkunux jikkompromettu t-traċċabilità tal-annimal.

    L-ebda mezz ta’ identifikazzjoni ma għandu jiġi mmodifikat, jitneħħa jew jiġi sostitwit mingħajr il-permess u l-kontroll tal-awtorità kompetenti. Dan il-permess jista' jingħata biss meta l-modifika, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ma jkunux jikkompromettu t-traċċabilità tal-annimal.

    Emenda  30

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 5 – inċiż 1

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri jistgħu jiskambjaw dejta elettronika bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tagħhom minn dakinhar li l-Kummissjoni tagħraf l-operabilità sħiħa tas-sistema tal-iskambju tad-dejta.

    L-Istati Membri jistgħu jiskambjaw dejta elettronika bejn il-bażijiet ta' dejta kompjuterizzati tagħhom minn dakinhar li l-Kummissjoni tagħraf l-operabilità sħiħa tas-sistema tal-iskambju tad-dejta. Dan għandu jsir b'tali mod li l-protezzjoni tad-data tkun iggarantita u għandu jiġi evitat kull abbuż sabiex jiġu protetti l-interessi tal-impriża.

    Emenda  31

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 6

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 6 – punt ca (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca) Fil-każ ta’ bhejjem esportati lejn pajjiżi terzi, il-passaport għandu jiġi rrilaxxjat mill-aħħar gwardjan lill-awtorità kompetenti tal-post li lejh il-bhima tiġi esportata.

    Emenda  32

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) idaħħal informazzjoni aġġornata direttament fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta jiġri l-avveniment.

    (b) idaħħal informazzjoni aġġornata direttament fil-bażi ta' data kompjuterizzata fi żmien tnejn u sebgħin siegħa minn meta jiġri l-avveniment.

    Ġustifikazzjoni

    Erbgħa u għoxrin siegħa ma jħallux biżżejjed ħin biex il-bdiewa jdaħħlu l-informazzjoni dil-bażijiet tad-dejta. Dan għandu jiġi estiż għal 3 ijiem jew tnejn u sebgħin siegħa sabeix tingħata l-possibilità lill-bdiewa kollha, anke dawk b'għarfien jew tagħmir tat-teknoloġija tal-informatika insuffiċjenti, jew fil-każ ta' ħsara tat-tagħmir, biex ikunu jistgħu jirrekordjaw u jdaħħlu d-dejta f'qafas ta' żmien raġonevoli.

    Emenda  33

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 8

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 9a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna responsabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali jirċievi istruzzjonijiet u gwida dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u ta' kwalunkwe atti ddelegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 10 u 10a, u li l-korsijiet ta' taħriġ xierqa jkunu disponibbli."

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull persuna responsabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tirċievi istruzzjonijiet u gwida dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament u ta' kwalunkwe atti ddelegati u ta' implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikoli 10 u 10a, u li l-korsijiet ta' taħriġ xierqa jkunu disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata mingħajr spejjeż għad-destinatarju, kull darba li ssir xi modifika tad-dispożizzjonijiet relevanti u kemm-il darba jkun hemm bżonn. L-Istati Membri għandhom jaqsmu l-aħjar prattiki sabiex jiżguraw taħriġ u l-qsim ta' informazzjoni ta' kwalità tajba madwar l-Unjoni.

    Emenda  34

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 10 – subparagrafu 1 – punt e

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    e) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-movimenti ta' annimali bovini meta jitħallew jirgħu fis-sajf f'postijiet differenti fil-muntanji.

    e) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-movimenti ta' annimali bovini matul tipi differenti ta' moviment staġjonali.

    Ġustifikazzjoni

    Hu neċessarju li t-test jiġi bbilanċjat billi jiddaħħlu t-tipi kollha ta' moviment staġjonali, u mhux biss meta jitħallew jirgħu fis-sajf.

    Emenda  35

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 11 – sottopunt ba (ġdid)

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) Il-paragrafu li ġej qed jiġi miżjud:

     

    "5a. Sa minn [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ] l-operaturi u l-organizzazzjonijiet għandhom ukoll jindikaw fuq it-tikketti tagħhom jekk iċ-ċanga kinitx ġejja minn annimali kklownjati jew minn dixxendenti ta' annimali kklownjati."

    Emenda  36

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Titolu II – Taqsima 2 – titolu

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (13a) It-titolu tat-Titolu II, Taqsima II għandu jinbidel b'dan li ġej: Tikkettar volontarju.

    Ġustifikazzjoni

    Ukoll jekk ikun preferebbli li titneħħa s-“sistema” ta’ tikkettar volontarju (inklużi speċifikazzjonijiet, sanzjonijiet, eċċ), it-tikkettar volontarju xorta jibqa'. Hemm ħtieġa għat-tfassil ta’ regoli ġenerali li jkopru dan u jħarsu lill-konsumaturi (li jeħtieġ tagħrif oġġettiv li jista’ jkun ivverifikat mill-awtoritajiet relevanti u mifhum mill-konsumaturi). Dawn ir-regoli ġenerali jikkompletaw il-leġiżlazzjoni orizzontali dwar it-tikkettar.

    Emenda  37

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 14

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Articles 16 – 18

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (14) L-Artikoli 16, 17 u 18 jitħassru.

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Il-proposta tal-Kummissjoni tħalli vojt ġuridiku f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar volontarju, li qed joffri benefiċċji kemm lis-settur kemm lill-konsumaturi billi jagħti tagħrif utili li jgħin fit-tkattir tal-valur miżjud tal-prodotti.

    Emenda 38

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 14

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 16

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (14) L-Artikoli 16, 17 u 18 jitħassru.

    (14) L-Artikolu 16 qed jiġi emendat kif ġej:

     

    "Regoli ġenerali

     

    Informazzjoni apparti minn dik speċifikata fil-parti I ta' dan it-Titolu u li hi miżjuda fit-tikketti mill-operaturi jew mill-organizzazzjonijiet li jikkumerċjalizzaw iċ-ċanga, għandha tkun oġġettiva, verifikabbli mill-awtoritajiet rilevanti u li tinftiehem mill-konsumaturi.

     

    Barra minn hekk, it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga għandu jirrispetta l-leġiżlazzjoni orizzontali attwali dwar it-tikkettjar, u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi."

    Emenda  39

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 15

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 19 – punti b u c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    b) l-indikazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketti;

    imħassar

    c) id-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar marbuta mas-semplifikazzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini;

     

    Emenda  40

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 17 – sottopunt a

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli neċessarji, inklużi l-miżuri tranżitorji meħtieġa għall-introduzzjoni tagħhom, dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 23(2).

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 22b, li jistabbilixxu r-regoli neċessarji, inklużi l-miżuri tranżitorji meħtieġa għall-introduzzjoni tagħhom, dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu.

    Emenda  41

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 18

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 22b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5), u 4a(2), l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn*

    2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4(5) u 4a(2), l-Artikoli 5, 7, 10 u 19 u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 22(4a) għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn *.

    3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5) u 4a(2) l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

    3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5) u 4a(2), l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 22(4a) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

    4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4(5), u 4a(2) l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u la mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

    5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4(5), u 4a(2), fl-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 22(4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u la mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    ________________

    _____________

    [* id-data tad-dħul fis-seħħ ta 'dan ir-Regolament jew minn kwalunkwe data oħra stabbilita mil-leġiżlatur].

    * ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Emenda  42

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 23a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (19a) Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

     

    Artikolu 23a

     

    Rapport u żviluppi leġiżlattivi

     

    Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill rapport li jittratta kemm l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-fattibilità teknika u ekonomika tal-introduzzjoni ta’ identifikazzjoni elettronika obligatorja madwar l-Unjoni kollha. Jekk dan ir-rapport jikkonkludi li l-identifikazzjoni elettronika għandha ssir obbligatorja, hu għandu jkun akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva xierqa.

    • [1]  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 64.

    NOTA SPJEGATTIVA

    Għan tal-proposta għal regolament:

    Din il-proposta għal Regolament għandha l-għan li tindirizza 3 sfidi ġodda importanti:

    1. it-teħid inkonsiderazzjoni tat-teknoloġija emerġenti tal-identifikazzjoni elettronika tal-bovini fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

    2. is-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mat-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga;

    3. l-aġġornament tar-regoli relatati mas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni sabiex jittieħed kont tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u tad-dsipożizzjonijiet il-ġodda relatati mal-atti ddelegati u mal-atti ta’ implimentazzjoni.

    L-għan huwa li jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-applikabilità tal-leġiżlazzjoni relatata mal-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-bovini u b’hekk jinkiseb livell ottimali ta' sigurtà alimentari.

    Il-pożizzjoni tar-rapporteur

    Is-sigurtà alimentari tikkostitwixxi wieħed mill-fatturi prinċipali ta’ tħassib taċ-ċittadini Ewropej. Il-leġiżlazzjoni Ewropea għandha għalhekk tiżguralhom protezzjoni ottimali, permezz ta’ dispożizzjonijiet li jiġu aġġornati u msaħħa kemm-il darba jkun hemm bżonn. B'hekk, wara l-kriżi tal-Enċifalopatija Sponġiformi Bovina (BSE), l-Unjoni Ewropea fl-1997 adottat regoli stretti dwar l-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali bovini. Ir-rapporteur tilqa’din il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni minħabba li din se ttejjeb is-sigurtà taċ-ċanga għall-konsumaturi. Madankollu hija tipproponi xi kjarifiki ulterjuri fuq kull waħda mit-tliet partijiet ta’ dan it-test.

    1. Identifikazzjoni elettronika;

    L-identifikazzjoni elettronika tal-bovini tipperpetti li tinkiseb dejta iktar affidabbli li ssaħħaħ is-sistema ta’ traċċabilità u għalhekk is-sigurtà alimentari. Barra minn hekk, tagħti lok li titħaffef ir-reġistrazzjoni tal-annimali bovini, li jiġu awtomatizzati ċerti kompiti u li tiġi żgurata ġestjoni aktar effikaċi tal-merħliet. Għalhekk jeħtieġ li jiġi promoss l-iżvilupp ta’ din it-teknoloġija emerġenti. L-adattament tal-leġiżlazzjoni attwali huwa neċessarju, speċjalment sabiex l-identifikazzjoni elettronika tiġi rikonoxxuta bħala mezz uffiċjali għall-identifikazzjoni tal-annimali bovini. Huwa indispensabbli wkoll li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-istandards tekniċi sabiex tiġi evitata l-eventwalità ta' żvilupp bla kontroll ta’ dan il-metodu ta’ identifikazzjoni u n-nuqqas ta' interoperabilità bejn il-mekkaniżmi nazzjonali.

    Madankollu, minħabba d-diversità kbira tas-sitwazzjoni tat-trobbija Ewropea tal-annimali bovini, l-identifikazzjoni elettronika għandha tibqa’ fakultattiva għal dawk li jrabbu l-annimali, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jagħżilx li jimponiha fuq it-territorju tiegħu. Ir-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ dan l-approċċ li jħeġġeġ lil dawk li jrabbu l-annimali jagħżlu din it-teknoloġija u mhux tiġi imposta fuqhom. Peress li l-farms il-kbar u ċerti setturi tat-trobbija tal-annimali jafu jkollhom iktar opportunitajiet minn oħrajn biex japplikaw l-identifikazzjoni elettronika, huma għandhom jitħallew jagħżlu dan il-metodu aktar malajr mill-oħrajn. Fil-fatt, permezz ta 'dan ir-Regolament, bl-espansjoni tas-suq tal-apparat elettroniku, ir-rapporteur tittama li jkun hemm prezzijiet aktar baxxi u eventwalment dan il-metodu ta’ identifikazzjoni jsir in-norma, b’konformità mal-iżviluppi attwali madwar id-dinja kollha.

    Lil hinn mill-proposti tal-Kummissjoni, ir-rapporteur qed titlob li l-informazzjoni għall-parteċipanti fis-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni tal-annimali minn naħa tingħata “mingħajr spejjeż għad-destinatarju” sabiex jiġu protetti l-bdiewa ż-żgħar u parteċipanti oħra fis-sistema ta’ identifikazzjoni, u min-naħa l-oħra tkun tista’ “tiġġedded kemm-il darba jkun meħtieġ” sabiex jitqiesu l-bidliet fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u l-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni li jiġu adottati abbażi ta’ dan ir-regolament. Barra minn hekk, sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-kummerċ fis-suq intern, ir-rapporteur tqis li l-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar is-soluzzjonijiet adottati fit-territorju ta’ dawk l-Istati Membri li għażlu l-identifikazzjoni elettronika obbligatorja.

    2. Is-simplifikazzjoni tat-tikkettjar

    Ir-rapporteur tilqa’ r-rieda tal-Kummissjoni li tissimplifika t-tikkettjar taċ-ċanga billi jitħassru d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet jirrappreżentaw piż amministrattiv kbir mingħajr vantaġġi suffiċjenti li jagħmlu tajjeb għalih. Minkejja dan, ir-rapporteur tikkunsidra li dawn l-aspetti tat-tikkettjar taċ-ċanga huma koperti minn leġiżlazzjoni orizzontali u għalhekk is-setgħat f’dan il-qasam m’għandhomx jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Il-leġiżlaturi għandhom ikunu kompletament responsabbli għall-abbozzar tal-leġiżlazzjoni.

    3. L-aġġornar tas-setgħat tal-Kummissjoni

    Ir- rapporteur taqbel li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni. Minkejja dan, hija tfakkar li d-delega tas-setgħat tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, u li l-leġiżlaturi għandhom jinżammu kompletament infurmati dwar il-preparazzjoni ta’ atti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Fl-aħħar nett, hija titlob lill-Kummissjoni biex, sa mhux aktar tard minn ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport u, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-bidliet meħtieġa biex jinkiseb jew jinzamm livell ottimu ta' sigurtà alimentari.

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (14.5.2012)

    għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

    dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar volontarju taċ-ċanga
    (COM(2012)0162 – C7‑0114/2012 – 2011/0229(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: James Nicholson

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    L-EID bovina

    Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li ddaħħal l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini (EID) fuq bażi volontarja. Peress li t-teknoloġija f'dan il-qasam qed tiżviluppa u l-użu tagħha qed jinxtered iktar, hu meħtieġ li l-leġiżlazzjoni tiġi adattata sabiex l-EID tiġi rikonoxxuta bħala mezz uffiċjali ta' identifikazzjoni tal-annimali bovini.

    Din it-teknoloġija toffri sensiela ta' benefiċċji għal dawk li jixtiequ jużawha, partikolarment fl-oqsma tat-traċċabilità u tal-ġestjoni tal-merħla. Hu importanti li waqt li l-użu tal-EID għall-annimali bovini jiżdied, l-istandards tekniċi jiġu armonizzati fl-UE sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji tat-teknoloġija.

    Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni li l-EID għandha tibqa' volontarja, filwaqt li tagħti l-għażla lill-Istati Membri li jagħmluha obbligatorja fit-territorju tagħhom. Dan l-approċċ għandu jiżgura li l-operaturi iżgħar li mhux bilfors se jibbenefikaw mis-sistema ma jkunux obbligati jdaħħluha, u b'hekk jiġu evitati piżijiet finanzjarji u amministrattivi inġusti.

    It-tħassir ta' dispożizzjonijiet volontarji dwar it-tikkettjar

    Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġa l-proposta tat-tħassir tad-dispożizzjonijiet volontarji dwar it-tikkettjar taċ-ċanga minħabba li din is-sistema toħloq piżijiet burokratiċi mhux meħtieġa għall-operaturi mingħajr ma toffri benefiċċji sinifikanti lill-konsumatur. Madankollu, hu rikonoxxut li s-sikurezza u t-traċċabilità tal-ikel huma kwistjonijiet ta' importantissmi għall-pubbliku ġenerali. F'dan ir-rigward, qed jiġi rimarkat li l-leġiżlazzjoni orizzontali f'dawn l-oqsma hija suffiċenti.

    Is-setgħat tal-Kummissjoni

    Ir-rapporteur għal opinjoni jinsisti li l-atti delegati għandhom jintużaw biex jispeċifikaw sanzjonijiet għall-każijiet ta' nuqqas ta' osservanza tar-regoli stipulati.

    L-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jirreferi għal sanzjonijiet li jistgħu jinvolvu r-restrizzjoni fuq il-moviment tal-annimali. Il-proposta tal-Kummissjoni żżid li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dawn is-sanzjonijiet għandhom jiġu stipulati permezz ta’ atti implimentattivi. Skont il-pożizzjoni tal-Parlament kif dikjarat fl-eżerċizzju tal-allinjament tat-Trattat ta' Lisbona, ir-rapporteur iqis li dawn is-sanzjonijiet minflok għandhom jiġu deskritti permezz ta' atti delegati.

    Emendi

    Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Emenda  1

    Proposta għal regolament

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4) It-traċċar tal-laħam taċ-ċanga sas-sors permezz ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni huwa prerekwiżit għat-tikkettjar tal-oriġini tul il-katina alimentari kollha u jiżgura l-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa pubblika.

    (4) It-traċċar tal-laħam taċ-ċanga sas-sors permezz ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni huwa prerekwiżit għat-tikkettjar tal-oriġini tul il-katina alimentari kollha. Dawk il-miżuri jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur u s-saħħa pubblika u jippromwovu l-fiduċja tal-konsumatur.

    Emenda  2

    Proposta għal regolament

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u b'mod aktar partikolari l-identifikazzjoni bovina u t-tikkettjar volontarju taċ-ċanga ġew elenkati bħala "obbligi ta’ informazzjoni b’importanza speċjali f'termini tal-piżijiet li jimponu fuq in-negozji" fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar “Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-UE".

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Ġie kkalkulat li t-tifdil fl-UE fl-ispejjeż amministrattivi, kieku kellha titneħħa s-sistema tat-tikkettjar volontarju, ikun jammonta għal EUR 362,000. Għaldaqstant din mhix spiża projbittiva.

    Emenda  3

    Proposta għal regolament

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7) Is-sistemi ta' identifikazzjoni elettronika bbażati fuq l-identifikazzjoni bil-frekwenzi tar-radju għamlu avvanzi konsiderevoli matul l-aħħar għaxar snin. Dik it-teknoloġija tippermetti qari aktar veloċi u aktar preċiż ta' kodiċijiet tal-identità tal-annimali individwali direttament għal ġo sistemi għall-ipproċessar tad-dejta li jirriżulta fi tnaqqis fil-ħin meħtieġ biex jiġu rintraċċati annimali potenzjalment infettati jew ikel infettat, fi frankar ta' spejjeż tax-xogħol iżda fl-istess ħin ukoll iżżid l-ispejjeż tat-tagħmir.

    (7) Minkejja lis-sistemi ta' identifikazzjoni elettronika bbażati fuq l-identifikazzjoni bil-frekwenzi tar-radju għamlu avvanzi matul l-aħħar għaxar snin, l-esperjenza tal-implimentazzjoni ta' identifikazzjoni elettronika obbligatorja għall-annimali ruminanti turi li minħabba t-teknoloġija difettuża u diffikultajiet prattiċi spiss ikun impossibbli li tinkiseb eżattezza ta' 100 %. Kwalukwe żball prodott mis-sistemi ta' identifikazzjoni elettornika u falliment teknoloġiku ieħor m'għandhomx iwasslu għal penalitajiet għall-bdiewa.

    Emenda  4

    Proposta għal regolament

    Premessa 16

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (16) Li l-EID issir obbligatorja madwar l-Unjoni kollha jista' jħalli effetti ekonomikament ħżiena fuq ċerti operaturi. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita sistema volontarja għall-introduzzjoni tal-EID. B'din is-sistema, l-EID tintgħażel minn dawk li x'aktarx ikollhom benefiċċji ekonomiċi immedjati.

    (16) Li l-EID issir obbligatorja madwar l-Unjoni kollha jista' jħalli effetti ekonomikament ħżiena fuq ċerti operaturi. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita sistema volontarja għall-introduzzjoni tal-EID. Reġim volontarju jagħmilha possibbli li l-EID tintagħżel biss mill-operaturi li x'aktarx ikunu se jgawdu benefiċċji ekonomiċi immedjati u sinifikanti.

    Emenda  5

    Proposta għal regolament

    Premessa 17

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (17) L-Istati Membri għandhom sistemi tat-trobbija, tal-prattiki tal-biedja u tal-organizzazzjonijiet tas-settur differenti ħafna. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jagħmlu l-EID obbligatorja fit-territorju tagħhom biss meta jidhrilhom li jkun xieraq, wara li jikkunsidraw dawk il-fatturi kollha.

    (17) L-Istati Membri għandhom sistemi tat-trobbija, tal-prattiki tal-biedja u tal-organizzazzjonijiet tas-settur differenti ħafna. L-Istati Membri għandhom għalhekk jitħallew jagħmlu l-EID obbligatorja fit-territorju tagħhom biss meta jidhrilhom li jkun xieraq, billi jsegwu l-konsultazzjoni mal-atturi parteċipanti kollha, inklużi l-bdiewa u l-organizzazzjonijiet settorjali, wara li jikkunsidraw dawk il-fatturi kollha inkluż kwalunkwe impatt negattiv fuq il-bdiewa ż-żgħar. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi joħolqu reġimi speċjali għall-bdiewa ż-żgħar. Kwalunkwe distorzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq uniku għandha tiġi evitata.

    Emenda  6

    Proposta għal regolament

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20) It-Taqsima II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tistabbilixxi r-regoli għal sistema volontarja ta’ tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga li jistipulaw l-approvazzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tikkettjar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Il-piż amministrattiv u l-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri u l-operaturi ekonomiċi biex japplikaw din is-sistema mhumiex proporzjonati għall-benefiċċji tas-sistema. Dik it-Taqsima għandha għalhekk titħassar.

    (20) It-Taqsima II tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tistabbilixxi r-regoli għal sistema volontarja ta’ tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga li jistipulaw l-approvazzjoni ta' ċerti speċifikazzjonijiet tat-tikkettjar mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Fid-dawl tal-iżviluppi fis-settur taċ-ċanga minn mindu ġie adottat dak ir-Regolament imsemmi, is-sistema ta’ tikkettar volontarju taċ-ċanga jeħtieġa li tiġi riveduta. Dik it-Taqsima għandha għalhekk titħassar. Mingħajr ħsara għal dan li ntqal qabel, bl-iskop li tkun żgurata regolamentazzjoni xierqa tas-sistema ta’ tikkettar volontarju taċ-ċanga b'konformità ma' setturi oħra, dan it-tħassir m'għandux jidħol fis-seħħ sakemm ikun ġie sostitwit bi żviluppi tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti annimali, jew kwalunkwe regola oħra li jkollha effett ekwivalenti.

    Ġustifikazzjoni

    Il-proposta tal-Kummissjoni tħalli vojt ġuridiku f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar volontarju, li qed joffri benefiċċji kemm lis-settur kemm lill-konsumaturi billi jagħti tagħrif utili li jgħin fit-tkattir tal-valur miżjud tal-prodotti.

    Emenda  7

    Proposta għal regolament

    Premessa 20a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (20a) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar volontarju, bl-aġġornamenti u modernizzazzjoni neċessarji, jiġu riflessi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar iċ-ċanga.

    Ġustifikazzjoni

    Il-proposta tal-Kummissjoni tħalli vojt ġuridiku f’dak li għandu x’jaqsam mat-tikkettar volontarju, li qed joffri benefiċċji kemm lis-settur kemm lill-konsumaturi billi jagħti tagħrif utili li jgħin fit-tkattir tal-valur miżjud tal-prodotti.

    Emenda  8

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 3

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-mezzi ta’ identifikazzjoni għandhom ikunu allokati lill-istabbiliment, distribwiti u applikati fuq l-annimali b'mod determinat mill-awtorità kompetenti.

    Il-mezzi ta’ identifikazzjoni għandhom ikunu allokati lill-istabbiliment, distribwiti u applikati fuq l-annimali b'mod determinat mill-awtorità kompetenti. Dan m'għandux japplika għall-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998 u mhux intenzjonati għall-kummerċ intra UE.

    Emenda  9

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 3

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-mezzi kollha ta' identifikazzjoni applikati għal annimal għandu jkollhom l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku, li jagħmilha possibbli illi kull annimal ikun identifikat individwalment flimkien mal-istabbiliment fejn twieled.

    Il-mezzi kollha ta' identifikazzjoni applikati għal annimal għandu jkollhom l-istess kodiċi ta’ identifikazzjoni uniku, li jagħmilha possibbli illi kull annimal ikun identifikat individwalment flimkien mal-istabbiliment fejn twieled. Bħala deroga, fil-każi meta ma jkunx possibbli li ż-żewġ mezzi individwali ta' identifikazzjoni jkollhom l-istess kodiċi ta' identifikazzjoni uniku, l-awtorità kompetenti tista', taħt is-superviżjoni tagħha, tippermetti li t-tieni mezzi ta' identifikazzjoni jkollu kodiċi differenti sakemm tkun żgurata t-traċċabilità sħiħa u l-identifikazzjoni individwali tal-annimal, inkluż l-istabbiliment fejn twieled, tkun possibbli.

    Emenda  10

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 3

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-istandards użati għas-sistemi ta' identifikazzjoni għandhom ikunu standards ISO internazzjonali.

    Ġustifikazzjoni

    Għandu jkun hemm konsistenza bejn is-sistemi ta' identifikazzjoni tal-Istati Membri.

    Emenda  11

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 4

    Regolament KE Nru 1760/2000

    Article 4a — paragraph 1 — point b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) 60 jum għat-tieni mezz ta’ identifikazzjoni.

    (b) 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali.

    Emenda  12

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 4

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-ebda annimal ma jista' jħalli l-istabbiliment fejn ikun twieled qabel ma ż-żewġ mezzi ta' identifikazzjoni jkunu ġew applikati.

    L-ebda annimal ma jista' jħalli l-istabbiliment fejn ikun twieled qabel ma ż-żewġ mezzi ta' identifikazzjoni jkunu ġew applikati ħlief fil-każ ta' forza maġġuri.

    Emenda  13

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 4

    Regolament KE Nru 1760/2000

    Artikolu 4a – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għall-annimali li twieldu qabel l-1 ta' Jannar 1998 u mhux intenzjonati għall-kummerċ intra UE.

    Emenda  14

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 4

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4b – paragrafu 2 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-20 jum minn wara l-kontrolli veterinarji msemmija fil-paragrafu 1. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

    Dak il-perjodu ma għandux jaqbeż l-20 jum minn wara l-kontrolli veterinarji msemmija fil-paragrafu 1. Bħala deroga, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali, dak il-perjodu jista' jiġi estiż għal sa 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

    Emenda  15

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 4

    Regolament KE Nru 1760/2000

    Artikolu 4c – paragrafu 2 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-perjodu massimu msemmi fil-punt (b) ma għandux jaqbeż l-20 jum mid-data tal-wasla tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

    Il-perjodu massimu msemmi fil-punt (b) ma għandux jaqbeż l-20 jum mid-data tal-wasla tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni. Bħala deroga, għal raġunijiet relatati mal-iżvilupp fiżjoloġiku tal-annimali, dak il-perjodu jista' jiġi estiż għal sa 60 jum għat-tieni mezz ta' identifikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-mezzi ta' identifikazzjoni għandhom jiġu applikati lill-annimali qabel ma jitilqu mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni.

    Emenda  16

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 4

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 4c – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Minkejja t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1), f'każi meta ma jkunx possibbli li jiġi applikat identifikatur elettroniku bl-istess kodiċi ta' identifikazzjoni uniku għall-annimal, l-awtorità kompetenti tista', taħt is-superviżjoni tagħha, tippermetti li t-tieni mezzi ta' identifikazzjoni jkollu kodiċi differenti sakemm tkun żgurata t-traċċabilità sħiħa u li l-identifikazzjoni individwali tal-annimal, inkluż l-istabbiliment fejn twieled, tkun possibbli.

    Emenda  17

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 7

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) idaħħal informazzjoni aġġornata direttament fil-bażi ta' dejta kompjuterizzata fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa minn meta jiġri l-avveniment.

    (b) idaħħal informazzjoni aġġornata direttament fil-bażi ta' data kompjuterizzata fi żmien tnejn u sebgħin siegħa minn meta jiġri l-avveniment.

    Ġustifikazzjoni

    Erbgħa u għoxrin siegħa ma jħallux biżżejjed ħin biex il-bdiewa jdaħħlu l-informazzjoni dil-bażijiet tad-dejta. Dan għandu jiġi estiż għal 3 ijiem jew tnejn u sebgħin siegħa sabeix tingħata l-possibilità lill-bdiewa kollha, anke dawk b'għarfien jew tagħmir tat-teknoloġija tal-informatika insuffiċjenti, jew fil-każ ta' ħsara tat-tagħmir, biex ikunu jistgħu jirrekordjaw u jdaħħlu d-dejta f'qafas ta' żmien raġonevoli.

    Emenda  18

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 9

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Article 10 —subparagraph 1 — point e

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-movimenti ta' annimali bovini meta jitħallew jirgħu fis-sajf f'postijiet differenti fil-muntanji.

    (e) l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-movimenti ta' annimali bovini matul tipi differenti ta' transumanza staġjonali.

    Ġustifikazzjoni

    Hu neċessarju li t-test jiġi bbilanċjat billi jiddaħħlu t-tipi kollha ta' moviment staġjonali, u mhux biss meta jitħallew jirgħu fis-sajf.

    Emenda  19

    Proposta għal regolament

    Article 1 — paragraph 1 — point 10

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 10a – subparagrafu 1 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) il-proċeduri u l-istandards tekniċi għall-implimentazzjoni tal-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini;

    (b) il-proċeduri u l-istandards tekniċi għall-implimentazzjoni tal-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini bi qbil mal-istandards ISO internazzjonali;

    Ġustifikazzjoni

    Hu neċessarju li tkun żgurata l-konsistenza bejn is-sistemi ta' identifikazzjoni użati fl-Istati Membri kollha.

    Emenda  20

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 17 – punt a

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi r-regoli neċessarji, inklużi l-miżuri tranżitorji meħtieġa għall-introduzzjoni tagħhom, dwar il-proċeduri għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 23(2).

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 22b, li jistabbilixxu r-regoli neċessarji, inklużi l-miżuri tranżitorji meħtieġa għall-introduzzjoni tagħhom, dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu.

    Emenda  21

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – punt 18

    Regolament (KE) Nru 1760/2000

    Artikolu 22b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta' atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5), u 4a(2), l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn*.

    2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4(5) u 4a(2), fl-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu (4a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat*

    3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5) u 4a(2) l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

    3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(5) u 4a(2), fl-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, u fl-Artikolu (4a) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

    4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4(5), u 4a(2) u l-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u la mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

    5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4(5), u 4a(2), fl-Artikoli 5, 7, 10, 14 u 19 u fl-Artikolu 22(4a), it-tielet subparagrafu, u fl-Artikolu (4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u la mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

    ________________

    _____________

    *[* id-data tad-dħul fis-seħħ ta 'dan ir-Regolament jew minn kwalunkwe data oħra stabbilita mil-leġiżlatur]

    * ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Emenda  22

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Article 1a

     

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

     

    L-Artikolu 1(14) għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

    Ġustifikazzjoni

    L-għan ta' din l-emenda hu li tippermetti ħin biżżejjed għall-abbozzar u l-approvazzjoni ta' leġiżlazzjoni Ewropea speċifika iktar xierqa dwar it-tikkettjar volontarju.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-bhejjem tal-fart u tħassir tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar volontarju taċ-ċanga

    Referenzi

    COM(2012)0162 – C7-0114/2012 – COM(2011)0525 – C7-0227/2011 – 2011/0229(COD)

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ENVI

    15.9.2011

     

     

     

    Opinjoni mogħtija minn

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    AGRI

    15.9.2011

    Rapporteur għal opinjoni

           Data tal-ħatra

    James Nicholson

    23.11.2011

    Eżami fil-kumitat

    20.3.2012

     

     

     

    Data tal-adozzjoni

    8.5.2012

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    40

    2

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    John Stuart Agnew, Liam Aylward, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Michel Dantin, Paolo De Castro, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Robert Dušek, Hynek Fajmon, Iratxe García Pérez, Julie Girling, Béla Glattfelder, Sergio Gutiérrez Prieto, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Giovanni La Via, George Lyon, Mairead McGuinness, Krisztina Morvai, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Janusz Wojciechowski

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Pilar Ayuso, María Auxiliadora Correa Zamora, Spyros Danellis, Karin Kadenbach, Sandra Kalniete, Christa Klaß, Maria do Céu Patrão Neves, Petri Sarvamaa, Milan Zver

    PROĊEDURA

    Titolu

    Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-bhejjem tal-fart u tħassir tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar volontarju taċ-ċanga

    Referenzi

    COM(2012)0162 – C7-0114/2012 – COM(2011)0525 – C7-0227/2011 – 2011/0229(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    4.4.2012

     

     

     

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ENVI

    15.9.2011

     

     

     

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    AGRI

    15.9.2011

     

     

     

    Rapporteur(s)

           Data tal-ħatra

    Sophie Auconie

    28.9.2011

     

     

     

    Eżami fil-kumitat

    30.1.2012

    8.5.2012

     

     

    Data tal-adozzjoni

    30.5.2012

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    31

    16

    12

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Gaston Franco, James Nicholson, Eva Ortiz Vilella, Justas Vincas Paleckis, Vittorio Prodi, Britta Reimers, Michèle Rivasi, Alda Sousa, Bart Staes, Marita Ulvskog, Andrea Zanoni

    Data tat-tressiq

    13.6.2012