RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali
14.6.2012 - (COM(2011)0560 – C7‑0248/2011 – 2011/0242(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Renate Weber
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali
(COM(2011)0560 – C7‑0248/2011 – 2011/0242(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0560),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(1) u (2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0248/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Assemblea Nazzjonali Franċiża, is-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kamra tad-Deputati tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Parlament Portugiż, is-Senat Rumen, il-Parlament Slovakk u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0200/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(1) Il-ħolqien ta' żona li fiha l-moviment ħieles tal-persuni bejn il-fruntieri interni huwa żgurat, hija waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea. F'tali żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, huwa neċessarju li jkun hemm rispons komuni għal sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod serju l-politika pubblika jew is-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar billi jippermetti l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali, mingħajr ma jipperikola l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-persuni. Huwa għalhekk meħtieġ rispons komuni tal-Unjoni, minħabba l-impatt li tali miżuri aħħarija jista' jkollhom fuq il-persuni kollha li għandhom id-dritt li jiċċirkolaw fi ħdan din iż-żona mingħajr il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. |
(1) Il-ħolqien ta' żona li fiha l-moviment ħieles tal-persuni bejn il-fruntieri interni huwa żgurat, hija waħda mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea. F'tali żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, huwa neċessarju li jkun hemm rispons komuni għal sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod serju l-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar billi jippermetti l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali, mingħajr ma jipperikola l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-persuni. Huwa għalhekk meħtieġ rispons ikkoordinat, minħabba l-impatt li tali miżuri aħħarija jista' jkollhom fuq il-persuni kollha li għandhom id-dritt li jiċċirkolaw fi ħdan din iż-żona mingħajr il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(2) Il-moviment ħieles fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huwa kisba ewlenija tal-Unjoni. Minħabba li l-moviment ħieles huwa affettwat mill-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, kull deċiżjoni li jsir dan għandha tittieħed fil-livell tal-Unjoni. F'kwalunkwe każ, l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni għandha tkun l-aħħar għażla, għal skop u perjodu ta' żmien strettament limitati, bażata fuq kriterji oġġettivi speċifiċi u fuq valutazzjoni tan-neċessità tagħha li għandha ssir fil-livell tal-Unjoni. F'każijiet fejn theddid serju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna jeħtieġ azzjoni immedjata, Stat Membru għandu jkun jista' jintroduċi mill-ġdid il-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni tiegħu għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħamest ijiem, fejn kull estensjoni ta' dan il-perjodu għandha tiġi deċiża fil-livell tal-Unjoni. |
(2) Il-moviment ħieles fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huwa kisba ewlenija tal-Unjoni. Minħabba li l-moviment ħieles huwa affettwat mill-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni, kull deċiżjoni li jsir dan għandha tkun ikkoordinata. Fi kwalunkwe każ, l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni għandha tkun l-aħħar għażla, għal skop u perjodu ta' żmien strettament limitati, bażata fuq kriterji oġġettivi speċifiċi u fuq valutazzjoni tan-neċessità tagħha li għandha ssir b'mod ikkoordinat. F'każijiet fejn theddid serju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna jeħtieġ azzjoni immedjata, Stat Membru għandu jkun jista' jintroduċi mill-ġdid il-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri interni tiegħu għal perjodu li ma jaqbiżx l-għaxart ijiem, fejn kull estensjoni ta' dan il-perjodu għandha tiġi deċiża b'mod ikkoordinat. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(5) Jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet fejn numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiż terz jaqsmu l-fruntiera esterna ta' Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn jistgħu jwasslu għal movimenti sekondarji mhux mistennija u sinifikanti ta' ċittadini ta' pajjiż terz li jinstabu joqogħdu b'mod irregolari fit-territorju ta' Stat Membru ieħor wieħed jew aktar. Meta wieħed iqis in-numru ta' Stati Membri affettwati minn żieda tant sinifikanti u mhux mistennija f'movimenti sekondarji, u l-impatt ġenerali ta' din iż-żieda fuq is-sitwazzjoni migratorja fl-Unjoni jew fi Stat Membru individwali, jista' jitqies neċessarju li temporanjament jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni fejn iċ-ċirkostanzi jkunu tali li jikkostitwixxu theddida serja għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali. Il-qsim tal-fruntiera esterna minn numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiż terz jista, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġġustifika l-introduzzjoni mill-ġdid immedjata ta' uħud mill-kontrolli fil-fruntieri interni, jekk tali miżura hija meħtieġa biex tissalvagwardja l-politika pubblika jew is-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali minn theddida serja u urġenti. |
(5) Il-migrazzjoni u l-qsim ta' fruntieri esterni minn numru kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bħala tali ma għandux jitqies bħala theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(5a) Il-moviment ħieles totali fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni għandu jkun garantit u għandha tkun evitata l-introduzzjoni mill-ġdid min-naħa tal-Istati Membri tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni minħabba raġunijiet politiċi. Abbażi tal-esperjenza miksuba sal-lum fir-rigward tal-funzjonament taż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni, il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida dwar l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni, kemm f'każijiet li jeħtieġ tali miżura bħala reazzjoni temporanja kif ukoll f'każijiet li fihom hija neċessarja azzjoni immedjata. Il-Kummissjoni għandha tfassal tali linji gwida sabiex tiżgura l-implimentazzjoni koerenti tar-regoli ta' Schengen. Dawn il-linji gwida għandhom jagħtu indikaturi ċari biex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tat-theddid għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà interna. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 6 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(6) L-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' ċerti kontrolli fil-fruntieri interni tista' tkun ukoll tweġiba għal defiċjenzi serji identifikati fl-evalwazzjonijiet ta' Schengen skont l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, fejn iċ-ċirkostanzi jkunu tali li jikkostitwixxu theddida serja u urġenti għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali. |
(6) L-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' ċerti kontrolli fil-fruntieri interni tista' tkun ukoll tweġiba għal nuqqasijiet serji misjuba fil-qafas ta' proċess ta' evalwazzjoni, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen], iżda għandha tkun biss miżura tal-aħħar riżorsa. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 7 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(7) Qabel ma tittieħed xi deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' ċerti kontrolli fil-fruntieri interni, għandha ssir analiżi tal-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal miżuri mmirati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni, inkluż għajnuna mill-korpi tal-Unjoni bħall-Frontex jew il-Europol, u miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju fil-livell nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Barra minn hekk, kull deċiżjoni biex jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni għandha tkun bażata fuq informazzjoni sostanzjata, li tista' tiġi provduta mill-Istat Membru li jitlob l-introduzzjoni, jew li tiġi minn sorsi oħra, inklużi żjarat ta' spezzjoni. |
(7) Qabel ma tittieħed xi deċiżjoni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' ċerti kontrolli fil-fruntieri interni, għandha ssir analiżi f'waqtha tal-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal miżuri mmirati biex jindirizzaw is-sitwazzjoni, inkluż għajnuna mill-korpi tal-Unjoni bħall-Frontex jew il-Europol, u miżuri ta' appoġġ tekniku jew finanzjarju fil-livell nazzjonali u/jew tal-Unjoni. Barra minn hekk, kull deċiżjoni biex jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni għandha tkun bażata fuq informazzjoni sostanzjata, li tista' tiġi provduta mill-Istati Membri, jew li tiġi minn sorsi oħra, inklużi żjarat ta' spezzjoni. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(7a) F'żona li fiha l-persuni jistgħu jiċċirkolaw liberament, l-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli fuq il-fruntieri interni għandha tibqa' l-eċċezzjoni. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 7b (ġdida) | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
|
(7b) Huwa neċessarju li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tal-inqas darba fis-sena, rapport dwar il-funzjonament taż-żona Schengen. Tali rapport għandu jservi ta' bażi għal dibattitu annwali fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill u għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-gwida u l-kooperazzjoni politika fiż-żona Schengen. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 8 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(8) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn il-poteri għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Ħlief f'każijiet ta' urġenza, u fid-dawl tat-termini tal-Artikolu 2(2)(b) (iii) ta' dak ir-Regolament, il-proċedura ta' analiżi hija applikabbli. |
(8) Għall-każijiet ta' nuqqasijiet serji identifikati persistenti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen] u sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi u skrutinju demokratiku, għandu jitwaqqaf mekkaniżmu Ewropew għall-introduzzjoni mill-ġdid ta' kontrolli temporanji u eċċezzjonali fuq il-frontieri interni. B'dan il-mekkaniżmu, il-Kummisjsoni għandha tittrażmetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rakkomandazzjoni li tivvaluta n-neċessità tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-fruntieri interni bħala miżura tal-aħħar riżorsa. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom fi żmien xahar wieħed wara li tkun waslitilhom r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, u wara l-Kummissjoni għandha tkun tista' tiddeċiedi fuq l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontroll fuq il-fruntieri interni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Fid-dawl tat-termini tal-Artikolu 2(2)(b)(iii) ta' dak ir-Regolament, il-proċedura ta' analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||
(9) Il-Kummissjoni għandha tadotta immedjatament atti ta' implimentazzjoni applikabbli fejn, f'każijiet ġustifikati sewwa relatati ma' theddid imminenti għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna fil-livell tal-Unjoni jew fil-livell nazzjonali, dan ikun meħtieġ fuq raġunijiet ta' urġenza. |
imħassar | ||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23a – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23a – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23a – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23a – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23a – paragrafu 2a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 23a – paragrafu 2b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 24 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 24 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 24 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 24 – paragrafu 5 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 25 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 25 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 25 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 25 – paragrafu 3a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 26 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 26 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 26 – paragrafu 3 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 26 – paragrafu 4 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 29 – titolu | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 29 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 562/2006 Artikolu 29 – paragrafu 1b (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Il-moviment liberu huwa prinċipju bażi tal-Unjoni Ewropea u l-possibbiltà ta' moviment fi ħdan l-Unjoni Ewropea mingħajr ma wieħed ikollu jħabbat wiċċu ma' kontrolli fil-fruntieri interni hi waħda mill-kisbiet bl-akbar suċċess tal-UE. Ħafna persuni jużaw din il-libertà u l-opinjoni pubblika ripetutament tqis il-libertà li tivvjaġġa bħala waħda mill-aktar benefiċċji sinifikanti li ġabet magħha l-Unjoni.
Il-punti fundamentali tal-kooperazzjoni ta' Schengen huma relattivament sodi. Madankollu żviluppi reċenti mminaw il-fiduċja fl-abilità ta' xi Stati Membri li jiġġestixxu l-fruntieri b'tali mod li ma jkunx ta' ħsara għall-moviment liberu tal-persuni fiż-żona Schengen. Dawn l-avvenimenti ħolqu sfidi għall-bilanċ li jrid jinstab bejn is-sigurtà u l-libertà ta' moviment.
Ir-Rapporteur tinsisti fuq il-fatt li l-migrazzjoni bħala tali mhijiex theddida għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà nazzjonali. Għaldaqstant topponi kategorikament kull tentattiv li jiddaħħlu mottivi oħra bħall-flussi migratorji biex jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni. Il-kawża prinċipali tal-problemi mhijiex esterna iżda interna. Fil-fatt dawn l-avvenimenti reċenti huma sintomi li juru li s-sistema Schengen preżenti, li tistrieħ fuq sistema intergovernattiva ta' rieżami bejn il-pari, mhijiex b'saħħitha biżżejjed biex tirrimedja għad-dgħufijiet ta' wħud mill-Membri tagħha u tevita abbużi potenzjali. L-Unjoni Ewropea issa trid taġixxi sabiex tiżgura li r-ripetizzjoni ta' dawn l-avvenimenti ma tkunx possibbli u li l-proporzjonalità ta' kull miżura ta' introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni tkun valutata sew, kif ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju tas-sena l-oħra li talab ukoll għall-valutazzjoni.
Ir-Rapporteur tappoġġa l-prinċipju ta' proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet aktar ikkoordinat u kollettiv f'każ ta' introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni. Dritt tal-EU bħall-moviment liberu, li qed ikun ta' benefiċċju għal għadd kbir ta' ċittadini tal-UE, ma għandux jiġi modifikat bid-deċiżjoni ta' Stat Membru individwali wieħed. Għaldaqstant l-inizjattivi nazzjonali unilaterali għandhom ikunu kemm jista' jkun evitati, u għandhom jitqiesu l-interessi Ewropej kollha fl-iżgurar taż-żona Schengen.
Ir-Rapporteur konvinta li jista' jinstab bilanċ sod li jħalli biżżejjed spazju ta' manuvra lill-Istati Membri f'avvenimenti imprevedibbli kif ukoll f'avvenimenti li jistgħu jiġu previsti, waqt li jkun żgurat proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet aktar kollettiv. Għaldaqstant tissuġġerixxi li kull Stat Membru li jixtieq jintroduċi mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati biex jiddiskutu din il-miżura.
Fil-każ li nuqqasijiet serji jiġu identifikati fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri interni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni u monitoraġġ li jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, l-Istat Membru valutat jista' jiġi mitlub jieħu miżuri speċifiċi, inkluż l-għeluq tal-punt ta' qsim tal-fruntiera. Għal dan il-każ speċifiku, ir-Rapporteur hi tal-opinjoni li għandha tapplika l-komitoloġija.
Meta jitqies li hemm fehmiet differenti dwar l-interpretazzjonijiet u l-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen, ir-Rapporteur tipproponi li jkunu adottati l-linji gwida tal-Kummissjoni, skont il-Kumunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Settembru 2011 fuq il-ġestjoni ta' Schengen (COM(2011)561) fejn issemmew dawn il-linji gwida. Il-linji gwida għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni koerenti tar-regoli ta' Schengen u jipprovdu indikaturi ċari dwar kif tkun valutata theddida għall-ordni pubbliku u s-sigurtà nazzjonali b'mod koerenti.
Ir-Rapporteur tappoġġa l-idea li jiġu adottati dawn il-linji gwida u tistieden lill-Kummissjoni tipproċedi mingħajr dewmien. Ir-Rapporteur tħoss ukoll li l-Kummissjoni għandha tkun mistiedna tippreżenta dawn il-linji gwida lill-Parlament Ewropew fil-kuntest ta' dibattitu usa' dwar il-governanza ta' Schengen.
Fl-aħħar nett ir-Rapporteur konvinta li l-bilanċ it-tajjeb bejn il-kompetenzi ta' kull istituzzjoni jista' jinkiseb faċilment fl-indirizzar ta' din il-proposta. Tfakkar li l-Parlament Ewropew huwa parteċipant sħiħ fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, u tressaq xi proposti konkreti sabiex issaħħaħ l-obbligu ta' rendikont ġenerali tal-Kummissjoni u l-Kunsill fil-konfront tal-Parlament Ewropew.
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 sabiex jipprovdi regoli komuni dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja tal-kontrolli tal-fruntieri fil-fruntieri interni f'ċirkostanzi eċċezzjonali |
||||
Referenzi |
COM(2011)0560 – C7-0248/2011 – 2011/0242(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
16.9.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 27.9.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 27.9.2011 |
DEVE 27.9.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 5.10.2011 |
DEVE 11.10.2011 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Renate Weber 11.10.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
21.3.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.6.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 5 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in 't Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Clemente Mastella, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Claude Moraes, Jan Mulder, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Renate Sommer, Kyriacos Triantaphyllides, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Anna Maria Corazza Bildt, Silvia Costa, Evelyne Gebhardt, Franziska Keller, Ádám Kósa, Mariya Nedelcheva, Hubert Pirker, Jens Rohde |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marina Yannakoudakis |
||||
Data tat-tressiq |
14.6.2012 |
||||