RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali

11.10.2012 - (COM(2011)0142 – C7‑0085/2011 – 2011/0062(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Antolín Sánchez Presedo
Rapporteur għal opinjoni (*):
Kurt Lechner, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitat Assoċjati – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura


Proċedura : 2011/0062(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0202/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali

(COM(2011)0142 – C7‑0085/2011 – 2011/0062(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0142),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0085/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Awissu 2011,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0202/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-kriżi finanzjarja wriet li mġiba irresponsabbli mill-parteċipanti fis-suq tista' thedded is-sisien tas-sistema finanzjarja, twassal għal nuqqas ta' fiduċja fost il-partijiet kollha, partikolarment il-konsumaturi u potenzjalment għal konsegwenzi soċjali u ekonomiċi gravi. Ħafna konsumaturi tilfu l-fiduċja fis-settur finanzjarju u l-mutwatarji bdew isibuha dejjem aktar diffiċli biex jaffordjaw is-self tagħhom b'żieda fl-inadempjenzi u l-bejgħ sfurzat. Fid-dawl tal-problemi li nkixfu waqt il-kriżi finanzjarja u fil-kuntest tal-isforzi biex jiġi żgurat suq intern effiċjenti u kompetittiv, il-Kummissjoni pproponiet miżuri fir-rigward tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom qafas affidabbli għall-intermedjazzjoni kreditizja fil-kuntest li jwasslu għal swieq responsabbli u affidabbli għall-futur kif ukoll r-restawr tal-fiduċja tal-konsumaturi.

(3) Il-kriżi finanzjarja wriet li mġiba irresponsabbli mill-parteċipanti fis-suq tista' thedded is-sisien tas-sistema finanzjarja, twassal għal nuqqas ta' fiduċja fost il-partijiet kollha, partikolarment il-konsumaturi u potenzjalment għal konsegwenzi soċjali u ekonomiċi gravi. Ħafna konsumaturi tilfu l-fiduċja fis-settur finanzjarju u l-mutwatarji bdew isibuha dejjem aktar diffiċli biex jaffordjaw is-self tagħhom b'żieda fl-inadempjenzi u l-bejgħ sfurzat. B’riżultat ta’ dan, il-G20 kkummisjonaw lill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja biex iwettaq il-ħidma meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-prinċipji ta' standards ta’ sottoskrizzjoni sodi fir-rigward ta’ proprjetà immobbli reżidenzjali. Minkejja li wħud mill-akbar problemi fil-kriżi seħħew barra mill-Unjoni, il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom dejn ta’ livell konsiderevoli, li ħafna minnu hu kkonċentrat f’self relatat ma’ proprjetà immobbli reżidenzjali. Għaldaqstant huwa xieraq li jkun żgurat li l-qafas regolatorju tal-Unjon f’dan il-qasam ikun robust, konsistenti ma’ prinċipji internazzjonali u jagħmel użu kif jixraq mill-firxa ta’ għodod disponibbli, inklużi l-proporzjonijiet self/valur, self/dħul, dejn/dħul u proporzjonijiet simili. Dan hu importanti fil-kuntest tal-isforzi biex jiġi żgurat suq intern effiċjenti u kompetittiv li jiggarantixxi stabilità finanzjarja, swieq responsabbli u l-fiduċja tal-konsumaturi, skont l-impenn tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘L-Att dwar is-Suq Uniku: Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja’1.

 

________________

 

1COM(2011)0206, 13.4.2011.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ġew identifikati serje ta' problemi fis-swieq ipotekarji tal-UE assoċjati ma' għoti u teħid ta' self irresponsabbli fl-istadju prekuntrattwali u lok potenzjali għal imġiba irresponsabbli mill-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu. Xi problemi kienu jikkonċernaw selfiet iddenominati f'munita barranija li konsumaturi ħadu f'dik il-munita biex igawdu mir-rata tal-imgħax offruta iżda mingħajr ma kellhom fehim sew tar-riskji involuti fil-munita. Dawn il-problemi huma stimulati mill-fallimenti tas-suq u dawk regolatorji kif ukoll minn fatturi oħra bħall-klima ekonomika ġenerali u livelli baxxi ta' kompetenza finanzjarja. Problemi oħra jinkludu l-ineffikaċja, l-inkonsistenza jew in-noneżistenza ta' reġimi ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni u superviżjoni għall-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kreditu għal proprejtà immobbli reżidenzjali. Il-problemi identifikati għandhom potenzjalment effetti makroekonomiċi sekondarji sinifikanti, jistgħu jwasslu għad-detriment tal-konsumatur, jaġixxu ta' ostakli ekonomiċi jew legali għall-attività transfruntiera u joħolqu kundizzjonijiet diskriminatorji bejn l-atturi.

(4) Il-Kummissjoni identifikat serje ta' problemi fis-swieq ipotekarji fi ħdan l-UE assoċjati ma' għoti u teħid ta' self irresponsabbli u lok potenzjali għal imġiba irresponsabbli min-naħa tal-parteċipanti tas-suq inklużi l-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu. Xi problemi kienu jikkonċernaw selfiet iddenominati f'munita barranija li konsumaturi ħadu f'dik il-munita biex igawdu mir-rata tal-imgħax offruta iżda mingħajr ma kellhom tagħrif adegwat jew fehim sew tar-riskji involuti fil-munita. Dawn il-problemi huma stimulati mill-fallimenti tas-suq u dawk regolatorji kif ukoll minn fatturi oħra bħall-klima ekonomika ġenerali u livelli baxxi ta' kompetenza finanzjarja. Problemi oħra jinkludu l-ineffikaċja, l-inkonsistenza jew in-noneżistenza ta' reġimi ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni u superviżjoni għall-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kreditu għal proprejtà immobbli reżidenzjali. Il-problemi identifikati għandhom potenzjalment effetti makroekonomiċi sekondarji sinifikanti, jistgħu jwasslu għad-detriment tal-konsumatur, jaġixxu ta' ostakli ekonomiċi jew legali għall-attività transfruntiera u joħolqu kundizzjonijiet diskriminatorji bejn l-atturi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex ikun iffaċilitat l-iżvilupp ta' suq intern li jiffunzjona bla intoppi b'livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi fil-qasam tal-ftehimiet tal-kreditu għal proprejtà immobbli reżidenzjali, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas armonizzat tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma. Barra minn dan huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti standards armonizzati sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi li jkun qed ifittxu ftehimiet ta' kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali jkunu jistgħu jagħmlu hekk b'fiduċja bl-għarfien li l-istituzzjonijiet li jinteraġixxu magħhom jaġixxu f'manjiera professjonali u responsabbli.

(5) Sabiex ikun iffaċilitat l-iżvilupp ta' suq intern li jiffunzjona bla intoppi b'livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi fil-qasam tal-ftehimiet tal-kreditu għal proprejtà immobbli reżidenzjali, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas tal-Unjoni armonizzat kif jixraq f'għadd ta' oqsma, filwaqt li jitqiesu d-differenzi nazzjonali u reġjonali fis-suq tal-kreditu tal-proprjetà immobbli reżidenzjali u għaldaqstant għas-servizzi tal-kreditu u s-servizzi relatati assoċjati.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Din id-Direttiva għandha għaldaqstant tiżviluppa suq intern iktar trasparenti, effiċenti u kompetittiv permezz ta’ ftehimiet ta' kreditu koerenti, flessibbli u ġusti relatati mal-proprjetà immobbli reżidenzjali, filwaqt li tippromwovi s-self sostenibbli (min-naħa ta’ min isellef u min-naħa ta’ min jissellef) u b’hekk tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

Emenda                      5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Din id-Direttiva għandha ttejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament ta' suq intern permezz tal-approssimizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' standards tal-kwalità għal ċerti servizzi, l-aktar fir-rigward tad-distribuzzjoni u forniment ta' kreditu permezz ta' kredituri u intermedjarji tal-kreditu. L-istabbiliment ta' standards ta' kwalità għas-servizzi tal-forniment ta' kreditu neċessarjament jinvolvi l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti prudenzjali.

(6) Din id-Direttiva għandha ttejjeb il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment u l-funzjonament ta' suq intern permezz tal-approssimizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' standards tal-kwalità għal ċerti servizzi, l-aktar fir-rigward tad-distribuzzjoni u forniment ta' kreditu permezz ta' kredituri u intermedjarji tal-kreditu, u l-promozzjoni ta’ prattiki tajba. L-istabbiliment ta' standards ta' kwalità għas-servizzi tal-forniment ta' kreditu neċessarjament jinvolvi l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti prudenzjali.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għal dawk l-oqsma mhux koperti minn din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ikun jistgħu jżomm jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali f'oqsma bħal liġi tal-kuntratti marbuta mal-validità tal-ftehimiet ta' kreditu, valwazzjoni tal-proprjetà, reġistrazzjoni tal-art, informazzjoni kuntrattwali, kwistjonijiet postkuntrattwali u l-maniġġ tal-inadempjenzi.

(7) Għal dawk l-oqsma mhux koperti minn din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom ikun jistgħu jżomm jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali f'oqsma bħal liġi tal-kuntratti marbuta mal-validità tal-ftehimiet ta' kreditu, il-liġi tal-proprjetà, reġistrazzjoni tal-art, informazzjoni kuntrattwali u kwistjonijiet postkuntrattwali li mhumiex regolati hawnhekk.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Peress li l-konsumaturi u l-impriżi mhumiex fl-istess pożizzjoni, ma għandhomx bżonn l-istess livell ta' protezzjoni. Filwaqt li huwa importanti li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu ggarantiti b'dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati b'kuntratt, huwa raġonevoli li l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet jitħallew jidħlu fi ftehimiet oħra. Din id-Direttiva għandha għalhekk tapplika għall-kreditu mogħti lill-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom madankollu, il-possibbiltà li jestendu l-ambitu lejn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li mhumiex konsumaturi, l-aktar il-mikrointrapriżi kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(8) Peress li l-konsumaturi u l-impriżi mhumiex fl-istess pożizzjoni, ma għandhomx bżonn l-istess livell ta' protezzjoni. Filwaqt li huwa importanti li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu ggarantiti b'dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati b'kuntratt, huwa raġonevoli li l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet jitħallew jidħlu fi ftehimiet oħra.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċertu ftehimiet li eventwalment ser jitħallsu lura mir-rikavat ta' bejgħ ta' proprjetà immobbli u li l-għan primarju jkun li jiffaċilita l-konsum, bħal prodotti ta' rilaxx ta' ekwità jew prodotti speċjalizzati ekwivalenti oħra. Dawn il-ftehimiet ta' kreditu għandhom karatteristiċi speċifiċi li huma lil hinn mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, pereżempju hija irrelevanti peress li l-pagamenti jsiru mill-kreditur lill-mutwatarju minflok bil-kontra. Tranżazzjoni bħal din tkun ukoll teħtieġ, fost l-oħrajn informazzjoni prekuntrattwali sostanzjalment differenti. Barra minn dan prodotti oħra bħal riversjonijiet ta' djar, li għandhom funzjonijiet paragunabbli mal-ipoteki bir-rivers jew ipoteki tul il-ħajja kollha ma jinvolvux il-forniment ta' kreditu u għalhekk jibqgħu barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Madankollu din id-Direttiva għandha tapplika għal dawk is-selfiet iggarantiti li l-għan primarju tagħhom ikun li jiffaċilita x-xiri ta' proprjetà immobbli, fosthom dak is-self li ma jkunx jeħtieġ ir-rimborż tal-kapital jew dak li l-għan tiegħu huwa li jingħata finanzjament temporanju bejn il-bejgħ ta' proprjetà immobbli u x-xiri ta' oħra.

(10) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċertu ftehimiet fejn il-kreditur jikkontribwixxi somma unika, pagamenti perjodiċi jew forom oħra ta' żborż ta' kreditu bi tpattija għal somma li tirriżulta mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli reżidenzjali u li l-għan primarju jkun li jiffaċilita l-konsum, bħal prodotti ta' rilaxx ta' ekwità jew prodotti speċjalizzati ekwivalenti oħra. Dawn il-ftehimiet ta' kreditu għandhom karatteristiċi speċifiċi li huma lil hinn mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, pereżempju hija irrelevanti peress li l-pagamenti jsiru mill-kreditur lill-mutwatarju minflok bil-kontra. Tranżazzjoni bħal din tkun ukoll teħtieġ, fost l-oħrajn informazzjoni prekuntrattwali sostanzjalment differenti. Barra minn dan prodotti oħra bħal riversjonijiet ta' djar, li għandhom funzjonijiet paragunabbli mal-ipoteki bir-rivers jew ipoteki tul il-ħajja kollha ma jinvolvux il-forniment ta' kreditu u għalhekk jibqgħu barra mill-ambitu ta' din id-Direttiva. Madankollu din id-Direttiva għandha tapplika għal dawk is-selfiet iggarantiti li l-għan primarju tagħhom ikun li jiffaċilita x-xiri ta' proprjetà immobbli, fosthom dak is-self li ma jkunx jeħtieġ ir-rimborż tal-kapital jew dak li l-għan tiegħu huwa li jingħata finanzjament temporanju bejn il-bejgħ ta' proprjetà immobbli u x-xiri ta' oħra.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Huwa wkoll xieraq li l-Istati Membri jingħataw lok li taħt ċerti kundizzjonijiet jeskludu ċerti ftehimiet oħra ta’ kreditu, bħala dawk li jingħataw lil pubbliku ristrett b’termini vantaġġużi jew li huma provduti minn unjonijiet tal-kreditu, biex jinħoloq bilanċ adegwat bejn il-ħtiġijiet ta’ stabilità finanzjarja u s-suq uniku on one hand and financial inclusion and access to credit on the other.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, il-qafas tal-Unjoni fil-qasam tal-ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għandu jkun konsistenti ma' atti oħra tal-Unjoni u jikkumplimentahom, partikolarment fl-oqsma tal-protezzjoni tal-konsumatur u s-superviżjoni prudenzjali. Definizzjonijiet essenzjali ta' termini bħal 'konsumatur', 'kreditur', 'intermedjarju tal-kreditu' [intermedjarju ta' kreditu], 'ftehimiet [ftehim] ta' kreditu' u 'mezz durabbli' kif ukoll kunċetti ewlenin użati fl-informazzjoni standard biex jidikaw il-karatteristiċi finanzjarji tal-kreditu, bħal kost [prezz/spiża] totali tal-kreditu għall-konsumatur, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti [rata ta' imposta perċentwali fis-sena] u r-rata tat-teħid ta' self [rata ta' self], għandhom ikun skont dawk fid-Direttiva 2008/48/KE ħalli l-istess terminoloġija tirreferi għall-istess tip ta' fatti irrispettivament minn jekk il-kreditu huwiex kreditu għall-konsum jew kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali. Għalhekk, fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm konsistenza fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni.

(11) Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, il-qafas tal-Unjoni fil-qasam tal-ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għandu jkun konsistenti ma' atti oħra tal-Unjoni u jikkumplimentahom, partikolarment fl-oqsma tal-protezzjoni tal-konsumatur u s-superviżjoni prudenzjali. Ċerti definizzjonijiet essenzjali għandhom ikun skont dawk fid-Direttiva 2008/48/KE ħalli l-istess terminoloġija tirreferi għall-istess tip ta' fatti irrispettivament minn jekk il-kreditu huwiex kreditu għall-konsum jew kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali. Għalhekk, fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm konsistenza xierqa fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11a. Id-definizzjoni ta’ ‘intermedjarja tal-kreditu’ m’għandhiex tkopri is-sempliċi riferiment ta’ konsumatur lil intermedjarju ta’ kreditu jew kreditur, jekk il-persuna ma twettaqx b’xi mod ieħor l-attivitajiet elenkati fid-definizzjoni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġi żgurat qafas konsistenti għall-konsumaturi fil-qasam tal-kreditu kif ukoll biex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu, il-qalba tal-qafas ta' din id-Direttiva għandu jsegwi l-istruttura tad-Direttiva 2008/48/KE, l-aktar il-kunċetti li l-informazzjoni inkluża fir-riklamar li jikkonċerna ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għandha tingħata lill-konsumaturi permezz ta' eżempji rappreżentattivi, li għandha tingħatahalhom informazzjoni prekuntrattwali dettaljata permezz ta’ fuljett ta' informazzjoni standardizzata, li l-konsumaturi għandhom jirċievu spjegazzjonijiet adegwati qabel il-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu u li l-kredituri għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi qabel ma jagħtu selfa. Bl-istess mod, aċċess nondiskriminatorju għall-kredituri għall-bażijiet ta' dejta releventi għandu jkun żgurat ukoll ħalli jinkisbu kundizzjonijiet ekwi bil-fornimenti kif iggarantit mid-Direttiva 2008/48/KE. L-istess bħad-Direttiva 2008/48/KE din id-Direttiva għandha tiżgura l-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni xierqa tal-kredituri kollha li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu relatati ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u għandha tintroduċi rekwiżiti għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti u aċċess għalihom.

(12) Sabiex jiġi żgurat qafas konsistenti għall-konsumaturi fil-qasam tal-kreditu kif ukoll biex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu, il-qalba tal-qafas ta' din id-Direttiva għandu safejn hu possibbli jsegwi l-istruttura tad-Direttiva 2008/48/KE, l-aktar il-kunċetti li l-informazzjoni inkluża fir-riklamar li jikkonċerna ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għandha tingħata lill-konsumaturi permezz ta' eżempji rappreżentattivi, li għandha tingħatahalhom informazzjoni prekuntrattwali dettaljata permezz ta’ fuljett ta' informazzjoni standardizzata, li l-konsumaturi għandhom jirċievu spjegazzjonijiet adegwati qabel il-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu, li l-bażi tal-kalkolu tal-kost tal-kreditu għandha tkun armonizzata u għandha teskludi l-ispejjeż notarili, u li l-kredituri għandhom jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi qabel ma jagħtu selfa. Bl-istess mod, aċċess nondiskriminatorju għall-kredituri għall-bażijiet ta' dejta releventi għandu jkun żgurat ukoll ħalli jinkisbu kundizzjonijiet ekwi bil-fornimenti kif iggarantit mid-Direttiva 2008/48/KE. L-istess bħad-Direttiva 2008/48/KE din id-Direttiva għandha tiżgura l-awtorizzazzjoni, ir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni xierqa tal-kredituri kollha li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu relatati ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u għandha tintroduċi rekwiżiti għall-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti u aċċess għalihom.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Din id-Direttiva għandha tissupplimenta d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE li tesiġi li l-konsumatur ikun infurmat bl-eżistenza ta' dritt ta' irtirar jew in-nuqqas tiegħu u tipprevedi dritt ta' rtirar. Madankollu, filwaqt li d-Direttiva 2002/65/KE tipprevedi l-possibbiltà li l-fornitur jikkomunika informazzjoni prekuntrattwali wara l-konklużjoni tal-kuntratt, dan ma jkunx xieraq għal kuntratti ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali minħabba s-sinifikat tal-impenn finanzjarju għall-konsumatur. Aktar minn hekk, kif previst fid-Direttiva 85/577/KE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (id-Direttiva tal-Bejgħ fid-Dar), il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jirtiraw minn ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali li ma jsirux fl-uffiċċju u għandhom jiġu infurmati dwar l-eżistenza ta' dak id-dritt.

(13) Din id-Direttiva għandha tissupplimenta d-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE li tesiġi li f’każijiet ta’ bejgħ b’distanza, il-konsumatur ikun infurmat bl-eżistenza ta' dritt ta' irtirar jew in-nuqqas tiegħu u tipprevedi dritt ta' rtirar. Madankollu, filwaqt li d-Direttiva 2002/65/KE tipprevedi l-possibbiltà li l-fornitur jikkomunika informazzjoni prekuntrattwali wara l-konklużjoni tal-kuntratt, dan ma jkunx xieraq għal kuntratti ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali minħabba s-sinifikat tal-impenn finanzjarju għall-konsumatur. Aktar minn hekk, apparti d-drittijiet tagħhom fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, kif previst fid-Direttiva 85/577/KE tal-20 ta' Diċembru 1985 biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (id-Direttiva tal-Bejgħ fid-Dar), il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jirtiraw minn ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali li ma jsirux fl-uffiċċju u għandhom jiġu infurmati dwar l-eżistenza ta' dak id-dritt.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Fl-istess ħin, huwa importanti li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali li jiġġustifikaw approċċ differenzjat. Minħabba n-natura u l-konsegwenzi possibbli ta' ftehim ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għall-konsumatur, materjal ta' riklamar u informazzjoni prekuntrattwali personalizzata għandhom jinkludu twissijiet speċifiċi dwar ir-riskji, pereżempju dwar in-natura u l-implikazzjonijiet ta' sottoskrizzjoni ta' garanzija. Skont dak li diġà jeżisti bħala approċċ voluntarju mill-industrija dwar is-self fuq id-djar, minbarra l-informazzjoni prekuntrattwali personalizzata anki l-informazzjoni ġenerali prekuntrattwali għandha tkun disponibbli l-ħin kollu. Barra minn dan, approċċ differenzjat huwa ġġustifikat sabiex jitqiesu t-tagħlimiet li ħarġu mill-kriżi finanzjarja sabiex jiġi żgurat li s-self joriġina f'manjiera soda. F'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet dwar l-affidabbiltà kreditizja għandhom ikunu msaħħa meta mqabbla mal-kreditu għall-konsum, informazzjoni aktar preċiża għandha tingħata mill-intermedjarji tal-kreditu dwar l-istatus tagħhom u r-relazzjoni mal-kredituri sabiex jiġu ddivulgati konflitti ta' interess potenzajli, u l-atturi kollha involuti fl-organizzazzjoni tal-ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għandhom ikunu awtorizzati, irreġistrati u superviżati kif xieraq.

(14) Fl-istess ħin, huwa importanti li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali li jiġġustifikaw approċċ differenzjat. Minħabba n-natura u l-konsegwenzi possibbli ta' ftehim ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għall-konsumatur, materjal ta' riklamar u informazzjoni prekuntrattwali personalizzata għandhom jinkludu twissijiet adegwati speċifiċi dwar ir-riskji, pereżempju dwar in-natura u l-implikazzjonijiet ta' sottoskrizzjoni ta' garanzija. Skont dak li diġà jeżisti bħala approċċ voluntarju mill-industrija dwar is-self fuq id-djar, minbarra l-informazzjoni prekuntrattwali personalizzata anki l-informazzjoni ġenerali prekuntrattwali għandha tkun disponibbli l-ħin kollu. Barra minn dan, approċċ differenzjat huwa ġġustifikat sabiex jitqiesu t-tagħlimiet li ħarġu mill-kriżi finanzjarja sabiex jiġi żgurat li s-self joriġina f'manjiera soda. F'dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet dwar l-affidabbiltà kreditizja għandhom ikunu msaħħa meta mqabbla mal-kreditu għall-konsum, informazzjoni aktar preċiża għandha tingħata mill-intermedjarji tal-kreditu dwar l-istatus tagħhom u r-relazzjoni mal-kredituri sabiex jiġu ddivulgati konflitti ta' interess potenzajli, u l-atturi kollha involuti fl-organizzazzjoni tal-ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għandhom ikunu awtorizzati, irreġistrati u superviżati kif xieraq.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Jeħtieġ ukoll li jiġu regolati xi oqsma addizzjonali biex tiġi rifless l-ispeċifiċità ta’ self relatat ma’ proprjetà immobbli reżidenzjali. Minħabba s-sinjifikat tat-tranżazzjoni jeħtieġ jiġi żgurat li l-konsumatur jkollhom ħin biżżejjed biex jirriflettu qabel jieħdu l-impenn li jieħdu self. Importanti wkoll li jiġu evitati prattiki li jistgħu jwasslu lill-konsumaturi biex jidħlu fi ftehim tal-kreditu li ma jkunx fl-aħjar interess tagħhom, bħal irbit ta’ ċerti prodotti, mingħajr ma jillimitaw l-abbinar ta’ prodotti li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-konsumaturi. Importanti wkoll li jiġi żgurat li l-proprjetà immobbli reżidenzjali tiġi vvalutata kif jixraq qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, u fejn il-valutazzjoni teffettwa l-obbligu residwali tal-konsumatur, fil-każ ta’ inadempjenza. Huwa wkoll xieraq li jiġi regolat it-trattament tal-arretrati u l-inadempjenzi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu rekwiżiti b’rabta mal-proċess li għandu jiġi segwit fir-rigward ta’ arretrati jew esklużjoni u l-għażliet li għandhom jiġu studjati qabel ma jibdew il-proċedimenti ta’ esklużjoni b’rabta ma’ proprjetà li tinsab fit-territorju tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-intermedjarji ta' spiss jinvolvu ruħhom f'attivitajiet oħra minbarra l-intermedjazzjoni kreditizja, partikolarment intermedjazzjoni assigurattiva jew forniment ta' servizzi tal-investiment. Din id-Direttiva għandha għalhekk tiżgura wkoll grad ta' koerenza mad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE. Partikolarment, ir-rekwiżiti prudenzjali għall-intermedjarji għandhom ikunu ġeneralment konformi mad-Direttiva 2002/92/KE sabiex jissimplifikaw il-proċess tal-istabbiliment ta' intermedjarji tal-kreditu u l-operat transfruntiera.

(15) L-intermedjarji ta' spiss jinvolvu ruħhom f'attivitajiet oħra minbarra l-intermedjazzjoni kreditizja, partikolarment intermedjazzjoni assigurattiva jew forniment ta' servizzi tal-investiment. Din id-Direttiva għandha għalhekk tiżgura wkoll grad ta' koerenza mad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-9 ta’ Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni u d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE. Partikolarment, l-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni m’għandhomx jesiġu awtorizzazzjoni separata biex joperaw bħala intermedjarju tal-kreditu, sabiex jissimplifikaw il-proċess tal-istabbiliment ta' intermedjarji tal-kreditu u l-operat transfruntiera.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Sabiex tiżdied il-ħila tal-konsumaturi li jagħmlu deċiżjonijiet informati dwar is-self u dwar il-ġestjoni responsabbli tad-dejn, l-Istati Membri għandhom jaħdmu mal-partijiet konċernati sabiex tiġi ffaċilitata u promossa l-edukazzjoni tal-konsumaturi f’dawk l-oqsma. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li l-assistenza tkun disponibbli għal konsumaturi vulnerabbli u b’inqas esperjenza, bħal dawk li jkunu qed jixtru l-ewwel proprjetà.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-qafas legali applikabbli għandu jagħti lill-konsumaturi l-fiduċja li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu qegħdin jaġixxu fl-aħjar interss tal-konsumatur. Aspett ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja tal-konsumatur huwa r-rekwiżit li jkun żgurat grad għoli ta' ġustizzja, onestà u professjonaliżmu fl-industrija. Filwaqt li din id-Direttiva għandha tesiġi l-prova tal-għarfien u l-kompetenza rilevaneti fil-livell tal-istituzzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jintroduċu jew jagħmlu dawn ir-rekwiżiti applikabbli għal persuni fiżiċi individwali.

(16) Il-qafas legali applikabbli għandu jagħti lill-konsumaturi l-fiduċja li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu qegħdin jaġixxu fl-interess tal-konsumatur. Aspett ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja tal-konsumatur huwa r-rekwiżit li jkun żgurat grad għoli ta' ġustizzja, onestà u professjonaliżmu fl-industrija, ġestjoni adegwata tal-kunflitti ta’ interess inklużi dawk relatati ma’ remunerazzjoni, u li jkun rekwiżit li parir jingħata fl-aħjar interess tal-konsumatur. Filwaqt li din id-Direttiva għandha tesiġi l-prova tal-għarfien u l-kompetenza rilevanti fil-livell tal-istituzzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jintroduċu jew jagħmlu dawn ir-rekwiżiti applikabbli għal persuni fiżiċi individwali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ta' spiss jużaw riklamar, li ta' spiss jinkludi termi u kundizzjonjiet speċjali sabiex jattiraw lill-konsumaturi lejn prodott partikolari. Il-konsumaturi għandhom għalhekk ikunu protetti minn prassi ta' riklamar li jiżvijaw u għandhom ikunu jistgħu jqabblu r-riklami. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-riklamar ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u lista ta' oġġetti li għandha tkun inkluża fil-materjal tar-riklamar u l-kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-konsumaturi huma meħtieġa sabiex jippermettilhom iqabblu l-offerti differenti. Dawn id-dispożizzjonijiet iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, pereżempju, il-fatt li jekk ir-ripagamenti tas-self ma jiġux rispettati hemm riskju li l-konsumatur jitlef il-proprejtà. L-Istati Membri għandhom jibqgħu fil-libertà li jintroduċu jew iżommu r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni fil-liġijiet nazzjonali fir-rigward tar-reklamar li ma jinkludix informazzjoni dwar il-kost tal-kreditu.

(17) Il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ta' spiss jużaw riklamar, li ta' spiss jinkludi termi u kundizzjonjiet speċjali sabiex jattiraw lill-konsumaturi lejn prodott partikolari. Il-konsumaturi għandhom għalhekk ikunu protetti minn prassi ta' riklamar li jiżvijaw u għandhom ikunu jistgħu jqabblu r-riklami. Dispożizzjonijiet speċifiċi finali dwar ir-riklamar ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u lista ta' punti li għandha tkun inkluża fil-materjal tar-riklamar u l-kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-konsumaturi fejn tali riklamar jispeċifika r-rati tal-imgħax u l-imposti, huma meħtieġa sabiex jippermettilhom iqabblu l-offerti differenti. Għajr għal dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi finali, l-Istati Membri għandhom jibqgħu fil-libertà li jipprevedu rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reklamar għandu t-tendenza li jiffukaw fuq prodott jew diversi prodotti partikolari, filwaqt li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom bl-għarfien sħiħ tal-firxa ta' prodotti offruti. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni ġenerli għandha rwol importanti fl-edukazzjoni tal-konsumatur dwar il-firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi disponibbli minn kreditur partikolari jew intermedjarju tal-kreditu u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom. Il-konsumaturi għandhom għalhekk ikunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jaċċessaw l-informazzjoni ġenerali dwar il-prodotti disponibbli. Huma għandhom ukoll jirċievu informazzjoni personalizzata filwaqt qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu sabiex tippermettilhom iqabblu u jirriflettu dwar il-karatteristiċi tal-prodotti tal-kreditu.

Ir-reklamar għandu t-tendenza li jiffukaw fuq prodott jew diversi prodotti partikolari, filwaqt li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom bl-għarfien sħiħ tal-firxa ta' prodotti offruti. F'dan ir-rigward, l-informazzjoni ġenerali għandha rwol importanti fl-edukazzjoni tal-konsumatur dwar il-firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi disponibbli minn kreditur partikolari jew intermedjarju tal-kreditu u l-karatteristiċi ewlenin tagħhom. Il-konsumaturi għandhom għalhekk ikunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jaċċessaw l-informazzjoni ġenerali dwar il-prodotti disponibbli.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Il-konsumaturi għandhom jirċievu wkoll informazzjoni personalizzata fi żmien biżżejjed qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu sabiex ikunu jistgħu jqabblu u jirriflettu dwar il-karatteristiċi tal-prodotti tal-kreditu. F’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/193/KE dwar l-informazzjoni prekuntrattwali li trid tingħata lill-konsumaturi minn mutwanti li joffru self għad-djar1, il-Kummissjoni mmonitorjat il-Fuljett Ewropew ta’ Informazzjoni Standardizzata(FEIS) li jipprovdi informazzjoni, personalizzata għall-min jissellef, dwar il-ftehim ta’ kreditu li jkun qed jiġi provdut. L-evidenza miġbura mill-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġi rivedut il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-FEIS biex jiġi żgurat li hu ċar, jinftiehem u li jinkludi fih l-informazzjoni kollha li nstab li hija relevanti għall-konsumaturi. Il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-FEIS għandhom jinkorporaw it-titjib meħtieġ identifikat matul l-ittestjar tal-konsumaturi fl-Istati Membri kollha. L-istruttura tal-fuljett, b’mod partikolari l-ordni tal-punti ta’ informazzjoni, għandha tiġi riveduta. Il-kliem għandu jitpoġġa b’mod aktar amikevoli għall-utent. Taqsimiet bħal 'rata nominali' u 'rata perċentwali annwali tal-imposti' għandhom jingħaqdu flimkien filwaqt li għandhom jiżdiedu taqsimiet oħra, bħal 'riskji u twissijiet'.

 

_______________

 

1 ĠU L 69, 10.3.2001, p. 25.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Biex il-konsumatur ikun jista’ biex iqabbel offerta ma’ offerti oħrajn, jikseb parir mingħand parti terza jekk ikun meħtieġ, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħha u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jaċċettax l-offerta, irrilevanti mill-mezz tal-konklużjoni tal-kuntratt, jeħtieġ li jkun previst perjodu minimu ta’ riflessjoni għall-konsumaturi. Fejn il-konsumaturi jikkonkludu ftehim tal-kreditu qabel ma jintemm il-perjodu ta’ riflessjoni, għandu jkun previst dritt ta’ rtirar. Madankollu, biex jiġu akkomodati l-ispeċifiċitajiet tat-tranżazzjonijiet tal-proprjetà fl-Istati Membri u r-rabta potenzjali kbira bejn il-ftehim tal-kreditu u t-tranżazzjoni tal-proprjetà assoċjata, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li d-dritt ta’ rtirar jieqaf japplika meta l-konsumatur jieħu kwlaunkwe azzjoni, permezz ta’ nutar jew b’mod ieħor, li fl-ambitu tal-liġi nazzjonali tirriżulta fit-trasferiment ta’ dritt fuq proprjetà konnessa ma’ fondi miksuba fl-ambitu tal-ftehim tal-kreditu, jew bl-użu tagħhom.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/193/KE dwar l-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata lill-konsumaturi mill-mutwanti li jkun qed joffri self fuq djar approvat il-Kodiċi Volontarju miftiehem fl-2001 bejn assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet li jirrepreżentaw lill-mutwanti u l-konsumaturi u li fih Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata(FEIS). Din tipprovdi informazzjoni personalizzata għall-mutwatarju, dwar il-ftehim ta' kreditu li jkun qed jingħata. Fir-Rakkomandazzjoni tagħha, il-Kummissjoni impenjat ruħha li timmonitorja l-konformità mal-Kodiċi kif ukoll l-effiċjenza tagħha u tikkonsidra li tippreżenta leġiżlazzjoni vinkolanti jekk it-termini tar-Rakkomandazzjoni ma jkunux rispettati bis-sħiħ. Minn dak iż-żmien l-evidenza miġbura mill-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li jiġi rivedut il-kontent u l-preżentazzjoni tal-FEIS biex jiġi żgurat li huwa ċar, jinftiehem u fih l-informazzjoni kollha li nstab li hija relevanti għall-konsumaturi. Il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-FEIS għandhom ikun fihom it-titjib meħtieġ identifikat matul l-ittestjar fis-suq fl-Istati Membri kollha. L-istruttura tal-fuljett (partikolarment l-ordni tal-oġġetti tal-informazzjoni) għandha tiġi riveduta, il-kitba għandha tkun aktar dħulija filwaqt li taqsimiet bħal 'rata nominali' u 'rata perċentwali annwali tal-imposti' għandhom jingħaqdu u għandhom jiżdiedu taqsimiet oħra, bħal 'entità esterna tal-ilmenti' u 'riskji u twissijiet'.

imħassar

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-konsumatur jista' ikun għad għandu bżonn għajnuna addizzjonali biex jiddeċiedi liema ftehim ta' kreditu, mill-firxa ta' prodotti proposti, huwa l-iktar adattat għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Il-kredituri, u fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' intermedjarju tal-kreditu, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jipprovdu tali assistenza b'rabta mal-prodotti ta' kreditu li jkunu qed joffru lill-konsumatur. L-informazzjoni rilevanti, kif ukoll il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti, għandhom għalhekk jiġu spjegati lill-konsumatur b’mod personalizzat sabiex il-konsumatur ikun jista' jifhem l-effetti li dawn jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw meta u sa fejn tali spjegazzjonijiet għandhom jingħataw lill-konsumatur, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom jiġi offrut il-kreditu, il-ħtieġa tal-konsumatur għall-assistenza u n-natura tal-prodotti ta' kreditu individwali.

(22) Il-konsumatur jista' ikun għad għandu bżonn għajnuna addizzjonali biex jiddeċiedi liema ftehim ta' kreditu, mill-firxa ta' prodotti proposti, huwa l-iktar adattat għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Il-kredituri, u fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' intermedjarju tal-kreditu, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jipprovdu assistenza b'rabta mal-prodotti ta' kreditu li jkunu qed joffru lill-konsumatur billi jispjegaw l-informazzjoni rilevanti, inklużi l-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti lill-konsumatur b’mod personalizzat sabiex il-konsumatur ikun jista' jifhem l-effetti li dawn jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw meta u sa fejn tali spjegazzjonijiet għandhom jingħataw lill-konsumatur, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom jiġi offrut il-kreditu, il-ħtieġa tal-konsumatur għall-assistenza u n-natura tal-prodotti ta' kreditu individwali. Tali spjegazzjoni u għoti ta’ informazzjoni personalizzata mhux neċessarjament ikunu jikkostitwixxu rakkomandazzjoni personali.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġu promossi l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-paragunabbiltà tal-informazzjoni relatata mar-rata perċentwali annwali tal-imposti fl-Unjoni kollha. Il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur għandu jinkludi l-kostijiet kollha li l-konsumatur ikollu jħallas b'konnessjoni mal-ftehim ta' kreditu, minbarra l-kostijiet notarili. Għalhekk għandu jinkludi l-imgħax, il-kummissjonijiet, it-taxxi u t-tariffi tal-intermedjarji tal-kreditu u kwalunkwe tariffa oħra kif ukoll il-kost tal-assigurazzjoni u prodotti anċillari oħra, fejn dawn huma obbligatorji sabiex jinkiseb kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet ikkummerċjalizzati. Billi fl-istadju prekuntrattwali r-rata perċentwali annwali tal-imposta tista’ tiġi indikata biss b’eżempju, tali eżempju għandu jkun rappreżentattiv. Għalhekk, dan għandu jikkorrispondi, pereżempju, għall-medja tad-duratura u l-ammont totali ta' kreditu mogħti għat-tip ta' ftehim ta' kreditu kkonsidrat. Fid-dawl tal-kumplessitajiet tal-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti (pereżempju għal kreditu abbażi ta' rati tal-imgħax varjabbli jew amortizzazzjoni mhux standard) u sabiex tkunu tista' tiġu akkomodata l-innovazzjoni tal-prodotti, jistgħu jintużaw standards regolatorji tekniċi biex jemendaw jew jispeċifikaw il-metodu ta' kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti. Id-definizzjoni ta' u l-metodoloġija użata għall-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti f'din id-Direttiva għandhom ikunu l-istess bħal dawk fid-Direttiva 2008/48/KE sabiex jiġu ffaċilitati l-fehim u l-komprensjoni tal-konsumaturi. Dawn id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji jistgħu madankollu jsiru differenti fil-futur jekk aktar tard tiġi mmodifikata d-Direttiva 2008/48/KE. L-Istati Membri huma liberi li jżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet fuq tibdiliet unilaterali mill-kreditur fir-rata tat-teħid tas-self.

(23) Sabiex jiġu promossi l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li tiġi żgurata b’mod uniformi l-paragunabbiltà tal-informazzjoni relatata mar-rata perċentwali annwali tal-imposti fl-Unjoni kollha. Il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur għandu jinkludi l-kostijiet kollha li l-konsumatur ikollu jħallas b'konnessjoni mal-ftehim ta' kreditu, minbarra l-kostijiet notarili u t-tariffi tar-reġistrazzjoni. Għalhekk għandu jinkludi l-imgħax, il-kummissjonijiet, it-taxxi u t-tariffi tal-intermedjarji tal-kreditu u kwalunkwe tariffa oħra kif ukoll il-kost tal-assigurazzjoni, il-valutazzjoni tal-proprjetà u prodotti anċillari oħra, fejn dawn huma obbligatorji sabiex jinkiseb kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet ikkummerċjalizzati. Billi fl-istadju prekuntrattwali r-rata perċentwali annwali tal-imposta tista’ tiġi indikata biss b’eżempju, tali eżempju għandu jkun rappreżentattiv. Għalhekk, dan għandu jikkorrispondi, pereżempju, għall-medja tad-duratura u l-ammont totali ta' kreditu mogħti għat-tip ta' ftehim ta' kreditu kkonsidrat. Fid-dawl tal-kumplessità tal-kalkulazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti (pereżempju għal krediti bbażati fuq rati ta’ imgħax varjabbli jew amortizzazzjoni mhux standard) u sabiex tkunu tista' tiġi akkomodata l-innovazzjoni tal-prodotti, jistgħu jintużaw atti delegati biex jiġu emendati r-rimarki jew jiġu aġġornati s-suppożizzjonijiet. Id-definizzjoni ta' u l-metodoloġija użata għall-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti f'din id-Direttiva għandhom joqorbu kemm jista’ jkun għal dawk fid-Direttiva 2008/48/KE sabiex jiġu ffaċilitati l-fehim u l-komprensjoni tal-konsumaturi. Dawn id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji jistgħu madankollu jsiru differenti fil-futur jekk aktar tard tiġi mmodifikata d-Direttiva 2008/48/KE. L-Istati Membri huma liberi li jżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet fuq tibdiliet unilaterali mill-kreditur fir-rata tat-teħid tas-self.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha tqis il-fatturi kollha neċessarji li jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura matul il-ħajja tas-selfa, fost l-oħrajn iżda mhux biss id-dħul tal-konsumatur, l-infiq regolari, l-iskor kreditizju, l-istorja tal-kreditu fl-imgħoddi, il-kapaċità li jlaħħaq mal-aġġustamenti fir-rata tal-imgħax u impenji kreditizji eżistenti oħrajn. Dispożizzjonijiet oħra jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġu elaborati aktar l-elementi differenti li jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. L-Istati Membri jistgħu joħorġu gwida dwar il-metodu u l-kriterji tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta' konsumatur, pereżempju billi jistipulaw limiti fuq il-proporzjonijiet tas-selfa mal-valur u s-selfa mal-introjtu.

(24) Huwa essenzjali li tiġi valutata u verifikata l-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura d-dejn qabel ma jiġi konkluż ftehim ta’ kreditu. Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha tqis il-fatturi kollha relevanti. B’mod partikolari, il-ħila tal-konsumatur li jassumi s-servizz u jħallas lura s-self kollu għandha tinkludi kunsiderazzjoni tal-pagamenti ġejjiena meħtieġa minħabba amortizzazzjoni negattiva jew pagamenti differiti tal-prinċipal jew tal-imgħax, m’għandhiex tassumi ebda żieda fil-valur sakemm l-iskop tal-ftehim tal-kreditu ma jkunx il-bini jew ir-rinovazzjoni tal-proprjetà immobbli u għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl ta’ spejjeż u djun oħra kif ukoll flus imfaddla u assi. Għandu jkun hemm flessibilità raġonevoli għal avvenimenti futuri, bħal tnaqqis fid-dħul meta t-terminu tas-self imur lil hinn mill-irtirar tal-persuna, jew fejn ikun il-każ, żieda fir-rata tal-imgħax jew bidla negattiva fir-rata tal-kambju. L-Istati Membri jistgħu joħorġu gwida addizzjonali dwar dawk il-kriterji u kriterji oħra u dwar il-metodi tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta' konsumatur, pereżempju billi jistipulaw limiti fuq il-proporzjonijiet tas-selfa mal-valur u s-selfa mal-introjtu. Id-deċiżjoni tal-kreditur dwar jekk jipprovdix il-kreditu għandha tkun konsistenti mal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Madankollu, valutazzjoni pożittiva tal-affidabbiltà kreditizja ma għandhiex tikkostitwixxi obbligu għall-kreditur li jipprovdi l-kreditu.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Valutazzjoni negattiva tal-affidabbiltà kreditizja għandha tindika lill-kreditur li l-konsumatur mhux kapaċi jaffordja l-kreditu u b'konsegwenza l-kreditur ma għandux jagħti l-kreditu. Dan l-eżitu negattiv jista' joħroġ minn firxa wiesa' ta' raġunijiet, fosthom iżda mhux biss mill-konsultazzjoni ta' bażijiet ta’ dejta jew skor kreditizju negattiv. Valutazzjoni pożittiva tal-affidabbiltà kreditizja ma għanhiex tikkostitwixxi obbligu għall-kreditur li jipprovdi l-kreditu.

imħassar

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-konsumaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti disponibbli kollha dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tagħhom lill-kreditur jew l-intermedjarju sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Il-konsumatur ma għandux madankollu jiġi ppenalizzat meta ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti ċertu informazzjoni jew valutazzjonijiet tal-evoluzzjoni futura tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. F'sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi konxjament jagħtu informazzjoni mhux sħiħa jew mhux preċiża, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-penalitajiet xierqa.

(26) Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, il-kredituri għandhom jesiġu li l-konsumaturi jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar id-dħul u s-sitwazzjoni finanzjarja sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Jekk il-konsumaturi jonqsu milli jagħmlu dan, il-kreditu li jkunu qed jipprovaw jieħdu ma jingħatax, filwaqt li l-krediturgħandu jivverifika t-tagħrif kif jixraq qabel ma jagħti s-self. F'sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi konxjament jagħtu informazzjoni mhux sħiħa jew mhux preċiża, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-penalitajiet xierqa.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja stabbilixxa prinċipji biex ikunu żgurat li proprjetà immobbli reżidenzjali tiġi vvalutata kif jixraq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jivvalutaw il-proprjetajiet skont dawk il-prinċipji jew standards oħra aċċettati internazzjonalment, kif ukoll li jeżisti reġistru ta’ evalwaturi professjonalment kompetenti. Għandu jkun possibbli li dan ir-reġistru jkun operat minn assoċjazzjoni professjonali xierqa.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Konsultazzjoni ma' bażijiet ta’ dejta hija element utli fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Xi Stati Membri jeħtieġu lill-kredituri jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta' konsultazzjoni tal-bażijiet ta’ dejta relevanti. Il-kredituri għandhom ukoll ikunu jistgħu jikkonsultaw il-bażi ta' dejta tal-kreditu matul il-ħajja tas-selfa sabiex jidentifikaw u jivvalutaw il-potenzjal eżistenza ta' inadempjenza. F'każ li dan il-potenzjal ikun evidenti jew oġġettivament muri, il-kreditur għandu jikkuntattja lill-konsumatur u jiddiskuti l-alternattivi differenti sabiex jevita l-possibbiltà ta' inadempjenza, bħal li s-selfa tiġi skedata mill-ġdid. Fi kwalunkwe każ, il-kreditur ma għandux jikkonsidra li jirtira l-kreditu mingħajr ma jkun qabel esplora l-alternattivi kollha possibbli mal-konsumatur ħalli jevita l-inadempjenza. Skont id-Direttiva 95/46/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, il-konsumaturi għandhom jiġi infurmati mill-kredituti dwar il-konsultazzjoni mal-bażi ta’ dejta tal-kreditu qabel ma tiġi kkonsultata u għandhom ikollhom id-dritt jaċċessaw l-informazzjoni li jkun hemm dwarhom f'din il-bażi ta’ dejta sabiex fejn ikun meħtieġ jirranġaw, iħassru jew jibblukkaw dejta personali dwarhom li tkun ipproċessata fihom meta ma tkunx preċiża jew tkun ġiet ipproċessata illeġittimament.

(27) Konsultazzjoni ma' bażijiet ta’ dejta hija element utli fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Xi Stati Membri jeħtieġu lill-kredituri jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta' konsultazzjoni tal-bażijiet ta’ dejta relevanti. Il-kredituri għandhom ukoll ikunu jistgħu jikkonsultaw il-bażi ta' dejta tal-kreditu matul il-ħajja tas-selfa sabiex jidentifikaw u jivvalutaw il-potenzjal eżistenza ta' inadempjenza. Skont id-Direttiva 95/46/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, il-konsumaturi għandhom jiġi infurmati mill-kredituti dwar il-konsultazzjoni mal-bażi ta’ dejta tal-kreditu qabel ma tiġi kkonsultata u għandhom ikollhom id-dritt jaċċessaw l-informazzjoni li jkun hemm dwarhom f'din il-bażi ta’ dejta sabiex fejn ikun meħtieġ jirranġaw, iħassru jew jibblukkaw dejta personali dwarhom li tkun ipproċessata fihom meta ma tkunx preċiża jew tkun ġiet ipproċessata illeġittimament.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex tkun ipprevenuta kwalukwe distorzjoni tal-kompetizzjoni fost il-kredituri, għandu jkun żgurat li l-kredituri kollha (inklużi l-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali) ikollhom aċċess għall-bażijiet ta' dejta tal-kreditu pubbliċi u privati kollha li jikkonċernaw lill-konsumaturi b'kundizzjonjiet nondiskriminatorji. Għalhekk dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jinkludu rekwiżit li jkun stabbilit bħala istituzzjoni tal-kreditu. Il-kundizzjonijiet tal-aċċess, bħal kostijiet tal-aċċess jew ir-rekwiżiti li kwalunkwe talba għal informazzjoni tkun ibbażat fuq talba ta' kreditu ser jibqgħu japplikaw. L-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw jekk, fil-ġuriżdizzjoni tagħhom l-intermedjarji tal-kreditu jistgħux ukoll ikollhom aċċes għal dawn il-bażijiet ta' dejta.

imħassar

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fejn deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal kreditu tkun abbażi ta' dejta miksuba mill-konsultazzjoni ta' bażi ta’ dejta jew min-nuqqas ta' dejta ġo fiha, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan u dwar l-isem tal-bażi ta' dejta kkonsultata u bi kwalunkwe element ieħor meħtieġ mid-Direttiva 95/46/EC ħalli l-konsumatur ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li jaċċessa u fejn meħtieġ jirranġa, iħassar jew jibblukka dejta personali dwaru u li tkun ipproċessata fiha. Fejn deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal kreditu tkun abbażi ta' deċiżjoni awtomatizzata jew abbażi ta' metodi sistematiċi bħal sistemi ta' skor kreditizju, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan u jispjega l-loġika użata fid-deċiżjoni u l-arranġamenti li jippermettu lill-konsumatur jitlob li d-deċiżjoni awtomatizzata tiġi rriveduta manwalment. Madankollu, il-kreditur ma għandux ikun obbligat jagħti tali informazzjoni meta dan ikun ipprojbit minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, pereżempju leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Lanqas ma għandha tali informazzjoni tingħata meta dan ikun kontra objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

(29) Fejn deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal kreditu tkun abbażi ta' dejta miksuba mill-konsultazzjoni ta' bażi ta’ dejta jew min-nuqqas ta' dejta ġo fiha, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan u dwar l-isem tal-bażi ta' dejta kkonsultata u bi kwalunkwe element ieħor meħtieġ mid-Direttiva 95/46/EC ħalli l-konsumatur ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li jaċċessa u fejn meħtieġ jirranġa, iħassar jew jibblukka dejta personali dwaru u li tkun ipproċessata fiha. Madankollu, il-kreditur ma għandux ikun obbligat jagħti tali informazzjoni meta dan ikun ipprojbit minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, pereżempju leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Lanqas ma għandha tali informazzjoni tingħata meta dan ikun kontra objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tagħwiġ tal-kompetizzjoni fost il-kredituri, għandu jkun żgurat li l-kredituri kollha (inklużi l-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali) jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-data tal-kreditu pubbliċi u privati kollha li jikkonċernaw il-konsumaturi taħt kundizzjonjiet nondiskriminatorji. Għalhekk dawn il-kundizzjonijiet ma għandhomx jinkludu rekwiżit li min ikun jixtieq aċċess irid ikun stabbilit bħala istituzzjoni tal-kreditu. Il-kundizzjonijiet tal-aċċess, bħal kostijiet tal-aċċess jew ir-rekwiżiti li kwalunkwe talba għal informazzjoni tkun ibbażata fuq talba ta' kreditu ser jibqgħu japplikaw. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jiddeterminaw jekk, fil-ġuriżdizzjoni tagħhom l-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu jistgħu wkoll ikollhom aċċess għal dawn il-bażijiet tad-data.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex ikunu f'pożizzjoni li jifhmu n-natura tas-servizz, il-konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa dwar xiex jikkostitwixxi rakkomandazzjoni personalizzata dwar ftehimiet ta' kreditu adatti għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur ('parir') u meta tkun qed tingħata u meta le. Dawk li jipprovdu parir għandhom ikunu konformi mal-istandards ġenerali sabiex jiżguraw li l-konsumatur jiġi ppreżentat b'firxa ta' prodotti adatti għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tiegħu. Dak is-servizz għandu jkun bbażat fuq analiżi ġusta u mifruxa biżżejjed tal-prodotti disponibbli fis-suq u fuq spezzjoni fid-dettall tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-għanijiet. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni aġġornata u suppożizzjonijiet raġonevoli dwar iċ-ċirkustanzi tal-konsumaturi tul il-ħajja tas-selfa. L-Istati Membri jistgħu jiċċaraw kif il-konvenjenza ta' prodott speċifiku għall-konsumatur għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-għoti tal-parir.

(31) L-għoti ta’ pariri fil-forma ta’ rakkomandazzjoni personalizzata hi attività distinta li jista’ jkun, iżda mhux bilfors, tkun abbinata ma’ aspetti oħra tal-għoti jew l-intermedjazzjoni tal-kreditu. Sabiex ikunu f'pożizzjoni li jifhmu n-natura tas-servizz, il-konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa dwar meta jkun qed jingħata parir, u meta le. Dawk li jipprovdu parir għandhom ikunu konformi ma’ ċerti standards sabiex jiżguraw li l-konsumatur jiġi ppreżentat b'firxa ta' prodotti adatti għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tiegħu. Min jagħti l-parir għandu wkoll jiżvela jekk ikunx qed jagħti parir dwar firxa wiesgħa ta’ prodotti mis-suq kollu kemm hu jew inkella dwar il-firxa tal-prodotti tal-kreditur jew tal-intermedjarju tal-kreditu biss. Min jagħti l-parir għandu jkun kapaċi jispeċjalizza f’ċerti prodotti ‘speċjalizzati’ bħall-finanzjament tranżitorju u jagħti pariri dwar firxa wiesgħa ta’ prodotti fi ħdan dik l-ispeċjalizzazzjoni, sakemm dan ikun magħmul ċar lill-konsumatur. Fejn jingħata parir, dan għandu jkun ibbażat fuq fehim tas-sitwazzjoni finanzjarja, il-preferenzi u l-għanijiet tal-konsumatur ibbażat fuq informazzjoni aġġornata u suppożizzjonijiet raġonevoli dwar iċ-ċirkustanzi tal-konsumaturi tul il-ħajja tas-selfa. L-Istati Membri jistgħu jiċċaraw kif il-konvenjenza ta' prodott speċifiku għall-konsumatur għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-għoti ta’ servizzi tal-pariri.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-kapaċità ta' konsumatur li jħallas lura l-kreditu tiegħu qabel l-iskadenza tal-ftehim tal-kreditu jista' jkollha rwol importanti fil-promizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq uniku u l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE. Madankollu, jeżistu differenzi sustanzjali bejn il-prinċipji nazzjonali u l-kundizzjonijiet li taħthom il-konsumaturi għandhom il-kapaċità li jħallsu lura u l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jsir dan ir-ripagament bikri. Filwaqt li jirrikonoxxu d-diversità fil-mekkaniżmi tal-finanzjament ipotekarju u l-firxa tal-prodotti disponibbli, ċerti standards fir-rigward tar-ripagament bikri ta' kreditu huma essenzjali fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom il-possibbiltà li jagħlqu l-obbligi tagħhom qabel id-data mifthema fil-ftehim tal-kreditu u l-fiduċja li wieħed ifittex l-aħjar prodotti biex jissodifa ħtiġijietu. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw, jew permezz ta' leġiżlazzjoni jew permezz ta' klawżoli kuntrattwali, li l-konsumaturi jkollhom dritt statutorju jew kuntrattwali ta' ripagament bikri; madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien dwar l-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tat-teħid tas-self, jekk hux fissa jew varjabbli, restrizzjonijiet fir-rigward tal-ċirkustanzi li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li l-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet potenzjali direttament marbuta mar-ripagament bikri tal-kreditu. Fi kwalunkwe każ jekk ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' imgħax speċjali fuq in-naħa tal-konsumatur. Dan l-imgħax speċjali jista' pereżempju jseħħ f'każ ta' divorzju jew qgħad. Fejn Stat Membru jagħżel li jistabbilixxi dawn il-kundizzjonjiet, dawn ma għandhomx irendu l-eżerċizzju tad-dritt diffiċli żżejjed jew oneruż wisq fuq il-konsumatur.

(32) Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, minħabba li ħafna mis-self relatat ma’ proprjetà reżidenzjali jtul għal ħafna snin, xi flessibilità matul is-snin tal-ftehim tal-kreditu hi meħtieġa biex tippermetti lil-kredituri kif ukoll il-konsumaturi jingħataw lok li jiġġestixxu r-riskji u ċ-ċirkostanzi li jinbidlu li huma esposti għalihom tul it-terminu tas-self. Għaldaqstant huwa xieraq li l-konsumaturi għandu jkollhom dritt ta’ ripagament bikri - sħiħ jew parzjali - tal-ftehim tal-kreditu, għax dan jinkoraġġixxi s-self responsabbli u l-istabilità finanzjarja kif ukoll il-kompetizzjoni fis-suq uniku. Madankollu, il-kredituri għandhom ikunu intitolati għal kumpens ġust u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet direttament marbuta mar-ripagament bikri, filwaqt li jitqies ukoll kwalunkwe ffrankar li jkun għamel il-kreditur. Tali kumpens jista’ jiġi rkuprat bħala dritt speċifiku biex ikopri l-kost possibbli għall-konsumaturi li jeżerċitaw id-dritt ta' ripagament bikri jew inkella billi l-kost jiġi assorbit fil-kost totali tal-ftehim tal-kreditu. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiżguraw li l-kostijiet ġustifikati ma’ jaqbżux livell kompatibbli mal-effiċjenza tas-suq. Fejn ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' imgħax speċjali fuq il-konsumatur speċifikat mill-Istat Membru. Dan l-imgħax speċjali jista' pereżempju jseħħ f'każ ta' divorzju jew qgħad. Fejn Stat Membru jagħżel li jistabbilixxi dawn il-kundizzjonjiet, dawn ma għandhomx irendu l-eżerċizzju tad-dritt diffiċli żżejjed jew oneruż wisq fuq il-konsumatur. Għaldaqstant ikun xieraq li tkun prevista flessibilità taħt ċerti kundizzjonijiet fejn ftehimiet ta’ kreditu jkunu denominati f’munita barranija, sakemm il-kreditur ikun intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament ġustifikat għall-ispejjeż possibbli marbut mal-eżerċitar, min-naħa tal-konsumaturi, tad-drittijiet previsti fl-ambitu tad-Direttiva.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Importanti wkoll li jkun żgurat li jkun hemm trasparenza biżżejjed għal ċarezza dwar in-natura tal-impenji magħmula fl-interess tal-konservazzjoni tal-istabilità finanzjarja. L-Istati Membri għandhom għaldaqstant jiżviluppaw oqsfa li jagħtu lok għal flessibilità, pereżempju billi jaċċettaw proprjetà oħra bħala kollateral ekwivalenti għas-self. Dawn il-miżuri għandhom jippermettu lill-kredituri li jaċċettaw bħala kollateral ekwivalenti proprjetà li tkun fi Stat Membru ieħor fejn din tkun meqjusa ekwivalenti għall-iskopijiet li tkun miġbura fi strumenti finanzjarji nnegozjati fi swieq sekondarji.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu rreġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza jew l-uffiċċju prinċipali tagħhom, sakemm ikunu ġew awtorizzati skont rekwiżiti professjonali stretti b'relazzjoni mal-kompetenza tagħhom, ir-reputazzjoni tajba u l-kopertura tal-indemnità professjonali. Bil-għan li tiġi promossa l-fiduċja tal-konsumaturi fl-intermedjarji tal-kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati jkunu soġġetti għal superviżjoni kontinwa u dettaljata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw tal-anqas fil-livell tal-istituzzjoni; madankollu, l-Istat Membru jista' jikkjarifika jekk dawn ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni sussegwenti japplikawx għall-impjegati individwali tal-intermedjarju tal-kreditu.

(34) L-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu awtorizzati u monitorjati biex ikun żgurat li huma jissodisfaw rekwiżiti professjonali stretti b'relazzjoni mal-kompetenza tagħhom, ir-reputazzjoni tajba u l-kopertura tal-indemnità professjonali. L-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati għandhom ikunu wkoll irreġistrati. Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw tal-anqas fil-livell tal-istituzzjoni; madankollu, l-Istat Membru jista' jikkjarifika jekk dawn ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni sussegwenti japplikawx għall-impjegati individwali tal-intermedjarju tal-kreditu. Huwa wkoll xieraq li l-intermedjarji tal-kreditu jkunu jistgħu jaħtru rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom u taħt ir-responsabilità tagħhom u li r-rekwiżiti regolatorji minimi għal tali rappreżentanti maħtura jkunu stabbiliti f’din id-Direttiva.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Sabiex tiffaċilita l-ħila tal-intermedjarji tal-kreditu li jipprovdu s-servizzi tagħhom fuq bażi transfruntiera, għall-għanijiet ta' kooperazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti responsibbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu dawk li jaġixxu taħt l-awspiċi tal-ABE, kif stipulat fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) jew awtoritajiet nazzjonali oħra li huma mistennija jikkooperaw ma’ tali awtoritajiet kompetenti.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali jew fl-evoluzzjoni tal-prodotti tal-kreditu kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi, bħall-inflazzjoni, u sabiex jingħataw aktar spjegazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu indirizzati ċerti rekwiżiti f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Partikolarment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti delegati biex tispeċifika d-dettalji dwar ir-rekwiżiti professjonali applikabbli għall-persunal tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu, il-kriterji użati għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u fl-iżgurar li l-prodotti tal-kreditu ma jkunux mhux adatti għall-konsumaturi kif ukoll l-armonizzazzjoni ulterjuri ta' termini ewlenin bħal 'inadempjenza', il-kriterji tar-reġistrazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-proċessar tad-dejta li għandhom jiġu applikati għall-bażijiet ta’ dejta tal-kreditu.

(39) Sabiex tkun żgurata armonizzazzjoni konsistenti u sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali jew fl-evoluzzjoni tal-prodotti tal-kreditu jew fil-kundizzjonijiet ekonomiċi, is-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. Partikolarment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-FEIS u li temenda r-rimarki jew taġġorna s-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkulata r-RPAI. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiggarantixxi trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom il-firxa ta' prodotti disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li temenda l-kontenut tal-oġġetti standard tal-informazzjoni li għandhom ikunu inklużi fir-riklamar, il-kontenut u l-format tal-Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS), il-kontenut tad-divulgar tal-informazzjoni mill-intermedjarji tal-kreditu u l-kriterji li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur.

imħassar

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi, bħall-inflazzjoni u l-iżviluppi fis-swieq tal-ftehimiet tal-kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistipula ammont monetarju minimu ta' assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew garanzija paragunabbli fir-rigward tal-intermedjarji tal-kreditu billi jiġu adottati standards tekniċi regolatorji.

imħassar

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Sabiex tiffaċilita l-abbiltà tal-intermedjarji tal-kreditu li jipprovdu is-servizzi tagħhom fuq bażi transfruntiera, għall-għanijiet ta' kooperazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni u soluzzjoni tat-tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti responsibbli mill-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu dawk li jaġixxu taħt l-awspiċi tal-ABE, kif stipulat fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea).

imħassar

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom xahrejn mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att delegat. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jiġi estiż b’xahar fir-rigward ta' oqsma sinifikanti ta' tħassib. Għandu wkoll ikun possibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill li jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

(43) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att delegat. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jiġi estiż bi tliet xhur fir-rigward ta' oqsma sinifikanti ta' tħassib. Għandu wkoll ikun possibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill li jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) Il-funzjonament effiċjenti ta' din id-Direttiva ser ikollu bżonn jiġi rivedut, kif ser ikollu l-progress fuq l-istabbiliment ta' suq intern b'livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur għall-ftehimiet tal-kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tanalizza d-Direttiva ħames snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni tagħha. L-analiżi għandha tinkludi, fost l-oħrajn, analiżi tal-evoluzzjoni tas-suq għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar miżuri, fosthom passaport għal dawn l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu, eżami tal-ħtieġa li jiġu introdotti drittijiet u obbligi fir-rigward tal-istadju postkuntrattwali tal-ftehimiet tal-kreditu u valutazzjoni dwar jekk l-estenzjoni tal-ambitu biex jinkludi s-self lill-kumpaniji żgħar hix f'loka.

(44) Il-funzjonament effiċjenti ta' din id-Direttiva ser ikollu bżonn jiġi rivedut, kif ser ikollu l-progress fuq l-istabbiliment ta' suq intern b'livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur għall-ftehimiet tal-kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tanalizza d-Direttiva ħames snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni tagħha. L-analiżi għandha tinkludi, fost l-oħrajn, valutazzjoni tal-konformità u l-impatt ta’ din id-Direttiva, analiżi tal-għoti ta’ ftehimiet ta’ kreditu minn istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar miżuri, fosthom passaport għal dawn l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu jibqax xieraq u jekk miżuri addizzjonali humiex neċessarji biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-ftehimiet ta’ kreditu garantiti permezz ta’ proprjetà immobbli reżidenzjali.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Unjoni t-tabelli tagħhom stess li safejn ikun possibbli juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi.

(46) Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri għandhom ifasslu t-tabelli tagħhom stess li safejn ikun possibbli juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u biex jagħmluhom pubbliċi,

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tistabbilixxi qafas għal ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet ta' kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għall-konsumaturi u li jikkonċerna ċerti aspetti tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji tal-intermedjarji tal-kreditu u l-kredituri.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għal ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet ta' kreditu konklużi mal-konsumaturi relatati ma’ ftehimiet tal-kreditu tal-konsumaturi garantiti b’ipoteka jew marbuta b’xi mod ieħor ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għall-konsumaturi u għar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji assoċjati.

 

2. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas tal-Unjoni armonizzat kif jixraq permezz ta’, b’mod partikolari, standard komuni u konsistenti tal-Unjoni għall-kalkulazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti, l-għoti ta’ informazzjoni prekuntrattwali permezz ta’ FEIS u l-obbligu li ssir valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja fir-rigward ta’ ftehmiet ta' kreditu. F’oqsma oħra tad-Direttiva jiġi stabbilit qafas ta’ standards minimi komuni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ftehimiet ta’ kreditu li ġejjin:

1. Din id-Direttiva għandha tapplika:

(a) Ftehimiet ta' kreditu li huma ggarantiti b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew iggarantiti bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli reżidenzjali.

(a) Ftehimiet ta' kreditu li huma ggarantiti b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew iggarantiti bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli reżidenzjali;

(b) Fehimiet ta' kreditu li l-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini reżidenzjali eżistenti jew ipproġettat.

(b) Ftehimiet ta' kreditu li l-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini reżidenzjali eżistenti jew ipproġettat;

(c) Ftehimiet tal-kreditu li l-fini tagħhom ikun ir-rinnovazzjoni ta' proprjetà immobbli reżidenzjali li jkollha persuna jew li tkun qed timmira li tixtri, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008.

(c) ftehimiet ta’ kreditu ta’ aktar minn EUR 75,000 għall-fini tar-rinnovazzjoni ta’ proprjetà immobbli reżidenzjali li tkun ta’ konsumatur, jew li konsumatur ikun beħsiebu jixtri.

 

1a. L-Istati Membri li diġà applikaw id-Direttiva 2008/48/KE b'mod komplut għal ftehimiet ta’ kreditu fl-ambitu tal-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (c) ta' paragrafu 1 jistgħu jkomplu japplikaw dik id-Direttiva għal tali self fejn dawn ma jagħmlux parti mill-ambitu ta' punt (a) tal-paragrafu 1 għal perjodu ta’ ħames snin wara ...*.

 

L-Istati Membri li qabel ...* implimentaw fuljett ta’ informazzjoni li jissodisfa mill-inqas l-istess rekwiżiti ta’ informazzjoni bħal dawk stipulati fl-Anness II jistgħu jkomplu jużawha għall-iskopijiet tal-Artikolu 9a dwar informazzjoni prekuntrattwali għal perjodu ta’ ħames snin wara ...*.

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) Ftehimiet tal-kreditu li eventwalment ser jitħallas lura mir-rikavat tal-bejgħ ta' proprjetà immobbli.

(a) Ftehimiet tal-kreditu fejn il-kreditur jagħti somma f’daqqa, pagamenti perjodiċi jew forom oħra ta’ żborż ta’ kreditu bi skambju għal somma derivata mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli reżidenzjali jew dritt marbut ma’ proprjetà immobbli reżidenzjali; u mhux se jfittex ir-ripagament sħiħ tal-kreditu sakemm ma jseħħx wieħed jew aktar mill-avveniment speċifiċi tal-ħajja definiti mill-Istati Membri, dment li ma jseħħx ksur tal-obbligi kuntrattwali li jippermettu lill-kreditur itemm il-ftehim ta’ kreditu;

(b) Ftehimiet ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja fejn dan il-ftehim ta' kreditu jingħata bla interessi jew b'rati perċentwali annwali tal-imposti aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq u li mhumiex offruti lill-pubbliku ġenerali.

(b) Ftehimiet ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lill-impjegati tiegħu bħala attività sekondarja fejn dan il-ftehim ta' kreditu jingħata bla interessi jew b'rati perċentwali annwali tal-imposti aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq u li mhumiex offruti lill-pubbliku ġenerali;

 

(ba) Ftehimiet ta’ kreditu għal differiment ta’ ftehimiet ta’ kreditu għal perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, fejn ir-rata ta’ self għad-differiment ma taqbiżx ir-rata tal-ftehim ta’ kreditu, fejn il-konsumatur jaqbel li jkun eżentat minn din id-Direttiva;

 

(bb) Ftehimiet ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft fejn il-konsumatur jaqbel li jkun eżentat mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

 

(bc) Ftehimiet ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u mingħajr kwalunkwe imposta oħra u ftehimiet ta' kreditu li jistipulaw li l-kreditu għandu jitħallas lura fi żmien tliet xhur u li jkunu pagabbli imposti insinifikanti biss;

 

(bd) Ftehimiet ta' kreditu li huma l-eżitu ta' soluzzjoni milħuqa f’qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra.

 

2a. L-Istati Membri jistgħu:

 

(a) jirrinunzjaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7 sa 9a, Artikolu 11 u l-Anness II għal ftehimiet ta' kreditu ta' valur totali ta' aktar minn EUR 2 miljun.

 

(b) jiddeċiedu li wħud mill-Artikoli, jew l-Artikoli kollha, ta’ din id-Direttiva ma japplikawx għal ftehimiet ta’ kreditu fejn il-proprjetà mhix se tkun okkupata bħala residenza mill-konsumatur jew persuna qariba tiegħu, fejn il-konsumatur jaqbel li jkun eżentat mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

 

(c) jiddeċiedu li wħud mill-Artikoli, jew l-Artikoli kollha, ta’ din id-Direttiva ma japplikawx għal ftehimiet ta’ kreditu fejn il-kreditu jkun dovut li jitħallas lura fi żmien sena, fejn il-konsumatur jaċċetta li jiġi eżentat mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

 

(d) jiddeċiedu li wħud mill-Artikoli, jew l-Artikoli kollha, ta’ din id-Direttiva ma japplikawx għal ftehimiet ta’ kreditu relatati mal-pagament differit, bla ebda ħlas, ta’ dejn eżistenti, fejn il-konsumatur jaqbel li jkun eżentat minn din id-Direttiva.

 

2b. L-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn li ġejjin minn din id-Direttiva, sakemm ikun jeżisti qafas ekwivalenti biex ikun żgurat li l-konsumaturi jirċievu tagħrif f’waqtu u komplut dwar il-ftehimiet ta’ kreditu:

 

(a) ftehimiet ta’ kreditu marbuta ma’ self mogħti lil pubbliku ristrett skont dispożizzjoni statutorja għall-fini ta’ interess ġenerali, bla imgħax jew b’rati ta’ imgħax aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq jew b’termini oħra li huma aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk prevalenti fis-suq u b’rati ta’ imgħax li ma jkunux ogħla minn dawk prevalenti fis-suq;

 

(b) ftehimiet ta’ kreditu fejn il-kreditur hu organizzazzjoni fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2008/48/KE.

 

______________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 'Konsumatur' tfisser konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(a) 'Konsumatur' tfisser konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(b) 'Kreditur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu skont it-tifsira fl-Artikolu 2 matul l-eżerċizzju tan-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha.

(b) 'Kreditur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu skont it-tifsira fl-Artikolu 2 matul l-eżerċizzju tan-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha.

(c) 'Ftehim ta' kreditu' tfisser ftehim li bih kreditur, direttament jew permezz ta' intermedjarju tal-kreditu jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu skont it-tifsira fl-Artikolu 2 fil-forma ta' pagament differit, self jew akkommodazzjoni finanzjarja simili oħra.

(c) 'Ftehim ta' kreditu' tfisser ftehim li bih kreditur, direttament jew permezz ta' intermedjarju tal-kreditu jagħti jew iwiegħed li jagħti lil konsumatur kreditu skont it-tifsira fl-Artikolu 2 fil-forma ta' pagament differit, self jew akkommodazzjoni finanzjarja simili oħra.

(d) 'Servizz anċillari' tfisser servizz finanzjarju offrut lill-konsumatur mill-kreditur jew mill-intermedjarju tal-kreditu flimkien mal-ftehim tal-kreditu.

(d) 'Servizz anċillari' tfisser servizz offrut lill-konsumatur mill-kreditur jew mill-intermedjarju tal-kreditu flimkien mal-ftehim tal-kreditu.

(e) 'Intermedjarju tal-kreditu' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur u li fl-eżerċizzju tas-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha għal tariffa li tista’ tkun ta' forma pekunarja jew fi kwalunkwe forma oħra miftehma ta' konsiderazzjoni finanzjarja:

(e) 'Intermedjarju tal-kreditu' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur jew nutar u li fl-eżerċizzju tas-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha, b’remunerazzjoni, li tista’ tkun ta' forma pekunarja jew fi kwalunkwe forma oħra miftehma ta' konsiderazzjoni finanzjarja:

(i) toffri ftehimiet ta' kreditu lil konsumaturi skont it-tifsira fl-Artikolu 2;

(i) tippreżenta jew toffri ftehimiet ta' kreditu lil konsumaturi;

(ii) tassisti konsumaturi billi tagħmel ħidma ta' tħejjija fir-rigward tal-ftehimiet ta' kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 2 minbarra dik imsemmija f'punt (i);

(ii) tassisti lill-konsumaturi billi tagħmel ħidma ta' tħejjija u/jew amministrazzjoni fir-rigward tal-ftehimiet ta' kreditu minbarra dik imsemmija f'punt (i);

tikkonkludi ftehimiet ta' kreditu skont it-tifsira fl-Artikolu 2 mal-konsumaturi f'isem il-kreditur.

(iii) tikkonkludi ftehimiet ta' kreditu mal-konsumaturi f'isem il-kreditur; jew

 

(iiia) tipprovdi servizzi ta’ pariri.

(f) 'Intermedjarju tal-kreditu marbut' tfisser kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li jaġixxi f'isem u taħt ir-responsabbiltà sħiħa ta' kreditur wieħed jew grupp wieħed biss.

(f) 'Intermedjarju tal-kreditu marbut' tfisser kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li jaġixxi f'isem u taħt ir-responsabbiltà sħiħa ta' kreditur wieħed jew diversi jew grupp wieħed jew diversi.

(g) 'Grupp' tfisser, għall-finijiet ta' din id-Direttiva kredituri li huma magħqudin għall-finijiet ta' kontijiet ikkonsolidati, kif iddefinit fid-Direttiva 83/349/KEE.

(g) 'Grupp' tfisser, għall-finijiet ta' din id-Direttiva kredituri li huma magħqudin għall-finijiet ta' kontijiet ikkonsolidati, kif iddefinit fid-Direttiva 83/349/KEE.

(h) 'Istituzzjonijiet tal-kreditu' tfisser istituzzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(h) 'Istituzzjonijiet tal-kreditu' tfisser istituzzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE.

(i) 'Istituzzjoni mhux tal-kreditu' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħti jew twiegħed li tagħti kreditu skont it-tifsira fl-Artikolu 2 matul l-eżerċizzju tas-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha u li mhijiex istituzzjoni tal-kreditu.

(i)Istituzzjoni mhux tal-kreditu tfisser kwalunkwe kreditur li mhuwiex istituzzjoni tal-kreditu.

(j) 'Persunal' tfisser kwalunkwe impjegat ta' kreditur jew intermedjarju tal-kreditu li jkollu kuntatti mal-konsumaturi u li jkun impenjat fl-attivitajiet koperti minn din id-Direttiva.

(j) 'Persunal' tfisser:

 

(i) kwalunkwe persuna fiżika li taħdem għall-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur li jitqabbad mill-konsumaturi jew ikollu kuntatti magħhom fl-attivitajiet koperti f'din id-Direttiva; jew

 

(ii)kwalunkwe persuna fiżika li b’mod dirett tiġġestixxi u/jew timmonitorja l-persuni fiżiċi li hemm referenza għalihom f’punt (i).

(k) 'Kost totali tal-kreditu għall-konsumatur' tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(k) 'Kost totali tal-kreditu għall-konsumatur' tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE, inkluża l-valutazzjoni tal-proprjetà iżda esklużi l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni għall-ipoteka jew garanzija oħra paragunabbli.

(l) 'Ammont totali pagabbli mill-konsumatur' tfisser l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(l) 'Ammont totali pagabbli mill-konsumatur' tfisser l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(h) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(m) 'Rata perċentwali annwali tal-imposti' tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali tal-ammont totali tal-kreditu, fejn applikabbli inklużi l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 12(2).

(m) 'Rata perċentwali annwali tal-imposti' tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur espressa bħala perċentwali annwali tal-ammont totali tal-kreditu, fejn applikabbli inklużi l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 12(2).

(n) 'Rata tat-teħid ta' self' tfisser ir-rata tat-teħid ta' self kif iddefinit fl-Artikolu 3(j) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(n) 'Rata tat-teħid ta' self' tfisser ir-rata tat-teħid ta' self kif iddefinit fl-Artikolu 3(j) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(o) 'Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja' tfisser l-evalwazzjoni tal-kapiċità ta' konsumatur li jaqdi l-obbligi tiegħu tad-dejn.

(o)Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tfisser l-evalwazzjoni tal-prospett li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim ta’ kreditu jitwettqu.

(p) 'Mezz durabbli' tfisser mezz durabbli kif iddefinit fl-Artikolu 3(m) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(p) 'Mezz durabbli' tfisser mezz durabbli kif iddefinit fl-Artikolu 3(m) tad-Direttiva 2008/48/KE.

(q) 'Stat Membru tad-domiċilju' tfisser:

(q) 'Stat Membru tad-domiċilju' tfisser:

(i) fejn il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu huwa persuna fiżika, l-Istat Membru li fih tkun tinsab ir-residenza tiegħu u li fih iwettaq in-negozju tiegħu;

(i) fejn il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu huwa persuna fiżika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

(ii) fejn il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk taħt il-dritt nazzjonali ma jkollux uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu.

(ii) fejn il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk taħt id-dritt nazzjonali li fih ikollu uffiċċju reġistrat u li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali.

(r) 'Stat Membru ospitanti' tfisser l-Istat Membru li fih il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkollu fergħa jew jipprovdi servizzi.

(r) 'Stat Membru ospitanti' tfisser l-Istat Membru li fih il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkollu fergħa jew jipprovdi servizzi.

 

(ra) 'Servizzi ta’ pariri’ tfisser l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet personali lil konsumatur rigward tranżazzjoni waħda jew diversi relatati ma’ ftehimiet ta’ kreditu u li jikkostitwixxi attività separata mill-għoti ta’ kreditu.

 

(rb) ‘Proprjetà reżidenzjali immobbli’ hija proprjetà immobbli maħsuba primarjament għal skopijiet reżidenzjali;

 

(rc) ‘Evalwatur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li, fl-eżerċizzju tas-sengħa, negozju jew professjoni tagħha, tagħmel valutazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli reżidenzjali jew tal-art fejn tinsab jew tista’ tinsab tali proprjetà immobbli reżidenzjali.

 

(rd) ‘Prattika ta’ rbit’ tfisser l-offerta ta’ servizz anċillari wieħed jew aktar mal-ftehim ta’ kreditu f’pakkett fejn il-ftehim ta’ kreditu ma jkunx disponibbli għall-konsumatur b’mod separat.

 

(re) 'Prattika ta’ abbinar (bundling)’ tfisser l-offerta ta’ servizz anċillari wieħed jew aktar mal-ftehim ta’ kreditu f’pakkett fejn il-ftehim ta’ kreditu ikun disponibbli għall-konsumatur b’mod separat ukoll, iżda mhux neċessarjament bl-istess termini jew kundizzjonijiet bħal dawk ta’ meta jiġi offrut flimkien mas-servizzi anċillari.

 

(rf) ‘Ammont totali tal-kreditu’ tfisser il-limitu massimu jew is-somom totali disponibbli taħt ftehim ta’ kreditu, irrispettivament jekk dawn jitħallsux lill-konsumatur jew lil parti terza;

 

(rg) ‘Self f’munita barranija’ tfisser self li hu:

 

(i) denominat f’munita li mhux dik li fiha l-konsumatur jirċievi d-dħul jew li fiha għandu l-assi li minnhom se jitħallas is-self; jew

 

(ii) denominat f’munita li mhux dik tal-Istat Membru ta’ residenza tal-konsumatur.

 

(rh) 'Self b’rata varjabbli’ tfisser ftehim ta’ kreditu fejn ir-rata tat-teħid tas-self għall-parti mill-ftehim jew għall-ftehim kollu mhux determinat biss minn perċentwal fiss miftiehem dwar il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu u normalment hu bbażat fuq iċ-ċaqliq ta’ indiċi sottostanti jew rata ta’ referenza indipendentement mill-eżistenza ta’ limiti minimi jew limiti massimi fl-evoluzzjoni tiegħu.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li jingħatawlhom is-setgħat kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom.

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-implimentazzjoni u l-infurzar ta din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li jingħatawlhom is-setgħat u r-riżorsi kollha ta’ investigazzjoni u sanzjonar meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom b’mod effiċjenti u effikaċi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura bħala kompetenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Artikoli 18, 19, 20 u 21 ta' din id-Direttiva jkunu waħda minn dawk l-awtoritajiet kompetenti inklużi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea).

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura bħala kompetenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Artikoli 18, 19, 19a, 20, 21, 22, 22a u 23 ta' din id-Direttiva jkunu:

 

(i) waħda mill-awtoritajiet kompetenti inklużi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea); jew

 

(ii) awtoritajiet nazzjonali oħra sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew regolamenti amministrattivi jirrikjedu lil dawk l-awtoritajiet li jikkooperaw mal-awtoritajiet li hemm referenza għalihom f’punt (i) fejn ikun meħtieġ biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u jindikaw kwalunkwe diviżjoni tat-dmirijiet rispettivi bejn awtoritajiet kompetenti differenti.

3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-ABE bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti u jindikaw kwalunkwe diviżjoni tat-dmirijiet rispettivi bejn awtoritajiet kompetenti differenti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-inqas darba fis-sena, u taġġornaha kontinwament fuq il-website tagħha.

2. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu effikaċement id-dmirijiet rispettivi tagħhom.

4. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib bejniethom u mal-ABE sabiex ikunu jistgħu jwettqu effikaċement id-dmirijiet rispettivi tagħhom.

 

5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri ta’ ġbir u ta’ skambju tal-informazzjoni mingħand dawk l-awtoritajiet, speċjalment għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku1 u tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi2.

 

______________

 

1 ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

 

2 ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Kapitolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu 1a

 

L-edukazzjoni finanzjarja

 

Artikolu 4a

 

L-edukazzjoni finanzjarja tal-konsumaturi

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri fis-seħħ biex jappoġġjaw l-edukazzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' self u ġestjoni tad-dejn responsabbli, b'mod partikolari fir-rigward ta' ftehimiet ta' kreditu.

 

2. Dokumenti ċari u informattivi għandhom ikunu provduti lil dawk kollha li se jixtru għall-ewwel darba, kif ukoll informazzjoni dwar aktar għajnuna minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u korpi superviżorji nazzjonali.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet konċernati kollha jkunu involuti b'mod adegwat fit-tfassil u l-iżvilupp tal-miżuri li hemm referenza għalihom f’dan l-Artikolu.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li meta kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jagħti, jintermedja jew jagħti pariri dwar kreditu u fejn ikun il-każ servizzi anċillari lill-konsumaturi, dan jaġixxi onestament, b'ġustizzja u professjonalment skont l-aħjar interess tal-konsumatur.

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li meta kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jfassal, jagħti jew jintermedja kreditu u, fejn ikun il-każ, servizzi anċillari lill-konsumaturi, jew meta jimplimenta ftehim ta’ kreditu, dan jaġixxi onestament, b'ġustizzja, bi trasparenza u professjonalment, filwaqt li jqis kif jixraq id-drittijiet u l-interessi tal-konsumatur. Dan għandu jinvolvi t-teħid tal-passi kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tal-konsumatur, filwaqt li titqies l-informazzjoni relevanti kollha relatata maċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-konsumatur u kwlaunkwe rekwiżit speċifiku li l-konsumatur ikun infurmah dwaru.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri jirremuneraw lill-persunal tagħhom u lill-intermedjarji tal-kreditu relevanti u l-mod li bih l-intermedjarji tal-kreditu jirremuneraw lill-persunal tagħhom ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu li jaġixxiu skont l-aħjar interess tal-konsumatur, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri jirremuneraw lill-persunal tagħhom u lill-intermedjarji tal-kreditu u l-mod li bih l-intermedjarji tal-kreditu jirremuneraw lill-persunal u lir-rappreżentanti maħtura tagħhom ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1.

 

2a. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiżguraw li r-remunerazzjoni għall-persunal responsabbli għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja hi konsistenti mal-politiki ta’ remunerazzjoni għall-persunal li jieħdu riskji stipulati fl-Anness V, taqsima 11, paragrafi 23(a) u 23(b) tad-Direttiva 2006/48/KE u mhix kontinġenti fuq l-għadd jew il-proporzjon ta’ applikazzjonijiet aċċettati;

 

2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħtura jipprovdu servizzi ta’ pariri, l-istruttura tar-remunerazzjoni għall-persunal involut m’għandhiex tippreġudika il-ħila tagħhom li jagħmlu rakkomandazzjoni oġġettiva u, b’mod partikolari, li r-riżultat ta’ dawn is-servizzi tal-pariri mhux kontinġenti fuq riżultati produttivi individwali jew miri tal-bejgħ.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

        Rekwiżiti minimi ta’ kompetenza        

Rekwiżiti minimi ta’ għarfien u kompetenza

1. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jesiġu li l-persunal tagħhom ikollhom livell xieraq ta’ għarfien u kompetenza relatati mat-tifsila tal-prodott, l-offerta u l-intermedjazzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, l-għoti ta’ pariri dwar ftehimiet ta’ kreditu jew l-għoti tagħhom. Fejn il-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu tinkludi servizz anċillari relatati magħha, dawn għandhom ikollhom l-għarfien u l-kompetenza xierqa relatati ma' dak is-servizz anċillari, inklużi dawk rekwiżiti mil-leġiżlazzjoni settorjali.

(a) Il-persunal tal-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jkollhom livell xieraq ta' għarfien u kompetenza marbuta mal-offerta u l-għoti ta' ftehimiet ta' kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 2, jew l-attività tal-intermedjazzjoni kreditizja kif iddefinit fl-Artikolu 3(e). Fejn il-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu tinkludi servizz anċillari marbut miegħu, partikolarment assigurazzjoni jew servizzi ta' investiment, dawn għandhom ukoll ikollhom l-għarfien u l-kompetenza xierqa marbuta ma' dak is-servizz anċillari sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/92/KE.

 

(b) Il-persuni fiżiċi fil-maniġment tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu li huma responsabbli għal jew li għandhom rwol fl-intermedjazzjoni, il-pariri jew l-approvazzjoni tal-ftehim tal-kreditu, ikollhom għarfien u kompetenza marbuta mal-ftehimiet ta' kreditu.

 

(c) Il-kredituri u l-intermedjarji jiġu mmonitorjati sabiex jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) ikunux rispettati l-ħin kollu.

 

2. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-livell xieraq tal-għarfien u l-kompetenzi huwa ddeterminat abbażi ta' kwalifiki jew esperjenza rrikonoxxuti.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi tal-għarfien u l-kompetenzi għall-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u persunal tar-rappreżentanti maħtura skont il-prinċipji stipulati fl-Anness III.

 

2a. Fejn kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jipprovdi s-servizzi tiegħu fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar:

 

(i) permezz ta’ fergħa, l-Istat Membru ospitanti għandu jkun responsabbli li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-għarfien u l-kompetenzi minimi applikabbli għall-persunal ta’ fergħa;

 

(ii) fl-ambitu tal-libertà ta' forniment ta' servizzi, l-Istat Membru ta’ domiċilju għandu jkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ konformità mar-rekwiżiti minimi tal-għarfien u l-kompetenzi applikabbli għall-persunal skont l-Anness III, ħlief għal dawk ir-rekwiżiti li hemm referenza għalihom fl-Anness III paragrafi 1(a), 1(b), 1(c) 1(e), 1(f), 1(h), 2 u 3 li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti.

 

2b. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikollhom jagħmlu t-taħriġ professjonali fuq bażi kontinwa, biex jaġġornaw u jivvalidaw l-għarfien u l-kompetenza tagħhom.

3. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jagħmlu pubbliċi l-kriterji li jkunu stabbilew sabiex il-persunal tal-intermedjarji tal-kreditu jew il-kredituri jilħqu r-rekwiżiti ta' kompetenza tagħhom. Dawn il-kriterji għandhom jinkludu lista ta' kwalunkwe kwalifiki rikonoxxuti.

 

4. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika r-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u partikolarment ir-rekwiżiti neċessarji għall-għarfien u l-kompetenza xierqa.

 

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tirrikjedi l-indikazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta' imposta fir-reklamar ta’ ftehim ta' kreditu li ma jindikax rata ta’ imgħax jew kwalunkwe figura relatata ma’ kwalunkwe kost tal-kreditu għall-konsumatur fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva għall-Kreditu tal-Konsumatur.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni standard għandha tispeċifika b'mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta' eżempju rappreżentattiv dan li ġej:

2. L-informazzjoni standard tispeċifika b'mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta' eżempju rappreżentattiv:

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 4 (2) tad-Direttiva għall-Kreditu tal-Konsumatur.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li l-prodott reklamat huwa ftehim ta' kreditu u li fejn applikabbli huma ggarantit jew b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli reżidenzjali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ipoteki ġeneralment ma jinbigħux direttament fuq il-bażi ta' reklam. Ir-riċerka tas-suq turi li l-konsumaturi jiftakru ftit ferm mill-informazzjoni mir-reklamar ipotekarju, għalhekk ikun aktar effettiv li wieħed jiffoka fuq xi prinċipji prinċipali.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-rata tat-teħid ta' self, b'indikazzjoni jekk hix fissa jew varjabbli jew it-tnejn, flimkien mad-dettalji dwar kwalunkwe imposta inkluża fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;

(c) ir-rata tat-teħid ta' self, b'indikazzjoni jekk hix fissa jew varjabbli jew it-tnejn, flimkien mad-dettalji dwar kwalunkwe imposta inkluża fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur; ir-rata perċentwali annwali ta' imposta għandu jkollha tal-anqas l-istess prominenza viżiva fir-reklam daqs kwalunkwe informazzjoni numerika oħra;

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) id-duratura tal-ftehim tal-kreditu;

(f) jekk applikabbli, id-duratura tal-ftehim tal-kreditu;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 4(2)(f) tad-Direttiva tal-Kreditu għall-Konsumaturi.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-ammont tal-pagamenti akkont;

(g) jekk applikabbli, l-ammont tal-pagamenti akkont;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 4(2)(f) tad-Direttiva tal-Kreditu għall-Konsumaturi.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

imħassar

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) twissija fejn applikabbli, dwar ir-riskju li tintilef il-proprjetà immobbli fil-każ li ma jiġux osservati l-impenji marbuta mal-ftehim tal-kreditu meta l-kreditu jkun iggarantit b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew iggarantit bi dritt marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dettaljat wisq għar-reklamar, u ma jikkorrispondix mal-immaġni tal-konsumatur matur.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni standard għandha tkun leġġibbli b'mod faċli jew tinstema ċar skont il-każ, skont il-mezz użat għar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni.

L-informazzjoni standard għandha tkun leġġibbli b'mod faċli jew tinstema ċar skont il-każ, skont il-mezz użat għar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni.

 

Kwalunkwe informazzjoni provduta fir-reklamar kollu għandha taderixxi mal-eżempju rappreżentattiv muri.

 

L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji li jiddefinixxu eżempju rappreżentattiv.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika aktar il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard li għandha tkun inkluża fir-reklamar.

imħassar

Partikolarment il-Kummissjoni, meta tadotta dawn l-atti delegati għandha temenda, fejn meħtieġ, il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulata fil-paragrafi 2(a) sa (i) ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Irbit u prattiki kummerċjali inġusti relatati

 

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu prattiki ta’ abbinar (bundling) iżda mhux prattiki ta’ rbit (tying).

 

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu prattiki ta’ rbit fejn il-kredituri jesiġu l-ftuħ jew iż-żamma ta' kont ta' pagamenti jew ta’ prodott tat-tfaddil fejn dan ikun parti integrata għalkollox tal-kreditu jew li l-uniku skop tiegħu ikun li jakkumula l-kapital għal ripagament jew servizz tal-kreditu, jew li jikkonkludi ftehim ta’ kreditu separat flimkien ma’ ftehim ta’ kreditu ta' ekwità kondiviża. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kredituri li jesiġu li l-konsumatur ikollu polza ta’ assigurazzjoni relevanti u li jirrifjutaw li jagħtu l-kreditu meta l-l-konsumatur ma jkollux polza ta’ assigurazzjoni b’karatteristiċi simili għal dawk offruti mill-fornitur preferut tal-kreditur.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ġenerali dwar il-ftehimiet ta' kreditu tqiegħed għad-disponizzjoni mill-kredituri jew fejn applikabbli mill-intermedjarji tal-kreditu l-ħin kollu b'mezz durabbli jew f'forma elettronika.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ġenerali aċċessibbli u komprensibbli dwar il-ftehimiet ta' kreditu titqiegħed għad-disponizzjoni mill-kredituri u tiġi provduta lill-konsumatur, mingħand il-kreditur fil-każ ta’ bejgħ dirett, jew mingħand l-intermedjarju tal-kreditu l-ħin kollu fuq karta jew b’mezz ieħor durabbli jew, fuq talba, f'forma elettronika.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar min huwa responsabbli mill-abbozzar ta' dan id-dokument. L-intermedjarji m'għandhomx neċessarjament aċċess għall-informazzjoni relevanti kollha. Għalhekk għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kreditur li jipprovdi din l-informazzjoni lill-intermedjarju jew - jekk il-kreditur ikun qed iqassam direttament - direttament lill-konsumatur.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) forom ta garanzija;

(c) forom ta' garanzija, inkluża l-possibilità li l-kollaterali jkun allokat fi Stat Membru differenti;

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) eżempju indikattiv tal-kost totali tal-kreditu għall-konsumaturi u rata perċentwali annwali tal-imposti;

(g) eżempju rappreżentattiv tal-kost totali tal-kreditu għall-konsumaturi u rata perċentwali annwali tal-imposti;

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) indikazzjoni ta’ kostijiet addizzjonali possibbli, bħal dawk relatati mar-reġistrazzjoni tal-ipoteki jew garanziji kumparabbli oħra;

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) jekk hemmx possibbiltà ta' ripagament bikri u fejn applikabbli deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet marbuta mar-ripagament bikri;

(i) deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet marbuta mar-ripagament bikri;

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) dettallji dwar kif tista' tinkiseb informazzjoni dwar ħelsien mit-taxxa fuq l-imgħax tal-ftehim tal-kreditu jew sussidji pubbliċi oħra.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-obbligu tal-għoti ta’ din l-informazzjoni jmur kontra l-immaġni tal-konsumatur matur u, barra minn hekk, jista’ jirrappreżenta xkiel għas-suq intern. Ukoll, l-emenda tallinja t-test mad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu li permezz tiegħu pagamenti magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat tal-ammont totali ta' kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u taħt kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta' kreditu jew fi ftehim anċillari, l-informazzjoni prekuntrattwali meħtieġa taħt il-paragrafu 2 għandha tinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehimiet ta' kreditu ma jipprevedux garanzija għar-radd lura tal-ammont totali ta' kreditu miġbud taħt il-ftehim ta' kreditu, sakemm ma tingħatax tali garanzija.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 5 (5) tad-Direttiva għall-Kreditu tal-Konsumatur.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur u fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu, mingħajr dewmien bla ħtieġa wara li konsumatur ikun ta l-informazjzoni neċessarja dwar il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-preferenzi tiegħu skont l-Artikolu 14, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni personalizzata meħtieġa biex iqabbel il-krediti disponibbli fis-suq, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jikkonkludix ftehim ta' kreditu. Tali informazzjoni, fuq il-karta jew fuq mezz durabbli ieħor, għandha tingħata permezz tal-Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS) kif stipulat fl-Anness II.

imħassar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta offerta li torbot lill-kreditur tingħata lill-konsumatur, din għandha tkun akkumpanjata minn FEIS. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehim tal-kreditu ma jistax jiġi konkluż sakemm il-konsumatur ikollu biżżejjed ħin biex iqabbel l-offerti, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jaċċettax l-offerta, irrilevanti mill-mezz tal-konklużjoni tal-kuntratt.

 

Il-kreditur u fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jitqiesu li jkunu issodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-għoti tal-informazzjoni lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta' kuntratt ta' distanza kif stipulat fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE meta jkunu taw il-FEIS.

 

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur jew fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu jista' jipprovdi lill-konsumatur għandha tingħata f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-FEIS.

 

3. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex temedna l-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-kontenut u l-format tal-FEIS stipulati fl-Anness II.

 

Partikolament dawn l-atti delegati għandhom fejn meħtieġ:

 

(a) jemendaw il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

 

(b) iħassru kwalunkwe mill-oġġett tal-informazzjoni stipulat fl-Anness II;

 

(c) jagħmlu żidiet fil-lista tal-oġġett tal-informazzjoni stipulata fl-Anness II;

 

(d) jemendaw il-preżentazzjoni tal-kontenuti fil-FEIS kif stipulat fl-Anness II;

 

(e) jelaboraw fuq l-istruzzjonijiet għall-kompletezza tal-FEIS kif stipulat fl-Anness II.

 

4. Fil-każ ta' komunikazzjonijiet bit-telefown bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li ser jingħata skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 3(3)(b) ta' dik id-Direttiva għandha tinkludi tal-inqas l-oġġetti msemmija fil-Parti A tat-taqsimiet (2), (3), (4), u (5) tal-Anness II.

 

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu, fuq rikwest mill-konsumatur, jipprovdi lill-konsumatur b'koppja tal-abbozz tal-ftehim tal-kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każijiet fejn il-kreditur ma jkunx lest fil-mument tat-talba, li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu mal-konsumatur.

 

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 5 (5) tad-Direttiva għall-Kreditu tal-Konsumatur.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9 a

 

Informazzjoni prekuntrattwali

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni personalizzata meħtieġa biex dan ikun jista’ jqabbel il-krediti disponibbli fis-suq, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk għandux jikkonkludi ftehim ta' kreditu:

 

(a) mingħajr dewmien bla ħtieġa wara li l-konsumatur ikun ta l-informazzjoni neċessarja dwar il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-preferenzi tiegħu skont l-Artikolu 14; u

 

(b) minn żmien adegwat qabel ma l-konsumatur ikun marbut bi kwalunkwe ftehim ta’ kreditu jew offerta; tali informazzjoni, fuq karta jew mezz durabbli ieħor, għandha tingħata bla ħlas permezz tal-Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS), kif stipulat fl-Anness II.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta offerta li torbot tingħata lill-konsumatur, din għandha tkun provduta b’mezz durabbli u tkun akkumpanjata minn FEIS jekk il-konsumatur ma jkunx provdut b’wieħed preċedentement jew jekk il-karatteristiċi tal-offerta jkunu differenti minn dawk tal-FEIS li jkun ġie provdut preċedentement.

 

2. L-Istat Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu 14-il jum biex iqabbel l-offerti, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan il-perjodu jista’ jitqies jew bħala perjodu fejn l-offerta tibqa’ vinkolanti fuq il-kreditur qabel l-iffirmat tal-ftehim tal-kreditu jew bħala dritt ta’ rtirar mingħajr kostijiet ulterjuri. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li konsumaturi li jixtiequ jagħmlu dan ikunu jistgħu jaċċettaw l-offerta qabel ma jintemm il-perjodu ta’ 14-il jum. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li d-dritt ta’ rtirar jista’ jonqos jew ma jibqax japplika jekk il-konsumatur jieħu xi azzjoni li fl-ambitu tal-liġi nazzjonali tirriżulta fil-ħolqien jew it-trasferiment ta’ dritt fuq proprjetà konness ma', jew permezz, tal-użu tal-fondi miksuba fl-ambitu tal-ftehim ta' kreditu jew f’każijiet fejn il-ftehim ta’ kreditu hu, skont il-liġi tal-Istat Membru, stabbilit permezz ta’ sistema li tinvolvi detentur ta’ kariga pubblika jew aġent pubbliku li jkollu obbligu statutorju li jkun indipendenti u imparzjali u li jrid jiżgura, billi jipprovdi lill-konsumatur b’informazzjoni kuntrattwali u legali personalizzata u komprensiva, li l-konsumatur ma jikkonkludix il-ftehim għajr abbażi ta’ kunsiderazzjoni legali b’reqqa u b’għarfien tal-kamp ta’ applikazzjoni legali tiegħu.

 

Il-kreditur u, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu m’għandhomx jitqiesu li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-għoti tal-informazzjoni lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta' kuntratt b’distanza kif stipulat fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE għajr meta jkunu tal-inqas ipprovdew l-FEIS qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

 

L-Istati Membri m’għandhomx jimmodifikaw l-FEIS ħlief fejn l-Istati Membri jesiġu li tagħrif addizzjonali, inklużi twissijiet legali, jiġi provdut lill-konsumatur. F’dan il-każ, dan it-tagħrif jista’ jiġi anness mal-FEIS.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 26, biex temenda l-punti ta’ informazzjoni standard stipulati fl-Artikolu 9 u fir-rigward tal-FEIS stipulati fl-Anness II biex:

 

(a) tissupplimenta u temenda l-lista ta’ punti ta’ informazzjoni stipulata fl-Anness II;

 

(b) taġġorna l-preżentazzjoni tal-kontenut tal-FEIS kif stipulat fl-Anness II;

 

(c) tissupplimenta u taġġorna l-istruzzjonijiet għall-kompletezza tal-FEIS kif stipulat fl-Anness II.

 

4. Fil-każ ta' komunikazzjonijiet telefoniċi bil-vuċi, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/65/KE, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi prinċipali tas-servizz finanzjarju li jkun ser jingħata skont it-tieni inċiż ta’ punt (b) tal-Artikolu 3(3) ta' dik id-Direttiva għandha tinkludi tal-inqas il-punti msemmija fil-Parti A Taqsimiet (2), (3), (4), u (5) tal-Anness II.

 

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jipprovdi lill-konsumatur b’kopja, b’mezz durabbli u mingħajr ħlas, tal-abbozz tal-ftehim ta’ kreditu. Din id-dispożizzjoni m' għandhiex tapplika jekk il-kreditur, fil-ħin tat-talba, ma jkunx lest li li jikkonkludi ftehim ta' kreditu mal-konsumatur.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9 b

 

Eżekuzzjoni u formalizzazzjoni tal-ftehim ta’ kreditu

 

Rigward l-eżekuzzjoni u l-formalizzazzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, il-kumpanija evalwata jew li tevalwa, in-nutara, il-konsulenti legali jew kwalunkwe fornitur ieħor għandhom jintgħażlu bi ftehim reċiproku tal-partijiet.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel ma jitwettqu kwalunkwe servizzi elenkati fl-Artikolu 3(e), intermedjarju tal-kreditu għandu jipprovdi lill-konsumatur b'tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel ma jitwettqu kwalunkwe servizzi elenkati fl-Artikolu 3(e), intermedjarju tal-kreditu għandu jipprovdi lill-konsumatur, mingħajr ħlas, b’tal-anqas l-informazzjoni li ġejja, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor:

(a) l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-intermedjarju tal-kreditu;

(a) l-identità u l-indirizz ġeografiku tal-intermedjarju tal-kreditu;

(b) ir-reġistru li jkun ġie inkluż fih u l-mezzi biex jivverifika li jkun ġie rreġistrat;

(b) ir-reġistru li jkun ġie inkluż fih, in-numru ta’ reġistrazzjoni, fejn applikabbli, u l-mezzi biex jivverifika li jkun ġie rreġistrat;

(c) meta jkun qed jaġixxi ta' intermedjarju tal-kreditu marbut għandu jidentifika lilu nnifsu bħala tali u fuq talba tal-konsumatur, jipprovdi l-ismijiet tal-kreditur(i) li jkun qed jaġixxi f'isimhom;

(c) meta jkun marbut ma’ kreditur wieħed jew aktar, għandu jidentifika lilu nnifsu bħala tali u jipprovdi l-ismijiet tal-kreditur(i) li jkun qed jaġixxi f'ismu/f'isimhom;

(d) jekk għandux xi parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta aktar minn 10% tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital fil-kreditur konċernat;

(d) jekk joffrix is-servizz ta' pariri u jekk iva, jindika meta l-għoti ta' dan is-servizz ikun obbligatorju skont l-Artikolu 17;

(e) jekk il-kreditur konċernat jew l-impriza prinċipali tal-kreditur konċernat għandhiex parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta aktar minn 10% tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital fl-intermedjarju tal-kreditu;

 

(f) fejn applikabbli, it-tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu;

(e) fejn applikabbli, it-tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu jew kreditur għas-servizzi tiegħu, jew il-bażi li fuqha tiġi kkalkulata din it-tariffa;

(g) il-proċeduri li jippermettu lill-konsumaturi u lill-partijiet l-oħra interessati li jirreġistraw ilmenti dwar intermedjarji tal-kreditu u fejn xieraq il-mezzi li bihom tista' titfittex azzjoni ta' rivalsa għal proċeduri ta' ilment u rimedju barra mill-qorti;

(f) il-proċeduri li jippermettu lill-konsumaturi u lill-partijiet l-oħra interessati li jirreġistraw ilmenti internament u fejn xieraq il-mezzi li bihom tista' titfittex azzjoni ta' rivalsa għal proċeduri ta' ilment u rimedju barra mill-qorti;

(h) għal dawk l-intermedjarji tal-kreditu li mhumiex marbuta, l-eżistenza ta' kummissjonijiet, fejn applikabbli pagabbli mill-kreditur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu.

(g) għal dawk l-intermedjarji tal-kreditu li mhumiex marbuta, l-eżistenza ta' kummissjonijiet jew inċentivi oħra, fejn applikabbli pagabbli mill-kreditur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu.

2. L-itermedjarji tal-kreditu li mhumiex marbuta għandhom fuq talba tal-konsumatur jipprovdu l-informazzjoni dwar il-varjazzjoni fil-livelli ta' kummissjoni pagabbli mill-kredituri differenti li jipprovdu l-ftehimiet tal-kreditu li jkunu qed jiġu offruti lill-konsumatur. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat li għandu d-dritt jitlob din l-informazzjoni.

2. L-itermedjarji tal-kreditu li mhumiex marbuta għandhom fuq talba tal-konsumatur jipprovdu l-informazzjoni dwar il-varjazzjoni fil-livelli ta' kummissjoni pagabbli mill-kredituri differenti li jipprovdu l-ftehimiet tal-kreditu li jkunu qed jiġu offruti lill-konsumatur. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat li għandu d-dritt jitlob din l-informazzjoni.

3. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex taġġorna l-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni dwar l-intermedjarji tal-kreditu li għandha tingħata lill-konsumatur, kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk ikun hemm tariffa pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu, din tiġi komunikata lill-kreditur mill-intermedjarju tal-kreditu, għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta.

Partikolarment il-Kummissjoni, meta tadotta dawn l-atti delegati għandha temenda, fejn meħtieġ, il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3a. Fejn l-intermedjarju tal-kreditu jitlob ħlas ta’ tariffa u jirċievi wkoll kummissjoni mingħand il-kreditur, dan għandu jispjega lill-konsumatur jekk il-kummissjoni titnaqqasx kollha jew parzjalment mill-ammont tat-tariffa.

Partikolarment il-Kummissjoni, meta tadotta dawn l-atti delegati għandha temenda, fejn meħtieġ, il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3b. L-Istati Membri għandhom jesiġu lill-intermedjarju tal-kreditu li jiżgura li apparti l-iżvelar mitlub permezz ta’ dan l-artikolu, rappreżentant maħtur jiżvela l-kapaċità li fiha qed jaġixxi u l-intermedjarju tal-kreditu li qed jirrappreżenta meta jikkuntattja lil konsumatur jew qabel ma jitratta ma’ konsumatur.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu jipprovdu spejazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-ftehim(iet) tal-kreditu propost(i) u kwalunkwe prodott(i) anċillari, sabiex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni li tippermettilu jivvaluta jekk il-ftehimiet tal-kreditu proposti humiex adatti għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Spejazzjoni adegwata għandha tinkludi l-għoti tal-informazzjoni personalizzata dwar il-karatteristiċi tal-krediti offruti, mingħajr madankollu ma tifformula l-ebda rakkomandazzjoni. Il-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jivvalutaw preċiżament il-livell tal-għarfien u l-esperjenza bil-kreditu tal-konsumatur bi kwalunkwe mezz neċessarju ħalli l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkun jista' jiddetermina l-livell ta' spjegazzjonijiet li għandhom jingħataw lill-konsumatur u jaġġusta dawn l-ispjegazzjonijiet skont il-każ.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu jew ir-rappreżentanti maħtura tagħhom jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-ftehim(iet) tal-kreditu propost(i) u kwalunkwe prodott(i) anċillari, sabiex il-konsumatur ikun fpożizzjoni li tippermettilu jivvaluta jekk il-ftehimiet tal-kreditu proposti u servizzi anċillari humiex adatti għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. L-ispjegazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni prekuntrattwali inkluż l-FEIS, il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti, u l-effetti speċifiċi li jista’ jkollhom fuq il-konsumatur, inklużi l-konsegwenzi ta’ inadempjenza ta' ħlas min-naħa tal-konsumatur u, fejn is-servizzi anċillari huma abbinati (bundled) ma’ ftehim ta’ kreditu, jekk kull komponent jistax jiġi terminat separatament, u l-kundizzjonijiet biex isir dan.

2. Dawn l-ispjegazzjonijiet adegwati għandhom jinkludu tal-inqas spjegazzjoni tal-informazzjoni u t-termini inklużi fl-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata skont l-Artikolu 9 u 10 u tal-konsegwenzi li l-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu jista' jkollha fuq il-konsumatur, fosthom fil-każ ta' inadempjenza fil-pagamenti mill-konsumatur.

2. L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih u sa fejn trid tingħata l-assistenza li hemm referenza għaliha f’paragrafu 1, kif ukoll min għandu jipprovdi tali assistenza, għaċ-cirkostanzi tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-ftehim ta' kreditu, il-persuna li lilha qed jiġi offrut u t-tip ta' kreditu offrut.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rata perċentwali annwali tal-imposti, li hi ekwivalenti, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti tal-impenji kollha (prelevament ta’ kreditu, ripagamenti u imposti), futuri jew eżistenti, mifthiema bejn il-kreditur u l-konsumatur, għandha tiġi kkalkolata skont il-formola matematika stipulata fl-Anness I.

1. Ir-rata perċentwali annwali tal-imposti, li hi ekwivalenti, fuq bażi annwali, għall-valur preżenti tal-impenji kollha (prelevament ta’ kreditu, ripagamenti u imposti), futuri jew eżistenti, mifthiema bejn il-kreditur u l-konsumatur, għandha tiġi kkalkolata skont il-formola matematika stipulata fl-Anness I.

2. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti, il-kost totali tal-kreditu għall-konsumantur għandu jiġi ddeteminat bl-esklużjoni tal-imposti pagabbli mill-konsumatur f'kaz li jonqos milli jissodisfa kwalunkwe mill-impenji tiegħu stipulati fil-ftehim tal-kreditu.

2. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti, il-kost totali tal-kreditu għall-konsumantur għandu jiġi ddeteminat bl-eċċezzjoni tal-imposti pagabbli mill-konsumatur f'kaz li jonqos milli jissodisfa kwalunkwe mill-impenji tiegħu stipulati fil-ftehim tal-kreditu.

Meta l-ftuħ ta’ kont ta’ pagament ikun obbligatorju sabiex jinkiseb il-kreditu, il-kostijiet biex jinżamm dan il-kont, il-kostijiet tal-użu ta’ mezz ta’ pagament kemm għal tranżazzjonijiet ta’ pagament u ta’ prelevament ta’ kreditu minn dak il-kont, u kostijiet oħrajn relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tas-selfa lill-konsumatur sakemm il-kostijiet ma jkunux intwerew b’mod ċar u separatament fil-ftehim tal-kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

Il-kostijiet tal-ftuħ u taż-żamma ta’ kont, tal-użu ta’ mezz ta’ pagament kemm għal tranżazzjonijiet ta’ prelevament ta’ kreditu minn dak il-kont, u kostijiet oħrajn relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament għandhom jiġu inklużi fil-kost totali kull meta l-ftuħ jew iż-żamma ta’ kont huma obbligatorji biex jinkiseb il-kreditu jew biex dan jinkiseb bit-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjalizzati, sakemm il-kostijiet ma jkunux intwerew b’mod ċar u separatament fi ftehim konkluż mal-konsumatur.

3. Il-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li l-ftehim tal-kreditu ser jibqa' validu għall-perjodu miftiehem u l-kreditur u l-konsumatur ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim tal-kreditu.

3. Il-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li l-ftehim tal-kreditu ser jibqa' validu għall-perjodu miftiehem u l-kreditur u l-konsumatur ser jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt it-termini u sad-dati speċifikati fil-ftehim tal-kreditu. Fejn rata fissa għat-teħid tas-self tkun miftehma għal perjodu limitat, rata perċentwali annwali unika tal-imposti tista’ tiġi kkalkolata biss għall-perjodu fiss.

4. Fil-każ ta' ftehimiet ta' kreditu li jkollhom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tat-teħid tas-self u, fejn applikabbli, l-imposti fir-rata perċentwali annwali tal-imposti iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-ħin tal-kalkolazzjoni, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li r-rata tat-teħid tas-self u imposti oħrajn ser jiġu kkalkolati fil-livell stipulat mal-firma tal-kuntratt.

4.Għal perjodi ta' ftehimiet ta' kreditu li b’mod mhux kundizzjonat jippermettu rati tat-teħid tas-self aġġustibbli bbażati fuq fatturi esterni, u, fejn applikabbli, varjazzjonijiet fl-imposti inklużi fir-rata perċentwali annwali tal-imposti iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-ħin tal-kalkolazzjoni, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tiġi kkalkolata taħt assunzjonijiet differenti, filwaqt li jiġi evitat tagħwiġ kompetittiv fis-suq:

 

(a) darba fuq is-suppożizzjoni li r-rata tat-teħid tas-self u imposti oħrajn ser jiġu kkalkolati fil-livell iddeterminat mal-firma tal-kuntratt;

 

(b) darba bbażat fuq l-aqwa xenarju possibbli msejjes fuq id-data taċ-ċaqliq fir-rati tal-imgħax matul l-aħħar 20 sena jew minn meta tkun disponibbli d-data sottostanti għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax;

 

(c) darba bbażat fuq l-agħar xenarju possibbli msejjes fuq id-data taċ-ċaqliq differenti fir-rati tal-imgħax matul l-aħħar 20 sena jew minn meta tkun disponibbli d-dejta sottostanti għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax.

5. Qegħdin jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28, biex temenda l-formula u s-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkolata r-rata perċentwali annwali tal-imposti kif stipulat fl-Anness I.

4a. Fil-każ li l-ftehim ta’ kreditu jirrigwarda self f’munita barranija, ir-rata perċentwali annwali tal-imposta għandha tinħadem darba fuq is-suppożizzjoni li r-relazzjoni bejn il-munita tas-self u l-munita nazzjonali hu fil-livell determinat waqt l-iffirmar tal-kuntratt u darba abbażi ta’ xenarju msejjes fuq is-suppożizzjoni li l-munita nazzjonali titlef 20 % tal-valur tagħha fir-rigward tal-munita tas-self.

Il-Kummissjoni għandha, meta tadotta dawn l-atti delegati, temenda, fejn meħtieġ, il-formula jew is-suppożizzjonijiet stipulati fl-Anness I, partikolament jekk is-suppożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Anness I ma jkunux biżżejjed biex tiġi kkalkolata r-rata perċentwali annwali tal-imposti b'mod uniformi jew ikunux għadhom adatti għas-sitwazzjoni kummerċjali fis-suq.

5. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 26 biex temenda r-rimarki jew taġġorna s-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkulata r-rata perċentwali annwali ta’ imposti kif stipulata fl-Anness I, partikolament jekk is-suppożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Anness I ma jkunux biżżejjed biex tiġi kkalkolata r-rata perċentwali annwali tal-imposti b'mod uniformi jew ikunux għadhom adatti għas-sitwazzjoni kummerċjali fis-suq.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, il-partijiet jistgħu jiftehmu fil-ftehim tal-kreditu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur perjodikament f'każijiet fejn il-bidla fir-rata tat-teħid tas-self tkun korrelata direttament ma' bidla f'rata ta' referenza, u r-rata ta' referenza l-ġdida ssir pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi xierqa u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza l-ġdida tinżamm ukoll disponibbli fl-uffiċċji tal-kreditur.

2. Madankollu, il-partijiet jistgħu jiftehmu fil-ftehim tal-kreditu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur perjodikament f'każijiet fejn il-bidla fir-rata tat-teħid tas-self tkun korrelata direttament ma' bidla f'rata ta' referenza, u r-rata ta' referenza l-ġdida ssir pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi xierqa u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza l-ġdida tinżamm ukoll disponibbli fl-uffiċċji tal-kreditur, u tkun komunikata personalment lill-konsumatur flimkien mal-ammont tar-rati mensili l-ġodda. Il-kreditur jista' jkompli jinforma lill-konsumaturi perjodikament dwar bidliet fir-rata tat-teħid tas-self, meta r-rata tat-teħid tas-self ma tikkorelatax direttament ma' bidla fir-rata ta' referenza, jekk tali dispożizzjonijiet kienu fis-seħħ qabel ...*.

 

_____________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

F’xi Stati Membri, il-konsumaturi jistgħu jiġu mgħarrfa b’tibdiliet tali tar-rata tat-teħid tas-self permezz ta’ ġurnali nazzjonali. Meta użanza ta’ dan it-tip tkun diġa stabbilita u rikonoxxuta b’mod ġenerali, l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt iżomm dan l-arranġament.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta bidliet fir-rata tat-teħid tas-self ikunu determinati permezz ta' rkant fis-swieq kapitali u għalhekk ikun impossibbli li l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar xi bidla qabel din tidħol fis-seħħ, il-kreditur għandu, kmieni bizżejjed qabel l-irkant, jinforma lill-konsumatur bil-miktub dwar il-proċedura li tkun se ssir u l-livell mistenni tar-rata l-ġdida tat-teħid tas-self.

Ġustifikazzjoni

Jekk bidliet fir-rata tat-teħid tas-self jiġu determinati minn irkant fis-swieq kapitali, il-kreditur ma jkunx jaf ir-rata l-ġdida eżatta sakemm ma jkunx għalaq l-irkant u jkunu nbiegħu l-bonds.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu, il-kreditur iwettaq valutazzjoni dettaljata tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta’ kriterji li jinkludu l-introjtu, it-tfaddil, id-dejn u impenji finanzjarji oħra tal-konsumatur. Dik l-valutazzjoni għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni neċessarja, miksuba mill-kreditur jew, fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu mingħand il-konsumatur u minn sorsi interni u esterni rilevanti u għandha tirrispetta r-rekwiżiti fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità stipulati fl-Artikolu 6 tad-Dirtettiva 95/46/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jistabbilixxu proċessi adatti għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dawn il-proċessi għandhom jiġi riveduti f'intervalli regolari u għandhom jinżammu reġistrazzjonijiet aġġornati ta' dawn il-proċessi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu, il-kreditur jivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta’ kriterji oġġettivi biex jivverifika l-prospett li l-konsumatur iwettaq l-obbligi tiegħu skont il-ftehim ta’ kreditu. L-informazzjoni li fuqha tkun imsejsa l-valutazzjoni għandha tkun dokumentata u miżmuma1.

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn kreditur ikun naqas milli jwettaq kif jixraq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja kif deskritta f’dan l-Artikolu u sussegwentement ta ftehim ta’ kreditu abbażi ta’ dik il-valutazzjoni inkorretta tal-affidabbiltà kreditizja, il-ftehim ta’ kreditu m’għandux wara jiġi kanċellat jew mibdul għad-detriment tal-konsumatur b’riżultat.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw dan li ġej:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) Fejn il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur tirriżulta fi prospett negattiv tal-kapaċità tiegħu li jħallas lura l-kreditu matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu, il-kreditur għandu jirrifjuta l-kreditu.

(a) Il-kreditur ma jagħmilx il-kreditu disponibbli għall-konsumatur għajr fejn ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim ta’ kreditu aktarx li jitwettqu bil-mod meħtieġ skont dak il-ftehim.

(b) Meta l-applikazzjoni tal-kreditu tiġi rrifjutata, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas dwar ir-raġunijiet tar-rifjut.

 

(c) Skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/EC, il-kreditur jinforma minn qabel lill-konsumatur li ser tiġi kkonsultata bażi tad-dejta.

(c) Skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/EC, il-kreditur jinforma minn qabel lill-konsumatur li ser tiġi kkonsultata bażi tad-dejta.

(d) Meta applikazzjon għal kreditu tiġi rrifjutata abbażi tad-dejta li jkun fiha, jew in-nuqqas tagħha, f'bażi tad-dejta li tkun ġiet ikkonsultata, il-kreditur jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas bl-isem tal-bażi ta' dejta li tkun ġiet ikkonsultata kif ukoll tal-kontrollatur tagħha u bid-dritt tiegħu li jaċċessaha u fejn meħtieġ bid-dritt tiegħu li jikkoreġi d-dejta tiegħu f'dik il-bażi tad-dejta.

(d) Jekk ir-rifjut ta' applikazzjoni ta' kreditu jkun ibbażat fuq il-konsultazzjoni ta' bażi tad-dejta, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta' tali konsultazzjoni u bil-partikolaritajiet tal-bażi tad-dejta kkonsultata.

(e) Mingħajr preġudizzju għad-dritt ġenerali ta' aċċess fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE, fejn l-applikazzjoni tiġi rrifjutata abbażi ta' deċiżjoni awtomatika jew deċiżjoni bbażata fuq metodi bħal skor kreditizju awtomatiku, il-kreditur jinforma minnufih lill-konsumatur u mingħajr ħlas u li l-kreditur jispjega lill-konsumatur il-loġika użata fid-deċiżjoni awtomatika.

(e) Mingħajr preġudizzju għad-dritt ġenerali ta' aċċess fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE, fejn l-applikazzjoni tiġi rrifjutata abbażi ta' deċiżjoni awtomatika jew deċiżjoni bbażata fuq metodi bħal skor kreditizju awtomatiku, il-kreditur għandu jinnotifika lill-konsumatur b’dan minnufih u mingħajr ħlas.

(f) Il-konsumatur għandu l-opportunità li jitlob li d-deċiżjoni tiġi rriveduta manwalment.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-partijiet iqisu żidiet fl-ammont totali ta’ kreditu mogħti lill-konsumatur wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, l-informazzjoni finanzjarja għad-dispożizzjoni tal-kreditur dwar il-konsumatur tkun aġġornata u l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur ivvalutata mill-ġdid qabel ma tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali tal-kreditu.

 

4. Barra milli jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sitwazzjoni personali u finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-għanijiet tiegħu u jqisu għadd kbir biżżejjed ta' ftehimiet ta' kreditu mill-firxa tagħhom ta' prodotti sabiex jidentifikaw prodotti li mhumiex mhux adatti għall-konsumatur fid-dwal tal-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tiegħu. Dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni li dak il-ħin tkun aġġornata u fuq suppożizzjonijiet raġonevoli dwar is-sitwazzjoni tal-konsumatur matul it-terminu tal-ftehim tal-kreditu propost.

 

5. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika u temenda l-kriterji li għandhom jitqiesu fit-twettiq tal-valutazzjoni kreditiżja kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-iżgurar li l-prodotti ta' kreditu mhumiex mhux adatti għall-konsumatur kif stipulat fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

 

 

_______________

 

1 “FSB Principles for Sound Residential Mortgage Underwriting Practices, April 2012”, (1.2.) tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja (FSB).

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Valutazzjoni tal-proprjetà

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu applikati sound valuation practices skont standards u metodi internazzjonali u tiġi rikonoxxuta l-importanza ta’ regolamentazzjoni u sorveljanza serji tal-evalwaturi.

 

2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li evalwaturi interni u esterni li jwettqu tali valutazzjonijiet ikun professjonalment kompetenti u indipendenti biżżejjed biex jipprovdu valutazzjoni imparzjali u oġġettiva li għandha tiġi dokumentata b’mezz durabbli u li l-mutwanti jkollhom rekord tagħha.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligu ta' divulgazzjoni min-naħa tal-konsumatur

Divulgazzjoni u verifika tal-informazzjoni tal-konsumatur

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jipprovdu lill-kredituri u fejn applikabbli lill-intermedjarji tal-kreditu b'informazzjoni sħiħa u korretta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tagħhom fil-kuntest tal-proċess tal-applikazzjoni tal-kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tiġi sostnuta, fejn meħtieġ b'evidenza ddokumentata minn sorsi verifikabbli u indipendenti.

1. Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha ssir abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti, proporzjonata u verifikata kif jixraq dwar id-dħul u u l-finanzi tal-konsumatur, miksuba mill-kreditur mingħand sorsi relevanti interni jew esterni.

2. Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-konsumatur sabiex il-kreditur ikun jista’ jwettaq valutazzjoni dettaljata tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur u jieħu deċiżjoni dwar jekk jagħtix il-kreditu jew le, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri, fl-istadju prekuntrattwali, jispeċifikaw b’mod ċar l-informazzjoni, inkluż fejn meħtieġ l-evidenza verifikabbli u indipendenti li l-konsumatur jeħtieġlu jipprovdi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-kredituri jikkomunikaw il-ħin preċiż sa meta l-konsumaturi huma meħtieġa jipprovdu din l-informazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jispeċifikaw b’mod ċar u f’forma li tiftiehem l-informazzjoni and l-evidenza indipendentement verifikabbli meħtieġa li l-konsumatur jeħtieġlu jipprovdi u kif ukoll jikkomunikaw il-ħin sa meta l-konsumaturi huma meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jippermettu l-kredituri jfittxu kjarifika tal-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 1 meta jkun meħtieġ biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. L-Istati Membri m’għandhomx jippermettu lill-kredituri li jużaw nuqqas ta’ forniment ta’ informazzjoni bħala ġustifikazzjoni għal terminazzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu ġaladarba dan ikun ġie konkluż.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet kollha fejn il-konsumatur jagħżel li ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa għal valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tiegħu, il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu javża lill-konsumatur li ma jistax iwettaq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u għalhekk il-kreditu jista' ma jingħatax. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-konsumaturi jipprovdu informazzjoni korretta skont il-paragrafu 2. Meta l-konsumatur jagħżel li ma jipprovdix l-informazzjoni jew verifika meħtieġa għal valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tiegħu, il-kreditur għandu jwissi lill-konsumatur li ma jistax iwettaq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u għalhekk il-kreditu jista' ma jingħatax. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.

3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data[dejta] personali u l-moviment liberu ta' tali data, partikolarment l-Artikolu 6 tagħha.

 

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess nondiskriminatorju għall-bażijiet ta' dejta użati f'dak l-Istat Membru lill-kredituri kollha biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u għal-monitoraġġ tal-konformità tal-konsumaturi mal-obbligi kreditizji matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu. Dawn il-bażijiet ta' dejta jinkludu l-bażijiet ta' dejta mħaddma minn uffiċċji privati tal-kreditu jew aġenziji ta' referenza tal-kreditu u r-reġistri pubbliċi tal-kreditu.

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess għall-bażijiet ta' dejta użati f'dak l-Istat Membru lill-kredituri kollha biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u għal-monitoraġġ tal-konformità tal-konsumaturi mal-obbligi kreditizji matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu. Il-kundizzjonijiet għall-aċċess ma jkunux diskriminatorji.

2. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tiddefinixxi kriterji uniformi għar-reġistrazzjoni tal-kreditu u l-kundizzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta li għandhom jiġi applikati għall-bażijiet ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

Partikolarment, dawn l-atti delegati għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi tar-reġistrazzjoni li għandhom jiġu applikati għal dawn il-bażijiet ta' dejta u għandhom jipprovdu definizzjonijiet miftiehma għat-termini ewlenin użati f'dawn il-bażijiet ta' dejta.

 

3. L-informazzjoni fil-bażijiet ta' dejta għandha tiġi pprovduta sakemm l-għoti ta' tali informazzjoni ma jkunx ipprojbit minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew tmur kontra objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika.

 

4. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data[dejta] personali u l-moviment liberu ta' tali data.

2. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data[dejta] personali u l-moviment liberu ta' tali data.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Standards għall-pariri

Standards għas-servizzi tal-pariri

1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva 'parir' jikkostitwixxi servizz separat mill-għoti ta' kreditu. Servizz bħal dan jista' jkun ikkummerċjalizzat biss bħala parir meta r-remunerazzjoni tal-individwu li jipprovdi s-servizz tkun trasparenti għall-konsumatur.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jinforma lill-konsumatur, fil-kuntest ta' tranżizzjoni speċifika, jekk huwiex qiegħed jiġi pprovdut parir jew hux ser jiġi pprovdut jew le. Dan jista' jsir permezz ta' informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali. Meta jiġi pprovdut parir lill-konsumaturi, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur espliċitament jinforma lill-konsumatur, fil-kuntest ta' tranżizzjoni speċifika, jekk servizzi tal-pariri humiex qed jiġux provduti, jew jistgħux jiġu provduti lill-konsumatur.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel ma jingħataw servizzi ta’ pariri, jew, fejn applikabbli, il-konklużjoni ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi ta’ pariri, il-kreditur, l-intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur jinformaw lill-konsumatur b’mezz durabbli:

(a) iqisu għadd kbir biżżejjed ta' ftehimiet ta' kreditu disponibbli fis-suq ħalli jkunu jistgħu jirrikkommandaw l-aktar ftehimiet ta' kreditu adatti għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tal-konsumatur;

(a) jekk ir-rakkomandazzjoni se tkun ibbażati fuq konsiderazzjoni tal-firxa ta’ prodotti tagħhom biss, skont punt (b) ta’ paragrafu 2a jew firxa wiesgħa mis-suq skont punt (c) tal-paragraph 2a;

(b) jiksbu l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni personali u finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-għanijiet tiegħu ħalli jkunu jistgħu jirrakkomandaw ftehimiet ta' kreditu adatti. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni li dak il-ħin tkun aġġornata u fuq suppożizzjonijiet raġonevoli dwar is-sitwazzjoni tal-konsumatur matul it-terminu tal-ftehim tal-kreditu propost.

(b) fejn applikabbli, it-tariffa pagabbli mill-konsumatur għas-servizzi ta' pariri jew il-metodu użat għall-kalkolazzjoni tagħha.

 

2a. Fejn servizzi ta’ pariri jiġu provduti lill-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 u 7, li:

 

(a) kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħtura jiksbu l-informazzjoni neċessarja dwar is-sitwazzjoni personali u finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-għanijiet tiegħu ħalli jkunu jistgħu jirrakkomandaw ftehimiet ta' kreditu adatti;

 

(b) kredituri, intermedjarji tal-kreditu marbuta, jew rappreżentanti maħtura magħżula mill-intermedjarji tal-kreditu marbuta jikkunsidraw għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu fil-firxa ta’ prodotti tagħhom;

 

(c) intermedjarji tal-kreditu mhux marbuta, jew rappreżentanti maħtura magħżula minn intermedjarji tal-kreditu mhux marbuta jikkunsidraw għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu disponibbli fis-suq;

 

(d) kredituri, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħtura jaġixxu fl-aħjar interessi tal-konsumatur billi jirrakkomandaw ftehimiet ta’ kreditu adatti għall-ħtiġijiet, għas-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkostanzi personali tal-konsumatur; u

 

(e) il-kreditur, intermedjarju tal-kreditu jew rappreżentant maħtur li jipprovdu s-servizzi ta’ pariri jipprovdu lill-konsumatur rekord b’mezz durabbli tal-parir provdut;

 

2b. L-Istat Membri għandhom jippermettu biss l-użu tat-terminu "parir indipendenti" or "jew konsulent indipendenti" meta l-kredituri, intermedjarji tal-kreditu marbuta, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħtura li jipprovdu s-servizzi ta’ pariri:

 

- mhumiex remunerati minn kreditur wieħed jew aktar; jew

 

- huma remunerati minn għadd ta’ kredituri li jirrappreżentaw tal-inqas maġġoranza tas-suq minħabba li r-remunerazzjoni hi divulgata lill-konsumatur u ma sservix ta’ inċentiva għall-kreditur biex jaġixxi kontra l-aħjar interess tal-konsumaturi.

 

2c. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu obbligu għall-kredituri, intermedjarji tla-kreditu u rappreżentanti maħtura li jwissu lil konsumatur meta jqisu s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ konsumatur, li ftehim ta’ kreditu jista’ joħloq riskju speċifiku għall-konsumatur.

 

2d. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe kreditur jew intermedjarju tal-kreditu li jipprovdi servizzi ta’ pariri hu awtorizzat debitament u li l-persunal relevanti hu kompetenti li jagħmel rakkomandazzjoni personalizzata li tkun fl-aħjar interess tal-konsumatur. Ir-rappreżentanti maħtura li jipprovdu servizzi ta’ pariri għandhom jiġu rreġistrati debitament.

 

2e. Dan l-Artikolu għandu jkun bla ħsara għall-ħila tal-Istati Membri li jipprovdu servizzi għall-konsumaturi biex jgħinuhom jifhmu l-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom u liema tipi ta’ prodotti aktarx jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Kapitolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu 8a

 

Prestazzjoni tajba ta' ftehim ta' kreditu

 

Artikolu -18a

 

Self f’munita barranija u rati tal-imgħax varjabbli

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ftehim ta’ kreditu jirreferi għal self f’munita barranija, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jikkonverti s-self f’munita alternattiva, skont metodu transparenti żvelat lill-konsumatur fl-informazzjoni prekuntrattwali.

 

2. Il-munita alternattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun:

 

(a) dik li fiha l-konsumatur jirċievi d-dħul jew li fiha għandu l-assi li minnhom se jitħallas lura s-self, kif indikat fil-punt meta saret l-aktar valutazzjoni riċenti ta’ affidabbiltà kreditizja relatata mal-ftehim ta’ kreditu; jew

 

(b) il-munita tal-Istat Membru fejn hu residenti l-konsumatur.

 

3. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li fejn hemm referenza għad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1:

 

(a) il-kreditur hu intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament ġustifikat għall-ispejjeż possibbli marbuta direttament mal-eżerċitar tad-dritt;

 

(b) ir-rata tal-kambju użata għall-konverżjoni għandha tkun ir-rata tal-kambju tas-suq applikabbli fil-ġurnata tal-applikazzjoni għall-konverżjoni sakemm ma jsirx qbil mod ieħor mill-partijiet jew sakemm Stat Membru ma jkunx speċifika arranġamenti oħra qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;

 

(c) il-kreditur għandu jkun intitolat li jaġġusta r-rata tal-imgħax u r-rata tal-imgħax ta’ referenza fejn dawn ma jkunux previsti fil-ftehim ta’ kreditu.

 

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal ftehimiet ta’ kreditu f’munita barranija, ammont ta’ kreditu pagabbli jew ammont massimu pagabbli jkunu inklużi fil-ftehim ta’ kreditu. Meta l-ammont ta’ kreditu pagabbli jew l-ammont massimu pagabbli jintlaħaq, il-kreditur għandu jwissi l-konsumatur dwar il-livell għoli tal-ammont ta’ kreditu pagabbli. F’dan il-każ, il-konsumatur għandu jkollu d-dritt jikkonverti s-self skont il-paragrafu 1. Fil-każ fejn l-ammont totali ta’ kreditu fil-munita nazzjonali mhux limitat b’xi limitu massimu, għandu jkun provdut xenarju lill-konsumar, ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-munita nazzjonali titlef tal-valur tagħha fir-rigward tal-munita tas-self.

 

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn ftehim ta’ kreditu b’mod mhux kundizzjonat jippermetti varjazzjonijiet fir-rata tal-imgħax mhux kwantifikabbli fil-punt meta jiġi konkluż il-ftehim ta’ kreditu u bbażat fuq fatturi esterni, id-dejta sottostanti għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax għandha tkun disponibbli għal mill-inqas 14-il sena.

 

Għal ftehimiet b’rati ta’ imgħax varjabbli, L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri, intermedjarji tal-kreditu marbuta, intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħtura jinfurmaw lill-konsumatur qabel il-konklużjoni tal-kuntratt dwar iċ-ċaqliq possibbli fir-rata ta’ imgħax. F’każijiet fejn ir-rata ta’ imgħax varjabbli hi limitata permezz ta’ limiti massimi, għandhom jiġu provduti lill-konsumatur l-aqwa u l-agħar xenarji possibbli bbażati fuq il-limiti massimi. F’każijiet fejn ir-rata ta’ imgħax varjabbli mhix limitata permezz ta’ limiti massimi, għandhom jiġu provduti lill-konsumatur l-aqwa u l-agħar xenarji possibbli bbażati fuq dejta taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax tul l-aħħar 20 sena jew minn meta tkun disponibbli d-dejta sottostanti għall-kalkolu tar-rata tal-imgħax.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu -18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -18b

 

Self b’rata varjabbli u indiċijiet u rati ta’ referenza sottostanti

 

Fejn il-ftehim ta’ kreditu hu self b’rata varjabbli:

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-indiċijiet jew rata ta' referenza użati biex tiġi kkalkulata r-rata tat-teħid tas-self huma ċari, aċċessibbli, oġġettivi u verifikabbli mill-partijiet tal-ftehim ta’ kreditu u l-awtoritajiet kompetenti.

 

2. Member States L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jipprovdu l-indiċijiet użati biex tiġi kkalkulata r-rata tat-teħid tas-self jżommu d-dokumentazzjoni użata għall-kalkolu tagħha u jżommu ir-rekords storiċi tagħhom.

 

3. Fejn ikun ġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu standardizzat ta’ indiċijiet li mhumiex pubblikament disponibbli f’websajt jew mhumiex ippubblikati f’ġurnal uffiċjali.

 

L-Istati Membri jistgħu ukoll jesiġu li min jipprovdi l-indiċijiet standardizzati użati biex tiġi kkalkulata r-rata tat-teħid tas-self jippubblika, kuljum, informazzjoni dwar ir-rata medja tat-teħid tas-self, ir-rata massima tat-teħid tas-self u r-rata minima tat-teħid tas-self ta’ dawn l-aħħar 20 sena jew fejn din id-dejta mhix disponibbli, tal-itwal perjodu li fih hi disponibbli din id-dejta. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-kredituri jiżvelaw tali informazzjoni lill-konsumatur annessa mal-FEIS qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu.

 

4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet biex jiżguraw simetrija bejn il-klawżoli kuntrattwali li jistabbilixxu limiti bħal limiti minimi u limiti massimi għall-evoluzzjoni tar-rata varjabbli.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Kapitolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ripagament bikri

Prestazzjoni tajba ta' ftehim ta' kreditu

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu dritt statutorju jew kuntrattwali li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont ftehim ta' kreditu qabel l-iskandenza ta' dak il-ftehim. F'tali każijiet, huwa għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-kost totali tal-kreditu, tali tnaqqis ikun jikkonsisti mill-imgħax u l-kostijiet taż-żmien li jkun baqa' mill-kuntratt.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu dritt li jissodisfa l-obbligi tiegħu, għalkollox jew parzjalment,skont ftehim ta' kreditu, qabel l-iskandenza ta' dak il-ftehim, mingħajr penali għalih, filwaqt li tkun żgurata l-indemnità tal-kreditur. F'tali każijiet, il-konsumatur għandu jkun intitolat għal tnaqqis ekwivalenti għall-ammont ripagat minn qabel fil-kost totali tal-kreditu.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien dwar l-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tat-teħid tas-self jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-ċirkustanzi li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li l-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet potenzjali direttament marbuta mar-ripagament bikri tal-kreditu. Fi kwalunkwe każ jekk ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' imgħax speċjali fuq il-konsumatur.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kreditur jkun intitolat għal kumpens ġust u oġġettiv, fejn ikun iġġustifikat, għall-kostijiet possibbli marbuta direttament mar-ripagament bikri tal-kreditu. Il-kumpens m’għandux jeċċedi t-telf ekonomiku għal min isellef. Il-konsumatur għandu jkun informat b'mod ċar u sħiħ dwar id-dritt li hemm referenza għaliħ fil-paragrafu 1 kif ukoll dwar l-ammont tal-kumpens jew tal-metodu trasparenti għall-kalkolu tiegħu qabel ma jiffirma l-kuntratt.

Fejn Stat Membru jagħżel li jistabbilixxi dawn il-kundizzjonjiet, dawn ma għandhomx irendu l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 diffiċli żżejjed jew oneruż wisq fuq il-konsumatur.

2a. Fejn ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-eżerċizzju tad-dritt li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 hu suġġett għal ċerti kundizzjonijiet u bla ħsara għad-drittijiet tal-kredituri skont il-paragrafu 2. F’dan il-każ, l-eżerċizzju tad-dritt jista’ jkun suġġett għall-eżistenza ta’ interess leġittmu min-naħa tal-konsumatur li n-natura tiegħu għandha tkun speċifikata mill-Istati Membri.

 

3a. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jkun hemm limiti massimi għall-kumpens pagabbli fl-ambitu tal-paragrafu 2 jew perjodi massimi li wara li jiskadu, tali kumpens ma jkunx jista’ jiġi mfittex mill-kreditur.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Swieq flessibbli u affidabbli

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw qafas:

 

(a) biex jippermettu lill-kredituri li jittrasferixxu mingħajr reġistrazzjoni ta’ kuntratt ipotekarju ġdid, ftehimiet ta’ kreditu jew portafolli ta’ ftehimiet ta’ kreditu lil kredituri oħra sakemm dan ma jkunx projbit espliċitament mill-ftehim ta’ kreditu, sakemm il-kundizzjonijiet tas-self ma jiġux mibduli b’detriment għall-konsumatu; u

 

(b) biex jippermettu lil kredituri u konsumaturi jaqblu dwar il-portabilità ta’ ftehim ta’ kreditu f’każ li jmorru mgħixu f’dar oħra.

 

2. L-Istati Membri li jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ftehimiet maqluba fit-territorju tagħhom jistgħu jiżviluppaw qafas biex jippermettu lill-kredituri u l-konsumaturi jaqblu li jissostitwixxu ftehim ta’ kreditu bi ftehim maqlub.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħolqu mekkaniżmi effettivi li jiżguraw li l-mutwatarji jkollhom titolu ċar u leġittmu fuq il-proprjetà u t-traċċabiltà tal-ftehimiet ta’ kreditu relatati ma’ proprjetà immobbli reżidenzjali u strumenti finanzjarji relatati.

 

4. Il-Kumitat Konġunt stabbilit fl-ambitu tal-Artikolu 54 tar-Regolament UE (Nru) 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 għandu jikkoordina x-xogħol tal-ABE u l-AETS fl-iżvilupp ta’ linji gwida dwar il-metodoloġiji għall-iżgurar tat-traċċabilità tal-ftehimiet ta’ kreditu, kollaterali assoċjat u strumenti finanzjarji relatati.

 

5. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta' indiċijiet tal-proprjetà immobbli reżidenzjali sabiex jipprovwu bażi mtejba għas-sorveljanza tax-xejriet fil-valutazzjoni tal-proprjetà immobbli reżidenzjali.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

Arretrati u esklużjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jdumu biex jaslu għall-esklużjoni u jagħmlu t-tentattivi raġonevoli oħra kollha biex jirriżolvu l-pożizzjoni qabel ma jibdew il-proċedimenti ta’ esklużjoni.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe tariffa għall-kumpens ta’ danni f’każ ta’ inadempjenza li għandha titħallas mill-konsumatur tkun proporzjonata mal-kostijiet imġarrba mill-kreditur.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

 

(a) il-kredituri għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jiksbu l-aħjar prezzijiet għall-proprjetà eskluża, filwaqt li jqisu fatturi bħall-kundizzjonijiet tas-suq kif ukoll kwlaunkwe żieda fl-ammont pagabbli mill-konsumatur;

 

(b) fejn il-partijiet tal-ftehim ta’ kreditu jaqblu b’mod espress, ir-ritorn tal-kollateral ikun suffiċenti biex iħallas lura s-self;

 

(c) fejn il-kredituri jkollhom ir-rikors sħiħ għall-assi ta’ konsumatur wara li jitlestew il-proċedimenti ta’ esklużjoni u jibqa’ dejn li jkun għad irid jitħallas, il-miżuri għall-faċilitazzjoni tar-ripagament huma raġonevoli u jqisu l-interess u ċ-ċirkostanzi prattiċi tal-konsumatur. Dan jista’ jinkludi li jiġi permess l-użu ta’ miżuri biex jiġi limitat il-qbid tal-pagi, pensjonijiet tal-irtirar jew ekwivalenti biex jinżamm dħul minimu u jkun evitat li unità domestika ssib ruħha f’sitwazzjoni ta’ dejn żejjed.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Kapitolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kapitolu 9

Kapitolu 9

Rekwiżiti prudenzjali u superviżorji

Rekwiżiti prudenzjali u superviżorji ġenerali

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu -19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -19a

 

Rekwiżiti ġenerali

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm qafas effettiv ta’ standards tas-sottoskrizzjoni għall-ftehimet ta’ kreditu, li jinkorporaw il-prinċipji stipulati f’din id-Direttiva u miżuri li jevitaw sitwazzjonijiet ta’ unitajiet domestiċi b’dejn żejjed, li jistgħu jiġu sorveljati u monitorjati b'mod effettiv. Tali standards jistgħu jinkludu proporzjonijiet prudenti bejn is-self u l-valur1.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat biex jispeċifikaw kriterji tas-sottoskrizzjoni aktar stretti u proporzjonati għas-sitwazzjonijeit fejn ir-riskji sottostanti huma ogħla għall-konsumaturi. Dawn jistgħu jinkludu twissijiet ta’ riskji addizzjonali, l-ispeċifikar ta’ proporzjonijiet self/valur jew proporzjonijiet u garanziji u prodotti oħra biex ikunu assigurati r-riskji jew ikun hemm ilqugħ kontrihom.

 

3. L-ABE fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba tal-BERS tista’, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, abbażi tal-valutazzjoni profonda tal-iżviluppi fis-suq tal-proprjetà reżidenzjali fi Stat Membru, toħroġ twissijiet lill-awtoritajiet kompetenti relevanti u toħroġ rakkomandazzjonijiet li jitolbu li jiġi introdotti miżuri addizzjonali.

 

__________________

 

1FSB Consultation on Principles for Sound Residential Mortgage Underwriting Principles, tal-Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja (FSB), Ottubru 2011

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu -19b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -19b

 

Is-superviżjoni tar-reġistri ta' kreditu

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri ta' kreditu li joperaw fit-territorji tagħhom ikunu superviżati b'mod adegwat mill-awtoritajiet kompetenti u mis-superviżuri tal-protezzjoni tad-dejta. Bla preġudizzju għas-setgħat konferiti mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE għandha tikkontribwixxi għas-superviżjoni tar-reġistri ta' kreditu li joperaw transkonfinalment fl-Unjoni.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu awtorizzati kif xieraq biex iwettqu l-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 3(e) minn awtorità kompetenti kif iddefinit fl-Artikolu 4 fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju tal-kreditu u għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti professjonali stabbiliti fl-Artikolu 20.

1. L-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu awtorizzati kif xieraq biex iwettqu l-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 3(e) minn awtorità kompetenti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju tal-kreditu u għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti professjonali stabbiliti fl-Artikolu 20.

 

1a. Rappreżentanti maħtura magħżula fl-ambitu tal-Artikolu 19a m’għandhomx jitqiesu li huma intermedjarji tal-kreditu għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

2. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kretidu awtorizzati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali fuq bażi kontinwa.

2. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kretidu awtorizzati jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni inizjali fuq bażi kontinwa.

3. L-Istati Mmebri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjoni tal-intermedjarji tal-kreditu tiġi rtirata jekk:

3. L-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjoni tal-intermedjarji tal-kreditu tiġi sospiża jew irtirata jekk:

(a) l-intermedjarju tal-kreditu ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti li taħthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(a) l-intermedjarju tal-kreditu ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti li taħthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(b) l-intermedjarju tal-kreditu jkun kiseb l-awtorizzazzjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew b'xi mezz irregolari ieħor.

(b) l-intermedjarju tal-kreditu jkun kiseb l-awtorizzazzjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew b'xi mezz irregolari ieħor.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-attivitajiet fis-seħħ tagħhom mill-awtorità kompetenti tad-domiċilju tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 4.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-attivitajiet fis-seħħ tagħhom mill-awtorità kompetenti tad-domiċilju tagħhom u, fejn applikabbli, mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita fergħa kif imsemmi fl-Artikoli 4 u 22.

 

4a. Id-dispożizzjoniiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhom japplikaw la għall-istituzzjonijiet tal-kreditu u lanqas għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni li jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu. Sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi fl-ambitu tal-Artikoli 9a, 14 u 17 ta’ din id-Direttiva, lanqas m’għandhom japplikaw għal dawk il-mutwatarji li mhumiex kredituri jew intermedjarji tal-kreditu u huma permessi mill-Istati Membri li jitrasferixxu, mingħajr ebda ħlas u bi qbil mal-kreditur, ftehim ta’ kreditu b’mod parallel mal-bejgħ ta’ proprjetà.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

 

Rappreżentanti maħtura

 

1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu intermedjarju tal-kreditu jaħtar rappreżentanti magħżula.

 

2. L-Istat Membri għandhom jesiġu li l-intermedjarja tal-kreditu jibqa’, bis-sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet, responsabbli għal kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni minn naħa tal-aġent maħtur meta jkun qed jaġixxi f’isem l-intermedjarja tal-kreditu.

 

Madankollu, meta l-intermedjarju tal-kreditu li jkun ħatar rappreżentant maħtur marbut ma’ kreditur wieħedkif stipulat fl-Artikolu Article 3(f), il-kreditur jibqa’, bis-sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet, responsabbli għal kwalunkwe azzjoni jew ommissjoni minn naħa tal-aġent maħtur meta jkun qed jaġixxi f’isem l-intermedjarja tal-kreditu.

 

L-Istati Membri għandhom jesiġu lill-intermedjarju tal-kreditu li jiżgura li r-rappreżentant maħtur jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f’punti (a) sa (c) tal-Artikolu 21(2). Madankollu, l-Istat Membru tad-domiċilju jista’ jipprevedi li l-assigurazzjoni ta’ indemnità professjonali jew garanzija kumparabbli tista’ tkun provduta minn intermedjarju tal-kreditu li r-rappreżentant maħtur ikollu s-setgħa jaġixxu f'ismu.

 

3. L-Istati Membri li jiddeċiedu li jippermettu intermedjarju tal-kreditu li jaħtar aġenti maħtura għandhom jistabbilixxu reġistru pubbliku. L-aġenti maħtura għandhom ikunu rreġistrati fir-reġistru pubbliku fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. Ir-reġistru għandu jiġi aġġornat fuq bażi regolari. Għandu jkun disponibbli pubblikament għall-konsultazzjoni.

 

Fejn l-Istat Membru li fih huwa stabbilit ir-rappreżentant maħtur permezz ta’ fergħa ddeċieda, skont il-paragrafu 1, li ma jippermettix lill-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jaħtru r-rappreżentanti maħtura, dawk ir-rappreżentanti maħtura għandhom jiġu rreġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju tal-kreditu li jkunu qed jaġixxu f’ismu.

 

4. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-intermedjarji tal-kreditu jimmonitorjaw l-attivitajiet tar-rappreżentanti maħtura tagħhom sabiex jiżguraw konformità sħiħa ma’ din id-direttiva. B’mod partikolari, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ għarfien u kompetenza tar-rappreżentanti maħtura u l-persunal tagħhom.

 

5. L-Istati Membri jistgħu jirrinfurzaw il-ħtiġiet iddikjarati f’dan l-Artikolu jew iżidu ħtiġijiet oħra għall-aġenti maħtura rreġistrati fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit reġistru tal-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati u li jinżamm aġġornat.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit reġistru tal-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati u li jinżamm aġġornat.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati kollha, kemm jekk stabbiliti bħala persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikunu rreġistrati ma' awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 4, fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

2. L-Istati Membru għandhom jesiġu li:

 

(a) kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li huwa persuna ġuridika għandu jkollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu fl-istess Stat Membru tal-uffiċċju reġistrat tiegħu, jekk ikollu uffiċċju reġistrat skont il-liġi nazzjonali tiegħu; u

 

(b) kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li mhuwiex persuna ġuridika jew li huwa persuna ġuridika imma skont il-liġi nazzjonali tiegħu m’għandux uffiċċju reġistrat għandu jkollu l-uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru fejn iwettaq verament in-negozju tiegħu.

Fir-rigward ta' persuni legali, ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jispeċifika l-ismijiet tal-persuni fil-maniġment li huma responsabbli għan-negozju ta' intermedjazzjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jesiġi r-reġistrazzjoni tal-persuni fiżiċi kollha li jaqdu funzjoni ta' kuntatt dirett mal-klijenti f'impriża li twettaq attività ta' intermedjazzjoni kreditizja.

 

Ir-reġistru għandu jindika l-Istat(i) Membru/i fejn l-intermedjarju beħsiebu jwettaq in-negozju skont ir-regoli tal-libertà ta' stabbiliment jew il-libertà ta' forniment ta' servizzi u jkun infurma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu dwar dan.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu li kellhom l-awtorizzazzjoni tagħhom irtirata jitħassru mir-reġistru mingħajr dewmien bla bżonn.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati kollha, kemm jekk stabbiliti bħala persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikunu rreġistrati ma' awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 4, fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

 

Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jispeċifika l-ismijiet tal-persuni fil-maniġment li huma responsabbli għan-negozju ta' intermedjazzjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jesiġi r-reġistrazzjoni tal-persuni fiżiċi kollha li jaqdu funzjoni ta' kuntatt dirett mal-klijenti f'impriża li twettaq attività ta' intermedjazzjoni kreditizja.

 

Ir-reġistru għandu jindika l-Istat/i Membru/i fejn l-intermedjarju beħsiebu jwettaq in-negozju skont ir-regoli tal-libertà ta' stabbiliment jew il-libertà ta' forniment ta' servizzi u jkun infurma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu dwar dan.

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu li kellhom l-awtorizzazzjoni tagħhom irtirata jitħassru mir-reġistru mingħajr dewmien bla bżonn.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit punt uniku tal-informazzjoni li jippermetti aċċess pubbliku malajr u faċli għall-informazzjoni mir-reġistru nazzjonali, li għandu jkun kompilat elettronikament u aġġornat l-ħin kollu. Dan il-punt tal-informazzjoni għandu jipprovdi wkoll id-dettalji tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru msemmija fl-Artikolu 4.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit punt uniku tal-informazzjoni li jippermetti aċċess pubbliku malajr u faċli għall-informazzjoni mir-reġistru nazzjonali tal-intermedjarji tal-kreditu, li għandu jkun kompilat elettronikament u aġġornat l-ħin kollu. Dan il-punt tal-informazzjoni għandu jipprovdi wkoll id-dettalji tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru msemmija fl-Artikolu 4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu ABE b'aċċess għall-punt uniku ta' informazzjoni tali u l-ABE għandha tippubblika fil-websajt tagħha referenzi jew hyperlinks għal dan il-punt ta' informazzjoni.

 

4a. Id-dispożizzjoniiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għall-istituzzjonijiet tal-kreditu, u lanqas għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni li jaġixxu bħala intermedjarji tal-kreditu.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qegħdin jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta u fejn meħtieġ temenda standards regolatorji tekniċi ħalli tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b).

imħassar

L-istandards regolatorji tekniċi msemmija fis-subparagrafu 1 għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

 

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi ħalli tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b) għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni [fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni tal-proposta]. L-ABE ser tirrevedi, u jekk meħtieġ, tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi ħalli temenda l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b) għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni għall-ewwel darba [4 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] u minn hemm 'il quddiem kull sentejn.

 

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jillimitaw kwalunkwe pagament mingħand il-konsumaturi lill-kredituri u lill-intermedjarji tal-kreditu qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu.

Ġustifikazzjoni

Din hija dispożizzjoni neċessarja sabiex ikunu evitati l-attentati ta' frodi.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorizzazzjoni tal-intermedjarji tal-kreditu mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni mingħajr ħtieġa ta' aktar awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i ospitanti.

1. L-awtorizzazzjoni ta’ intermedjarju tal-kreditu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju kif stipulat fl-Artikolu 19 għandha tkun effettiva għat-territorju kollu tal-Unjoni mingħajr ħtieġa ta aktar awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i ospitanti biex jiġu provduti dawn is-servizzi, sakemm l-attivitajiet ta’ li l-intermedjarju tal-kreditu għandu l-intenzjoni li jwettaq fl-Istat(i) Membru/i ospitanti jkunu koperti permezz tal-awtorizzazzjoni. Madankollu l-intermedjarji tal-kreditu m’għandhomx ikunu permessi joffru ftehimiet ta’ kreditu ta’ istituzzjoni mhux ta’ kreditu lil konsumaturi fi Stat Membru fejn l-istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu mhumiex permessi joperaw.

 

1a. Il-paragrafu 1 ma japplikax għal rappreżentanti maħtura.

2. Kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu li jkollu l-ħsieb jwettaq negozju għall-ewwel darba fi Stat Membru wieħed jew aktar skont il-libertà ta' forniment ta' servizzi jew il-libertà ta' stabbiliment għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż Stat Membru tad-domiċilju tiegħu.

2. Kwalunkwe intermedjarju tal-kreditu awtorizzat li jkollu l-ħsieb jwettaq negozju għall-ewwel darba fi Stat Membru wieħed jew aktar skont il-libertà ta' forniment ta' servizzi jew stabbiliment ta’ fergħa għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż Stat Membru tad-domiċilju tiegħu.

Fi żmien perjodu ta' xahar wara li jiġu infurmati, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti bl-intenzjoni tal-intermedjarju tal-kreditu u għandhom fl-istess żmien jinformaw lill-intermedjarju tal-kreditu konċernat b'din in-notifika.

Fi żmien perjodu ta' xahar wara li jiġu infurmati, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i ospitanti bl-intenzjoni tal-intermedjarju tal-kreditu u għandhom fl-istess żmien jinformaw lill-intermedjarju tal-kreditu konċernat b'din in-notifika. Huma għandhom jinnotifikaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat/i Membru/i ospitanti dwar il-kreditur jew kredituri li magħhom ikun marbut l-intermedjarju tal-kreditu, u jekk il-kreditur jiħux responsabbiltà sħiħ u inkundizzjonata għall-attivitajiet tal-intermedjarju. L-Istat Membru ospitanti għandu juża l-informazzjoni li jirċievi mingħand l-Istat Membru tad-domiċilju biex jintroduċi l-informazzjoni meħtieġa fir-reġistru tiegħu.

L-intermedjarju tal-kreditu jkun jista' jibda n-negozju xahar wara d-data li fiha jkun ġie infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bin-notifikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.

L-intermedjarju tal-kreditu jkun jista' jibda n-negozju xahar wara d-data li fiha jkun ġie infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju bin-notifikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.

3. Fil-każijiet fejn l-awtorizzazzjoni tal-intermedjarji tal-kreditu tiġi rtirata mill-Istat Membru tad-domiċilju dak l-Istat Membru tad-domiċilju għandu jinnotifika lill-Istat(i) Membru/i b'dan l-irtirar mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn xahar, bi kwalunkwe mezz xieraq.

3. Qabel ma fergħa ta’ intermedjarju tal-kreditu tibda l-attivitajiet tagħha jew fi żmien xahrejn minn meta jkunu rċevew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jippreparaw għas-superviżjoni tal-intermedjarju tal-kreditu skont l-Artikolu 24 u, jekk ikun meħtieġ, jindikaw il-kundizzjonijiet li bihom, f’oqsma mhux armonizzati mil-liġi tal-Unjoni, għandhom jitwettqu dawk l-attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkoperaw ma’ xulxin kull meta meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva, jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom kemm jekk stipulati f’din id-Direttiva kemm jekk fid-dritt nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u jikkoperaw fi kwalunkwe investigazzjoni jew attivitajiet tas-superviżjoni.

 

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu sitwazzjonijiet lill-ABE meta talba għal kooperazzjoni, partikolarment għal skambju ta' informazzjoni tiġi rrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli u jitolbu l-għajnuna tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F'dawn il-każijiet, l-ABE tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

 

4. Meta l-Istat Membru ospitanti jkollu raġunijiet ċari u demostrabbli biex jikkonkludi li intermedjarju li jkun qed jopera fit-territorju tiegħu skont il-libertà ta' forniment ta' servizzi jew permezz ta' fergħa jkun qed jikser l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, għandu jirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċlju li għandha tieħu l-miżuri xierqa. Fil-każijiet fejn minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju intermedjarju tal-kreditu jibqa' jaġixxi f'manjiera li b'mod ċar tippreġudika l-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti jew il-funzjonament fl-ordni tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu li l-approvazzjoni tagħhom tkun irtirata jitħassru mir-reġistru mingħajr dewmien bla bżonn.

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa meħtieġa sabiex tipproteġi lill-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-swieq fosthom billi tipprevjeni lill-intermedjarji tal-kreditu li jkunu qed iwettqu l-offiża milli jibdew kwalunkwe tranżizzjoni oħra fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa b’dawn il-miżuri mingħajr dewmien bla bżonn.

 

(b) Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (EU) Nru 1093/2010. F'dak il-każ, l-ABE tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

 

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

Superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu u rappreżentanti maħtura

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-attivitajiet li jkunu qed iwettqu mill-awtorità kompetenti tad-domiċilju tagħhom.

 

2. Fejn Stat Membru tad-domiċilju jippermetti rappreżentanti maħtura kif imsemmi fl-Artikolu 19a, dawk ir-rappreżentanti maħtura għandhom ikunu suġġetti għal superviżjoni jew direttament jew bħala parti mis-superviżjoni tal-intermedjarju tal-kreditu li f’ismu jkun qed jaġixxi r-rappreżent.

 

3. Fejn intermedjarju tal-kreditu jkollu fergħa fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-fergħa għandha tassumi r-responsabbilità biex tiżgura li s-servizzi pprovduti mill-fergħa fit-territorju tagħha jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5(1), 6, 7, 8, 9, 9a, 10, 11, 15, 17 u 25 u l-miżuri adottati skont dawn.

 

4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-fergħa għandu jkollha d-dritt li teżamina l-arranġamenti tal-fergħa u li titlob dawk il-bidliet li jkunu meħtieġa strettament sabiex jippermettu lill-awtorità kompetenti tinforza l-obbligi skont l-Artikoli 5(1), 6, 7, 8, 9, 9a, 10, 11, 12, 15, 17 u 25 u l-miżuri adottati skont dawn fir-rigward tas-servizzi u/jew l-attivitajiet ipprovduti mill-fergħa fit-territorju tagħha.

 

5. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ospitanti jiskopru li intermedjarju tal-kreditu li jkollu fergħa fit-territorju tal-awtorità ikun kiser id-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji adottati mill-Istat ta’ dik l-awtorità skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jikkonferixxu setgħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet għandhom jesiġu lill-intermedjarju tal-kreditu kkonċernat li jtemm is-sitwazzjoni irregolari tiegħu.

 

Jekk l-intermedjarju tal-kreditu kkonċernat jonqos milli jieħu l-passi meħtieġa, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jiżguraw li l-intermedjarju tal-kreditu kkonċernat itemm is-sitwazzjoni irregolari tiegħu. In-natura ta’ dawn il-miżuri għandha tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.

 

Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru ospitanti, l-intermedjarju tal-kreditu jippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet legali jew regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, dan l-Istat Membru jista’, wara li jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, jieħu l-miżuri xierqa sabiex jipprevjeni jew jippenalizza irregolaritajiet ulterjuri, u safejn ikun meħtieġ, jipprevjeni lill-intermedjarju tal-kreditu milli jibda kwalunkwe transazzjoni oħra fit-territorju tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa b’dawn il-miżuri mingħajr dewmien bla bżonn.

 

Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma taqbilx ma’ tali miżuri meħuda mill-Istati Membru ospitanti, din tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F'dak il-każ, l-ABE tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

 

6. Fil-każijiet fejn l-awtorizzazzjoni tal-intermedjarji tal-kreditu tiġi rtirata mill-Istat Membru tad-domiċilju, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istat(i) Membru/i ospitanti u lill-ABE b'dan l-irtirar mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn xahar, bi kwalunkwe mezz xieraq.

 

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti għandhom jikkoperaw ma’ xulxin u mal-ABE kull meta jkun meħtieġ bil-għan li jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont din id-Direttiva, filwaqt li jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom stipulati f’din id-Direttiva jew f’xi liġi tal-Unjoni jew nazzjonali oħra. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. B’mod partikolari, għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u jikkoperaw fi kwalunkwe investigazzjoni jew attivitajiet tas-superviżjoni.

 

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu sitwazzjonijiet lill-ABE meta talba għal kooperazzjoni, partikolarment għal skambju ta' informazzjoni tiġi rrifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli u jitolbu l-għajnuna tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F'dawn il-każijiet, l-ABE tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

 

7. Meta l-Istat Membru ospitanti jkollu raġunijiet ċari u demostrabbli biex jikkonkludi li intermedjarju li jkun qed jopera fit-territorju tiegħu fl-ambitu tal-libertà ta’ forniment ta’ servizzi jkun qed jikser l-obbligi stipulati f’din id-Direttiva jew li intermedjarju tal-kreditu li jkollu fergħa fit-territorju tiegħu jkun qed jikser l-obbligi li għalihom l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti ma jkollhiex is-setgħat skont il-paragrafu 3 jew 4, din għandha tirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju li għandu jieħu l-miżuri xierqa. Fil-każijiet fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tonqos milli tieħu miżuri fi żmien xahar minn meta tirċievi dawn is-sejbiet jew jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju intermedjarju tal-kreditu jibqa' jaġixxi f'manjiera li b'mod ċar tippreġudika l-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti jew il-funzjonament bl-ordni tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

 

(a) L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tinforma l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa meħtieġa sabiex tipproteġi lill-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-swieq fosthom billi tipprevjeni lill-intermedjarji tal-kreditu li jkunu qed iwettqu l-offiża milli jibdew kwalunkwe tranżizzjoni oħra fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni u l-ABE għandhom jiġu mgħarrfa b’dawn il-miżuri mingħajr dewmien bla bżonn.

 

(b) Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ABE u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F'dak il-każ, l-ABE tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.

 

8. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jipprovdi illi, meta intermedjarju tal-kreditu awtorizzat fi Stat Membru ieħor ikunu stabbilixxa fergħa ġewwa t-territorju tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju tal-kreditu tista’ twettaq, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħha u wara li tkun infurmat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, spezzjonijiet fuq il-post f’dik il-fergħa.

 

9. L-allokazzjoni tal-kompiti bejn l-Istati Membri speċifikata f’dan l-Artikolu hi bla preġudizzju għall-Artikolu 4 u għas-setgħat tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta’ oqsma mhux koperti minn din id-Direttiva, b’konsistenza mal-obbligi l-oħra fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzjoni għall-proċeduri għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni jew għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-dritt nazzjonali tagħhom, li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri amministrattivi xierqa jew jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli meta d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jkunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

L-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 23 tad-Direttiva tal-Kreditu għall-Konsumaturi.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penalitajiet f'każijiet partikolari fejn il-konsumaturi konxjament ma jipprovdux l-informazzjoni kollha jew jipprovdu informazzjoni skorretta sabiex jiksbu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja pożittiva fejn l-informazzjoni sħiħa u korretta tkun tirriżulta f'valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja negattiva u sussegwentament ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ftehim, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġi implimentati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 23 tad-Direttiva tal-Kreditu għall-Konsumaturi.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguaraw li jiġu stabbiliti proċeduri tal-ilmenti u rimedju adatti u effikaċi għas-soluzzjoni barra mill-qorti ta' tilwim li jikkonċerna d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva bejn kredituri u konsumaturi, u bejn intermedjarji tal-kreditu u konsumaturi bl-użu tal-korpi eżistenti fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu kollha jaderixxu ma' korp jew aktar minn dawn il-korpi li jimplimentaw dawn il-proċeduri tal-ilmenti u r-rimedju.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri adegwati u effikaċi għar-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta’ tilwim tal-konsumaturi li jirrigwarda ftehimiet ta' kreditu, bl-użu ta’ entitajiet eżistenti fejn ikun xieraq.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kreditu għall-Konsumaturi.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkoperaw attivament fis-soluzzjoni ta' tilwimiet transfruntiera.

2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lil dawn il-korpi jikkoperaw biex isolvu wkoll tilwimiet transfruntiera rigward ftehimiet ta’ kreditu.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 24 tad-Direttiva tal-Kreditu għall-Konsumaturi.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħat li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(4), 8(4), 9(3) 10(3), 14(5) u 16(2) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan din id-Direttiva.

1. Is-setgħat li tadotta atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet li jinsabu fdan l-Artikolu.

 

1a. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a(3) u l-Artikolu 12(5) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 9a(3) u fl-Artikolu 12(5) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tkun ippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta tkun ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

3. Is-setgħa biex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28.

3. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3a. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9a(3) u l-Artikolu 12(5) m’għandux jidħol fis-seħħ ħlief jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dak il-perjodu jista’ jiġi estiż bi tliet xhur.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 6(4), 8(4), 9(3), 10(3), 14(5) u 16(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, fejn issemmi s-setgħat delegati li jistgħu jiġu soġġetti għal revoka kif ukoll ir-raġunijiet għal dik ir-revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffetwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih. L-atti delegati jistgħu jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu meta kemm l-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

 

3. Meta jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat fiż-żmiem imsemmi fil-paragrafu 1 dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom barra minn hekk jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jadottaw fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma jkunux jistgħu jiġu evitati b'riżultat tal-mod li bih jiġu fformulati l-ftehimiet, partikolarment billi jiġu integrati ftehimiet ta' kreditu li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva ma' ftehimiet ta' kreditu li n-natura u l-għan tagħhom jagħmluha possibbli li tiġi evitata l-applikazzjoni tagħha.

imħassar

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitilfux il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva minħabba l-għażla tal-liġi ta’ pajjiz terz bħala l-liġi applikabbli għall-ftehim ta' kreditu.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitilfux il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva minħabba l-għażla tal-liġi ta’ pajjiz terz bħala l-liġi applikabbli għall-ftehim ta' kreditu, jekk il-ftehim ta’ kreditu jkun rabta mill-qrib mat-territorju ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 22 (4) tad-Direttiva għall-Kreditu tal-Konsumatur.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 30a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 30a

 

Miżuri tranżitorji

 

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ftehimiet ta’ kreditu eżistenti fid-data meta jidħlu fis-seħħ il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha twettaq eżami ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-eżami għandu jqis l-effikaċja u adegwatezza tad-dispożizzjonijiet dwar il-konsumaturi u s-suq intern.

Il-Kummissjoni għandha twettaq eżami ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-eżami għandu jqis l-effikaċja u adegwatezza tad-dispożizzjonijiet dwar il-konsumaturi u s-suq intern.

(a) valutazzjoni tas-sodisfazzjoni tal-konsumaturi bil-FEIS;

(a) valutazzjoni tal-osservanza tal-FEIS u tal-użu mill-konsumaturi, il-fehim u s-sodisfazzjoni tagħhom ta' dawn,

(b) divulgazzjonijiet oħra prekuntrattwali;

(b) divulgazzjonijiet oħra prekuntrattwali;

(c) analiżi tal-negozju transfruntier minn intermedjarji tal-kreditu u l-kredituri;

(c) analiżi tal-negozju transfruntier minn intermedjarji tal-kreditu u l-kredituri;

(d) analiżi tal-evoluzzjoni tas-suq għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali immobbli;

(d) analiżi tal-evoluzzjoni tas-suq għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali immobbli;

(e) valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar miżuri, fosthom passaport għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali immobbli;

(e) valutazzjoni tal-ħtieġa għal aktar miżuri, fosthom passaport għall-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali immobbli;

(f) eżami tan-neċessità li jiġu introdotti drittijiet u obbligi fir-rigward tal-istadju postkuntrattwali tal-ftehimiet tal-kreditu

(f) valutazzjoni tal-funzjonament fir-rigward tal-istadju postkuntrattwali tal-ftehimiet tal-kreditu;

(g) valutazzjoni tal-ħtieġa li l-ambitu jiġi estiż għall-kumpaniji żgħar.

(g) valutazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sabiex tkun evitata l-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni ġdida;

 

(ga) valuzzjoni tal-impatt ta' din id-direttiva fuq is-suq għal forom oħra ta' kreditu inklużi dawk li l-kredituri jew il-konsumaturi jistgħu jqisu sostitwibbli għal dawk inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha;

 

(gb) valutazzjoni ta’ jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali biex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-ftehimiet ta’ kreditu garantiti permezz ta’ proprjetà immobbli reżidenzjali;

 

(gc) valutazzjoni tat-trasparenza u l-konsistenza tad-dejta dwar ix-xejriet fil-prezzijiet tal-proprjetà immobbli reżidenzjali.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 31a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31a

 

Iktar inizjattivi dwar is-self u t-tislif responsabbli

 

Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport komprensiv li jivvaluta l-isfidi usa' ta' dejn żejjed. Ir-rapport għandu jidentifika s-swieq, il-prodotti u l-atturi relatati fil-katina tal-forniment tal-kreditu u janalizza l-għażliet differenti għall-indirizzar ta’ dawn il-problemi, fosthom miżuri makroekonomiċi relatati mal-evoluzzjoni tal-kreditu, il-limiti u l-użi tiegħu, miżuri strutturali li jipproteġu lil min ifaddal f’istituzzjonijiet ta’ depożitu u miżuri li jindirizzaw problemi ta’ istituzzjonijiet b’ħafna effett ta’ lieva, ta’ unitajiet domestiċi b’dejn żejjed u konsumaturi f’diffikultajiet, u l-vulnerabilitajiet konsegwenti fis-sistema finanzjarja. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta xieraq, bi proposti leġislattivi.

 

________________

 

*ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Anness – Taqsima 1 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) Ir-riżultat tal-kalkolazzjoni għandu jiġi espress bi preċiżjoni ta' mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-post deċimali li jsegwi tkun akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra f'dak il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b'wieħed.

d) Ir-riżultat tal-kalkolazzjoni għandu jiġi espress bi preċiżjoni ta' mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-post deċimali li jsegwi tkun akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra fil-post deċimali preċedenti għandha tiżdied b'wieħed.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) Għal ftehimiet ta' kreditu li għalihom hija miftehma rata tat-teħid ta' self fissa fir-rigward tal-perjodu inizjali, li fi tmiem tiegħu tiġi ddeterminata rata tat-teħid ta' self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur miftiehem, il-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perjodu ta' rata tat-teħid ta' self fissa, ir-rata tat-teħid tas-self tkun l-istess bħal meta sar il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali, abbażi tal-valur tal-indikatur miftiehem f'dak iż-żmien.

(j) Għal ftehimiet ta' kreditu li għalihom hija miftehma rata tat-teħid ta' self fissa fir-rigward tal-perjodu inizjali, li fi tmiem tiegħu tiġi ddeterminata rata tat-teħid ta' self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur miftiehem, il-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perjodu ta' rata tat-teħid ta' self fissa, ir-rata tat-teħid tas-self tkun l-istess bħal meta sar il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali, abbażi tal-valur tal-indikatur miftiehem f'dak iż-żmien. Għal ftehimiet ta' kreditu b'rata tat-teħid tas-self fissa ta’ mill-inqas perjodu inizjali ta' ħames snin u speċjalment meta jkun pjanat li ftehim ġdid b'rata fissa jsir wara l-ftehim u meta l-kundizzjonijiet varjabbli jkun hemm qbil dwarhom biss bħala tħejjija għall-każ li ma jkunx għad hemm qbil dwar ftehim fiss ġdid, għandha titqies biss ir-rata fissa inizjali tas-self.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Anness 2 – parti A – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mutwanti

1. Mutwanti

[Isem]

[Isem]

[Indirizz ġeografiku]

 

[Numru tat-telefown]

 

[Indirizz elettroniku]

 

[Indirizz tal-websajt]

 

Awtorità superviżorja: [Isem u indirizz tal-websajt tal-awtorità superviżorja]

Awtorità superviżorja: [Isem u indirizz tal-websajt tal-awtorità superviżorja]

Persuna ta' kuntatt: [Dettalji sħaħ tal-persuna ta' Kuntatt]

Punt ta’ kuntatt (fakultattiva):

 

(Fejn applikabbli) Intermedjarju: [Isem, livell ta’ servizz provdut ("Nirrakkomandaw, wara li vvalutajna l-ħtiġijiet tiegħek, li inti tieħu din l-ipoteka"/"Aħna mhux qed nirrakkomandaw ipoteka partikolari għalik. Madankollu, abbażi tat-tweġibiet tiegħek għal xi mistoqsijiet, qed nagħtuk informazzjoni dwar din l-ipoteka sabiex tkun tista’ tagħmel l-għażla tiegħek stess"), remunerazzjoni]

2. Karatteristiċi ewlenin tas-selfa

2. Karatteristiċi ewlenin tas-selfa

Ammont u l-munita tas-self mogħti: [valur][munita]

Ammont u l-munita tas-self mogħti: [valur][munita]

(Fejn applikabbli) "Dan is-self mhux fi [il-munita nazzjonali]"

(Fejn applikabbli) "Dan is-self mhux fi [il-munita nazzjonali]" L-ammont totali li se jkollok tħallas f’[munita nazzjonali] jista’ jinbidel. Pereżempju, fil-każ li l-valur tal-[munita nazzjonali] ikun waqa’ b’20 % meta mqabbel mal-[munita tal-kreditu], inti jkollok tħallas lura total ta’ [daħħal l-ammont fil-munita nazzjonali]. (Fejn applikabbli) "Il-massimu li int se jkollok tħallas lura jista’ jkun ħafna aktar minn hekk.”

 

Int tirċievi twissija u possibilità li tirrinegozja l-kundizzjonijiet jekk l-ammont tal-kreditu jilħaq [daħħal l-ammont fil-munita nazzjonali]."

 

(Fejn applikabbli) "Il-massimu li int se jkollok tħallas lura jista’ jkun [daħħal l-ammont fil-munita nazzjonali]."

Id-duratura tas-self: [duratura]

Id-duratura tas-self: [duratura]

[Tip ta' self]

[Tip ta' self]

[Tip ta' rata tal-imgħax applikabbli]

[Tip ta' rata tal-imgħax applikabbli]

Ammont totali li għandu jiġi rimborżat:

Ammont totali li għandu jiġi rimborżat:

[Ammont massimu ta' self disponibbli b'rabta mal-valur tal-proprjetà]:

(Fejn applikabbli) il-valur minimu tal-proprjetà meħtieġ biex jiġi misluf l-ammont muri)

(Fejn applikabbli) [Garanzija]

(Fejn applikabbli) [Garanzija]

3. Rata tal-imgħax

3. Rata tal-imgħax

Ir-RPAI hija l-kost totali tas-self espress bħala perċentwali annwali. L-RPAI qed tingħata biex tgħinek tqabbel offerti differenti. Ir-RPAI applikabbli għas-selfa tiegħek hija [RPAI]. Hija magħmula minn:

Ir-RPAI hija l-kost totali tas-self espress bħala perċentwali annwali. L-RPAI qed tingħata biex tgħinek tqabbel offerti differenti. Ir-RPAI applikabbli għas-selfa tiegħek hija [RPAI]. Hija magħmula minn:

Rata tal-imgħax [valur perċentwali]

Rata tal-imgħax [valur perċentwali]

 

(Fejn applikabbli) Rata tal-imgħax [valur fil-każ tal-aħjar xenarju possibbli għal rata tal-imgħax varjabbli] Rata tal-imgħax [valur fil-każ tal-agħar xenarju possibbli għal rata tal-imgħax varjabbli]

 

(Fejn applikabbli) Rata tal-imgħax [valur f’każ ta’ xenarju fejn il-munita nazzjonali titlef 20 % tal-valur]

 

(Fejn applikabbli) L-ammont reali li int se jkollok tħallas, f’darba jew darba fil-[daħħal il-perjodu] jista’ jkun differenti ħafna mill-figura espressa fl-RPAI. Għaldaqstant RPAI hi kkalkulata bħala eżempju b’suppożizzjonijiet differenti.

[Komponenti oħra tar-RPAI]

[Komponenti oħra tar-RPAI]

4. Frekwenza u għadd ta' pagamenti

4. Frekwenza u għadd ta' pagamenti

Frekwenza tar-ripagamenti: [frekwenza]

Frekwenza tar-ripagamenti: [frekwenza]

Għadd ta' pagamenti: [għadd]

Għadd ta' pagamenti: [għadd]

5. Ammont ta' kull pagament akkont

5. Ammont ta' kull pagament akkont

[Ammont][munita]

[Ammont][munita]

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-kambju użata biex ir-ripagament tiegħek jiġi kkonvertit fi [il-munita tal-kreditu] għal [il-munita nazzjonali] ser tkun ir-rata ppubblikata [isem tal-istituzzjoni li tippubblika r-rata tal-kambju] fi [data].

(Fejn applikabbli) L-ammont li jkollok tħallas f’[munita nazzjonali] jista’ jinbidel. Pereżempju, fil-każ li l-valur tal-[munita nazzjonali] ikun waqa’ b’20 % meta mqabbel mal-[munita tal-kreditu], inti jkollok tħallas [daħħal l-ammont] aktar kull [daħħal il-perjodu]. Il-pagamenti tiegħek jistgħu jiżdiedu b’ħafna aktar minn hekk. Ir-rata tal-kambju użata biex ir-ripagament tiegħek jiġi kkonvertit fi [il-munita tal-kreditu] għal [il-munita nazzjonali] ser tkun ikkalkulata fi [data] skont [daħħal l-isem tal-punt ta’ riferiment jew il-metodu ta’ kalkulazzjoni].

 

(Fejn applikabbli) Minħabba li r-rata ta’ imgħax fuq [parti minn] dan is-self tista’ tvarja, l-ammont tal-pagamenti akkont jista’ jinbidel. [Twissija dwar il-varjabbiltà tal-pagamenti akkont u x-xenarji skont l-Artikolu 18a(5) li juri l-impatt tal-bidliet fir-rata tal-imgħax]

 

(Fejn applikabbli) Il-massimu li int jista’ jkollok tħallas kull [daħħal il-perjodu] jista’ jkun [daħħal l-ammont fil-munita nazzjonali]

 

(Fejn applikabbli) [Twissijiet dwar self abbażi tal-imgħax biss garantit permezz ta’ ipoteki jew garanziji kumparabbli, dettalji dwar prodotti tat-tfaddil marbuta, self b’imgħax differit kif elenkat fil-Parti B Taqsima 5.]

6. Tabella bl-eżempji tar-ripagamenti

6. (Fejn applikabbli) Tabella bl-eżempji tar-ripagamenti

Din it-tabella turi l-ammont li għandu jitħallas kull [frekwenza].

Din it-tabella turi l-ammont li għandu jitħallas kull [frekwenza].

Il-pagamenti akkont (kolonna [nru rilevanti]) huma s-somma tal-imgħax imħallas (kolonna [nru rilevanti]), kapital imħallas (kolonna [nru rilevanti]) u fejn applikabbli kostijiet oħra (kolonna [nru rilevanti]). Fejn applikabbli, Il-kostijiet fil-kolonna kostijiet oħra huma marbuta ma' [lista ta' kostijiet]. Kapital pendenti (kolonna [nru rilevanti]) huwa l-ammont tas-self li baqagħlu jrid jiġi rimborżat wara kull pagament akkont.

Il-pagamenti akkont (kolonna [nru rilevanti]) huma s-somma tal-imgħax imħallas (kolonna [nru rilevanti]), meta applikabbli, kapital imħallas (kolonna [nru rilevanti]) u fejn applikabbli kostijiet oħra (kolonna [nru rilevanti]). Fejn applikabbli, Il-kostijiet fil-kolonna kostijiet oħra huma marbuta ma' [lista ta' kostijiet]. Kapital pendenti (kolonna [nru rilevanti]) huwa l-ammont tas-self li baqagħlu jrid jiġi rimborżat wara kull pagament akkont.

[Ammont u l-munita tas-selfa]

 

[Duratura tas-self]

 

[Rata tal-imgħax]

 

[Tabella]

[Tabella]

(Fejn applikabbli) [Twissija dwar il-varjabbiltà tal-pagamenti akkont]

 

7. Obbligi u kostijiet addizjonali

7. Obbligi u kostijiet addizjonali

Il-mutwatarju jrid jikkonforma mal-obbligi li ġejjin sabiex jibbenefika mill-kundizzjonijiet tas-self deskritti f'dan id-dokument.

Il-mutwatarju jrid jikkonforma mal-obbligi li ġejjin sabiex jibbenefika mill-kundizzjonijiet tas-self deskritti f'dan id-dokument.

[Obbligi]

[Obbligi]

(Fejn applikabbli) Jekk jogħġbok innota li l-kundizzjonijiet tas-self deskritti f'dan id-dokument (inkluża r-rata tal-imgħax) jistgħu jinbidlu jekk dawn l-obbligi ma jiġux rispettati.

(Fejn applikabbli) Jekk jogħġbok innota li l-kundizzjonijiet tas-self deskritti f'dan id-dokument (inkluża r-rata tal-imgħax) jistgħu jinbidlu jekk dawn l-obbligi ma jiġux rispettati.

Minbarra l-kostijiet diġà inklużi fil-pagamenti akkont [frekwenza], dan is-self iġorr ukoll dawn il-kostijiet li ġejjin:

Minbarra l-kostijiet diġà inklużi fil-pagamenti akkont [frekwenza], dan is-self iġorr ukoll dawn il-kostijiet li ġejjin:

Kostijiet li jridu jitħallsu darba biss

Kostijiet li jridu jitħallsu darba biss

Kostijiet li jridu jitħallsu regolarment

Kostijiet li jridu jitħallsu regolarment

Jekk jogħġbok kun żgur li int konxju mit-taxxi u l-kostijiet l-oħra kolla (eż. it-tariffi tan-nutar) assoċjati ma' dan is-self.

Jekk jogħġbok kun żgur li int konxju mit-taxxi u l-kostijiet l-oħra kolla (eż. it-tariffi tan-nutar, it-tariffi tar-reġistrazzjoni, it-tariffi tal-valutazzjoni [jekk dawn m’humiex diġà inklużi hawn fuq] u t-taxxi) assoċjati ma' dan is-self.

8. Ripagament bikri

8. Ripagament bikri

(Fejn applikabbli) Ma għandekx il-possibbiltà li tħallas dan is-self qabel.

 

(Fejn applikabbli) Għandek il-possibbiltà li tħallas dan is-self qabel kollu jew parzjalment.

Għandek il-possibbiltà li tħallas lura dan is-self qabel, kollu jew parzjalment.

(Fejn applikabbli) [Kundizzjonijiet]

(Fejn applikabbli) [Kundizzjonijiet]

[Proċedura]

[Proċedura]

(Fejn applikabbli) Imposta tal-għeluq:

(Fejn applikabbli) Imposta tal-għeluq: [daħħal l-ammont jew metodu ta' kalkolazzjoni]

(Fejn applikabbli) Jekk tiddeċiedi li tħallas lura dan is-self qabel, jekk jogħġbok ikkuntattjana ħalli tiċċekkja l-livell eżatt tal-imposta tal-għeluq f'dak il-mument.

(Fejn applikabbli) Inti għandek il-possibbiltà li tittrasferixxi dan is-self lil persuna/entità oħra li ssellef. [Daħħal il-kundizzjonijiet]

 

(Fejn applikabbli) Inti m’għandekx il-possibbiltà li tittrasferixxi din is-selfa fuq proprjetà oħra

 

(Fejn applikabbli) Inti għandek il-possibbiltà li tittrasferixxi dan is-self fuq proprjetà oħra: [Daħħal il-kundizzjonijiet]

 

(Fejn applikabbli): Inti għandek id-dritt tikkonverti s-self f'[munita nazzjonali]. [Daħħal il-kundizzjonijiet]

(Fejn applikabbli) 9. Dritt ta' rtirar

(Fejn applikabbli) 9. Dritt ta' rtirar

Għal perjodu ta' [tul tal-perjodu tal-irtirar] wara l-iffirmar tal-ftehim tal-kreditu, il-mutwatarju jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li jħassar il-ftehim.

Għal perjodu ta' [tul tal-perjodu tal-irtirar] wara l-iffirmar tal-ftehim tal-kreditu, il-mutwatarju jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li jħassar il-ftehim. (Fejn applikabbli): [Kundizzjonijiet][Daħħal il-proċedura]

10. Skema interna tal-ilmenti

10. Ilmenti

[Isem id-dipartiment rilevanti]

Jekk għandek ilment jekk jogħġbok [daħħal il-punt ta’ kuntatt jew sors ta’ inforamazzjoni dwar il-proċedura]

[Indirizz ġeografiku]

Jekk ma nsibux soluzzjoni sodisfaċenti għal dan l-ilment, inti tista' tikkuntattja: [daħħal l-isem tal-organizzazzjoni]

[Numru tat-telefown]

 

[Indirizz elettroniku]

 

Persuna ta' kuntatt: [dettalji tal-kuntatt]

 

11. Korp estern tal-ilmenti

 

Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim mal-mutwanti li jibqa' mhux solvut il-mutwatarju għandu l-possibbiltà li jindirizza l-ilment lil:

 

[Isem tal-korp tal-ilmenti]

 

[Indirizz ġeografiku]

 

[Numru tat-telefown]

 

[Indirizz elettroniku]

 

12. Nuqqas ta' ħarsien tal-impenji marbuta mas-self: konsegwenzi fuq il-mutwatarju

11. Nuqqas ta' ħarsien tal-impenji marbuta mas-self: konsegwenzi fuq il-mutwatarju

[Tipi ta' nuqqas ta' rispett]

[Tipi ta' nuqqas ta' rispett]

[Konsegwenzi finanzjarji u/ legali]

[Konsegwenzi finanzjarji u/ legali]

Jekk issib xi diffikultà fil-pagamenti [frekwenza] tiegħek, nistednuk tikkuntattjana mill-aktar fis ħalli nesploraw x'soluzzjonijiet ikunu possibbli.

Jekk issib xi diffikultà fil-pagamenti [frekwenza] tiegħek, nistednuk tikkuntattjana mill-aktar fis ħalli nesploraw x'soluzzjonijiet ikunu possibbli.

(Fejn applikabbli) 13. Informazzjoni addizzjonali f'każ ta' kummerċjalizzazzjoni b'distanza

(Fejn applikabbli) 12. Informazzjoni addizzjonali

(Fejn applikabbli) Il-liġi li l-kreditur juża bħala bażi biex jistabbilixxi relazzjonijiet miegħek qabel il-konklużjoni tal-kuntatt tal-kreditu hija [liġi applikabbli].

(Fejn applikabbli) Fatturi Addizzjonali: [daħal spjegazzjoni tal-fatturi addizzjonali elenkati fil-Parti B, u, jekk tixtieq, kwalunkwe fattur ieħor offrut minnu bħala parti mill-ftehim tal-kreditu li mhux imsemmi fit-taqsimiet preċedenti].

Informazzjoni u termini kuntrattwali ser jingħataw bi [lingwa]. Bil-kunsens tiegħek, aħna beħsiebna nikkomunikaw bi [lingwa/i] matul id-duratura tal-ftehim tal-kreditu.

(Fejn il-lingwa maħsuba mhix il-lingwa tal-FEIS) Informazzjoni u termini kuntrattwali ser jingħataw bi [lingwa]. Bil-kunsens tiegħek, aħna beħsiebna nikkomunikaw bi [lingwa/i] matul id-duratura tal-ftehim tal-kreditu.

14. Riskji u twissijiet

13. Riskji u twissijiet

Niġbdulek l-attenzjoni għar-riskji involuti meta tieħu self ipotekarju.

Niġbdulek l-attenzjoni għar-riskji involuti meta tieħu self ipotekarju.

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-imgħax ta' dan is-self ma tibqax l-istess matul id-duratura kollha tas-selfa.

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-imgħax ta' dan is-self ma tibqax l-istess matul id-duratura kollha tas-selfa.

(Fejn applikabbli) Dan is-self mhux fi [munita nazzjonali]. Jekk jogħġbok innota li l-ammont fi [munita nazzjonali] li int ser ikollok tħallas f'kull pagament akkont ser ivarja skont ir-rata tal-kambju [tal-munita tas-self/munita nazzjonali].

(Fejn applikabbli) Dan is-self mhux fi [munita nazzjonali]. Jekk jogħġbok innota li l-ammont fi [munita nazzjonali] li int ser ikollok tħallas f'kull pagament akkont ser ivarja skont ir-rata tal-kambju [tal-munita tas-self/munita nazzjonali].

(Fejn applikabbli) Dan is-self abbażi tal-imgħax biss. Dan ifisser li matul id-duratura int ser tkun jeħtieġlek tfaddal biżżejjed kapital sabiex tirrimborża l-ammont tas-selfa mal-maturità

(Fejn applikabbli) Dan is-self abbażi tal-imgħax biss. Dan ifisser li matul id-duratura int ser tkun jeħtieġlek tfaddal biżżejjed kapital sabiex tirrimborża l-ammont tas-selfa mal-maturità

Ser ikollok bżonn ukoll tħallas taxxi u kostijiet oħra (fejn applikabbli), eż. it-tariffi notarili.

Ser ikollok bżonn ukoll tħallas taxxi u kostijiet oħra (fejn applikabbli), eż. it-tariffi notarili.

L-introjtu tiegħek jista' jinbidel. Jekk jogħġbok kun żgur li jekk l-introjtu tiegħek jonqos int xorta waħda tkun tista' taffordja r-ripagamenti akkont [frekwenza].

L-introjtu tiegħek jista' jinbidel. Jekk jogħġbok kun żgur li jekk l-introjtu tiegħek jonqos int xorta waħda tkun tista' taffordja r-ripagamenti akkont [frekwenza].

(Fejn applikabbli) Id-dar tiegħek tista' tiġi esproprjata jekk ma tlaħħaqx mal-pagamenti.

(Fejn applikabbli) Id-dar tiegħek tista' tiġi esproprjata jekk ma tlaħħaqx mal-pagamenti.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Anness 2 – parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jintmela l-FEIS, għandhom jiġi segwiti dawn l-istruzzjonijiet:

Meta jintmela l-FEIS, għandhom jiġi segwiti dawn l-istruzzjonijiet:

Taqsima 'Test introduttorju'

Taqsima 'Test introduttorju'

(1) Id-data tal-validità għandha emfażissata sew.

(1) Id-data tal-validità għandha emfażissata sew.

Taqsima 'Test introduttorju'

Taqsima 'Test introduttorju'

(1) Id-data tal-validità għandha emfażissata sew.

(1) Id-data tal-validità għandha emfażissata sew.

Taqsima '1. Mutwanti'

Taqsima 1: ‘Mutwanti’

(1) Isem, numru tat-telefown, indirizz ġeografiku u l-indirizz tal-websajt tal-kreditur għandhom jirreferu għall-uffiċċji prinċipali tal-kreditur. L-awtorità rilevanti għas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-għoti ta' self għandha tkun indikata.

(1) L-awtorità rilevanti għas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-għoti ta' self għandha tkun indikata.

(2) Informazzjoni dwar il-persuna ta' kuntatt hija fakultattiva.

(2) Informazzjoni dwar mezz biex wieħed jikkuntattja lil min isellef hija fakultattiva.

(3) Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-tranżizzjoni tiġi offruta b'distanza, il-kreditur għandu jindika, fejn applikabbli, l-isem u l-indirizz ġeografiku tar-repreżentant tiegħu fl-Istat Membru tar-reżidenza tal-mutwatarju. L-indikazzjoni tan-numru tat-telefown, l-indirizz tal-indirizz elettroniku u l-indirizz tal-websajt tar-repreżentant tal-fornitur tal-kreditu hija fakultattiva.

(3) Fejn l-informazzjoni dwar il-prodott qed tingħata lill-konsumatur mill-intermedjarju, dak l-intermedjarju għandu jagħti ismu u jinforma lill-konsumatur jekk hux qed jipprovdi l-informazzjoni dwar il-prodott bħala parti minn servizz ta’ parir jew le. Għandu jispjega wkoll kif qed jiġi rimunerat. Jekk qed jirċievi kummissjoni mingħand il-kreditur, għandhom jingħataw l-ammont u l-isem tal-kreditur.

(4) Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-tranżizzjoni tiġi offruta b'distanza, il-kreditur għandu jindika l-isem tar-reġistru kummerċjali li kif jidher il-kreditur u n-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu jew mezz ekwivalenti ta' identifikazzjoni f'dak ir-reġistru.

 

Taqsima '2. Karatteristiċi ewlenin tas-selfa'

Section 2: Karatteristiċi ewlenin tas-selfa'

(1) Id-duratura tal-kreditu għandha tkun indikata fi snin jew xhur, liema minnhom ikun l-aktar rilevanti. Meta d-duratura tal-kreditu tista' tvarja matul il-ħajja tal-kuntratt, il-kreditur għandu jispjega meta u skont liema kundizzjonijiet dan jista' jseħħ.

(1) Id-duratura tal-kreditu għandha tkun indikata fi snin jew xhur, liema minnhom ikun l-aktar rilevanti. Meta d-duratura tal-kreditu tista' tvarja matul il-ħajja tal-kuntratt, il-kreditur għandu jispjega meta u skont liema kundizzjonijiet dan jista' jseħħ.

Id-deskrizzjoni tat-tip ta' kreditu għandha tindika b'mod ċar kif il-kapital u l-imgħax għandhom jiġu rimborżati matul il-ħajja tal-kreditu (jiġifieri rimborżi konstanti, progressivi jew rigressivi).

(2) Id-deskrizzjoni tat-tip ta’ kreditu għandha tindika b’mod ċar kif il-kapital u l-imgħax għandhom jiġu rimborżati matul il-ħajja tal-kreditu (jiġifieri rimborżi konstanti, progressivi jew rigressivi) u tispeċifika jekk il-ftehim ta’ kreditu huwiex fuq il-bażi ta’ ripagament tal-kapital jew tal-imgħax biss.

(2) Din it-taqsima għandha tispjega wkoll jekk ir-rata tal-imgħax hijiex fissa jew varjabbli u, fejn applikabbli, il-perjodi li matulhom ser tibqa' fissa; il-frekwenza tar-reviżjonijiet sussegwenti u l-eżistenza ta' limiti għall-varjabbiltà tar-rata tal-imgħax, bħal limiti massimi jew limiti minimi. Il-formula użata għar-reviżjoni tar-rata tal-imgħax għandha tiġi spjegata. Il-kreditur għandu wkoll jindika minn fejn tista' tinstab aktar informazzjoni dwar l-indiċijiet jew ir-rati użati fil-formula. Fejn il-munita tal-kreditu tkun differenti mill-munita nazzjonali, il-kreditur għandu jinkludi informazzjoni dwar il-formula wżata biex jiġu kkalkulati l-faxex tar-rati tal-kambju u l-frekwenza tal-aġġustament tagħhom.

(3) Din it-taqsima għandha tispjega wkoll jekk ir-rata tal-imgħax hijiex fissa jew varjabbli u, fejn applikabbli, il-perjodi li matulhom ser tibqa' fissa; il-frekwenza tar-reviżjonijiet sussegwenti u l-eżistenza ta' limiti għall-varjabbiltà tar-rata tal-imgħax, bħal limiti massimi jew limiti minimi. Il-formula użata għar-reviżjoni tar-rata tal-imgħax għandha tiġi spjegata. Fejn il-munita tal-kreditu tkun differenti mill-munita nazzjonali, il-kreditur għandu jinkludi informazzjoni dwar il-formula wżata biex jiġu kkalkulati l-faxex tar-rati tal-kambju u l-frekwenza tal-aġġustament tagħhom.

(3) 'L-ammont totali li għandu jiġi rimborżat' għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-ammont ta' kreditu u l-kost totali tal-kreditu.

(4) 'L-ammont totali li għandu jiġi rimborżat' għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-ammont ta' kreditu u l-kost totali tal-kreditu.

(4) 'L-ammont massimu ta' self disponibbli b'rabta mal-valur tal-proprjetà' għandu jindika l-proporzjon bejn is-selfa u l-valur. Dan il-proporzjon għandu jkun akkumpanjat b'eżempju f'termini assoluti tal-ammont massimu li jista' jittieħed b'self għal valur speċifiku ta' proprjetà.

(5) Fejn applikabbli, għandu jiġi ddikjarat il-valur minimu tal-proprjetà meħtieġ biex jiġi misluf l-ammont muri.

(5) Fejn il-kreditu ser ikun iggarantit b'ipoteka fuq il-proprjetà jew garanzija oħra komunament użata, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-mutwatarju dwar dan.

(6) Fejn il-kreditu ser ikun iggarantit b'ipoteka fuq il-proprjetà jew garanzija oħra komunament użata, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-mutwatarju dwar dan.

 

(7) Fejn is-self huwa self b’iktar minn parti waħda (pereżempju parti b’rata fissa, parti b’rata varjabbli), l-informazzjoni għandha tingħata għal kull parti tas-self.

Taqsima '3. Rata tal-imgħax'

Taqsima '3. Rata tal-imgħax'

(1) Flimkien mar-rata tal-imgħax, il-kostijiet kollha l-oħra fir-RPAI għandhom ikunu elenkati (isem u ekwivalenza f'perċentwali). Meta l-għoti ta' rata perċentwali għal kull wieħed minn dawn il-kostijiet ma jkunx possibbli jew ma jagħmilx sens, il-kreditur għandu jipprovdi rata perċentwali globali.

(1) Flimkien mar-rata tal-imgħax, il-kostijiet kollha l-oħra fir-RPAI għandhom ikunu elenkati (isem u ekwivalenza f'perċentwali). Meta l-għoti ta' rata perċentwali għal kull wieħed minn dawn il-kostijiet ma jkunx possibbli jew ma jagħmilx sens, il-kreditur għandu jipprovdi rata perċentwali globali.

 

(2) Fejn is-self huwa self b’iktar minn parti waħda (eż. parti b’rata fissa, parti b’rata varjabbli), l-informazzjoni għandha tingħata għal kull parti tas-self.

 

(3) Fejn ir-rata tal-imgħax tkun soġġetta għal reviżjoni, il-kreditur għandu jiddikjara kwalunkwe punt ta’ riferiment li użati biex jiġu ddeterminati bidliet fir-rata ta’ imgħaxijiet applikabbli u fosthom: (1) fejn rilevanti, il-limiti massimi u l-limiti minimi applikabbli; (2) eżempju ta’ kif l-ammont tal-pagament akkont ivarja meta r-rata tal-imgħax tiżdied b’1% jew b’perċentwali ogħla li jista’ jkun speċifikat aktar, fejn dan huwa iktar realistiku minħabba l-livell ta’ bidliet normali fir-rata tal-imgħax, sakemm ma jkunx hemm limitu massimu fuq ir-rata tal-imgħax li jkun iżgħar minn din iż-żieda, u (3) fejn ikun hemm limitu massimu, l-ammont tal-pagament akkont fil-każ tal-agħar xenarju possibbli.

Taqsima '4. Frekwenza u għadd ta' pagamenti'

Taqsima '4. Frekwenza u għadd ta' pagamenti'

(1) Fejn il-pagamenti ser isiru fuq bażi regolari, il-frekwenza tal-pagamenti għandha tkun indikata (eż. mensili). Fejn il-frekwenza tal-pagamenti ser tkun irregolari, dan għandu jkun spjegat lill-mutwatarju b'mod ċar. L-għadd ta' pagamenti indikati għandhom ikopru d-duratura kollha tal-kreditu.

(1) Fejn il-pagamenti ser isiru fuq bażi regolari, il-frekwenza tal-pagamenti għandha tkun indikata (eż. mensili). Fejn il-frekwenza tal-pagamenti ser tkun irregolari, dan għandu jkun spjegat lill-mutwatarju b'mod ċar. L-għadd ta' pagamenti indikati għandhom ikopru d-duratura kollha tal-kreditu.

Taqsima '5. Ammont ta' kull pagament akkont'

Taqsima '5. Ammont ta' kull pagament akkont'

(1) Il-munita tas-selfa għandha tkun indikata b'mod ċar.

(1) Il-munita tas-selfa għandha tkun indikata b'mod ċar.

(2) Fejn l-ammont tal-pagamenti akkont jistgħu jinbidlu matul il-ħajja tal-kreditu, il-kreditur għandu jispeċifika l-perjodu li matulu dak l-ammont tal-pagament akkont inizjali ser jibqa' validu u meta u kemm frekwentament ser jinbidel wara.

(2) Fejn l-ammont tal-pagamenti akkont jistgħu jinbidlu matul il-ħajja tal-kreditu, il-kreditur għandu jispeċifika l-perjodu li matulu dak l-ammont tal-pagament akkont inizjali ser jibqa' validu u meta u kemm frekwentament ser jinbidel wara.

(3) Fejn il-munita tal-kreditu tkun differenti mill-munita nazzjonali tal-mutwatarju, il-kreditur għandu jinkludi eżempji numeriċi li juru b'mod ċar kif it-tibdiliet fir-rata tal-kambju rilevanti jistgħu jaffettwaw l-ammont tal-pagamenti akkont. L-eżempji tat-tibdiliet fir-rata tal-kambju jridu jkunu realistiċi, simetriċi u jinkludu tal-anqas l-istess għadd ta' każijiet sfavorevoli daqs każijiet favorevoli.

(3) Fejn il-ftehim tal-kreditu hu self f’munita barranija u fejn il-munita tal-kreditu tkun differenti mill-munita nazzjonali tal-mutwatarju, il-kreditur għandu jinkludi eżempji numeriċi li juru b'mod ċar kif 5 % tnaqqis fil-valur tal-munita nazzjonali jaffettwa l-ammont tal-pagamenti akkont flimkien ma’ dikjarazzjoni prominenti li l-munita nazzjonali tal-mutwatarju tista’ titlef il-valur b’aktar mill-ammont muri f’dan l-eżempju.

(4) Fejn il-munita użata għall-pagament tal-pagamenti akkont tkun differenti mill-munita tal-kreditu, ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għandha tkun indikata b'mod ċar. Dawk l-indikazzjonijiet għandhon jinkludu l-isem tal-istituzzjoni li tippubblika l-kambju u l-mument li fih il-kambju applikabbli jiġi kkalkulat.

(4) Fejn il-munita użata għall-pagament tal-pagamenti akkont tkun differenti mill-munita tal-kreditu, għandha tingħata d-dejta li fiha hu kkalkulat il-kambju applikabbli, u l-bażi li fuqha jkun qed jiġi kkalkulat.

 

(5) Fejn is-self kollu jew parti minnu hu abbażi tal-imgħax biss, id-dikjarazzjoni li ġejja għandha tiddaħħal b’mod prominenti fl-aħħar ta’ din it-Taqsima “Inti xorta jkun baqagħlek tħallas [daħħal l-ammont tas-self abbażi tal-imgħax biss] fl-aħħar tat-terminu tal-ipoteka. Jeħtieġ li tagħmel arranġamenti separati biex tħallas dan lura. Meta jitqabblu l-pagamenti fuq din l-ipoteka ma’ ipoteka bir-ripagament, għandek tiftakar iżżid kwalunkwe flus li jaf ikollok tħallas fi pjan tat-tfaddil separat, biex takkumula somma unika biex tħallas lura dan l-ammont.”

 

(6) Jekk il-konsumatur jintalab jistabbilixxi prodott tat-tfaddil marbut bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ ipoteka abbażi tal-imgħax biss garantita b’ipoteka jew garanzija oħra kumparabbli, id-dettalji ta’ dan il-prodott, inkluż il-kost u l-frekwenza ta’ kwalunkwe pagament, iridu wkoll jiġu pprovduti mad-dikjarazzjoni fil-punt (5).

 

(7) Fejn is-self hu self b’imgħax differit, għandu jkun spjegat: il-mod ta’ kif l-imgħax differit se jiżdied mas-selfa bħala ammont fi flus, u meta; u x’inhuma l-implikazzjonijiet għall-konsumatur fir-rigward tad-dejn li jkun fadlilhom.

 

(8) Fejn is-self huwa self b’iktar minn parti waħda (eż. parti b’rata fissa, parti b’rata varjabbli), l-informazzjoni għandha tingħata għal kull parti tas-self, u bħala total.

Taqsima '6. Tabella bl-eżempji tar-ripagamenti'

Taqsima '6. Tabella bl-eżempji tar-ripagamenti

(1) Fejn l-imgħax jista' jvarja matul il-ħajja tal-kreditu, il-kreditur għandu jindika, wara r-referenza għar-rata tal-imgħax, il-perjodu li matulu dik ir-rata tal-imgħax inizjali ser tibqa' valida.

(1) Din it-taqsima għandha tiġi inkluża fejn is-self hu self bl-imgħax differit, jew fejn ir-ripagament tal-prinċipju hu differit għal perjodu inizjali.

(2) It-tabella li għandha tkun inkluża f'din it-taqsima għandu jkun fiha l-kolonni li ġejjin: 'mument ta' ripagament', 'ammont tal-pagament akkont', 'imgħax li għandu jitħallas f'kull pagament akkont', 'kostijiet oħra inklużi fil-pagament akkont' (fejn rilevanti), 'kapital ripagat f'kull pagament akkont' u 'kapital pendenti wara kull pagament akkont'.

(2) It-tabella li għandha tkun inkluża f'din it-taqsima għandu jkun fiha l-kolonni li ġejjin: 'mument ta' ripagament', 'ammont tal-pagament akkont', 'imgħax li għandu jitħallas f'kull pagament akkont', 'kostijiet oħra inklużi fil-pagament akkont' (fejn rilevanti), 'kapital ripagat f'kull pagament akkont' u 'kapital pendenti wara kull pagament akkont'.

(3) Għall-ewwel sena ta' ripagament l-informazzjoni għandha tingħata għal kull pagament akkont u subtotal għandu jkun indikat għal kull kolonna fl-aħħar ta' dik l-ewwel sena. Għas-snin ta' wara, l-informazzjoni tista' tingħata fuq bażi annwali. Ringiela tat-total sħiħ għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella u għandha tipprovdi l-ammonti totali għal kull kolonna. L-ammont totali mħallas mill-mutwatarju (jiġifieri s-somma sħiħa tal-kolonna tal-'ammont tal-pagament akkont') għandu jkun enfażizzat b'mod ċar u ppreżentat bħala tali.

(3) Għall-ewwel sena ta' ripagament l-informazzjoni għandha tingħata għal kull pagament akkont u subtotal għandu jkun indikat għal kull kolonna fl-aħħar ta' dik l-ewwel sena. Għas-snin ta' wara, l-informazzjoni tista' tingħata fuq bażi annwali. Ringiela tat-total sħiħ għandha tiżdied fl-aħħar tat-tabella u għandha tipprovdi l-ammonti totali għal kull kolonna. L-ammont totali mħallas mill-mutwatarju (jiġifieri s-somma sħiħa tal-kolonna tal-'ammont tal-pagament akkont') għandu jkun enfażizzat b'mod ċar u ppreżentat bħala tali.

(4) Fejn ir-rata tal-imgħax tkun soġġetta għal reviżjoni u l-ammont tal-pagament akkont wara kull reviżjoni ma jkunx magħruf, il-kreditur jista' jindika fit-tabella tar-ripagamenti l-istess ammont tal-pagament akkont għat-tul tad-duratura kollha tal-kreditu. F'dan il-każ il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-mutwatarju billi jiddifferenzja viżwalment l-ammonti li huma magħrufa minn dawk li huma ipotetiċi (eż. billi juża tipa differenti, borduri jew sfumaturi). Barra minn dan, test leġibbli b'mod ċar għandu jispjega għal liema perjodi l-ammonti rappreżentati fit-tabella jistgħu jvarjaw u għalfejn. Il-kreditur għandu jinkudi wkoll: (1) fejn rilevanti, il-limiti massimi u l-limiti minimi applikabbli; (2) eżempju ta' kif l-ammont tal-pagament akkont ivarja meta r-rata tal-imgħax tiżdied jew tonqos b'1% jew b'perċentwali ogħla, fejn dan huwa aktar realistiku fid-dawl tad-daqs tat-tibdil normali fir-rata tal-imgħax u (3) fejn ikun hemm limitu massimu, l-ammont tal-pagament akkont fl-agħar xenarju.

(4) Fejn ir-rata tal-imgħax tkun soġġetta għal reviżjoni u l-ammont tal-pagament akkont wara kull reviżjoni ma jkunx magħruf, il-kreditur jista' jindika fit-tabella tar-ripagamenti l-istess ammont tal-pagament akkont għat-tul tad-duratura kollha tal-kreditu. F'dan il-każ il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-mutwatarju billi jiddifferenzja viżwalment l-ammonti li huma magħrufa minn dawk li huma ipotetiċi (eż. billi juża tipa differenti, borduri jew sfumaturi). Barra minn dan, test leġibbli b'mod ċar għandu jispjega għal liema perjodi l-ammonti rappreżentati fit-tabella jistgħu jvarjaw u għalfejn.

Taqsima '7. Obbligi u kostijiet addizjonali'

Taqsima '7. Obbligi u kostijiet addizjonali'

(1) Il-kreditur għandu jirreferi f'din it-taqsima għall-obbligi bħal mhuma l-ħtieġa li jassigura l-proprjetà, li jakkwista assigurazzjoni tal-ħajja jew li jixtri kwalunkwe prodott jew servizz ieħor. Għal kull obbligu, il-kreditu għandu jispeċifika lejn min u sa meta jrid ikun issodisfat l-obbligu.

(1) Il-kreditur għandu jirreferi f'din it-taqsima għall-obbligi bħal mhuma l-ħtieġa li jassigura l-proprjetà, li jakkwista assigurazzjoni tal-ħajja jew li jixtri kwalunkwe prodott jew servizz ieħor. Għal kull obbligu, il-kreditu għandu jispeċifika lejn min u sa meta jrid ikun issodisfat l-obbligu.

(2) Il-kreditu għandu wkoll jelenka kull kost skont il-kategorija, jindika l-ammont tagħhom, lil min iridu jitħallsu u f'liema mument. Meta l-ammont ma jkunx magħruf, il-kreditur għandu jipprovdi firxa possibbli jew indikazzjoni dwar kif

(2) Il-kreditur għandu wkoll jipprovdi lista diżaggregata ta' kull kost skont il-kategorija, jindika l-ammont tagħhom, lil min iridu jitħallsu u f'liema mument. Din il-lista m’għandhiex għalfejn tinkludi l-kostijiet imġarrba f’każ ta’ ksur tal-obbligi tal-kuntratt. Meta l-ammont ma jkunx magħruf, il-kreditur għandu jipprovdi firxa possibbli jew indikazzjoni dwar kif

Taqsima '8. Ripagament bikri'

Taqsima '8. Ripagament bikri u flessibilità’

(1) Meta il-kreditu jista’ jitħallas qabel, il-kreditur għandu jindika taħt liema kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, il-mutwatarju jista’ jagħmel hekk. Il-kreditur għandu jindika wkoll l-passi li l-mutwatarju għandu jieħu sabiex jitlob ripagament bikri.

(1) Il-kreditur għandu jindika taħt liema kundizzjonijiet, jekk ikun hemm, il-mutwatarju jista’ jagħmel ripagament bikri, sħiħ jew parzjali. Il-kreditur għandu jindika wkoll l-passi li l-mutwatarju għandu jieħu sabiex jitlob ripagament bikri.

(2) Fejn tkun ser tiġi applikat imposta tal-għeluq fuq ir-ripagament bikri, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-mutwatarju dwar dan u jindika l-ammont tiegħu. Fil-każijiet fejn l-ammont tal-imposta tal-għeluq tkun tiddependi fuq fatturi differenti, bħal l-ammont ripagat jew ir-rata tal-imgħax prevalenti f'dak il-mument tar-ripagament bikri, il-kreditur għandu jindika kif l-imposta tal-imposta tal-għeluq ser tiġi kkalkolata. Il-kreditur għandu imbagħad jipprovdi tal-anqas żewġ eżempji illustrattivi sabiex juri lill-mutwatarju l-livell tal-imposta tal-għeluq skont xenarji differenti.

(2) Fejn tkun ser tiġi applikat imposta tal-għeluq fuq ir-ripagament bikri biex il-kreditur jiġi kumpensat u tkun preservata l-indemnità, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-mutwatarju dwar dan u jindika l-ammont tiegħu. Fil-każijiet fejn l-ammont tal-imposta tal-għeluq tkun tiddependi fuq fatturi differenti, bħal l-ammont ripagat jew ir-rata tal-imgħax prevalenti f'dak il-mument tar-ripagament bikri, il-kreditur għandu jindika kif l-imposta tal-imposta tal-għeluq ser tiġi kkalkolata. Il-kreditur għandu imbagħad jipprovdi, fejn applikabbli, l-ammont massimu possibbli tal-imposta.

 

(3) Fejn applikabbli, il-kreditur għandu jispjega l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tas-self lil kreditur ieħor.

 

(4) Fejn il-konsumatur għandu l-għażla li jittrasferixxi s-selfa tiegħu fuq proprjetà oħra, għandhom jiġu spjegati l-kundizzjonijiet biex jagħmel dan.

 

(5) Fejn is-self ikun self f’munita barranija, il-kreditur għandu jiddikjara d-dritt fl-Artikolu -18a(1), u l-kundizzjonijiet marbuta mal-eżerċizzju ta’ dak id-dritt skont l-Artikolu -18a(2) u (3). Meta d-dħul jew assi li l-konsumatur jiddependi minnhom biex iħallas lura s-self ikunu f’munita differenti minn dik tal-ftehim ta’ kreditu jew fejn il-ftehim ta’ kreditu hu f’munita li mhix il-munita nazzjonali, il-kreditur għandu jiddikjara jekk hemmx dritt li jikkonverti l-munita tal-ftehim ta’ kreditu u, jekk ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet.

Taqsima '9. Dritt ta' rtirar'

Taqsima '9. Dritt ta' rtirar'

(1) Fejn ikun jeżisti dritt tal-irtirar, il-kreditur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet li huma soġġett għalihom dak id-dritt, il-proċedura li l-mutwatarju jkollu jsegwi sabiex jeżerċita dan id-dritt, fost l-oħrajn, l-indirizz li fih in-notifika tal-irtirar għandha tintbagħat u l-imposti korrispondenti (fejn applikabbli).

(1) Fejn ikun jeżisti dritt tal-irtirar, il-kreditur għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet li huma soġġett għalihom dak id-dritt, il-proċedura li l-mutwatarju jkollu jsegwi sabiex jeżerċita dan id-dritt, fost l-oħrajn, l-indirizz li fih in-notifika tal-irtirar għandha tintbagħat u l-imposti korrispondenti (fejn applikabbli).

(2) Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-tranżizzjoni tiġi offruta b'distanza, il-konsumatur għandu jiġi infurmat bl-eżistenza jew in-nuqqas tad-dritt tal-irtirar.

(2) Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-tranżizzjoni tiġi offruta b'distanza, il-konsumatur għandu jiġi infurmat bl-eżistenza jew in-nuqqas tad-dritt tal-irtirar.

(3) Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 85/577/KE, fejn it-tranżizzjoni tiġi offruta lil hinn mill-uffiċċju kummerċjali, il-konsumatur għandu jiġi infurmat bl-eżistenza ta' dritt tal-irtirar.

(3) Skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 85/577/KE, fejn it-tranżizzjoni tiġi offruta lil hinn mill-uffiċċju kummerċjali, il-konsumatur għandu jiġi infurmat bl-eżistenza ta' dritt tal-irtirar.

Taqsima '10. Skema interna tal-ilmenti'

Taqsima '10. Ilmenti’

(1) Informazzjoni dwar il-persuna ta' kuntatt hija fakultattiva.

(1) Daħħal mezz ta’ kuntatt mal-organizzazzjoni f’każ ta’ lment jew ħolqa mal-proċedura tal-ilmenti fil-paġna relevanti ta’ websajt jew sors ta' informazzjoni simili, flimkien mal-isem tal-entità esterna relevanti għal ilmenti u rimedji barra mill-qorti.

Taqsima '11. Korp estern tal-ilmenti'

 

(1) Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE, fejn it-tranżizzjoni tiġi offruta b'distanza, il-kreditur għandu wkoll jispeċifika jekk hemmx jew le mekkaniżmu għall-ilment u rimedju barra mill-qorti għal-mutwatarju u jekk hemm jispjega l-metodi ta' aċċess għalih.

 

Taqsima '12. Nuqqas ta' ħarsien tal-impenji marbuta mal-kreditu: konsegwenzi fuq il-mutwatarju'

Taqsima '11. Nuqqas ta' ħarsien tal-impenji marbuta mal-kreditu: konsegwenzi fuq il-mutwatarju'

(1) Meta n-nuqqas ta' rispett ta' kwalunkwe mill-obbligi tal-mutwatarju marbuta mal-kreditu jista' jkollhom konsegwenzi finanzjarji jew legali fuq il-mutwatarju, f'din it-taqsima l-kreditur għandu jiddeskrivi l-każijiet different possibbli (eż. pagamenti tard/inadempjenza, nuqqas milli jirrispetta l-obbligi stipulati fit-Taqsima 7 'Obbligi u kostijiet addizzjonali').

(1) Meta n-nuqqas ta' rispett ta' kwalunkwe mill-obbligi tal-mutwatarju marbuta mal-kreditu jista' jkollhom konsegwenzi finanzjarji jew legali fuq il-mutwatarju, f'din it-taqsima l-kreditur għandu jiddeskrivi l-każijiet different possibbli (eż. pagamenti tard/inadempjenza, nuqqas milli jirrispetta l-obbligi stipulati fit-Taqsima 7 'Obbligi u kostijiet addizzjonali').

 

(2) Għal kull wieħed minn dawn il-każijiet, il-kreditur għandu jispeċifika, f'termini komprensibbli u faċli l-penalitajiet jew il-konsegwenzi li jistgħu joħolqu. Għandha tiġi enfażissata r-referenza għall-konsegwenzi serji.

Taqsima '13. Informazzjoni addizzjonali f'każ ta' kummerċjalizzazzjoni b'distanza'

Taqsima '12. Informazzjoni addizzjonali

(1) Fejn applikabbli, din it-taqsima ser tinkludi klawżola li tistipula l-liġi applikabbli għall-ftehim tal-kreditu u/jew il-qorti kompetenti.

(1) Il-kreditur għandu jiddikjara jekk hux obbligatorju li l-konsumatur jieħu xi servizz anċillari biex jikseb il-kreditu bit-termini ddikjarati, u jekk ikun il-każ, jekk il-konsumatur hux obbligat li jixtrihom mill-fornitur preferut tal-kreditur. Fejn il-ftehim ta’ kreditu ikun abbinat (bundled) ma’ prodotti oħra, il-kreditu għandu jiddikjara l-karatteristiċi ewlenin ta’ dawk il-prodotti oħra, u jiddikjara b’mod ċar jekk il-konsumatur għandux dritt jittermina l-ftehim tal-kreditu u/jew il-prodotti abbinati separatament, il-kundizzjonijiet biex jagħmel dan, u, f’każ li jieħu din l-azzjoni, l-implikazzjonijiet tagħha.

 

(2) (Fejn ikun il-każ) Karatteristiċi addizzjonali: Fejn il-prodott ikun fih xi karatteristika minn dawk elenkati fil-punt (4) hawn taħt, din it-Taqsima għandha telenka dawn il-karatteristiċi u tipprovdi spjegazzjoni qasira ta’: iċ-ċirkostanzi li fihom il-konsumatur jista’ juża dik il-karatteristika; kwalunkwe kundizzjonijiet marbuta mal-karatteristika; jekk il-fatt li l-karatteristika tkun parti mis-self garantit permezz ta’ ipoteka jew mezz ta’ garanzija kumparabbli jfissirx li l-konsumatur jitlef kwalunkwe protezzjoni statutorja jew ta’ xi tip ieħor normalment assoċjata mal-karatteristika; u l-intrapriża li tipprovdi l-karatteristika (jekk mhix il-kreditur).

 

(2) Jekk il-karatteristika ikun fiha kwalunkwe kreditu addizzjonali, allura din it-Taqsima għandha tispjega lill-konsumatur: l-ammont totali tal-kreditu (inkluż il-kreditu garantit permezz tal-ipoteka jew garanzija kumparabbli); jekk il-kreditu addizzjonali huwiex iggarantit jew le; ir-rati tal-imgħax rilevanti; u jekk il-karatteristika hix regolata jew le.

 

(3) Jekk il-karatteristika tinvolvi strument tat-tfaddil, ir-rata tal-imgħax rilevanti għandha tiġi spjegata.

 

(4) Il-karatteristiċi addizzjonali possibbli huma: 'Ħlasijiet nieqsa'; 'Pagamenti differiti'; 'Self ġdid'; 'Inċentivi'; 'Self addizzjonali disponibbli mingħajr approvazzjoni ulterjuri'; 'Self iggarantit addizzjonali'; 'Karta tal-kreditu'; 'Self mhux iggarantit'; 'Kont kurrenti marbut'; u ‘Kont tat-tfaddil marbut’.

 

(5) Il-mutwanti jista’ jinkludi wkoll kwalunkwe karatteristika ieħor offrut minnu bħala parti mill-ftehim tal-kreditu li mhux imsemmi fit-taqsimiet preċedenti.

 

(6) Fejn il-kumpanija jkollha l-intenzjoni tikkomunika mal-konsumatur tul it-terminu tal-kuntratt b’lingwa differenti mil-lingwa tal-FEIS, dan il-fatt għandu jkun inkluż, u l-lingwa ta’ komunikazzjoni nominata.

Taqsima '14. Riskji u twissijiet'

Taqsima '13. Riskji u twissijiet'

(1) It-twissijiet elenkati kollha għandhom jiġu enfażissati.

(1) It-twissijiet elenkati kollha għandhom jiġu enfażissati.

(2) Fejn applikabbli, il-kreditur għandu jirrepeti f'din it-taqsima r-regoli tar-reviżjoni tar-rata tal-imgħax ġenerali u jipprovdi eżempju kwantitattivta' kif il-pagamenti akkont jiżdiedu jekk ir-rata tal-imgħax tal-kreditu jkollha tiżdied b'X % (kif spjegat fit-taqsima 'Tabella bl-eżempji tar-ripagamenti') u/jew fl-agħar xenarju (jekk hemm limitu massimu fuq il-varjabbiltà tar-rata tal-imgħax).

(2) Fejn applikabbli, il-kreditur għandu jirrepeti f'din it-taqsima r-regoli tar-reviżjoni tar-rata tal-imgħax ġenerali u r-riskju għall-konsumatur ta’ żidiet fir-rati tal-imgħax b’dikjarazzjoni ċara u qasira li tagħmel referenza għall-eżempju kwantitattiv ta' kif il-pagamenti akkont jiżdiedu jekk ir-rata tal-imgħax tal-kreditu jkollha tiżdied b'X % fit-Taqsima 3(3).

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness IIa

 

Rekwiżiti ta’ għarfien u kompetenza minimi

 

1. Ir-rekwiżiti ta’ għarfien u kompetenza minimi għall-persunal tal-kredituri, l-intermedjarji tal-kreditu u r-rappreżentanti maħtura għandhom jinkludu mill-inqas:

 

(a) għarfien xieraq tal-prodotti ta’ kreditu garantiti b’ipoteki jew garanziji oħra kumparabbli tipikament offruti flimkien ma’ tali prodotti;

 

(b) għarfien xieraq tal-liġijiet relatati mal-ftehimiet tal-kreditu għall-konsumaturi inkluża l-protezzjoni tal-konsumatur;

 

(c) għarfien u komprensjoni xierqa tal-proċess tax-xiri tal-proprjetà;

 

(d) għarfien xieraq tal-valutazzjoni ta' sigurtà;

 

(e) għarfien xieraq tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tar-reġistri tal-art;

 

(f) livell xieraq ta' kompetenza finanzjarja u ekonomika u għarfien tal-kuntest tas-suq;

 

(g) għarfien xieraq tal-istandards tal-etika tan-negozju;

 

(h) kompetenza xierqa fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi, fejn applikabbli, jew għarfien tal-proċess ta’ valutazzjoni.

 

2. Meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti ta’ għarfien u kompetenza minimi, l-Istati Membri jistgħu jiddivrenzjaw bejn il-livelli u t-tipi ta’ rekwiżiti applikabbli għall-persunal tal-kredituri, il-persunal tal-intermedjarji tal-kreditu u rappreżentanti maħtura u l-maniġment tal-intermedjarji tal-kreditu jew rappreżentanti maħtura.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-bażi għal wiri ta’ livell xieraq ta' għarfien u kompetenza. Dan jista’ jinkludi kwalifiki professjonali jew testijiet ta’ kompetenza. L-esperjenza professjonali relevanti tista’ wkoll titqies fejn hemm evidenza li l-prestazzjoni hi konsistenti mal-istandards rekwiżiti. Madankollu, il-bażi għall-wiri ta’ kompetenza m’għandhiex tikkonsisti biss f’għadd minimu ta’ snin ta' xogħol f'oqsma relatati mal-oriġinazzjoni, id-distribuzzjoni u l-intermedjazzjoni ta' prodotti tal-kreditu.

  • [1]  ĠU C, 318 29.10.2011, p. 133.

NOTA SPJEGATTIVA

I. IS-SWIEQ IPOTEKARJI TAL-UE

L-ipoteki spiss ikunu l-iktar impenn finanzjarju importanti u twil li tidħol fih familja. Dawn huma essenzjali għall-aċċess għall-pussess ta' dar (kważi 70% fl-UE) u għandhom importanza ekonomika kbira. Fl-2009, il-kreditu ipotekarju ammonta għal EUR 6 126 biljun - 52.3 % tal-PDG tal-UE. Is-suq kiber minn 1998 għal 2009 fi kważi l-Istati Membri kollha, għalkemm minħabba l-kriżi kien hemm tnaqqis mill-2008 'l hawn.

Is-swieq tal-UE għall-kreditu ipotekarju tal-bejgħ bl-imnut huma frammentati, l-attività transkonfinali hija rara, għalkemm skont il-Bank Ċentrali Ewropew irduppjat bejn l-1997 u l-2008, u l-konċentrazzjoni qed tiżdied.

Id-differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri ma ġewx tradotti f'diversità f'kull pajjiż. Id-diversità tal-prodotti tagħmel l-inklużjoni finanzjarja possibbli u swieq iktar maturi joffru sensiela usa' biex jissodisfaw il-preferenzi tal-konsumaturi.

Il-livelli ta' konċentrazzjoni mhumiex omoġenji (id-data turi korrelazzjoni negattiva bejn id-daqs tas-suq u l-konċentrazzjoni) imma l-informazzjoni riċenti turi li l-konċentrazzjoni żdiedet sabiex, bħala medja, is-sehem tas-suq tal-ikbar ħames selliefa f'kull Stat Membru hu iktar minn 75 %.

Il-prezz tal-kreditu ipotekarju huwa s-somma tal-marġni ta' profitt tas-selliefa, l-ispejjeż tad-distribuzzjoni u tal-ġestjoni, l-ispejjeż tal-finanzjament u dawk l-ispejjeż li jirrużultaw mit-teħid tar-riskju.

Is-selliefa normalment ikunu istituzzjonijiet tal-kreditu imma f'mill-inqas 5 Stati Membri l-istituzzjonijiet mhux ta' kreditu jirrappreżentaw sa 12 %.

Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, il-kredituri jiddistribwixxu direttament permezz tan-netwerk tagħhom ta' fergħat. Id-distribuzzjoni indiretta hija partikolarment importanti fl-Ungerija, fl-Irlanda, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fir-Renju Unit. L-esperti sabu li s-selliefa ffinanzjati prinċipalment permezz ta' depożiti għandhom netwerks wiesgħa u diretti ta' distribuzzjoni filwaqt li dawk li huma ffinanzjati l-iktar permezz tas-swieq kapitali għandhom netwerks limitati ta' distribuzzjoni u jiddependu iktar fuq intermedjarji.

Fl-2002 62 % tal-ipoteki kienu ffinanzjati minn depożiti, 17.5 % minn bonds u 10 % minn titoli garantiti b'ipoteki reżidenzjali. L-alternattivi għall-finanzjament ibbażat fuq id-depożiti jippermettu li t-tul ta' żmien tal-kreditu jaqbel mal-finanzjament, jiffaċilitaw il-portabilità tal-portafolli u huma essenzjali għall-iżvilupp tal-finanzjament transkonfinali tas-swieq sekondarji. Wara l-kriżi, il-firxiet bejn il-krediti u d-depożiti twessgħu.

Is-suq tal-ipoteki b'riskju għoli tal-Istati Uniti kien l-epiċentru tal-kriżi. L-UE ntlaqtet permezz tal-esponiment għad-derivattivi, ħaġa li dgħajfet il-kundizzjonijiet finanzjarji u wessgħet l-iżbilanċi ekonomiċi. Dan għen biex faqqgħet il-"bużżieqa tad-djar" f'xi Stati Membri u ħolqot tenzjoni f'oħrajn li kienu ħadu riskji importanti tal-kreditu f'muniti barranin.

Il-bżonn ta' self u tislif responsabbli żdied mill-kriżi 'l hawn. "Ir-Reviżjoni tas-Suq Ipotekarju" ta' Lulju 2010 tal-Pjan ta' Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji (PASF) tirrikonoxxi li madwar 50 % tal-applikazzjoni kollha għal ipoteki fl-2007 u fl-2008 ġew proċessati mingħajr verifika tal-introjtu u li fl-ogħla punt tas-suq, kważi 33 % tal-ipoteki reżidenzjali kollha li ngħataw fir-Renju Unit intbiegħu fuq il-bażi tal-interess biss, filwaqt li kważi tliet kwarti minnhom ma kellhom ebda pjan ta' ripagament.

II. L-GĦAN TAL-POLITIKA

Barra l-ħolqien tal-euro, il-PASF (1999) kellu l-għan li jipprovdi qafas finanzjarju modern li jimminimizza l-ispiża tal-intermedjazzjoni kapitali u finanzjarja u jiżgura l-aċċess għas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u s-sigurtà tagħhom.

L-integrazzjoni tas-suq tas-servizzi finanzjarji mibjugħin bl-imnut kienet mira mill-bidu tal-PASF, għalkemm din għadha ma nkisbitx. Din hi rekwiżit preliminari biex nibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq intern u kontribut importanti għat-tkabbir tiegħu. Il-White Paper tal-Kummissjoni tal-2007 dwar il-krediti ipotekarji tinnota li iktar integrazzjoni tas-swieq ipotekarji hija essenzjali għall-ekonomija Ewropea kif ukoll għall-funzjonament tas-suq intern."

Biex nilħqu l-miri tat-tkabbir sostenibbli tal-Istrateġija Ewropa 2020 u biex nitgħallmu l-lezzjonijiet mill-kriżi skont il-pjan direzzjonali tal-G20 hemm bżonn suq intern għall-krediti ipotekarji li jkun stabbli, sod, effiċenti u mifuħ għall-kompetizzjoni. Dan jirrikjedi prattiki sodi tas-sottoskrizzjoni, relazzjonijiet simettriċi bejn il-partijiet u informazzjoni tajba għall-konsumaturi; dawk il-kundizzjonijiet huma meħtieġa wkoll biex tiġi promossa l-inklużjoni finanzjarja u jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur. Il-mira tagħha, għalhekk, għandha tkun li jinkiseb suq intern għall-ipoteki b'mod sostenibbli.

III. REGOLAMENTAZZJONI AĦJAR

Hu importanti li jkun żgurat li r-regolamentazzjoni fil-livell Ewropew iżżid il-valur. Għandna nibnu fuq l-acquis eżistenti u nżommu l-koerenza mad-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumaturi (DKK) (li xi Stati Membri applikaw għall-ipoteki) filwaqt li nirrikonoxxu l-elementi s-speċifiċi minħabba t-tul u l-importanza tal-ipoteki.

Filwaqt li nżommu s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, għandha nneħħu l-ostakli fis-suq intern imma għandna nżommu d-diversità fil-livell nazzjonali bħala assi. Il-mudelli li jaħdmu u li jirriżultaw minn tradizzjonijiet legali u kulturali stabbiliti għandhom jinżammu. Mhux il-każ li jkun hemm armonizzazzjoni sħiħa u f'ħafna oqsma għandha tiġi stabbilita bażi komuni biss, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew fil-libertà li jżidu miżuri nazzjonali. Fi ftit każi jista' jkun hemm bżonn ta' limitu massimu biex tkun żgurata l-effiċenza tas-suq filwaqt li tiġi provduta armonizzazzjoni f'qafas.

IV. IL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI: L-EVALWAZZJONI TAGĦNA

Ir-rapporteur inħatar f'Ottubru 2010 wara konsultazzjoni fl-2009 u dokument ta' ħidma tal-2010 tal-Kummissjoni dwar is-self u t-tislif responsabbli. Wara kiteb lill-Kummissarju Barnier billi qal li s-self u t-tislif irresponsabbli kien fil-qalba tad-djun eċċessiv, waħda mir-raġunijiet prinċipali tal-kriżi finanzjarja u talab biex il-kamp ta' applikazzjoni ta' kwalunkwe proposta jkun usa' mill-aspetti tal-bejgħ bl-imnut tas-self ipotekarju.

Malli l-kamp ta' applikazzjoni limitat tal-proposta ġie kkonfermat, il-President tal-Kumitat ECON u r-rapporteur reġgħu kitbu lill-Kummissarju u spjegaw li l-evidenza turi li l-problemi prinċipali ma jirriżultawx mill-fatt li l-konsumaturi jonqsu milli jħallsu l-ipoteki relatati mal-proprjetà reżidenzjali u talbu assigurazzjoni li din il-proposta se tkun l-ewwel pass biss minn strateġija koerenti tal-UE li tindirizza l-prattiki dgħajfa ta' tislif. Fid-dawl tal-impenn tal-Kummissarju Barnier li l-Kummissjoni “mhux se tinjora dawn il-kwistjonijiet li qed javvanzaw”, ir-rapporteur iffoka fuq il-proposta kurrenti u introduċa klawsola dwar "Iktar inizjattivi dwar is-self u t-tislif responsabbli".

Peress li ltaqa' ma' ħafna partijiet ikkonċernati, ir-rapporteur jemmen li l-proposta hija waħda pożittiva għalkemm għandha bżonn titjieb u tiġi kkumplimentata.

Il-proposta tirrelata mal-kundizzjonijiet applikabbli għall-kredituri u għall-intermedjarji tal-krediti, l-awtoritajiet kompetenti u r-rekwiżiti superviżorji. Dawn għandhom jissaħħu b'mod li jkun koerenti mal-arkitettura superviżorja Ewropea l-ġdida. Din tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni u l-prattiki qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti, il-valutazzjoni tal-affidabilità kreditizja, l-aċċess għall-bażi tad-dejta, pariri u r-ripagament bikri. Dawn għandhom jirriflettu l-prinċipji tar-reviżjoni tas-sottoskrizzjoni ipotekarja (2011) tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja u għandhom iqisu l-Att Dodd-Frank tal-Istati Uniti (2010) għall-promozzjoni tal-konsistenza globali.

Il-proposta għandha tindirizza kriterji kritiċi oħra bla dewmien: approċċ ibbażat fuq ir-riskju, l-edukazzjoni finanzjarja, rendiment sod u trasparenza. Hu neċessarju li tiġi definita kategorija ta' ftehimiet ta' riskji speċjali biex tiġi korretta l-uniformità eċċessiva tar-regolamentazzjoni; li jiġi miġġieled l-illitteriżmu finanzjarju fl-għeruq tal-prattiki irresponsabbli; li jiġu ffaċċati l-problemi prinċipali matul il-ħajja ta' ftehim ta' kreditu billi tkun garantita l-flessibilità permezz ta' bilanċ imtejjeb ta' kompetizzjoni u stabilità; u li jiġu promossi swieq ipotekarji trasparenti, intelliġenti u affidabbli.

V. IL-KWISTJONIJIET PRINĊIPALI TAR-RAPPORT

Iktar inizjattivi dwar is-self u t-tislif responsabbli: Kif ġie spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni qed tintalab tirrapporta dwar l-għażliet biex jiġi trattat id-dejn eċċessiv, inklużi miżuri makroekonomiċi relatati mal-evoluzzjoni tal-kreditu, il-limiti u l-użi tiegħu, u miżuri li jipproteġu lil min ifaddal u li jindirizzaw lill-istituzzjonijiet li huma mdejnin ħafna biex ikun determinat xi proposti leġiżlattivi oħra hemm bżonn.

Ftehimiet b'riskju speċjali: Dan it-tip ta' ftehim irid jiġi definit u r-riskji ġestiti permezz ta' miżuri addizzjonali inklużi twissijiet għall-konsumaturi u rekwiżiti prudenzjali iktar stretti sabiex dawk li jieħdu riskji ikbar iġarrbu wkoll l-ispejjeż potenzjali tat-teħid ta' tali riskji.

Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja: Din hija fattur prinċipali għall-kisba ta’ suq sostenibbli. Id-direttiva nnifisha għandha tirrifletti l-istandards minimi rakkomandati mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, anke jekk dawn jiġu żviluppati iktar permezz ta' standards tekniċi. Il-valutazzjoni għandha tkun robusta imma, biex tiġi evitata l-esklużjoni finanzjarja, għandu jintuża l-ġudizzju biex il-konsumaturi jiġu protetti minn deċiżjonijiet arbitrarji jew mhux ġustifikati li jiġi rrifjutat il-kreditu.

Perjodu ta' riflessjoni: Il-konsumaturi għandu jkollhom żmien biex jikkomparaw l-offerti u jitolbu pariri. Ir-rapport jippermetti l-flessibilità dwar jekk dan għandux isir qabel jew wara l-konklużjoni tal-kuntratt, jew kumbinazzjoni tat-tnejn.

Parir: Hu importanti li jiġu definiti u provduti standards ċari għall-pariri u li ssir differenza bejn dawn il-pariri, li jinkludu rakkomandazzjoni personalizzata, u materjal personalizzat tal-kummerċjalizzazzjoni li ma jkunx fih rakkomandazzjoni bħal din. Dan jinkludi l-iżgurar li r-remunerazzjoni ma tinċentivax b'mod mhux xieraq lil dawk li jipprovdu l-pariri.

Ripagament bikri: Il-konsumaturi għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu ripagamenti bikrija, b'ċerti kundizzjonijiet. Qafas komuni Ewropew għandu jkun ibbażat fuq it-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri u għandu jqis l-istrutturi differenti tal-finanzjament ipotekarju. Il-qafas għandu jiżgura li l-konsumaturi ma jiġux penalizzati talli jeżerċitaw id-dritt tagħhom u, b'konsistenza mal-Att Dodd-Frank, li l-kredituri jiġu indennizzati sa livell konsistenti mal-effiċenza tas-suq.

Valutazzjoni: Kemm il-kredituri kif ukoll il-konsumaturi għandhom valutazzjoni eżatta u imparzjali tal-proprjetà. Qed jiġu proposti standards tal-valutazzjoni u, fil-każ tal-esklużjoni, qed tiġi żgurata l-koerenza mal-valur determinat skont id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (DRK).

Traċċabilità: Il-kriżi wriet l-importanza li tiġi żgurata t-traċċabilità tad-drittijiet fil-proprjetà immobbli reżidenzjali għall-kredituri u għal dawk li jinvestu fi strumenti li għalihom id-dritt fil-proprjetà immobbli reżidenzjali jipprovdi kollateral. Għandu jiġi allokat identifikatur ipotekarju prinċipali Ewropew għall-ftehimiet ġodda ta' kreditu li jiżgura li r-rabta bejn is-selfa u l-proprjetà tista' tiġi identifikata fis-swieq primarji u sekondarji.

Awtoritajiet kompetenti lokali: L-Istat Membru fejn tkun il-proprjetà għandu jkun jista' jiddetermina standards applikabbli għas-selfiet relatati mal-proprjetà fit-territorju tagħhom. Tali standards għandhom japplikaw permezz tal-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti. Il-koordinazzjoni fil-livell Ewropew hija meħtieġa, partikolarment fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju sistematiku.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (26.01.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali
(COM(2011)0142 – C7-0085/2011 – 2011/0062(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Kurt LechnerRapporteur għal opinjoni: Alexandra Thein, Kumitat għall-Affarijiet Legali

(*)           Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sal-lum għad m’hemm l-ebda regolazzjoni legali tal-UE dwar is-self garantit b’ipoteka. Għandu jissemma l-kodiċi ta’ kondotta volontarju għas-self fil-qasam tan-negozju immobiljari ta’ Marzu 2011 (Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/193/KE). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ftehimiet ta' kreditu għall-konsumatur (2008/48) ma japplikawx għal krediti garantiti b’ipoteka. Madankollu, l-Istati Membri adattaw xi dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva biex japplikaw ukoll għal krediti garantiti b’ipoteka.

Is-swieq tal-kreditu huma ta’ importanza kbira għas-suq intern, iżda sal-lum għadhom ftit li xejn integrati. Fost id-diffikultajiet ġenerali li attwalment jostakolaw kreditu transkonfinali – anki fil-każ ta’ kreditu għall-konsumaturi – bħal diffikultajiet ta’ lingwa, kulturi differenti tal-finanzjament u r-relazzjonijiet ta’ fiduċja fil-kuntest reġjonali, fil-każ ta’ krediti garantiti b’ipoteka jqumu ostakli addizzjonali, bħal b’mod speċjali differenzi sostanzjali bejn il-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-artijiet, ir-regoli dwar l-iffissar tal-valur, ir-reġistri tal-artijiet jew l-esklużjoni. Dawn l-ostakoli mhumiex trattati fil-proposta ta’ direttiva, u mhumiex se jitwarrbu fiż-żmien medju. Għalhekk, ikollna naqblu mal-Kummissjoni li l-possibbiltajiet għall-ħolqien ta’ suq intern, speċjalment min-naħa tal-konsumatur, huma limitati ħafna, li armonizzazzjoni tista’ tirnexxi biss b’mod limitat u li għandu jitfassal biss ċertu qafas. Barra min hekk, fid-dawl tal-kriżi finanzjarja, inizjattivi oħra fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar is-swieq kapitali huma aktar importanti mill-proposta li għandna quddiemna.

Mill-perspettiva tal-ħarsien tal-konsumatur, l-ewwel nett għandna nżommu quddiem għajnejna li, għal bosta ċittadini, ix-xiri ta’ dar u l-finanzjament tagħha jirrappreżentaw l-akbar investiment f’ħajjithom, u li għalhekk jeħtieġu l-protezzjoni. Normalment iċ-ċittadini jagħrfu l-importanza tal-proċess, jiġbru l-informazzjoni u jfittxu jieħdu parir. B’kuntrast ma’ dan, kreditu tal-konsumatur huwa aktar każ ta’ negozju tal-massa bi prodotti tipiċi li jistgħu anki jinbigħu transkonfinalment u bil-periklu li konsumaturi bla esperjenza jisfaw imqarrqa. Fil-qasam tal-krediti għax-xiri ta’ proprjetà immobbli reżidenzjali jew krediti garantiti b’ipoteka, min-naħa l-oħra, għandha tingħata aktar importanza lill-iżgurar tal-varjetà tal-prodotti, lil-libertà taċ-ċittadin matur li jidħol għal kuntratt u lill-kompetizzjoni bejn l-offerenti.

L-opportunitajiet li l-konsumaturi jkunu jistgħu jaġixxu skont is-sitwazzjonijiet rispettivi tagħhom, permezz ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali individwali ma’ min joħroġ il-kreditu, possibbilment anki bl-għajnuna ta’ parir imparzjali, m’għandhomx jiġu ristretti b’regolazzjoni eżaġerata fil-livell Ewropew, ladarba l-effetti transkonfinali jibqgħu limitati.

Minkejja dawn id-differenzi bejn, minn naħa, is-settur kopert bid-Direttiva dwar ftehimiet ta' kreditu tal-konsumatur u d-direttiva proposta dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għandu jitqies li, minkejja li r-regoli m’għandhomx ikunu identiċi, fejn tkun qed jiġi rregolata l-istess sustanza m’għandux ikun hemm żewġ regoli differenti fuq l-istess punt.

Bosta Stati Membri ttrasponew dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar ftehimiet ta' kreditu tal-konsumatur b’tali mod li japplikaw ukoll għal kreditu garantit b’ipoteka. Dan il-fatt għandu jinżamm quddiem għajnejna.

F’ġieħ l-istabbiltà tas-suq finanzjarju, kwalunkwe strettezza li tmur lil hinn mid-direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur tkun żejda, minħabba li miżuri diġà deċiżi, pereżempju dwar is-sorveljanza tal-banek, dwar ir-rekwiżiti tal-kapital u dwar it-titolizzazzjoni għandhom l-istess effetti, u jirrappreżentaw l-aktar strumenti adegwati. F’dan il-kuntest, ir-Rapporteur jirreferi għall-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2011 dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Sorveljanza tal-Banek (Basel III)[1].

Filwaqt li l-Kummissjoni fil-Green Paper u l-White Paper użat it-terminu “kreditu ipotekarju”, il-proposta ta’ direttiva preżenti iġġib l-isem “dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali”. Din il-formulazzjoni hija waħda żvijanti, bħalma huwa wkoll l-Artikolu 1. Il-proposta tinkludi, minn naħa waħda, b’mod li mhuwiex evidenti mad-daqqa t’għajn, biss ftehimiet ta’ kreditu tal-konsumatur, iżda min-naħa l-oħra bl-ebda mod esklussivament ftehimiet ta’ kreditu immobiljari, iżda kull kuntratt ta’ kreditu tal-konsumatur li huwa garantit b'ipoteka fuq proprjetà immobbli, anki meta jsiru bl-iskop li jiffinanzjaw eż. kumplessi industrijali kbar jew inkella x-xiri ta’ karozza, titoli jew anki għal overdraft, kif huwa komuni f’xi Stati Membri.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Monetarji, bħala l-kumitat risponsabbli, sabiex jinkludi l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali u ftehimiet ta’ kreditu garantiti b’ipoteka

 

(Din il-bidla tgħodd għat-test sħiħ. Jekk tiġi adottata, ikun jeħtieġ li jsiru l-modifiki korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) F'Marzu 2003, il-Kummissjoni nediet proċess ta' identifikazzjoni u valutazzjoni tal-impatt tal-ostakli għas-suq intern għall-ftehimiet tal-kreditu relatati ma' proprjetà immobbli reżidenzjali. Fl-2007, adottat White Paper dwar l-integrazzjoni tas-swieq tal-ipoteki fl-UE. Il-White Paper ħabbret l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni li twettaq valutazzjoni tal-impatt ta' fost l-oħrajn l-alternattivi politiċi għall-informazzjoni prekuntrattwali, il-bażijiet ta' dejta tal-kreditu, l-affidabbiltà kreditizja, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti u l-pariri. Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll Grupp ta' Esperti dwar il-Każijiet ta' Kreditu sabiex jgħin lill-Kummissjoni tħejji miżuri biex ittejjeb l-aċċessibbiltà, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tad-dejta dwar il-kreditu. Ġew imnedija wkoll studji dwar ir-rwol u l-operati tal-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali.

(1) F'Marzu 2003, il-Kummissjoni nediet proċess ta' identifikazzjoni u valutazzjoni tal-impatt tal-ostakli għas-suq intern għall-ftehimiet tal-kreditu relatati ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u ftehimiet ta’ kreditu garantiti b’ipoteka. Fl-2007, adottat White Paper dwar l-integrazzjoni tas-swieq tal-ipoteki fl-UE. Il-White Paper ħabbret l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni li twettaq valutazzjoni tal-impatt ta' fost l-oħrajn l-alternattivi politiċi għall-informazzjoni prekuntrattwali, il-bażijiet ta' dejta tal-kreditu, l-affidabbiltà kreditizja, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti u l-pariri. Il-Kummissjoni stabbilixxiet ukoll Grupp ta' Esperti dwar il-Każijiet ta' Kreditu sabiex jgħin lill-Kummissjoni tħejji miżuri biex ittejjeb l-aċċessibbiltà, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tad-dejta dwar il-kreditu. Ġew imnedija wkoll studji dwar ir-rwol u l-operati tal-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u ftehimiet ta’ kreditu garantiti b’ipoteka.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' April 2011 bl-isem "L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja" (COM(2011)0206), il-Kummissjoni ntrabtet li tkompli ttejjeb "protezzjoni akbar tal-mutwatarji fis-suq tas-self ipotekarju".

 

1 COM(2011)0206.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Skont it-Trattat, is-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġu żgurati l-moviment liberu ta' oġġetti u servizzi u l-libertà tal-istabbiliment. L-iżvilupp ta' suq tal-kreditu iktar trasparenti u effiċjenti f'dik iż-żona huwa vitali għall-promozzjoni tal-izvilupp tal-attività transfruntiera u l-ħolqien ta' suq intern tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta mal-proprejtà immobbli reżidenzjali. Jeżistu differenzi sustanzjali fil-liġijiet ta' diversi Stati Membri fir-rigward tal-kondotta tan-negozju fl-għoti ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u fir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu li jipprovdu ftehmiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali. Dawn id-differenzi joħolqu ostakli li jirrestrinġu l-livell ta' attività transfruntiera min-naħat tal-forniment u d-domanda, b'hekk inaqqsu l-kompetizzjoni u l-għażla fis-suq, jgħollu l-kost tal-għoti ta' self għall-fornituri u saħansitra jipprevenuhom milli jwettqu negozju.

(2) Skont it-Trattat, is-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġu żgurati l-moviment liberu ta' oġġetti u servizzi u l-libertà tal-istabbiliment. L-iżvilupp ta' suq tal-kreditu iktar trasparenti u effiċjenti f'dik iż-żona huwa vitali għall-promozzjoni tal-izvilupp tal-attività transfruntiera u l-ħolqien ta' suq intern tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta mal-proprejtà immobbli reżidenzjali u ftehimiet ta’ kreditu garantiti b’ipoteka. Jeżistu differenzi sustanzjali fil-liġijiet ta' diversi Stati Membri fir-rigward tal-kondotta tan-negozju fl-għoti ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u ftehimiet ta’ kreditu garantiti b’ipoteka u fir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu li jipprovdu ftehmiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u ftehimiet ta’ kreditu garantiti b’ipoteka. Dawn id-differenzi joħolqu ostakli li jirrestrinġu l-livell ta' attività transfruntiera min-naħat tal-forniment u d-domanda, b'hekk inaqqsu l-kompetizzjoni u l-għażla fis-suq, jgħollu l-kost tal-għoti ta' self għall-fornituri u saħansitra jipprevenuhom milli jwettqu negozju.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-kriżi finanzjarja wriet li mġiba irresponsabbli mill-parteċipanti fis-suq tista' thedded is-sisien tas-sistema finanzjarja, twassal għal nuqqas ta' fiduċja fost il-partijiet kollha, partikolarment il-konsumaturi u potenzjalment għal konsegwenzi soċjali u ekonomiċi gravi. Ħafna konsumaturi tilfu l-fiduċja fis-settur finanzjarju u l-mutwatarji bdew isibuha dejjem aktar diffiċli biex jaffordjaw is-self tagħhom b'żieda fl-inadempjenzi u l-bejgħ sfurzat. Fid-dawl tal-problemi li nkixfu waqt il-kriżi finanzjarja u fil-kuntest tal-isforzi biex jiġi żgurat suq intern effiċjenti u kompetittiv, il-Kummissjoni pproponiet miżuri fir-rigward tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom qafas affidabbli għall-intermedjazzjoni kreditizja fil-kuntest li jwasslu għal swieq responsabbli u affidabbli għall-futur kif ukoll r-restawr tal-fiduċja tal-konsumaturi.

(3) Il-kriżi finanzjarja wriet li mġiba irresponsabbli mill-parteċipanti fis-suq tista' thedded is-sisien tas-sistema finanzjarja, twassal għal nuqqas ta' fiduċja fost il-partijiet kollha, partikolarment il-konsumaturi u potenzjalment għal konsegwenzi soċjali u ekonomiċi gravi. Ħafna konsumaturi tilfu l-fiduċja fis-settur finanzjarju u l-mutwatarji bdew isibuha dejjem aktar diffiċli biex jaffordjaw is-self tagħhom b'żieda fl-inadempjenzi u l-bejgħ sfurzat. Fid-dawl tal-problemi li nkixfu waqt il-kriżi finanzjarja u fil-kuntest tal-isforzi biex jiġi żgurat suq intern effiċjenti u kompetittiv li jiggarantixxi l-istabilità finanzjarja u l-protezzjoni tal-konsumatur, il-Kummissjoni pproponiet miżuri fir-rigward tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom qafas affidabbli għall-intermedjazzjoni kreditizja fil-kuntest li jwasslu għal swieq responsabbli u affidabbli għall-futur kif ukoll ir-restawr tal-fiduċja tal-konsumaturi.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għal dawk l-oqsma mhux koperti minn din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ikun jistgħu jżomm jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali f'oqsma bħal liġi tal-kuntratti marbuta mal-validità tal-ftehimiet ta' kreditu, valwazzjoni tal-proprjetà, reġistrazzjoni tal-art, informazzjoni kuntrattwali, kwistjonijiet postkuntrattwali u l-maniġġ tal-inadempjenzi.

(7) Għal dawk l-oqsma mhux koperti minn din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ikun jistgħu b’mod partikolari jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali f'oqsma bħal liġi tal-kuntratti marbuta mal-validità tal-ftehimiet ta' kreditu, il-liġi tal-proprjetà, valwazzjoni tal-proprjetà, reġistrazzjoni tal-art, informazzjoni kuntrattwali, kwistjonijiet postkuntrattwali u l-maniġġ tal-inadempjenzi.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura li l-krediti kollha mogħtija lill-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni. Għalhekk għandha tapplika għall-krediti ggarantiti bi proprjetà immobbli, jew krediti li jintużaw biex tinxtara proprjetà f'xi Stati Membri u għal krediti għar-rinnovazzjoni ta' proprejtà reżidenzjali li mhumiex koperti mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE li tistabbilixxi regoli fil-livell tal-Unjoni dwar il-ftehimiet ta' kreditu għall-konsum. Aktar minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex tiġi applikata għal ċertu tip ta' ftehimiet ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lil impjegati tiegħu taħt ċerti cirkustanzi, kif diġà previst fid-Direttiva 2008/48/KE.

(9) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura li l-krediti kollha mogħtija lill-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni. Għalhekk għandha tapplika għall-ftehimiet tal-kreditu tal-konsumatur garantiti b’ipoteka jew għall-finanzjament tax-xiri ta’ proprjetà immobbli f'xi Stati Membri u għal krediti għar-rinnovazzjoni ta' proprejtà reżidenzjali li mhumiex koperti mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE li tistabbilixxi regoli fil-livell tal-Unjoni dwar il-ftehimiet ta' kreditu għall-konsum. Aktar minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex tiġi applikata għal ċertu tip ta' ftehimiet ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lil impjegati tiegħu taħt ċerti cirkustanzi, kif diġà previst fid-Direttiva 2008/48/KE.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 9 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9 a) Barra minn hekk, din id-Direttiva, fi qbil mad-Direttiva 2008/48/KE, m’għandhiex tapplika għal ftehimiet tal-proprejtà immobbli reżidenzjali u tal-kreditu garantit b’ipoteka li jaqbżu valur ta’ EUR 2 miljun. Għandhom ikunu esklużi wkoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ftehimiet ta’ differiment, kuntratti ta’ kera jew leasing, ftehimiet ta’ kreditu fil-forma ta’ faċilitajiet ta’ overdraft, ftehimiet ta’ kreditu bla mgħax jew bla imposti, ftehimiet ta' kreditu ma' kumpaniji tat-titoli, ftehimiet ta' kreditu li huma r-riżultat ta' riżoluzzjoni ta’ kontroversja, ftehimiet ta' kreditu li jirrigwardaw pagament differit bla imposti, u ftehimiet ta’ kreditu li jirrigwardaw krediti magħmula lil pubbliku ristrett skont dispożizzjonijiet statutarji.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-qafas legali applikabbli għandu jagħti lill-konsumaturi l-fiduċja li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu qegħdin jaġixxu fl-aħjar interss tal-konsumatur. Aspett ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja tal-konsumatur huwa r-rekwiżit li jkun żgurat grad għoli ta' ġustizzja, onestà u professjonaliżmu fl-industrija. Filwaqt li din id-Direttiva għandha tesiġi l-prova tal-għarfien u l-kompetenza rilevaneti fil-livell tal-istituzzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jintroduċu jew jagħmlu dawn ir-rekwiżiti applikabbli għal persuni fiżiċi individwali.

(16) Il-qafas legali applikabbli għandu jagħti lill-konsumaturi l-fiduċja li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu qegħdin jaġixxu fl-aħjar interss tal-konsumatur. Aspett ewlieni fl-iżgurar tal-fiduċja tal-konsumatur huwa r-rekwiżit li jkun żgurat grad għoli ta' ġustizzja, onestà u professjonaliżmu fl-industrija. Din id-Direttiva għandha tesiġi l-prova tal-għarfien u l-kompetenza rilevanti fil-livell tal-istituzzjoni kif ukoll fil-livell tal-persuna fiżika f'każ ta' intermedjarju ta' kreditu li jaġixxi waħdu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jipproteġu lill-konsumatur u jiggarantixxu kundizzjonijiet ugwali, huwa importanti li kull persuna direttament involuta fil-bejgħ tal-kreditu jew fil-medjazzjoni tal-ftehimioet ta’ kreditu turi l-għarfien u l-abbilità li huma meħtieġa għall-qadi ta’ dawn l-attivitajiet. Dan jgħodd ukoll għal intermedjarju li jaħdem waħdu bħala persuna fiżika, mingħajr persunal.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri adegwati li jiffaċilitaw u jippromwovu l-fehim min-naħa tal-konsumaturi tar-responsabilità tagħhom fis-self garantit b’ipoteka u l-ġestjoni tad-dejn, b'mod partikolari fir-rigward tal-ftehimiet ta' kreditu għal proprjetà immobbli reżidenzjali. L-Istati Membri għandhom, għaldaqstant, jiżguraw li l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-konsumaturi kollha, biex ma jitħalliex li n-nuqqas tagħha jikkawża l-vulnerabilità ta’ konsumatur li ma kienx ikun vulnerabbli għajr hekk, u għandhom jiggarantixxu, b'mod partikolari, il-protezzjoni tal-konsumaturi li n-natura tagħhom tagħmilhom speċjalment vulnerabbli b’rabta ma’ ftehimiet ta' kreditu għall-proprjetà immobbli reżidenzjali.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ta' spiss jużaw riklamar, li ta' spiss jinkludi termi u kundizzjonjiet speċjali sabiex jattiraw lill-konsumaturi lejn prodott partikolari. Il-konsumaturi għandhom għalhekk ikunu protetti minn prassi ta' riklamar li jiżvijaw u għandhom ikunu jistgħu jqabblu r-riklami. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-riklamar ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u lista ta' oġġetti li għandha tkun inkluża fil-materjal tar-riklamar u l-kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-konsumaturi huma meħtieġa sabiex jippermettilhom iqabblu l-offerti differenti. Dawn id-dispożizzjonijiet iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, pereżempju, il-fatt li jekk ir-ripagamenti tas-self ma jiġux rispettati hemm riskju li l-konsumatur jitlef il-proprejtà. L-Istati Membri għandhom jibqgħu fil-libertà li jintroduċu jew iżommu r-rekwiżiti ta' divulgazzjoni fil-liġijiet nazzjonali fir-rigward tar-reklamar li ma jinkludix informazzjoni dwar il-kost tal-kreditu.

(17) Il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu ta' spiss jużaw riklamar, li ta' spiss jinkludi termi u kundizzjonjiet speċjali sabiex jattiraw lill-konsumaturi lejn prodott partikolari. Il-konsumaturi għandhom għalhekk ikunu protetti minn prassi ta' riklamar li jiżvijaw u għandhom ikunu jistgħu jqabblu r-riklami. Dispożizzjonijiet speċifiċi finali dwar ir-riklamar ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u lista ta' oġġetti li għandha tkun inkluża fil-materjal tar-riklamar u l-kummerċjalizzazzjoni indirizzati lill-konsumaturi huma meħtieġa sabiex jippermettilhom iqabblu l-offerti differenti, safejn it-tali riklamar jispeċifika rati tal-interessi u imposti. Għajr hekk, l-Istati Membri għandhom jibqgħu fil-libertà li jiddisponu dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-konsumatur jista' ikun għad għandu bżonn għajnuna addizzjonali biex jiddeċiedi liema ftehim ta' kreditu, mill-firxa ta' prodotti proposti, huwa l-iktar adattat għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Il-kredituri, u fejn it-tranżazzjoni ssir permezz ta' intermedjarju tal-kreditu, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jipprovdu tali assistenza b'rabta mal-prodotti ta' kreditu li jkunu qed joffru lill-konsumatur. L-informazzjoni rilevanti, kif ukoll il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti, għandhom għalhekk jiġu spjegati lill-konsumatur b’mod personalizzat sabiex il-konsumatur ikun jista' jifhem l-effetti li dawn jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw meta u sa fejn tali spjegazzjonijiet għandhom jingħataw lill-konsumatur, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom jiġi offrut il-kreditu, il-ħtieġa tal-konsumatur għall-assistenza u n-natura tal-prodotti ta' kreditu individwali.

(22) Minkejja l-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata, il-konsumatur jista' jibqa' jeħtieġ għajnuna addizzjonali biex jiddeċiedi liema ftehim ta' kreditu, mill-firxa ta' prodotti proposti, hu l-iktar adattat għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri jipprovdu tali assistenza rigward il-prodotti ta' kreditu li jkunu qed joffru joffru lill-konsumatur. Fejn hu xieraq, l-informazzjoni prekuntrattwali rilevanti, kif ukoll il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti, għandhom jiġu spjegati lill-konsumatur b'mod personalizzat sabiex il-konsumatur jista' jifhem l-effetti li dawn jistgħu jkollhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu. Fejn applikabbli, dan id-dover li tingħata assistenza lill-konsumatur għandu japplika wkoll għal intermedjarji ta' kreditu. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw meta u sa fejn tali spjegazzjonijiet għandhom jingħataw lill-konsumatur, filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi partikolari li fihom jiġi offrut il-kreditu, il-ħtieġa tal-konsumatur għall-assistenza u n-natura tal-prodotti ta' kreditu individwali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġu promossi l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-paragunabbiltà tal-informazzjoni relatata mar-rata perċentwali annwali tal-imposti fl-Unjoni kollha. Il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur għandu jinkludi l-kostijiet kollha li l-konsumatur ikollu jħallas b'konnessjoni mal-ftehim ta' kreditu, minbarra l-kostijiet notarili. Għalhekk għandu jinkludi l-imgħax, il-kummissjonijiet, it-taxxi u t-tariffi tal-intermedjarji tal-kreditu u kwalunkwe tariffa oħra kif ukoll il-kost tal-assigurazzjoni u prodotti anċillari oħra, fejn dawn huma obbligatorji sabiex jinkiseb kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet ikkummerċjalizzati. Billi fl-istadju prekuntrattwali r-rata perċentwali annwali tal-imposta tista’ tiġi indikata biss b’eżempju, tali eżempju għandu jkun rappreżentattiv. Għalhekk, dan għandu jikkorrispondi, pereżempju, għall-medja tad-duratura u l-ammont totali ta' kreditu mogħti għat-tip ta' ftehim ta' kreditu kkonsidrat. Fid-dawl tal-kumplessitajiet tal-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti (pereżempju għal kreditu abbażi ta' rati tal-imgħax varjabbli jew amortizzazzjoni mhux standard) u sabiex tkunu tista' tiġu akkomodata l-innovazzjoni tal-prodotti, jistgħu jintużaw standards regolatorji tekniċi biex jemendaw jew jispeċifikaw il-metodu ta' kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti. Id-definizzjoni ta' u l-metodoloġija użata għall-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti f'din id-Direttiva għandhom ikunu l-istess bħal dawk fid-Direttiva 2008/48/KE sabiex jiġu ffaċilitati l-fehim u l-komprensjoni tal-konsumaturi. Dawn id-definizzjonijiet u l-metodoloġiji jistgħu madankollu jsiru differenti fil-futur jekk aktar tard tiġi mmodifikata d-Direttiva 2008/48/KE. L-Istati Membri huma liberi li jżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet fuq tibdiliet unilaterali mill-kreditur fir-rata tat-teħid tas-self.

(23) Sabiex jiġu promossi l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha, huwa meħtieġ li tiġi żgurata b’mod uniformi l-paragunabbiltà tal-informazzjoni relatata mar-rata perċentwali annwali tal-imposti fl-Unjoni kollha . Il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur għandu jinkludi l-kostijiet kollha li l-konsumatur ikollu jħallas b'konnessjoni mal-ftehim ta' kreditu, minbarra l-kostijiet relatati mal-protezzjoni tal-kreditu bħall-imposti ta’ reġistrazzjoni u l-kostijiet notarili. Għalhekk għandu jinkludi l-imgħax, il-kummissjonijiet, it-taxxi u t-tariffi tal-intermedjarji tal-kreditu u kwalunkwe tariffa oħra kif ukoll il-kost tal-assigurazzjoni u prodotti anċillari oħra, fejn dawn huma obbligatorji sabiex jinkiseb kreditu bit-termini u l-kundizzjonijiet ikkummerċjalizzati. Billi fl-istadju prekuntrattwali r-rata perċentwali annwali tal-imposta tista’ tiġi indikata biss b’eżempju, tali eżempju għandu jkun rappreżentattiv. Għalhekk, dan għandu jikkorrispondi, pereżempju, għall-medja tad-duratura u l-ammont totali ta' kreditu mogħti għat-tip ta' ftehim ta' kreditu kkonsidrat. Fid-dawl tal-kumplessitajiet tal-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti (pereżempju għal kreditu abbażi ta' rati tal-imgħax varjabbli jew amortizzazzjoni mhux standard) u sabiex tkunu tista' tiġu akkomodata l-innovazzjoni tal-prodotti, jistgħu jintużaw standards regolatorji tekniċi biex jemendaw jew jispeċifikaw il-metodu ta' kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti. F’ġieħ il-komparabbiltà, id-definizzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti u l-metodoloġija użata għall-kalkolu tagħha f’din id-Direttiva u fid-Direttiva 2008/48/KE għandhom ikunu kemm jista’ jkun uniformi. Madankollu, fil-każ ta’ krediti b’rata inizjali fissa tal-imgħax, il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti skont id-Direttiva 2008/48/KE jista’ jwassal għal nuqqas ta’ fehim serju min-naħa tal-konsumatur. Dan jeġtieġ li jiġi kkoreġut. Fil-futur jistgħu jirriżultaw diskrepanzi addizzjonali, jekk jagħti l-każ li ż-żewġ direttivi jiġu emendati. L-Istati Membri huma liberi li jżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet fuq tibdiliet unilaterali mill-kreditur fir-rata tat-teħid tas-self.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha tqis il-fatturi kollha neċessarji li jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura matul il-ħajja tas-selfa, fost l-oħrajn iżda mhux biss id-dħul tal-konsumatur, l-infiq regolari, l-iskor kreditizju, l-istorja tal-kreditu fl-imgħoddi, il-kapaċità li jlaħħaq mal-aġġustamenti fir-rata tal-imgħax u impenji kreditizji eżistenti oħrajn. Dispożizzjonijiet oħra jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġu elaborati aktar l-elementi differenti li jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. L-Istati Membri jistgħu joħorġu gwida dwar il-metodu u l-kriterji tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta' konsumatur, pereżempju billi jistipulaw limiti fuq il-proporzjonijiet tas-selfa mal-valur u s-selfa mal-introjtu.

(24) Valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha tqis il-fatturi kollha neċessarji li jistgħu jinfluwenzaw il-kapaċità tal-konsumatur li jħallas lura matul il-ħajja tas-selfa, fost l-oħrajn iżda mhux biss id-dħul tal-konsumatur, l-infiq regolari, l-iskor kreditizju, l-istorja tal-kreditu fl-imgħoddi, il-kapaċità li jlaħħaq mal-aġġustamenti fir-rata tal-imgħax u impenji kreditizji eżistenti oħrajn. Dispożizzjonijiet oħra jistgħu jkunu neċessarji sabiex jiġu elaborati aktar l-elementi differenti li jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandhom jitqiesu l-fatturi kollha relevanti li l-kreditur ikun jaf bihom fil-waqt li fih issir l-applikazzjoni

Ġustifikazzjoni

Ikun aħjar jekk din tiġi indirizzata mid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti tal-Kapital.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Valutazzjoni negattiva tal-affidabbiltà kreditizja għandha tindika lill-kreditur li l-konsumatur mhux kapaċi jaffordja l-kreditu u b'konsegwenza l-kreditur ma għandux jagħti l-kreditu. Dan l-eżitu negattiv jista' joħroġ minn firxa wiesa' ta' raġunijiet, fosthom iżda mhux biss mill-konsultazzjoni ta' bażijiet ta’ dejta jew skor kreditizju negattiv. Valutazzjoni pożittiva tal-affidabbiltà kreditizja ma għanhiex tikkostitwixxi obbligu għall-kreditur li jipprovdi l-kreditu.

(25) Fil-każ ta' valutazzjoni negattiva tal-affidabbiltà kreditizja, il-kreditu għandu jingħata biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Għal raġunijiet ta' sorveljanza dan għandu jkun dokumentat mill-awtorità superviżorja. Dan l-eżitu negattiv jista' joħroġ minn firxa wiesa' ta' raġunijiet, fosthom iżda mhux biss mill-konsultazzjoni ta' bażijiet ta’ dejta jew skor kreditizju negattiv. Valutazzjoni pożittiva tal-affidabbiltà kreditizja ma għanhiex tikkostitwixxi obbligu għall-kreditur li jipprovdi l-kreditu.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-konsumaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti disponibbli kollha dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tagħhom lill-kreditur jew l-intermedjarju sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Il-konsumatur ma għandux madankollu jiġi ppenalizzat meta ma jkunx f'pożizzjoni li jagħti ċertu informazzjoni jew valutazzjonijiet tal-evoluzzjoni futura tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. F'sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi konxjament jagħtu informazzjoni mhux sħiħa jew mhux preċiża, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-penalitajiet xierqa.

(26) Il-konsumaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti disponibbli kollha dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tagħhom lill-kreditur jew l-intermedjarju sabiex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, għaliex għajr hekk il-kreditu mixtieq jista’ ma jingħatalhomx. F'sitwazzjonijiet fejn il-konsumaturi konxjament jagħtu informazzjoni mhux sħiħa jew mhux preċiża, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-penalitajiet xierqa.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fejn deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal kreditu tkun abbażi ta' dejta miksuba mill-konsultazzjoni ta' bażi ta’ dejta jew min-nuqqas ta' dejta ġo fiha, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan u dwar l-isem tal-bażi ta' dejta kkonsultata u bi kwalunkwe element ieħor meħtieġ mid-Direttiva 95/46/EC ħalli l-konsumatur ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li jaċċessa u fejn meħtieġ jirranġa, iħassar jew jibblukka dejta personali dwaru u li tkun ipproċessata fiha. Fejn deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal kreditu tkun abbażi ta' deċiżjoni awtomatizzata jew abbażi ta' metodi sistematiċi bħal sistemi ta' skor kreditizju, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan u jispjega l-loġika użata fid-deċiżjoni u l-arranġamenti li jippermettu lill-konsumatur jitlob li d-deċiżjoni awtomatizzata tiġi rriveduta manwalment. Madankollu, il-kreditur ma għandux ikun obbligat jagħti tali informazzjoni meta dan ikun ipprojbit minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, pereżempju leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Lanqas ma għandha tali informazzjoni tingħata meta dan ikun kontra objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

(29) Fejn deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal kreditu tkun abbażi ta' dejta miksuba mill-konsultazzjoni ta' bażi ta’ dejta jew min-nuqqas ta' dejta ġo fiha, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan u dwar l-isem tal-bażi ta' dejta kkonsultata u bi kwalunkwe element ieħor meħtieġ mid-Direttiva 95/46/EC ħalli l-konsumatur ikun jista' jeżerċita d-dritt tiegħu li jaċċessa u fejn meħtieġ jirranġa, iħassar jew jibblukka dejta personali dwaru u li tkun ipproċessata fiha. Fejn deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għal kreditu tkun abbażi ta' deċiżjoni awtomatizzata jew abbażi ta' metodi sistematiċi bħal sistemi ta' skor kreditizju, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur dwar dan kif ukoll dwar l-arranġamenti li jippermettu lill-konsumatur jitlob li d-deċiżjoni awtomatizzata tiġi rriveduta manwalment. Madankollu, il-kreditur ma għandux ikun obbligat jagħti tali informazzjoni meta dan ikun ipprojbit minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, pereżempju leġiżlazzjoni dwar il-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Lanqas ma għandha tali informazzjoni tingħata meta dan ikun kontra objettivi ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex ikunu f'pożizzjoni li jifhmu n-natura tas-servizz, il-konsumaturi għandhom ikunu mgħarrfa dwar xiex jikkostitwixxi rakkomandazzjoni personalizzata dwar ftehimiet ta' kreditu adatti għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur ('parir') u meta tkun qed tingħata u meta le. Dawk li jipprovdu parir għandhom ikunu konformi mal-istandards ġenerali sabiex jiżguraw li l-konsumatur jiġi ppreżentat b'firxa ta' prodotti adatti għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tiegħu. Dak is-servizz għandu jkun bbażat fuq analiżi ġusta u mifruxa biżżejjed tal-prodotti disponibbli fis-suq u fuq spezzjoni fid-dettall tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-għanijiet. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni aġġornata u suppożizzjonijiet raġonevoli dwar iċ-ċirkustanzi tal-konsumaturi tul il-ħajja tas-selfa. L-Istati Membri jistgħu jiċċaraw kif il-konvenjenza ta' prodott speċifiku għall-konsumatur għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-għoti tal-parir.

(31) Meta l-konsumatur jingħata parir bħala servizz separat mill-kreditu, għandu jiġi mgħarraf ċar dwar dan il-fatt. Imposta għandha ssir biss jekk il-konsumatur ikun mgħarraf ċar dwarha u dwar il-metodu tal-kalkolu tagħha. Dawk li jipprovdu parir għandhom ikunu konformi mal-istandards ġenerali sabiex jiżguraw li l-konsumatur jiġi ppreżentat b'firxa ta' prodotti adatti għall-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi tiegħu. Dak il-parir għandu jkun ibbażat fuq analiżi ġusta u mifruxa biżżejjed tal-prodotti disponibbli u fuq spezzjoni fid-dettall tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-għanijiet, li għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni aġġornata u suppożizzjonijiet raġonevoli dwar iċ-ċirkustanzi tal-konsumaturi tul il-ħajja tal-kreditu. Jekk dan il-parir ikun jirrigwarda biss il-firxa ta’ prodotti proprji, il-konsumatur għandu jkun infurmat b’hekk. L-Istati Membri jistgħu jiċċaraw kif il-konvenjenza ta' prodott speċifiku għall-konsumatur għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-għoti tal-parir.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-kapaċità ta' konsumatur li jħallas lura l-kreditu tiegħu qabel l-iskadenza tal-ftehim tal-kreditu jista' jkollha rwol importanti fil-promizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq uniku u l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE. Madankollu, jeżistu differenzi sustanzjali bejn il-prinċipji nazzjonali u l-kundizzjonijiet li taħthom il-konsumaturi għandhom il-kapaċità li jħallsu lura u l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jsir dan ir-ripagament bikri. Filwaqt li jirrikonoxxu d-diversità fil-mekkaniżmi tal-finanzjament ipotekarju u l-firxa tal-prodotti disponibbli, ċerti standards fir-rigward tar-ripagament bikri ta' kreditu huma essenzjali fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom il-possibbiltà li jagħlqu l-obbligi tagħhom qabel id-data mifthema fil-ftehim tal-kreditu u l-fiduċja li wieħed ifittex l-aħjar prodotti biex jissodifa ħtiġijietu. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw, jew permezz ta' leġiżlazzjoni jew permezz ta' klawżoli kuntrattwali, li l-konsumaturi jkollhom dritt statutorju jew kuntrattwali ta' ripagament bikri; madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien dwar l-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tat-teħid tas-self, jekk hux fissa jew varjabbli, restrizzjonijiet fir-rigward tal-ċirkustanzi li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li l-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet potenzjali direttament marbuta mar-ripagament bikri tal-kreditu. Fi kwalunkwe każ jekk ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' imgħax speċjali fuq il-konsumatur. Dan l-imgħax speċjali jista' pereżempju jseħħ f'każ ta' divorzju jew qgħad. Fejn Stat Membru jagħżel li jistabbilixxi dawn il-kundizzjonjiet, dawn ma għandhomx irendu l-eżerċizzju tad-dritt diffiċli żżejjed jew oneruż wisq fuq il-konsumatur.

(32) Il-kapaċità ta' konsumatur li jħallas lura l-kreditu tiegħu qabel l-iskadenza tal-ftehim tal-kreditu jista' jkollha rwol importanti fil-promizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq uniku u l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE. Madankollu, jeżistu differenzi sustanzjali bejn il-prinċipji nazzjonali u l-kundizzjonijiet li taħthom il-konsumaturi għandhom il-kapaċità li jħallsu lura u l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jsir dan ir-ripagament bikri. Filwaqt li jirrikonoxxu d-diversità fil-mekkaniżmi tal-finanzjament ipotekarju u l-firxa tal-prodotti disponibbli, ċerti standards fir-rigward tar-ripagament bikri ta' kreditu huma essenzjali fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom il-possibbiltà li jagħlqu l-obbligi tagħhom qabel id-data mifthema fil-ftehim tal-kreditu u l-fiduċja li wieħed ifittex l-aħjar prodotti biex jissodifa ħtiġijietu. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw, jew permezz ta' leġiżlazzjoni jew permezz ta' klawżoli kuntrattwali, li l-konsumaturi jkollhom dritt statutorju jew kuntrattwali ta' ripagament bikri; madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien dwar l-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tat-teħid tas-self, jekk hux fissa jew varjabbli, restrizzjonijiet fir-rigward tal-ċirkustanzi li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li l-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ġust u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet potenzjali direttament marbuta mar-ripagament bikri tal-kreditu. Fi kwalunkwe każ jekk ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' interess ġustifikat tal-konsumatur. Dan l-interess ġustifikat jista' pereżempju jseħħ f'każ ta' divorzju jew qgħad.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu rreġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza jew l-uffiċċju prinċipali tagħhom, sakemm ikunu ġew awtorizzati skont rekwiżiti professjonali stretti b'relazzjoni mal-kompetenza tagħhom, ir-reputazzjoni tajba u l-kopertura tal-indemnità professjonali. Bil-għan li tiġi promossa l-fiduċja tal-konsumaturi fl-intermedjarji tal-kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati jkunu soġġetti għal superviżjoni kontinwa u dettaljata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw tal-anqas fil-livell tal-istituzzjoni, madankollu, l-Istat Membru jista' jikkjarifika jekk dawn ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni sussegwenti japplikawx għall-impjegati individwali tal-intermedjarju tal-kreditu.

(34) L-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu rreġistrati mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikollhom ir-residenza jew l-uffiċċju prinċipali tagħhom, sakemm ikunu ġew awtorizzati skont rekwiżiti professjonali stretti b'relazzjoni mal-kompetenza tagħhom, ir-reputazzjoni tajba u l-kopertura tal-indemnità professjonali. Bil-għan li tiġi promossa l-fiduċja tal-konsumaturi fl-intermedjarji tal-kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu awtorizzati jkunu soġġetti għal superviżjoni kontinwa u dettaljata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw tal-anqas fil-livell tal-istituzzjoni u fil-każ ta’ intermedjarju tal-kreditu fil-livell tal-persuna fiżika, madankollu, l-Istat Membru jista' jikkjarifika jekk dawn ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni sussegwenti japplikawx għall-impjegati individwali tal-intermedjarju tal-kreditu.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali jew fl-evoluzzjoni tal-prodotti tal-kreditu kif ukoll l-iżviluppi ekonomiċi, bħall-inflazzjoni, u sabiex jingħataw aktar spjegazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu indirizzati ċerti rekwiżiti f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Partikolarment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li taddotta atti delegati biex tispeċifika d-dettalji dwar ir-rekwiżiti professjonali applikabbli għall-persunal tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu, il-kriterji użati għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u fl-iżgurar li l-prodotti tal-kreditu ma jkunux mhux adatti għall-konsumaturi kif ukoll l-armonizzazzjoni ulterjuri ta' termini ewlenin bħal 'inadempjenza', il-kriterji tar-reġistrazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-proċessar tad-dejta li għandhom jiġu applikati għall-bażijiet ta’ dejta tal-kreditu.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom il-firxa ta' prodotti disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li temenda l-kontenut tal-oġġetti standard tal-informazzjoni li għandhom ikunu inklużi fir-riklamar, il-kontenut u l-format tal-Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS), il-kontenut tad-divulgar tal-informazzjoni mill-intermedjarji tal-kreditu u l-kriterji li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur.

(40) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom il-firxa ta' prodotti disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex temenda l-kontenut u l-format tal-Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS) u l-formola u l-presupposti li abbażi tagħhom isir il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti skont l-Anness I.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi ekonomiċi, bħall-inflazzjoni u l-iżviluppi fis-swieq tal-ftehimiet tal-kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistipula ammont monetarju minimu ta' assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew garanzija paragunabbli fir-rigward tal-intermedjarji tal-kreditu billi jiġu adottati standards tekniċi regolatorji.

imħassar

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom xahrejn mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att delegat. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jiġi estiż b’xahar fir-rigward ta' oqsma sinifikanti ta' tħassib. Għandu wkoll ikun possibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill li jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

(43) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att delegat. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fir-rigward ta' oqsma sinifikanti ta' tħassib. Għandu wkoll ikun possibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill li jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tistabbilixxi qafas għal ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ftehimiet ta' kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali għall-konsumaturi u li jikkonċerna ċerti aspetti tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji tal-intermedjarji tal-kreditu u l-kredituri.

L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tistabbilixxi qafas għal ċerti aspetti tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri u li jikkonċernaw ċerti aspetti tar-rekwiżiti prudenzjali u superviżorji tal-intermedjarji tal-kreditu u l-kredituri fejn dawn ikollhom x’jaqsmu ma’ ftehimiet ta’ kreditu lil konsumaturi garantiti permezz ta’ ipoteka jew użati biex jiffinanzjaw proprjetà immobbli reżidenzjali.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ftehimiet ta’ kreditu li ġejjin:

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ftehimiet ta’ kreditu tal-konsumatur li ġejjin:

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Ftehimiet ta' kreditu li huma ggarantiti b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew iggarantiti bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli reżidenzjali.

a) Ftehimiet ta' kreditu li l-għan tagħhom hu li jiġu akkwistati jew jinżammu ċerti drittijiet ta’ artijiet jew ta' proprjetà immobbli reżidenzjali u li huma ggarantiti b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew iggarantiti bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli reżidenzjali.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri kollha jisgħu japplikaw ir-regoli tad-Direttiva għas-self fuq id-djar li jkun iggarantit b'ipoteka jew garanzija paragunabbli. Rigward self ieħor, li jaqa' fl-ambitu tal-applikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jista' jkollhom id-dritt li jagħżlu jekk japplikawx ir-regoli ta' din id-Direttiva jew ir-regoli tad-Direttiva għall-Kreditu tal-Konsumaturi għalihom.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) Fehimiet ta' kreditu li l-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini reżidenzjali eżistenti jew ipproġettat.

imħassar

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) Ftehimiet tal-kreditu li l-fini tagħhom ikun ir-rinnovazzjoni ta' proprjetà immobbli reżidenzjali li jkollha persuna jew li tkun qed timmira li tixtri, li mhumiex koperti mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Ftehimiet tal-kreditu li eventwalment ser jitħallas lura mir-rikavat tal-bejgħ ta' proprjetà immobbli.

a) Ftehimiet tal-kreditu fejn il-kreditur:

 

i) joħroġ il-kreditu bħala somma waħda f’daqqa, bħala somom imqassma b’mod regolari jew f’forma oħra, u li bi skambju jirċievi somma li tirriżulta mill-bejgħ ta’ proprjetà immobbli jew jikseb dritt marbut ma’ proprjetà immobbli u

 

ii) mhux se jfittex il-ħlas kollu lura tal-kreditu sakemm ma jseħħux avvenimenti speċifikati fil-ħajja li jiġu definiti fl-Istati Membri (rilaxx tal-ekwità).

Ġustifikazzjoni

L-allinjament mal-intenzjoni deskritta fil-Premessa 10.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ba) fttehimiet ta’ kreditu li s-somma totali tagħhom taqbeż EUR 2 miljun;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bb) ftehimiet ta’ differiment ta’ ftehimiet ta’ kreditu għal mhux aktar minn sitt xhur, fejn ir-rata ta’ self għad-differiment ma taqbiżx ir-rata fil-ftehim ta kreditu;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bc) ftehimiet ta’ kreditu fejn il-konsumatur ma jużax il-proprjeta immobbli l-aktar għal finijiet reżidenzjali.

Ġustifikazzjoni

Self kummerċjali użat għax-xiri ta' proprjetà bħala investiment huwa differenti ħafna minn ipoteki reżidenzjali standard, u l-konsumatur u l-kreditur jeħtieġu informazzjoni differenti u protezzjoni. Ir-riskji u n-natura ta' dan is-self huma differenti ħafna minn dak ta' ipoteka prinċipalment reżidenzjali. Per eżempju, ir-rimborż huwa relatat mhux biss mal-affidabilità kredizjarja tal-konsumatur individwali iżda mad-dħul akkwistat mill-kera.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bd) ftehimiet ta' kiri jew ta' leasing fejn m'hemm previst l-ebda obbligu għax-xiri tal-oġġett tal-ftehim, la bil-ftehim innifsu u lanqas bi kwalunkwe ftehim separat; tali obbligu għandu jiġi kkunsidrat li jeżisti jekk dan jiġi deċiż hekk mill-kreditur b'mod unilaterali;

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt be (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

be) ftehimiet ta’ kreditu fejn il-kreditu jkun jeħtieġ li jitħallas lura fi żmien 12-il xahar mill-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, sakemm u safejn Stat Membru jkun irid hekk abbażi ta’ xi dispożizzjonijiet jew tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Jeżisti suq speċjalizzat għal finanzjament tal-ipoteki fuq terminu ta’ żmien qasir li tipikament jeżisti biex jgħaqqad sensiela ta’ tranżazzjonijiet konnessi mal-proprjetà. B'hekk tkun tista’ tinxtara dar ġdida filwaqt li l-proprjetà eżistenti tal-konsumatur tkun tqiegħdet fis-suq biex tinbiegħ. Is-selfa tranżitorja mbagħad titħallas lura mir-rikavat tal-bejgħ għad-dar eżistenti. L-istandards f'din id-Direttiva għalhekk mhumiex xierqa għal din it-tip ta' ipoteka.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt bf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bf) ftehimiet ta' kreditu fil-forma ta' faċilità ta' overdraft;

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt b g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bg) ftehimiet ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata mingħajr imgħax u mingħajr kwalunkwe imposta oħra u ftehimiet ta' kreditu li jistipulaw li l-kreditu għandu jitħallas lura fi żmien tliet xhur u li jkunu pagabbli biss imposti insinifikanti;

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 2(2)( f) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bh) ta’ ftehimiet ta’ kreditu konklużi minn organizzazzjonijiet definiti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2008/48/KE, sakemm u safejn Stat Membru jkun irid hekk fir-rigward ta’ xi dispożizzjonijiet jew tad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mad-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumaturi fir-rigward tal-unjonijiet tal-kreditu, li jilagħbu rwol importanti fl-estensjoni tal-aċċess għas-servizzi finanzjarji tal-konsumaturi li f'ċirkostanzi oħra ma jkunux jistgħu jagħmlu dan.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – ittra b i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bi) ftehimiet ta' kreditu konklużi ma' kumpaniji tal-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji jew ma' istituzzjonijiet ta' kreditu kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 għall-finijiet li investitur ikun jista' jwettaq tranżazzjoni relatata ma' strument jew strumenti elenkat(i) fl-Anness I, Taqsima C tad-Direttiva 2004/39/KE, fejn il-kumpanija tal-investiment jew l-istituzzjoni ta' kreditu li tagħti l-kreditu tkun involuta f'tali tranżazzjoni;

 

_____________

 

1ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

 

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 2(2)(h) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – ittra b j (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bj) ftehimiet ta' kreditu li huma l-eżitu ta' soluzzjoni milħuqa f’qorti jew quddiem awtorità statutorja oħra;

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 2(2)(i) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – ittra b k (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bk) ftehimiet ta' kreditu li jirrigwardaw il-ħlas differit, mingħajr imposti, ta' dejn eżistenti;

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 2(2)(j) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – ittra b l (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

bl) ftehimiet ta’ kreditu li jirrigwardaw self mogħti lil kategorija limitata ta’ klijenti fil-kuntest ta’

dispożizzjonijiet statutorji b’finijiet ta’ interess ġenerali, u b’rati ta’ mgħax aktar baxxi minn dawk applikabbli fis-suq jew inkella bla mgħax, jew b’termini oħra li huma aktar favorevoli għall-konsumatur mill-kundizzjonijiet normali tas-suq u b’rati ta’ mgħax li mhumiex ogħla minn dawk applikabbli fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Krediti għal “start-ups” jaqdu l-promozzjoni ta’ miri ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u jingħataw b’kundizzjonjiet aktar favorevoli milli jkun normali fis-suq minħabba rekwiżiti stabbiliti bil-liġi. Għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni fi qbil mal-Artikolu 2(2)(l) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) 'Servizz anċillari' tfisser servizz finanzjarju offrut lill-konsumatur mill-kreditur jew mill-intermedjarju tal-kreditu flimkien mal-ftehim tal-kreditu.

d) 'Serviz anċillari' tfisser servizz finanzjarju, meħtieġ mill-kreditur – de jure jew de facto –, jew mil-liġi u offrut lill-konsumatur mill-kreditur, mill-intermedjarju tal-kreditu jew minn parti terza flimkien mal-ftehim tal-kreditu.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) 'Intermedjarju tal-kreditu' tfisser persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx qed taġixxi bħala kreditur u li fl-eżerċizzju tas-sengħa, in-negozju jew il-professjoni tagħha għal tariffa li tista’ tkun ta' forma pekunarja jew fi kwalunkwe forma oħra miftehma ta' konsiderazzjoni finanzjarja:

(Ma tirrigwardax il-verżjoni Maltija).

Ġustifikazzjoni

Ma tirrigwardax il-verżjoni Maltija.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii) tassisti konsumaturi billi tagħmel ħidma ta' tħejjija fir-rigward tal-ftehimiet ta' kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 2 minbarra dik imsemmija f'punt (i);

ii) tassisti konsumaturi billi tagħmel ħidma ta' tħejjija u/jew ħidmiet amministrattivi fir-rigward tal-ftehimiet ta' kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 2 minbarra dik imsemmija f'punt (i);

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda tal-kelma “jew” tiċċara li intermedjarju ta' kreditu mhux bilfors jagħmel dawn l-attivitajiet kollha. Dan huwa wkoll dikjarat fid-definizzjoni ta' intermedjarju tal-kreditu fid-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

k) 'Kost totali tal-kreditu għall-konsumatur' tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE;

 

k) 'Kost totali tal-kreditu għall-konsumatur' tfisser il-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur kif iddefinit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2008/48/KE, ħlief għall-imposti notarili u l-imposti għar-reġistrazzjoni tal-ipoteka;

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt l a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

la) la) ‘l-ammont totali tal-kreditu’ tfisser il-livell massimu jew is-somom totali li jsiru disponibbli skont ftehim ta’ kreditu, irrispettivament minn jekk jitħallsux lill-konsumatur jew lil parti terza;

Ġustifikazzjoni

Ladarba t-terminu jintuża fil-proposta (l-Artikolu 8(2)(d)), għandu jkun definit; ara wkoll l-Artikolu 3(l) tad-Direttiva 2008/48/KE.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt n a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

na) ‘rata fissa tat-teħid tas-self' tfisser rata unika fissa tat-teħid tas-self għall-perjodu kollu jew għal parti mill-perjodu tal-ftehim ta’ kreditu.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt r a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ra) ‘proprjetà reżidenzjali’ hija proprjetà, li hija maħsuba primarjament għal skopijiet reżidenzjali;

Ġustifikazzjoni

Ladarba t-terminu jintuża fil-proposta, għandu jkun definit.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li jingħatawlhom is-setgħat kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom.

L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-promulgazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha fl-interess tas-suq u tal-parteċipanti kollha tas-suq. Huma għandhom jiżguraw li jingħatawlhom riżorsi biżżejjed u s-setgħat investigattivi u ta' sanzjonament kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom.

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għal kull binja, ikunu jistgħu jesiġu li jingħataw notifika dwar il-ħruġ ta’ ftehimiet ta’ kreditu garantiti b’ipoteka, noti spjegattivi tal-FEIS, il-kotba u d-dokumenti professjonali kollha, u jakkwistaw jew jagħmlu kopji tagħhom b'kull mezz u fuq il-midja kollha u jiġbru informazzjoni u provi permezz ta' ċitazzjonijiet jew jiġbruhom fil-post.

 

Fil-każ ta' attività fi Stat Membru ospitanti, is-superviżjoni tal-attivitajiet attwali tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu għandhom isiru mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandha tiġi mitluba tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-informazzjoni relevanti kollha. L-awtoritajiet kompetenti ospitanti għandu jkollhom is-setgħa li jintervjenu jekk l-intermedjarji tal-kreditu jonqsu milli jikkonformaw mad-dmirijiet u r-responsabbilitajiet tagħhom definiti f’din id-Direttiva. Minbarra dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jingħataw id-dritt li jirrifjutaw l-awtorizzazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-kompetenzi meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jaġixxu f'isem il-konsumaturi.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura bħala kompetenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Artikoli 18, 19, 20 u 21 ta' din id-Direttiva jkunu waħda minn dawk l-awtoritajiet kompetenti inklużi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura bħala kompetenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Artikoli 18, 19, 20, 21, 22 u 23 ta' din id-Direttiva jkunu waħda minn dawk l-awtoritajiet kompetenti inklużi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea).

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu effikaċement id-dmirijiet rispettivi tagħhom.

2. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib ma’ xulxin.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li meta kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jagħti, jintermedja jew jagħti pariri dwar kreditu u fejn ikun il-każ servizzi anċillari lill-konsumaturi, dan jaġixxi onestament, b'ġustizzja u professjonalment skont l-aħjar interess tal-konsumatur.

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li meta kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jagħti, jintermedja jew jagħti pariri dwar kreditu, dan jeħtieġlu jaġixxi onestament, b'ġustizzja u professjonalment.

Ġustifikazzjoni

Servizzi anċillari fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, bħalma hija l-assigurazzjoni, diġà huma rregolati mkien ieħor. Għaldaqstant għandu japplika l-prinċipju tal-Lex Specialis. L-interessi jistgħu jiġu allinjati u għalhekk mhux mixtieq li jkun hemm referenza speċifika għall-aħjar interess tal-konsumatur.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri jirremuneraw lill-persunal tagħhom u lill-intermedjarji tal-kreditu relevanti u l-mod li bih l-intermedjarji tal-kreditu jirremuneraw lill-persunal tagħhom ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu li jaġixxiu skont l-aħjar interess tal-konsumatur, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri jirremuneraw lill-persunal tagħhom u lill-intermedjarji tal-kreditu relevanti u l-mod li bih l-intermedjarji tal-kreditu jirremuneraw lill-persunal tagħhom ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu li jaġixxu kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Il-persunal tal-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jkollhom livell xieraq ta' għarfien u kompetenza marbuta mal-offerta u l-għoti ta' ftehimiet ta' kreditu skont it-tifsira tal-Artikolu 2, jew l-attività tal-intermedjazzjoni kreditizja kif iddefinit fl-Artikolu 3(e). Fejn il-konklużjoni ta' ftehim ta' kreditu tinkludi servizz anċillari marbut miegħu, partikolarment assigurazzjoni jew servizzi ta' investiment, dawn għandhom ukoll ikollhom l-għarfien u l-kompetenza xierqa marbuta ma' dak is-servizz anċillari sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/92/KE.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għall-protezzjoni tal-konsumaturi, huwa biżżejjed li jiġu rregolati r-rekwiżiti tal-kompetenza tal-maniġment li mbagħad ikun responsabbli biex jiġi żgurat li l-persunal ikun kompetenti biex iwettaq l-kompiti tiegħu. Din is-soluzzjoni tkun ukoll konformi ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Li jkunu rregolati r-rekwiżiti minimi tal-kompetenza tal-persunal huwa eċċessiv.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) Il-persuni fiżiċi fil-maniġment tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu li huma responsabbli għal jew li għandhom rwol fl-intermedjazzjoni, il-pariri jew l-approvazzjoni tal-ftehim tal-kreditu, ikollhom għarfien u kompetenza marbuta mal-ftehimiet ta' kreditu.

b) Il-persuni fiżiċi fil-maniġment tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu li huma responsabbli għal jew li għandhom rwol fl-intermedjazzjoni, il-pariri jew l-approvazzjoni tal-ftehim tal-kreditu, ikollhom għarfien u kompetenza marbuta mal-ftehimiet ta' kreditu.

 

Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom id-dmir li jrawmu l-iżvilupp professjonali kontinwu tagħhom, b’tali mod li jivvalidaw l-għarfien u l-kompetenza tagħhom infushom.

 

Il-maniġment tal-intermedjarji tal-kreditu għandu jiżgura li l-persunal ikollu livell xieraq ta’ għarfien u kompetenza għall-kompiti tiegħu.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) Il-kredituri u l-intermedjarji jiġu mmonitorjati sabiex jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) ikunux rispettati l-ħin kollu.

c) Il-kredituri u l-intermedjarji jiġu ssorveljati mill-awtorità kompetenti sabiex jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) jkunux rispettati l-ħin kollu.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti minimi ta' kompetenza li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 jiġu stabbiliti skont il-prinċipji stabbiliti fl-Anness IIa.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika r-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u partikolarment ir-rekwiżiti neċessarji għall-għarfien u l-kompetenza xierqa.

imħassar

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan l-obbligu m'għandhux japplika fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tirrikjedi l-indikazzjoni tar-rata ta' imposta perċentwali fis-sena fir-reklamar ta' ftehim ta' kreditu li ma jindikax rata tal-imgħax jew kwalunkwe figura relatata mal-kost tal-kreditu għall-konsumatur fi ħdan it-tifsira tal-ewwel subparagrafu.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 4(a) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni standard għandha tispeċifika b'mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta' eżempju rappreżentattiv dan li ġej:

2. L-informazzjoni standard għandha tispeċifika b'mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta' eżempju rappreżentattiv:

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) li l-prodott reklamat huwa ftehim ta' kreditu u li fejn applikabbli huma ggarantit jew b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew bi dritt relatat ma' proprjetà immobbli reżidenzjali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ipoteki ġeneralment ma jinbigħux direttament fuq il-bażi ta' reklam. Ir-riċerka tas-suq turi li l-konsumaturi iżommu ftit ferm mill-informazzjoni mir-reklamar ipotekarju, għalhekk ikun aktar effettiv li wieħed jiffoka fuq xi prinċipji prinċipali.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) ir-rata tat-teħid ta' self, b'indikazzjoni jekk hix fissa jew varjabbli jew it-tnejn, flimkien mad-dettalji dwar kwalunkwe imposta inkluża fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur;

c) ir-rata tat-teħid ta' self, b'indikazzjoni jekk hix fissa jew varjabbli jew it-tnejn, flimkien mad-dettalji dwar kwalunkwe imposta inkluża fil-kost totali tal-kreditu għall-konsumatur; ir-rata perċentwali annwali ta' imposta (RPAI) għandu jkollha tal-anqas l-istess prominenza viżiva fir-reklam daqs informazzjoni numerika oħra;

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) id-duratura tal-ftehim tal-kreditu;

f) jekk applikabbli, id-duratura tal-ftehim ta' kreditu;

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-Artikolu 4(2)(d) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g) l-ammont tal-pagamenti akkont;

g) skont il-każ, l-ammont tal-pagamenti bin-nifs;

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-Artikolu 4(2)(f) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h) l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

imħassar

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i) twissija fejn applikabbli, dwar ir-riskju li tintilef il-proprjetà immobbli fil-każ li ma jiġux osservati l-impenji marbuta mal-ftehim tal-kreditu meta l-kreditu jkun iggarantit b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew iggarantit bi dritt marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Voluminuż wisq għar-reklamar, u ma jikkorrispondix mal-immaġni tal-konsumatur matur.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni standard għandha tkun leġġibbli b'mod faċli jew tinstema ċar skont il-każ, skont il-mezz użat għar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni.

L-informazzjoni standard għandha tkun leġġibbli b'mod faċli jew tinstema ċar skont il-każ, skont il-mezz użat għar-reklamar u l-kummerċjalizzazzjoni.

 

Kwalunkwe informazzjoni provduta fir-reklamar kollu għandha taderixxi mal-eżempju rappreżentattiv li ntwera.

 

L-Istati Membri għandhom jadottaw kriterji li jiddefinixxu eżempju rappreżentattiv.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika aktar il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard li għandha tkun inkluża fir-reklamar.

imħassar

Partikolarment il-Kummissjoni, meta tadotta dawn l-atti delegati għandha temenda, fejn meħtieġ, il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulata fil-paragrafi 2(a) sa (i) ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ġenerali dwar il-ftehimiet ta' kreditu tqiegħed għad-disponizzjoni mill-kredituri jew fejn applikabbli mill-intermedjarji tal-kreditu l-ħin kollu b'mezz durabbli jew f'forma elettronika.

 

 

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’kull waqt, il-kredituri jagħmlu disponibbli fuq il-karta jew b'mezz durabbli ieħor u/jew, fuq talba, f'forma elettronika, informazzjoni ġenerali aċċessibbli u li tinftiehem dwar il-ftehimiet ta' kreditu, u li din tingħata lill-konsumatur, mill-kreditur fil-każ ta' bejgħ dirett, jew mill-intermedjarju tal-kreditu f’każijiet oħra.

Ġustifikazzjoni

Għadu mhuwiex ċar min huwa responsabbli mill-abbozzar ta' dan id-dokument. L-intermedjarji m'għandhomx neċessarjament aċċess għall-informazzjoni kollha li tiġi mniżżla. Għalhekk għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kreditur li jipprovdi din l-informazzjoni lill-intermedjarju jew - jekk il-kreditur ikun qed iqassam direttament - direttament lill-konsumatur.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) forom ta’ garanzija;

c) forom ta' garanzija, inkluża l-possibilità li l-kollaterali jkun allokat fi Stat Membru differenti;

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g) eżempju indikattiv tal-kost totali tal-kreditu għall-konsumaturi u rata perċentwali annwali tal-imposti;

g) eżempju rappreżentattiv tal-kost totali tal-kreditu għall-konsumaturi u rata perċentwali annwali tal-imposti;

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) indikazzjoni ta’ kostijiet addizzjonali possibbli, bħal pereżempju dawk relatati mar-reġistrazzjoni tal-ipoteka;

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i) jekk hemmx possibbiltà ta' ripagament bikri u fejn applikabbli deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet marbuta mar-ripagament bikri;

i) deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet marbuta mar-ripagament bikri;

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

k) dettallji dwar kif tista' tinkiseb informazzjoni dwar ħelsien mit-taxxa fuq l-imgħax tal-ftehim tal-kreditu jew sussidji pubbliċi oħra.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-obbligu tal-għoti ta’ din l-informazzjoni jmur kontra l-immaġni tal-konsumatur matur u, barra minn hekk, jista’ jirrappreżenta xkiel għas-suq intern. Ukoll, l-emenda tallinja t-test mad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt k a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ka) Fil-każ ta' ftehim ta' kreditu li permezz tiegħu ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal amortizzament korrispondenti immedjat tal-ammont totali ta' kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u skont kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta' kreditu jew fi ftehim anċillari, l-informazzjoni prekuntrattwali meħtieġa skont il-paragrafu 2 għandha tinkludi dikjarazzjoni ċara u konċiża li tali ftehim ta' kreditu ma jipprevedix garanzija għar-radd lura ta' l-ammont totali ta' kreditu miġbud skont il-ftehim ta' kreditu, sakemm ma tingħatax tali garanzija.

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur u fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu, mingħajr dewmien bla ħtieġa wara li konsumatur ikun ta l-informazjzoni neċessarja dwar il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-preferenzi tiegħu skont l-Artikolu 14, jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni personalizzata meħtieġa biex iqabbel il-krediti disponibbli fis-suq, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jikkonkludix ftehim ta' kreditu. Tali informazzjoni, fuq il-karta jew fuq mezz durabbli ieħor, għandha tingħata permezz tal-Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS) kif stipulat fl-Anness II.

2. Fil-waqt sewwa qabel ma l-konsumatur ikun marbut bi ftehim ta’ kreditu jew offerta, il-kreditur u fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu, wara li konsumatur ikun ta l-informazjzoni neċessarja dwar il-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u l-preferenzi tiegħu skont l-Artikolu 14, għandhom jipprovdu lill-konsumatur, abbażi tal-kundizzjonjijiet ta’ kreditu offruti mill-kreditur u, fejn xieraq, tal-preferenzi espressi u d-dettalji mogħtija mill-konsumatur, bl-informazzjoni personalizzatameħtieġa biex il-konsumatur iqabbel offerti differenti u jieħu deċiżjoni fundata dwar jekk iridx jikkonkludi ftehim ta’ kreditu.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur jiġi mgħarraf jekk il-“Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata” (“European Standardised Information Sheet”, FEIS) ikunx relatat ma’ offerta ta’ kreditu li torbot, għal kemm żmien hija valida u f’liema ċirkustanzi jkunu jistgħu jseħħu tibdiliet.

 

 

Din l-informazzjoni għandha tingħata bla ħlas permezz tal-FEIS fl-Anness II, fuq il-karta jew fuq mezz durabbli ieħor. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li din l-informazzjoni tingħata wkoll f’fuljett b’format differenti, li madankollu għandu jinkludi l-informazzjoni kollha prevista fil-FEIS.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta offerta li torbot lill-kreditur tingħata lill-konsumatur, din għandha tkun akkumpanjata minn FEIS. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehim tal-kreditu ma jistax jiġi konkluż sakemm il-konsumatur ikollu biżżejjed ħin biex iqabbel l-offerti, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jaċċettax l-offerta, irrilevanti mill-mezz tal-konklużjoni tal-kuntratt.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li tiġi żgurata l-possibilità tal-konsumatur li jeżaminaha u jaħsibha permezz tal-għoti ta' dritt statutorju jew kuntrattwali tal-irtirar skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE.

Il-kreditur u fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jitqiesu li jkunu issodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-għoti tal-informazzjoni lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta' kuntratt ta' distanza kif stipulat fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE meta jkunu taw il-FEIS.

Il-kreditur u fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jitqiesu li jkunu issodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-għoti tal-informazzjoni lill-konsumatur qabel il-konklużjoni ta' kuntratt ta' distanza kif stipulat fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE meta jkunu taw il-FEIS.

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur jew fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu jista' jipprovdi lill-konsumatur għandha tingħata f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-FEIS.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-konsumatur għandu jingħata informazzjoni addizzjonali. Din l-informazzjoni addizzjonali, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-kreditur jew fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu jista' jipprovdi lill-konsumatur minn jeddu għandha tingħata f'dokument separat li jista' jiġi anness mal-FEIS.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur; barra minn hekk, diverġenzi nazzjonali sostanzjali jistgħu jirrikjedu informazzjoni differenti għall-protezzjoni tal-konsumatur.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex temedna l-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-kontenut u l-format tal-FEIS stipulati fl-Anness II.

Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 biex temedna l-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-kontenut u l-format tal-FEIS stipulati fl-Anness II.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) jemendaw il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

imħassar

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) iħassru kwalunkwe mill-oġġett tal-informazzjoni stipulat fl-Anness II;

imħassar

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) jagħmlu żidiet fil-lista tal-oġġett tal-informazzjoni stipulata fl-Anness II;

imħassar

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu, fuq rikwest mill-konsumatur, jipprovdi lill-konsumatur b'koppja tal-abbozz tal-ftehim tal-kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każijiet fejn il-kreditur ma jkunx lest fil-mument tat-talba, li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu mal-konsumatur.

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu, fuq rikwest mill-konsumatur, jipprovdi lill-konsumatur b'koppja tal-abbozz tal-ftehim tal-kreditu mingħajr ħlas. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika fil-każijiet fejn il-kreditur ma jkunx lest fil-mument tat-talba, li jipproċedi bil-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu mal-konsumatur. Minbarra dan, huwa evidenti li l-kreditur jew, fejn applikabbli, l-intermedjarju tal-kreditu għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumatur, bla ħlas, kull informazzjoni prekuntrattwali.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel ma jitwettqu kwalunkwe servizzi elenkati fl-Artikolu 3(e), intermedjarju tal-kreditu għandu jipprovdi lill-konsumatur b'tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

1. Qabel ma jitwettqu kwalunkwe servizzi elenkati fl-Artikolu 3(e), intermedjarju tal-kreditu għandu jipprovdi lill-konsumatur b'tal-anqas l-informazzjoni li ġejja, bla ħlas:

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h) għal dawk l-intermedjarji tal-kreditu li mhumiex marbuta, l-eżistenza ta' kummissjonijiet, fejn applikabbli pagabbli mill-kreditur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu.

h) l-eżistenza ta' kummissjonijiet jew kull tip ieħor ta' gratifiki, inklużi dawk mogħtija in natura,fejn applikabbli pagabbli mill-kreditur jew minn parti terza oħra lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħlasijiet, jekk ikun hemm, pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu, jiġu kkomunikati lill-kreditur mill-intermedjarju tal-kreditu, għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali effettiva tal-imposti.

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 21(c) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex taġġorna l-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni dwar l-intermedjarji tal-kreditu li għandha tingħata lill-konsumatur, kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Partikolarment il-Kummissjoni, meta tadotta dawn l-atti delegati għandha temenda, fejn meħtieġ, il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indqas għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, qed jingħataw setgħat lill-Kummissjoni biex fejn meħtieġ tiddetermina format u preżentazzjoni standardizzati tal-oġġetti tal-informazzjoni stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu jipprovdu spejazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-ftehim(iet) tal-kreditu propost(i) u kwalunkwe prodott(i) anċillari, sabiex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni li tippermettilu jivvaluta jekk il-ftehimiet tal-kreditu proposti humiex adatti għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Spejazzjoni adegwata għandha tinkludi l-għoti tal-informazzjoni personalizzata dwar il-karatteristiċi tal-krediti offruti, mingħajr madankollu ma tifformula l-ebda rakkomandazzjoni. Il-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jivvalutaw preċiżament il-livell tal-għarfien u l-esperjenza bil-kreditu tal-konsumatur bi kwalunkwe mezz neċessarju ħalli l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkun jista' jiddetermina l-livell ta' spjegazzjonijiet li għandhom jingħataw lill-konsumatur u jaġġusta dawn l-ispjegazzjonijiet skont il-każ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji ta’ kreditu, jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur, sabiex il-konsumatur ikun f’pożizzjoni li jivvaluta jekk il-ftehim ta' kreditu propost hux adattat għall-ħtiġijiet tiegħu u għas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu, fejn ikun il-każ billi tiġi spjegata lilu l-informazzjoni prekuntrattwali u l-informazzjoni mill-FEIS, il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti u l-effetti speċifiċi li jistgħu jkollhom fuq il-konsumatur, inklużi l-konsegwenzi ta’ inadempjenza ta' ħlas mill-konsumatur.

Dawn l-ispjegazzjonijiet adegwati għandhom jinkludu spjegazzjoni tal-informazzjoni u t-termini inklużi fl-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tingħata skont l-Artikolu 9 u 10 u tal-konsegwenzi li l-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu jistgħu jkollu fuq il-konsumatur, fosthom fil-każ ta' inadempjenza fil-pagamenti mill-kosumatur.

L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih u sa fejn trid tingħata tali assistenza, kif ukoll min għandu jipprovdi tali assistenza, għaċ-cirkostanzi partikolari tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-ftehim ta' kreditu, il-persuna li lilha qed jiġi offrut u t-tip ta' kreditu offrut.

Ġustifikazzjoni

Allinjament tat-test mad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti, il-kost totali tal-kreditu għall-konsumantur għandu jiġi ddeteminat bl-esklużjoni tal-imposti pagabbli mill-konsumatur f'kaz li jonqos milli jissodisfa kwalunkwe mill-impenji tiegħu stipulati fil-ftehim tal-kreditu.

2. Għall-finijiet tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti, il-kost totali tal-kreditu għall-konsumantur għandu jiġi ddeteminat bl-esklużjoni tal-imposti pagabbli mill-konsumatur f'kaz li jonqos milli jissodisfa kwalunkwe mill-impenji tiegħu stipulati fil-ftehim tal-kreditu.

Meta l-ftuħ ta' kont ikun obbligatorju sabiex jinkiseb il-kreditu, il-kostijiet biex jinżamm dan il-kont, il-kostijiet tal-użu ta’ mezz ta’ pagament kemm għal tranżazzjonijiet ta’ pagament u ta' prelevament ta' kreditu minn dak il-kont, u kostijiet oħrajn relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu lill-konsumatur sakemm il-kostijiet ma jkunux intwerew b’mod ċar u separatament fil-ftehim tal-kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

Il-kostijiet biex jinżamm kont li fih jiġu rreġistrati kemm ħlasijiet kif ukoll prelevamenti ta' kreditu, il-kostijiet tal-użu ta' mezz ta' pagament kemm għal tranżazzjonijiet ta' pagament u ta' prelevament ta' kreditu minn dak il-kont, u kostijiet oħra relatati ma' tranżazzjonijiet ta' pagament għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu lill-konsumatur sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv u l-kostijiet tal-kont ma jkunux intwerew b'mod ċar u separatament fil-ftehim ta' kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-Artikolu 19(2) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-każ ta' ftehimiet ta' kreditu li jkollhom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tat-teħid tas-self u, fejn applikabbli, l-imposti fir-rata perċentwali annwali tal-imposti iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-ħin tal-kalkolazzjoni, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li r-rata tat-teħid tas-self u imposti oħrajn ser jiġu kkalkolati fil-livell stipulat mal-firma tal-kuntratt.

4. Fil-każ ta' ftehimiet ta' kreditu li jkollhom klawżoli li jippermettu varjazzjonijiet fir-rata tat-teħid tas-self u, fejn applikabbli, l-imposti fir-rata perċentwali annwali tal-imposti iżda li ma jistgħux jiġu kkwantifikati fil-ħin tal-kalkolazzjoni, ir-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li r-rata tat-teħid tas-self u imposti oħrajn ser jiġu kkalkolati fil-livell stipulat mal-firma tal-kuntratt. Fejn rata fissa tat-teħid tas-self tkun definita għall-perjodu inizjali, ir-rata tat-teħid tas-self għandha tkun stabbilita permezz ta’ dik ir-rata determinata inizjalment.

 

Jekk il-konsumatur jagħti l-isem ta' fornituri ta' servizzi anċillari alternattivi, il-kreditur u l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jikkalkulaw mill-ġdid ir-RPAI fuq il-bażi tal-kostijiet ta' dawk is-servizzi anċillari.

Ġustifikazzjoni

Il-metodu ta’ kallkolu attwali skont id-Direttive 2008/48/KE jista’ jwassal għal nuqqasijiet ta’ fehim sinifikanti min-naħa tal-konsumatur. Jekk dan ikun f’loku, id-Direttiva 2008/48/KE għandha tiġi adottata f’dan ir-rigward.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Qegħdin jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28, biex temenda l-formula u s-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkolata r-rata perċentwali annwali tal-imposti kif stipulat fl-Anness I.

5. Qegħdin jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 biex temenda l-formula użata biex tiġi kkalkolata r-rata perċentwali annwali tal-imposti kif stipulat fl-Anness I.

Il-Kummissjoni għandha, meta tadotta dawn l-atti delegati, temenda, fejn meħtieġ, il-formula jew is-suppożizzjonijiet stipulati fl-Anness I, partikolament jekk is-suppożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Anness I ma jkunux biżżejjed biex tiġi kkalkolata r-rata perċentwali annwali tal-imposti b'mod uniformi jew ikunux għadhom adatti għas-sitwazzjoni kummerċjali fis-suq.

Il-Kummissjoni għandha, meta tadotta dawn l-atti delegati, temenda, fejn meħtieġ, il-formula stipulata fl-Anness I

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, il-partijiet jistgħu jiftehmu fil-ftehim tal-kreditu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur perjodikament f'każijiet fejn il-bidla fir-rata tat-teħid tas-self tkun korrelata direttament ma' bidla f'rata ta' referenza, u r-rata ta' referenza l-ġdida ssir pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi xierqa u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza l-ġdida tinżamm ukoll disponibbli fl-uffiċċji tal-kreditur.

2. Madankollu, il-partijiet jistgħu jiftehmu fil-ftehim tal-kreditu li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata lill-konsumatur perjodikament f'każijiet fejn il-bidla fir-rata tat-teħid tas-self tkun korrelata direttament ma' bidla f'rata ta' referenza, u r-rata ta' referenza l-ġdida ssir pubblikament disponibbli permezz ta' mezzi xierqa u l-informazzjoni dwar ir-rata ta' referenza l-ġdida tinżamm ukoll disponibbli fl-uffiċċji tal-kreditur, u tkun komunikata personalment lill-konsumatur flimkien mal-ammont tar-rati mensili l-ġodda. Il-kreditur jista' jibqa’ jinforma lill-konsumaturi perjodikament dwar bidliet fir-rata tat-teħid tas-self, meta r-rata tat-teħid tas-self ma tikkorrelatax direttament ma' bidla fir-rata ta' referenza, jekk tali dispożizzjoni kienet tapplika qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

F’xi Stati Membri, il-konsumaturi jistgħu jiġu mgħarrfa b’tibdiliet tali tar-rata tat-teħid tas-self permezz ta’ ġurnali nazzjonali. Meta użanza ta’ dan it-tip tkun diġa stabbilita u rikonoxxuta b’mod ġenerali, l-Istat Membru għandu jkollu d-dritt iżomm dan l-arranġament.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta tibdiliet fir-rata tat-teħid tas-self ikunu determinati permezz ta' rkant fis-swieq kapitali u għalhekk ikun impossibbli li l-kreditur jinforma lill-konsumatur dwar xi bidla qabel id-dħul fis-seħħ tal-bidla, il-kreditur għandu, kmieni bizżejjed qabel l-irkant, jinforma lill-konsumatur bil-miktub dwar il-proċedura li ġejja u l-livell mistenni tar-rata l-ġdida tat-teħid tas-selfa.

Ġustifikazzjoni

Jekk bidliet fir-rata tat-teħid tas-self jiġu determinati minn irkant fis-swieq kapitali, il-kreditur ma jkunx jaf ir-rata l-ġdida eżatta sakemm ma jkunx għalaq l-irkant u jkunu nbiegħu l-bonds.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu, il-kreditur iwettaq valutazzjoni dettaljata tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta' kriterji li jinkludu l-introjtu, it-tfaddil, id-dejn u impenji finanzjarji oħra tal-konsumatur. Dik l-valutazzjoni għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni neċessarja, miksuba mill-kreditur jew, fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu mingħand il-konsumatur u minn sorsi interni u esterni rilevanti u għandha tirrispetta r-rekwiżiti fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità stipulati fl-Artikolu 6 tad-Dirtettiva 95/46/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jistabbilixxu proċessi adatti għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dawn il-proċessi għandhom jiġi riveduti f'intervalli regolari u għandhom jinżammu reġistrazzjonijiet aġġornati ta' dawn il-proċessi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, il-kreditur jivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta' informazzjoni suffiċjenti, fejn ikun il-każ miksuba mill-konsumatur u, fejn ikun meħtieġ, abbażi ta' konsultazzjoni tal-bażi tad-dejta rilevanti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jistabbilixxu proċessi adatti għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dawn il-proċessi għandhom jiġi riveduti f'intervalli regolari u għandhom jinżammu reġistrazzjonijiet aġġornati ta' dawn il-proċessi.

Ġustifikazzjoni

M’hemm l-ebda bżon urġenti li nwarrbu mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-konsum ta' kreditu, b'mod partikolari minħabba li hemm strumenti oħra f'dan il-qasam, bħalma huma d-Direttiva dwar l-Adegwatezza tal-Kapital (id-Direttiva 2006/49/KE) u d-Direttiva rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (id-Direttiva 2006/48/KE).

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Fejn il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur tirriżulta fi prospett negattiv tal-kapaċità tiegħu li jħallas lura l-kreditu matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu, il-kreditur għandu jirrifjuta l-kreditu.

imħassar

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) Meta l-applikazzjoni tal-kreditu tiġi rrifjutata, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas dwar ir-raġunijiet tar-rifjut.

b) Meta l-applikazzjoni tal-kreditu tiġi rrifjutata, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur b’dan immedjatament u mingħajr ħlas.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar ir-raġuniujiet għar-rifjut jistgħu jwasslu biex il-konsumaturi jimmodifikaw l-applikazzjoni tagħhom billi jipprovdu informazzjoni falza.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) Meta applikazzjon għal kreditu tiġi rrifjutata abbażi tad-dejta li jkun fiha, jew in-nuqqas tagħha, f'bażi tad-dejta li tkun ġiet ikkonsultata, il-kreditur jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas bl-isem tal-bażi ta' dejta li tkun ġiet ikkonsultata kif ukoll tal-kontrollatur tagħha u bid-dritt tiegħu li jaċċessaha u fejn meħtieġ bid-dritt tiegħu li jikkoreġi d-dejta tiegħu f'dik il-bażi tad-dejta.

d) Jekk ir-rifjut ta' applikazzjoni ta' kreditu jkun ibbażat fuq il-konsultazzjoni ta' bażi tad-dejta, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas bir-riżultat ta' tali konsultazzjoni u bil-partikolaritajiet tal-bażi tad-dejta rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Allinjament tat-test mad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) Mingħajr preġudizzju għad-dritt ġenerali ta' aċċess fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE, fejn l-applikazzjoni tiġi rrifjutata abbażi ta' deċiżjoni awtomatika jew deċiżjoni bbażata fuq metodi bħal skor kreditizju awtomatiku, il-kreditur jinforma minnufih lill-konsumatur u mingħajr ħlas u li l-kreditur jispjega lill-konsumatur il-loġika użata fid-deċiżjoni awtomatika.

e) Mingħajr preġudizzju għad-dritt ġenerali ta' aċċess fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE, fejn l-applikazzjoni tiġi rrifjutata abbażi ta' deċiżjoni awtomatika jew deċiżjoni bbażata fuq metodi bħal skor kreditizju awtomatiku, il-kreditur għandu jinnotifika lill-konsumatur b’dan minnufih u mingħajr ħlas.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) Il-konsumatur għandu l-opportunità li jitlob li d-deċiżjoni tiġi rriveduta manwalment.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-valur miżjud ta’ din id-dispożizzjoni għall-konsumaturi mhuwiex ċar.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-partijiet iqisu żidiet fl-ammont totali ta’ kreditu mogħti lill-konsumatur wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, l-informazzjoni finanzjarja għad-dispożizzjoni tal-kreditur dwar il-konsumatur tkun aġġornata u l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur ivvalutata mill-ġdid qabel ma tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali tal-kreditu.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-konsumatur jitlob żieda fl-ammont totali ta’ kreditu wara l-konklużjoni tal-ftehim ta' kreditu, l-informazzjoni finanzjarja għad-dispożizzjoni tal-kreditur dwar il-konsumatur tkun aġġornata u l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur ivvalutata mill-ġdid qabel ma tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

L-ammont totali tal-kreditu jista' jiżdied ukoll bħala riżultat ta' rati differenti ta' self. Għandu jkun iċċarat li l-informazzjoni finanzjarja għandha tkun aġġornata biss meta l-konsumatur jitlob żieda fil-kreditu.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Barra milli jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sitwazzjoni personali u finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-għanijiet tiegħu u jqisu għadd kbir biżżejjed ta' ftehimiet ta' kreditu mill-firxa tagħhom ta' prodotti sabiex jidentifikaw prodotti li mhumiex mhux adatti għall-konsumatur fid-dwal tal-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tiegħu. Dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni li dak il-ħin tkun aġġornata u fuq suppożizzjonijiet raġonevoli dwar is-sitwazzjoni tal-konsumatur matul it-terminu tal-ftehim tal-kreditu propost.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu għandu jitħassar għal raġunijiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika u temenda l-kriterji li għandhom jitqiesu fit-twettiq tal-valutazzjoni kreditiżja kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-iżgurar li l-prodotti ta' kreditu mhumiex mhux adatti għall-konsumatur kif stipulat fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jipprovdu lill-kredituri u fejn applikabbli lill-intermedjarji tal-kreditu b'informazzjoni sħiħa u korretta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tagħhom fil-kuntest tal-proċess tal-applikazzjoni tal-kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tiġi sostnuta, fejn meħtieġ b'evidenza ddokumentata minn sorsi verifikabbli u indipendenti.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu jitolbu l-informazzjoni kollha neċessarja mill-konsumaturi dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tagħhom fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kreditu.

2. Fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-konsumatur sabiex il-kreditur ikun jista' jwettaq valutazzjoni dettaljata tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur u jieħu deċiżjoni dwar jekk jagħtix il-kreditu jew le, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri, fl-istadju prekuntrattwali, jispeċifikaw b'mod ċar l-informazzjoni, inkluż fejn meħtieġ l-evidenza verifikabbli u indipendenti li l-konsumatur jeħtieġlu jipprovdi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-kredituri jikkomunikaw il-ħin preċiż sa meta l-konsumaturi huma meħtieġa jipprovdu din l-informazzjoni.

Il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu għandhom jipprovdu lill-konsumatur informazzjoni f’waqtha dwar it-tagħrif, inkluża evidenza indipendentement verifikabbli, li l-konsumatur jeħtieġlu jagħti ħalli l-kreditur ikun jista’ jwettaq il-valutazzjoni meħtieġa tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur u jiddeċiedi jekk għandux joħroġ il-kreditu jew le.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet kollha fejn il-konsumatur jagħżel li ma jipprovdix l-informazzjoni meħtieġa għal valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tiegħu, il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu javża lill-konsumatur li ma jistax iwettaq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u għalhekk il-kreditu jista' ma jingħatax. Din it-twissija tista’ tiġi pprovvduta f’format standardizzat.

 

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tiddefinixxi kriterji uniformi għar-reġistrazzjoni tal-kreditu u l-kundizzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta li għandhom jiġi applikati għall-bażijiet ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Partikolarment, dawn l-atti delegati għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi tar-reġistrazzjoni li għandhom jiġu applikati għal dawn il-bażijiet ta' dejta u għandhom jipprovdu definizzjonijiet miftiehma għat-termini ewlenin użati f'dawn il-bażijiet ta' dejta.

 

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva 'parir' jikkostitwixxi servizz separat mill-għoti ta' kreditu. Servizz bħal dan jista' jkun ikkummerċjalizzat biss bħala parir meta r-remunerazzjoni tal-individwu li jipprovdi s-servizz tkun trasparenti għall-konsumatur.

1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva 'parir' jikkostitwixxi servizz separat mill-għoti ta' kreditu. Ħlas separat għal parir jista’ jintalab biss jekk il-konsumatur ikun ġie mgħarraf dwar ir-rekwiżit li jħallas imposta u dwar il-metodu tal-kalkolu tagħha.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jinforma lill-konsumatur, fil-kuntest ta' tranżizzjoni speċifika, jekk huwiex qiegħed jiġi pprovdut parir jew hux ser jiġi pprovdut jew le. Dan jista' jsir permezz ta' informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali. Meta jiġi pprovdut parir lill-konsumaturi, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jinforma lill-konsumatur, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni speċifika, jekk jiġix provdut parir lilu u, jekk applikabbli, jekk dan jindikax it-tariffa pagabbli mill-konsumatur għall-għoti ta' dak il-parir. Dan jista' jsir permezz ta' informazzjoni prekuntrattwali addizzjonali. Meta jiġi pprovdut parir lill-konsumaturi, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu:

Ġustifikazzjoni

Il-kjarifika tal-kliem tagħmel distinzjoni ċara bejn il-każi meta ma jingħatal-ebda parir u l-każi fejn jingħata.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) iqisu għadd kbir biżżejjed ta' ftehimiet ta' kreditu disponibbli fis-suq ħalli jkunu jistgħu jirrikkommandaw l-aktar ftehimiet ta' kreditu adatti għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tal-konsumatur;

a) jiddivulgaw lill-konsumatur il-firxa ta’ ftehimiet ta’ kreditu li jqisu sabiex il-konsumatur jifhem il-bażi tar-rakkomandazzjoni tal-ftehimiet ta’ kreditu adatti għall-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tal-konsumatur;

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu dritt statutorju jew kuntrattwali li jissodisfa l-obbligi tiegħu skont ftehim ta' kreditu qabel l-iskandenza ta' dak il-ftehim. F'tali każijiet, huwa għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-kost totali tal-kreditu, tali tnaqqis ikun jikkonsisti mill-imgħax u l-kostijiet taż-żmien li jkun baqa' mill-kuntratt.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu dritt statutorju jew kuntrattwali li jissodisfa bis-sħiħ jew parzjalment l-obbligi tiegħu skont ftehim ta' kreditu qabel l-iskadenza ta' dak il-ftehim. F'tali każijiet, huwa għandu jkun intitolat għal tnaqqis fil-kost totali tal-kreditu, tali tnaqqis ikun jikkonsisti mill-imgħax u l-kostijiet taż-żmien li jkun baqa' mill-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 16(a) tad-DKK. Huwa importanti li l-konsumatur ikollu dritt għal ripagament bikri parzjali tas-selfa.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien dwar l-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tat-teħid tas-self jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-ċirkustanzi li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li l-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ekwu u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet potenzjali direttament marbuta mar-ripagament bikri tal-kreditu. Fi kwalunkwe każ jekk ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' imgħax speċjali fuq il-konsumatur.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ekwu, meta dan ikun ġustifikat, għall-kostijiet potenzjali direttament marbuta mar-ripagament bikri tal-kreditu. Dan il-kumpens għandu jiġi kkalkulat skont metodu trasparenti u li jkun ġie maqbul qabel l-iffirmar tal-kuntratt.

 

Il-konsumatur għandu jkun informat b'mod ċar dwar id-dritt stipulat fil-paragrafu 1 kif ukoll dwar l-ammont tal-kumpens jew dwar l-elementi li jiddeterminaw il-kalkolu tiegħu.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu awtorizzati kif xieraq biex iwettqu l-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 3(e) minn awtorità kompetenti kif iddefinit fl-Artikolu 4 fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju tal-kreditu u għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti professjonali stabbiliti fl-Artikolu 20.

1. Biex iwettqu l-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 3(e) l-intermedjarji tal-kreditu għandhom ikunu ġew awtorizzati minn awtorità kompetenti jew irreġistrati ma’ awtorità kompetenti kif iddefinit fl-Artikolu 4 fl-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.. Dawn l-awtorizzazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet għandhom jingħataw abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-intermedjarju tal-kreditu u jippreżumu l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 21. Dak li sussegwentement huwa stipulat rigward l-awtorizzazzjoni japplika wkoll għar-reġistrazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Mill-aspett tal-protezzjoni tal-konsumatur l-essenzjali huwa li l-intermedjarji tal-kreditu huma obbligati jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 6 u 21. Jekk il-proċedura tissejjaħx awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni għandha titħalla biex tiġi deċiża minn kull Stat Membru skont it-tradizzjonijiet amministrattivi tagħhom. F’dan il-kuntest, għandu jiġi nnutat ukoll li skont id-Direttiva 2002/92/KE ir-reġistrazzjoni hija meħtieġa għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qegħdin jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta u fejn meħtieġ temenda standards regolatorji tekniċi ħalli tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b).

imħassar

L-istandards regolatorji tekniċi msemmija fis-subparagrafu 1 għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

 

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi ħalli tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b) għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni [fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni tal-proposta]. L-ABE se tirrevedi, u jekk meħtieġ, tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi ħalli temenda l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b) għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni għall-ewwel darba [4 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] u minn hemm 'il quddiem kull sentejn.

 

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri huma awtorizzati li jillimitaw kwalunkwe pagament tal-konsumatur lill-kreditur u lill-intermedjarju tal-kreditu qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu.

Ġustifikazzjoni

Din hija dispożizzjoni neċessarja sabiex ikunu evitati l-attentati ta' frodi.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta l-Istat Membru ospitanti jkollu raġunijiet ċari u demostrabbli biex jikkonkludi li intermedjarju li jkun qed jopera fit-territorju tiegħu skont il-libertà ta' forniment ta' servizzi jew permezz ta' fergħa jkun qed jikser l-obbligi stipulati f'din id-Direttiva, għandu jirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċlju li għandha tieħu l-miżuri xierqa. Fil-każijiet fejn minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju intermedjarju tal-kreditu jibqa' jaġixxi f'manjiera li b'mod ċar tippreġudika l-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti jew il-funzjonament fl-ordni tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

4. Meta l-Istat Membru ospitanti jkollu raġunijiet ċari u demostrabbli biex jikkonkludi li intermedjarju li jkun qed jopera fit-territorju tiegħu skont il-libertà ta’ forniment ta’ servizzi jew permezz ta’ fergħa jkun qed jikser l-obbligi stipulati f’din id-Direttiva li ma jagħtu l-ebda setgħa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandu jirreferi dawn is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li għandha tieħu l-miżuri xierqa. Fil-każijiet fejn minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju intermedjarju tal-kreditu jibqa' jaġixxi f'manjiera li b'mod ċar tippreġudika l-interessi tal-konsumaturi tal-Istat Membru ospitanti jew il-funzjonament fl-ordni tas-swieq, għandu japplika dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkunu jistgħu jirregolaw it-twettiq tan-negozju fit-territorju tagħhom, minħabba l-implikazzjonijiet għall-protezzjoni tal-konsumaturi.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzjoni għall-proċeduri għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni jew għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’konformità mal-dritt nazzjonali tagħhom, li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri amministrattivi xierqa jew jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli meta d-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jkunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

L-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penalitajiet f'każijiet partikolari fejn il-konsumaturi konxjament ma jipprovdux l-informazzjoni kollha jew jipprovdu informazzjoni skorretta sabiex jiksbu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja pożittiva fejn l-informazzjoni sħiħa u korretta tkun tirriżulta f'valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja negattiva u sussegwentament ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ftehim, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġi implimentati.

 

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tiddivulga mal-pubbliku kwalunkwe miżura jew sanzjoni li tkun ser tiġi imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm tali divulgazzjoni ma tippreġudikax serjament is-swieq finanzjarji jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur. L-għan ta’ dawn il-miżuri jew sanzjonijiet m’għandux ikun li jesponi lil xi ħadd għall-għajb pubbliku.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguaraw li jiġu stabbiliti proċeduri tal-ilmenti u rimedju adatti u effikaċi għas-soluzzjoni barra mill-qorti ta' tilwim li jikkonċerna d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva bejn kredituri u konsumaturi, u bejn intermedjarji tal-kreditu u konsumaturi bl-użu tal-korpi eżistenti fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu kollha jaderixxu ma' korp jew aktar minn dawn il-korpi li jimplimentaw dawn il-proċeduri tal-ilmenti u r-rimedju.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri mhux ġudizzjarji adegwati u effikaċi għar-riżoluzzjoni ta' kontroversji tal-konsumaturi li jirrigwardaw ftehimiet ta' kreditu skont din id-Direttiva; f’dan għandhom jintużaw, fejn dan ikun f’loku, l-entitajiet eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkoperaw attivament fis-soluzzjoni ta' tilwimiet transfruntiera.

2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lil dawn il-korpi jikkoperaw biex isolvu wkoll kontroversji transfruntiera rigward ftehimiet ta’ kreditu.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħat li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(4), 8(4), 9(3) 10(3), 14(5) u 16(2) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan din id-Direttiva.

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati għandha tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti delegati skont l-Artikolu 9(3)(d) u (e) u l-Artikolu 12(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal tul indeterminat minn...*.

3. Is-setgħa biex tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 9(3)(d) u fl-Artikolu 12(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ta' revoka f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data ulterjuri stipulata minnha. Din m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li huma diġà fis-seħħ.

 

3a. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3b. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(3)(d) u (e) l-Artikolu 12(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. L-iskadenza tista’ tkun estiża b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

_______________

 

* Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 6(4), 8(4), 9(3), 10(3), 14(5) u 16(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, fejn issemmi s-setgħat delegati li jistgħu jiġu soġġetti għal revoka kif ukoll ir-raġunijiet għal dik ir-revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffetwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

Adattament għat-tħassir magħmul.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih. L-atti delegati jistgħu jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu meta kemm l-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

 

3. Meta jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat fiż-żmiem imsemmi fil-paragrafu 1 dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet tal-oġġezzjoni għall-att delegat.

 

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-natura imperattiva ta' din id-Direttiva

L-armonizzazzjoni u n-natura imperattiva ta' din id-Direttiva

Ġustifikazzjoni

Qabbel mal-Artikolu 22 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Safejn din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet armonizzati, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu fil-liġi nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitilfux il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva minħabba l-għażla tal-liġi ta’ pajjiz terz bħala l-liġi applikabbli għall-ftehim ta' kreditu.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-konsumaturi ma jitilfux il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva minħabba l-għażla tal-liġi ta’ pajjiz terz bħala l-liġi applikabbli għall-ftehim ta' kreditu, jekk il-ftehim ta’ kreditu jkun marbut mill-qrib mat-territorju ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-Artikolu 22(4) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 30a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 30 a

 

Miżuri tranżizzjonali

 

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ftehimiet ta’ kreditu li jkunu eżistenti fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ il-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) valutazzjoni tas-sodisfazzjoni tal-konsumaturi bil-FEIS;

a) valutazzjoni tal-osservanza tal-FEIS u tal-użu mill-konsumaturi, il-fehim u s-sodisfazzjoni tagħhom ta' dawn,

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima II – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

j) Għal ftehimiet ta' kreditu li għalihom hija miftehma rata tat-teħid ta' self fissa fir-rigward tal-perjodu inizjali, li fi tmiem tiegħu tiġi ddeterminata rata tat-teħid ta' self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur miftiehem, il-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perjodu ta' rata tat-teħid ta' self fissa, ir-rata tat-teħid tas-self tkun l-istess bħal meta sar il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali, abbażi tal-valur tal-indikatur miftiehem f'dak iż-żmien.

j) Għal ftehimiet ta' kreditu li għalihom hija miftehma rata tat-teħid ta' self fissa fir-rigward tal-perjodu inizjali, li fi tmiem tiegħu tiġi ddeterminata rata tat-teħid ta' self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur miftiehem, il-kalkolazzjoni tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perjodu ta' rata tat-teħid ta' self fissa, ir-rata tat-teħid tas-self tkun l-istess bħal meta sar il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali, abbażi tal-valur tal-indikatur miftiehem f'dak iż-żmien, iżda ma tkunx anqas mir-rata tat-teħid ta’ self fissa. Għal ftehimiet ta' kreditu b'rata fissa ta' slf ta' mill-inqas perjodu inizjali ta' ħames snin u speċjalment meta jkun pjanat li ftehim ġdid b'rata fissa jsir wara l-ftehim u meta l-kundizzjonijiet varjabbli jkun hemm qbil dwarhom biss biex ikun preparat għall-każ li ma jkunx għadu hemm qbil dwar ftehim fiss ġdid, ir-rata fissa inizjali tas-self biss għandha titqies.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – parti introduttorja – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan id-dokument sar [data tal-lum] bi tweġiba għat-talba tiegħek għal informazzjoni. Dan id-dokument ma jikkostitwix obbligu fuqna li nipprovdulek self.

Dan id-dokument sar [data tal-lum] bi tweġiba għat-talba tiegħek għal informazzjoni. Dan id-dokument ma jikkostitwix offerta legalment vinkolanti jew obbligu fuqna li nipprovdulek self.

Ġustifikazzjoni

Hu neċessarju li jkun iċċarat li l-FEIS mhux offerta legalment vinkolanti għall-konsumatur.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mutwanti

1. Il-kreditur u (meta applikabbli) l-intermedjarju tal-kreditu

Ġustifikazzjoni

Peress li l-intermedjarju tal-kreditu wkoll għandu l-obbligu skont l-Atikolu 9(2) li jipprovdi l-FEIS. L-intermedjarju għandu għalhekk jiddaħħal.

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorità superviżorja: [Isem u indirizz tal-websajt tal-awtorità superviżorja]

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza m'għandha ebda valur miżjud u tista' twassal għal konfużjoni, peress li l-kreditur diġà jipprovdi l-informazzjoni dwar l-iskemi interni ta' lment.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 1 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Persuna ta' kuntatt: [Dettalji sħaħ tal-persuna ta' Kuntatt]

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni ta' informazzjoni dwar il-persuna ta' kuntatt hija superfluwa peress li l-isem tal-persuna ta' kuntatt jista' jinbidel matul ir-ripagament tas-selfa.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Rata tal-imgħax

3. Rata tal-imgħax

Ir-RPAI hija l-kost totali tas-self espress bħala perċentwali annwali. L-RPAI qed tingħata biex tgħinek tqabbel offerti differenti. Ir-RPAI applikabbli għas-selfa tiegħek hija [RPAI]. Hija magħmula minn:

Ir-RPAI hija l-kost totali tas-self espress bħala perċentwali annwali. L-RPAI qed tingħata biex tgħinek tqabbel offerti differenti. Ir-RPAI applikabbli għas-selfa tiegħek hija [RPAI]. Hija magħmula minn:

Rata tal-imgħax [valur perċentwali]

Rata tat-teħid ta’ self [valur perċentwali]

[Komponenti oħra tar-RPAI]

[Komponenti oħra tar-RPAI]

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ammont ta' kull pagament akkont

5. Għal selfa ta' ripagament, l-ammont ta' kull pagament akkont

Ġustifikazzjoni

F'paragun mal-punt 9 tal-FEIS oriġinali dwar l-ammont ta' kull pagament akkont, dan il-punt ma jqisx selfiet ta' interessi biss. Il-FEIS għandu jkun kapaċi li mhux biss jittratta s-selfiet ta' ripagamenti imma wkoll is-selfiet ta' interessi biss li huma disponibbli f'ċerti Stati Membri tal-UE.

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Tabella bl-eżempji tar-ripagamenti

imħassar

Din it-tabella turi l-ammont li għandu jitħallas kull [frekwenza].

 

Il-pagamenti akkont (kolonna [nru rilevanti]) huma s-somma tal-imgħax imħallas (kolonna [nru rilevanti]), kapital imħallas (kolonna [nru rilevanti]) u fejn applikabbli kostijiet oħra (kolonna [nru rilevanti]). Fejn applikabbli, Il-kostijiet fil-kolonna kostijiet oħra huma marbuta ma' [lista ta' kostijiet]. Kapital pendenti (kolonna [nru rilevanti]) huwa l-ammont tas-self li baqagħlu jrid jiġi rimborżat wara kull pagament akkont.

 

[Ammont u l-munita tas-selfa]

 

[Duratura tas-self]

 

[Rata tal-imgħax]

 

[Tabella]

 

(Fejn applikabbli) [Twissija dwar il-varjabbiltà tal-pagamenti akkont]

 

Ġustifikazzjoni

Peress li hemm ammont kbir ta' informazzjoni fit-tabella illustrativa ta' ripagament, qed jiġi propost li din titmexxa għall-aħħar tal-FEIS.

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(Fejn applikabbli) Ma għandekx il-possibbiltà li tħallas dan is-self qabel.

imħassar

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 14 – it-tieni inċiż

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-imgħax ta' dan is-self ma tibqax l-istess matul id-duratura kollha tas-selfa.

(Fejn applikabbli) Ir-rata tal-imgħax ta' dan is-self ma tibqax l-istess matul id-duratura kollha tas-selfa. Tista’ tiżdied sostanzjalment matul il-perjodu tar-rata fissa tal-imgħax.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 14 – il-ħames inċiż

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ser ikollok bżonn ukoll tħallas taxxi u kostijiet oħra (fejn applikabbli), eż. it-tariffi notarili.

Ser ikollok bżonn ukoll tħallas taxxi u kostijiet oħra marbutin mal-ksib tal-kreditu (fejn applikabbli), eż. imposti għar-reġistrazzjoni, tariffi notarili.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 14 – it-tmien inċiż (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn il-pagamenti ma jagħtux lok għall-amortizzazzjoni immedjata korrispondenti tal-ammont totali tal-kreditu, iżda minflok jikkostitwixxu kapital, jeħtieġ li jkun iddikjarat li l-ftehim ta’ kreditu jew il-ftehim supplimentari ma jipprovdix għal garanzija tar-ripagament tal-ammont totali tas-self li jkun inħareġ skont il-ftehim ta’ kreditu, sakemm ma tingħatax garanzija tali.

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Formola tal-FEIS – punt 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14a. Tabella bl-eżempji tar-ripagamenti

 

Din it-tabella turi l-ammont li għandu jitħallas kull [frekwenza].

 

Il-pagamenti akkont (kolonna [nru rilevanti]) huma s-somma tal-imgħax imħallas (kolonna [nru rilevanti]), kapital imħallas (kolonna [nru rilevanti]) u fejn applikabbli kostijiet oħra (kolonna [nru rilevanti]). Meta applikabbli, l-ispejjeż fil-kolonna kostijiet oħra huma marbuta ma' [lista ta' kostijiet]. Kapital pendenti (kolonna [nru rilevanti]) huwa l-ammont tas-self li baqagħlu jrid jiġi rimborżat wara kull pagament akkont.

 

[Ammont u l-munita tas-selfa]

 

[Duratura tas-self]

 

[Rata tal-imgħax]

 

[Tabella]

 

[Twissija dwar il-varjabbiltà tal-pagamenti akkont]

Ġustifikazzjoni

Peress li hemm ammont kbir ta' informazzjoni fit-tabella illustrativa ta' ripagament, qed jiġi propost li din titmexxa għall-aħħar tal-FEIS.

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti B – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jintmela l-FEIS, għandhom jiġi segwiti dawn l-istruzzjonijiet:

Meta jintmela l-FEIS, għandhom jiġu segwiti dawn l-istruzzjonijiet, u għandha tingħata informazzjoni b'linwaġġ sempliċi, ċar u li jinftiehem mill-konsumatur medju:

Ġustifikazzjoni

Il-FEIS għandu jkun jista' jinftiehem mill-konsumatur medju.

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Anness II- Parti B – paragrafu 3 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Flimkien mar-rata tal-imgħax, il-kostijiet kollha l-oħra fir-RPAI għandhom ikunu elenkati (isem u ekwivalenza f'perċentwali). Meta l-għoti ta' rata perċentwali għal kull wieħed minn dawn il-kostijiet ma jkunx possibbli jew ma jagħmilx sens, il-kreditur għandu jipprovdi rata perċentwali globali.

(1) Flimkien mar-rata tat-teħid tas-self, il-kostijiet kollha l-oħra fir-RPAI għandhom ikunu elenkati (isem u ekwivalenza f'perċentwali). Meta l-għoti ta' rata perċentwali għal kull wieħed minn dawn il-kostijiet ma jkunx possibbli jew ma jagħmilx sens, il-kreditur għandu jipprovdi rata perċentwali globali. Jekk tkun ġiet maqbula rata fissa tat-teħid tas-self fir-rigward tal-perjodu inizjali, li fi tmiemu r-rata tat-teħid tas-self tkun aġġustata skont indikatur maqbul, jeħtieġ li jingħad espressament li r-rata tat-teħid tas-self u l-RPAI jistgħu jaqbżu, b’mod sinifikanti, ir-rata fissa tat-teħid tas-self u l-RPAI oriġinali.

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Anness II- Parti B – paragrafu 7 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-kreditu għandu wkoll jelenka kull kost skont il-kategorija, jindika l-ammont tagħhom, lil min iridu jitħallsu u f’liema mument. Meta l-ammont ma jkunx magħruf, il-kreditur għandu jipprovdi firxa possibbli jew indikazzjoni dwar kif jiġi kkalkolat.

(2) Il-kreditur għandu wkoll jipprovdi lista dettaljata ta' kull kost, jindika l-ammont tagħhom, lil min iridu jitħallsu u f'liema mument. Meta l-ammont ma jkunx magħruf, il-kreditur għandu jipprovdi firxa possibbli jew indikazzjoni dwar kif jiġi kkalkolat.

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Anness II- Parti B – paragrafu 7 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur li dan tal-aħħar huwa liberu li jagħżel servizzi anċillari minn fornitur ieħor tal-għażla tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumatur għandu jkun infurmat kif xieraq dwar il-libertà tiegħu li jagħżel il-fornitur tas-servizzi anċillari.

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Anness II- Parti B – paragrafu 8 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fejn tkun ser tiġi applikat imposta tal-għeluq fuq ir-ripagament bikri, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-mutwatarju dwar dan u jindika l-ammont tiegħu. Fil-każijiet fejn l-ammont tal-imposta tal-għeluq tkun tiddependi fuq fatturi differenti, bħal l-ammont ripagat jew ir-rata tal-imgħax prevalenti f'dak il-mument tar-ripagament bikri, il-kreditur għandu jindika kif l-imposta tal-imposta tal-għeluq ser tiġi kkalkolata. Il-kreditur għandu imbagħad jipprovdi tal-anqas żewġ eżempji illustrattivi sabiex juri lill-mutwatarju l-livell tal-imposta tal-għeluq skont xenarji differenti.

(2) Fejn ikun għandu jitħallas kumpens fil-każ ta’ ripagament bikri, il-kreditur għandu jiġbed l-attenzjoni tal-mutwatarju dwar dan u jindika l-ammont tal-kumpens. Fil-każijiet fejn l-ammont tal-kumpens ikun jiddependi fuq fatturi differenti, bħalma huma l-ammont ripagat jew ir-rata tal-imgħax prevalenti f'dak il-mument tar-ripagament bikri, il-kreditur għandu jindika b’liema mod se jiġi kkalkulat il-kumpens. Il-kreditur għandu mbagħad jipprovdi tal-anqas żewġ eżempji illustrattivi sabiex juri lill-mutwatarju l-livell tal-kumpens skont xenarji differenti.

Ġustifikazzjoni

Adattament għat-tħassir suġġerit.

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness IIa

 

Rekwiżiti minimi ta’ kompetenza

 

1. Ir-rekwiżiti minimi ta' kompetenza tal-persunal tal-kredituri u tal-intermedjarji tal-kreditu għandhom jinkludu:

 

a) għarfien xieraq tal-prodotti ipotekarji u tas-servizzi anċillari tipikament offruti flimkien mal-prodotti ipotekarji;

 

b) għarfien xieraq tal-liġi tal-Istati Membri li fihom qed jinbiegħ il-prodott;

 

c) għarfien u fehim xierqa tal-proċess tax-xiri tal-proprjetà fl-Istat Membru fejn qed jinbiegħ il-prodott;

 

d) għarfien xieraq tal-valutazzjoni ta' sigurtà;

 

e) għarfien xieraq tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tar-reġistri tal-art fl-Istat membru li fih ikun jinsab il-kollateral;

 

f) livell xieraq ta' kompetenza finanzjarja u ekonomika;

 

g) għarfien xieraq tal-etika;

 

(h) l-abilità li jevalwa l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur.

 

2. Il-livell xieraq ta' għarfien u kompetenza għandu jkun determinat fuq il-bażi ta:

 

a) kwalifiki rikonoxxuti, eż. diplomi, ċertifikati ta' grad, taħriġ professjonali, testijiet ta' kompetenza; jew

 

b) esperjenza professjonali, li tista' tiġi definita bħala numru minimu ta' snin ta' xogħol f'oqsma relatati mal-oriġinazzjoni, id-distribuzzjoni u l-intermedjazzjoni ta' prodotti ta' kreditu.

 

3. L-Istati Membri jistgħu jiddiferenzjaw bejn il-livell ta' rekwiżiti professjonali għall-persunal tal-kredituri, il-persunal tal-intermedjarji tal-kreditu u l-ġestjoni tagħhom.

PROĊEDURA

Titolu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali

Referenzi

COM(2011)0142 – C7-0085/2011 – 2011/0062(COD)

Opinjoni mogħtija minn

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Laqgħat konġunti ta' kumitati

               Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

29.9.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.5.2011

12.7.2011

5.10.2011

22.11.2011

Data tal-adozzjoni

25.1.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Eija-Riitta Korhola, Edvard Kožušník, Kurt Lechner, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Borghezio, Frank Engel, Ildikó Gáll-Pelcz, Anna Hedh, Liem Hoang Ngoc, María Irigoyen Pérez, Emma McClarkin, Kyriacos Triantaphyllides

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (18.10.2011)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali
(COM(2011)0142 – C7‑0085/2011 – 2011/0062(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alexandra Thein

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-awtriċi tal-opinjoni għandha dubji serji dwar jekk il-proposta tal-COM tistax tkun ikkunsidrata mal-istrumenti effikaċi għall-ġlieda kontra l-kriżi finanzjarja. Jidher li hemm dubju dwar il-fatt jekk jistax ikun hemm suq intern għal krediti b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali. L-ewwel, wieħed għandu jikkunsidra l-istabbiliment ta' suq intern għal krediti b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali. F'każ ta' krediti b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali, is-swieq huma affettwati lokalment u jeħtieġ li jkun hemm konsulenza lokali. Dan japplika speċjalment għal min jixtri l-post għall-ewwel darba, bħall-familja, li tixtri l-ewwel dar taghha u b'hekk jixirqilha protezzjoni b'mod speċjali. B'hekk id-domanda transkonfinali hija baxxa. B'mod speċjali jeżistu barrieri lingwistiċi; Jirriżultaw diffikultajiet ukoll mid-differenzi kbar bejn il-ġuriżdizzjonijiet tal-Istati Membri, speċjalment f'dak li jirrigwarda il-liġi sostantiva, iżda wkoll il-liġi tal-insolvenza u dik fiskali.

L-awtriċi tal-opinjoni għandha dubji dwar il-fatt jekk hemmx bżonn ta' regolazzjoni għal regolament dettaljat bħal dan u jekk il-miżuri suġġeriti jistgħux fil-fatt jilħqu l-għan stipulat – il-ġlieda kontra l-kriżi finanzjarja.

Minbarra dan, jeħtieġ li l-Test propost mill-Kummissjoni ikun rivedut b'mod konsiderevoli.

Punti ċentrali ta' kritika huma dawn li ġejjin:

- Limitazzjoni jew paralleliżmu tad-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur: Serje ta' Stati Membri implimentaw id-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur u diġà adottaw dispożizzjonijiet, li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva attwali. Għal din ir-raġuni, id-dispożizzjonijiet għandhom jiddevjaw mid-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur biss fejn is-suġġett tar-regolament huwa meħtieġ bilfors. Inkella ħa jinżammu żewġ sistemi u se jkunu separati minn xulxin b'mod ċar. Dan jitlob sforz burokratiku sinifikanti mhux ġustifikat. Minbarra dan, il-konsumatur m'għandux jiġi mgħobbi b'informazzjoni addizzjonali, sakemm dan ma jkunx meħtieġ minħabba s-suġġett tar-regolazzjoni.

- Fl-istrutturi tal-awtoritajiet nazzjonali attwali, il-leġiżlatur Ewropew m'għandux jindaħal bla bżonn. Mhuwiex ċar għaliex pereżempju l-monitoraġġ ta' medjaturi tal-kreditu għandu jsir mill-awtoritajiet li jagħmlu parti mill-awtoritajiet responsabbli msemmija fir-regolament għall-istabbiliment ta' Awtorità Bankarja Ewropea.

- Atti delegati: L-ammont tad-delegazzjoni tal-kompetenzi leġiżlattivi fil-Test propost mill-Kummissjoni jaqbeż il-limitu suġġerit mill-Artikolu 290 TFUE u b'hekk għandu – skont id-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur – ikun limitat għar-rata perċentwali annwali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali għall-konsumaturi

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi żgurat - skont it-titolu tad-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur li d-direttiva tirrigwarda ftehimiet tal-konsumaturi.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Skont it-Trattat, is-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġu żgurati l-moviment liberu ta' oġġetti u servizzi u l-libertà tal-istabbiliment. L-iżvilupp ta' suq tal-kreditu iktar trasparenti u effiċjenti f'dik iż-żona huwa vitali għall-promozzjoni tal-izvilupp tal-attività transfruntiera u l-ħolqien ta' suq intern tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta mal-proprejtà immobbli reżidenzjali. Jeżistu differenzi sustanzjali fil-liġijiet ta' diversi Stati Membri fir-rigward tal-kondotta tan-negozju fl-għoti ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u fir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu li jipprovdu ftehmiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali. Dawn id-differenzi joħolqu ostakli li jirrestrinġu l-livell ta' attività transfruntiera min-naħat tal-forniment u d-domanda, b'hekk inaqqsu l-kompetizzjoni u l-għażla fis-suq, jgħollu l-kost tal-għoti ta' self għall-fornituri u saħansitra jipprevenuhom milli jwettqu negozju.

(2) Skont it-Trattat, is-suq intern jikkonsisti f'żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġu żgurati l-moviment liberu ta' oġġetti u servizzi u l-libertà tal-istabbiliment. L-iżvilupp ta’ suq tal-kreditu iktar trasparenti u effiċjenti f'dik iż-żona huwa vitali għall-promozzjoni tal-izvilupp tal-attività transfruntiera. Jeżistu differenzi sustanzjali fil-liġijiet ta' diversi Stati Membri fir-rigward tal-kondotta tan-negozju fl-għoti ta' ftehimiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali u fir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux ta’ kreditu li jipprovdu ftehmiet ta' kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali. Dawn id-differenzi joħolqu ostakli li jirrestrinġu l-livell ta' attività transfruntiera min-naħat tal-forniment u d-domanda, b'hekk inaqqsu l-kompetizzjoni u l-għażla fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Is-suq għal krediti b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali huwa affettwat ħafna mis-sitwazzjoni lokali; proprju l-ewwel xerrej jeħtieġ parir b'mod speċjali u jrid ifittex din il-konsulenza l-aktar fl-ambjent lokali ta' madwaru.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-kriżi finanzjarja wriet li mġiba irresponsabbli mill-parteċipanti fis-suq tista' thedded is-sisien tas-sistema finanzjarja, twassal għal nuqqas ta' fiduċja fost il-partijiet kollha, partikolarment il-konsumaturi u potenzjalment għal konsegwenzi soċjali u ekonomiċi gravi. Ħafna konsumaturi tilfu l-fiduċja fis-settur finanzjarju u l-mutwatarji bdew isibuha dejjem aktar diffiċli biex jaffordjaw is-self tagħhom b'żieda fl-inadempjenzi u l-bejgħ sfurzat. Fid-dawl tal-problemi li nkixfu waqt il-kriżi finanzjarja u fil-kuntest tal-isforzi biex jiġi żgurat suq intern effiċjenti u kompetittiv, il-Kummissjoni pproponiet miżuri fir-rigward tal-ftehimiet tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom qafas affidabbli għall-intermedjazzjoni kreditizja fil-kuntest li jwasslu għal swieq responsabbli u affidabbli għall-futur kif ukoll r-restawr tal-fiduċja tal-konsumaturi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-ġlieda kontra l-kriżi finanzjarja u l-prevenzjoni ta' kriżijiet futuri huma fil-fatt għan prijoritarju; iżda s'issa ma jidhirx li hemm rabta mal-proposta għal direttiva li ġiet preżentata (Green Paper 2005, bidu tal-kriżi finanzjarja fi tmiem l-2008)

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ġew identifikati serje ta' problemi fis-swieq ipotekarji tal-UE assoċjati ma' għoti u teħid ta' self irresponsabbli fl-istadju prekuntrattwali u lok potenzjali għal imġiba irresponsabbli mill-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu. Xi problemi kienu jikkonċernaw selfiet iddenominati f'munita barranija li konsumaturi ħadu f'dik il-munita biex igawdu mir-rata tal-imgħax offruta iżda mingħajr ma kellhom fehim sew tar-riskji involuti fil-munita. Dawn il-problemi huma stimulati mill-fallimenti tas-suq u dawk regolatorji kif ukoll minn fatturi oħra bħall-klima ekonomika ġenerali u livelli baxxi ta' kompetenza finanzjarja. Problemi oħra jinkludu l-ineffikaċja, l-inkonsistenza jew in-noneżistenza ta' reġimi ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni u superviżjoni għall-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kreditu għal proprejtà immobbli reżidenzjali. Il-problemi identifikati għandhom potenzjalment effetti makroekonomiċi sekondarji sinifikanti, jistgħu jwasslu għad-detriment tal-konsumatur, jaġixxu ta' ostakli ekonomiċi jew legali għall-attività transfruntiera u joħolqu kundizzjonijiet diskriminatorji bejn l-atturi.

(4) Il-Kummissjoni identifikat serje ta' problemi fis-swieq ipotekarji tal-UE assoċjati ma' għoti u teħid ta' self irresponsabbli fl-istadju prekuntrattwali u lok potenzjali għal imġiba irresponsabbli mill-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu. Xi problemi kienu jikkonċernaw selfiet iddenominati f'munita barranija li konsumaturi ħadu f'dik il-munita biex igawdu mir-rata tal-imgħax offruta iżda mingħajr ma kellhom fehim sew tar-riskji involuti fil-munita. Dawn il-problemi huma stimulati mill-fallimenti tas-suq u dawk regolatorji kif ukoll minn fatturi oħra bħall-klima ekonomika ġenerali u livelli baxxi ta' kompetenza finanzjarja. Bħala problemi oħra, il-Kummissjoni identifikat l-ineffikaċja, l-inkonsistenza jew in-noneżistenza ta' reġimi ta' reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni u superviżjoni għall-intermedjarji tal-kreditu u l-istituzzjonijiet mhux tal-kreditu li jipprovdu kreditu għal proprejtà immobbli reżidenzjali.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex ikun iffaċilitat l-iżvilupp ta' suq intern li jiffunzjona bla intoppi b'livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi fil-qasam tal-ftehimiet tal-kreditu għal proprejtà immobbli reżidenzjali, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas armonizzat tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma. Barra minn dan huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti standards armonizzati sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi li jkun qed ifittxu ftehimiet ta' kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali jkunu jistgħu jagħmlu hekk b'fiduċja bl-għarfien li l-istituzzjonijiet li jinteraġixxu magħhom jaġixxu f'manjiera professjonali u responsabbli.

(5) Sabiex ikun ittestjat l-iżvilupp ta' suq intern li jiffunzjona bla intoppi b'livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi fil-qasam tal-ftehimiet tal-kreditu għal proprjetà immobbli reżidenzjali, id-disponibilità ta' qafas armonizzat tal-Unjoni f'għadd ta' oqsma tista' tkun utli. Barra minn dan jistgħu jiġu stabbiliti standards armonizzati sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi li jkun qed ifittxu ftehimiet ta' kreditu marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali jkunu jistgħu jagħmlu hekk b'fiduċja bl-għarfien li l-istituzzjonijiet li jinteraġixxu magħhom jaġixxu f'manjiera professjonali u responsabbli. Hawnhekk, m'għandux jiġi injorat il-karattru tas-suq li hu affetwat ħafna mis-sitwazzjoni lokali fi ftehimiet dwar proprjetà reżidenzjali; Speċjalment f'dan il-qasam, il-ħtieġa ta’ konsulenza lokali għall-konsumaturi hija kbira ħafna.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi indikat li s-suq għal krediti b'rabta ma' proprjetà reżidenzjali huwa affettwat ħafna mis-sitwazzjoni lokali; proprju l-ewwel xerrej jeħtieġ parir b'mod speċjali u jrid ifittex din il-konsulenza l-aktar fl-ambjent lokali ta' madwaru.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura li l-krediti kollha mogħtija lill-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni. Għalhekk għandha tapplika għall-krediti ggarantiti bi proprjetà immobbli, jew krediti li jintużaw biex tinxtara proprjetà f'xi Stati Membri u għal krediti għar-rinnovazzjoni ta' proprejtà reżidenzjali li mhumiex koperti mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE li tistabbilixxi regoli fil-livell tal-Unjoni dwar il-ftehimiet ta' kreditu għall-konsum. Aktar minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex tiġi applikata għal ċertu tip ta' ftehimiet ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lil impjegati tiegħu taħt ċerti cirkustanzi, kif diġà previst fid-Direttiva 2008/48/KE.

(9) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiżgura li l-krediti kollha mogħtija lill-konsumaturi jibbenefikaw minn livell għoli ta' protezzjoni. Għalhekk għandha tapplika għall-krediti ggarantiti bi proprjetà immobbli, jew krediti li jintużaw biex tinxtara proprjetà f'xi Stati Membri u għal krediti għar-rinnovazzjoni ta' proprjetà reżidenzjali li mhijiex koperta mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE li tistabbilixxi regoli fil-livell tal-Unjoni dwar il-ftehimiet ta' kreditu għall-konsum. Aktar minn hekk, din id-Direttiva ma għandhiex tiġi applikata għal ċertu tip ta' ftehimiet ta' kreditu fejn il-kreditu jingħata minn min iħaddem lil impjegati tiegħu taħt ċerti cirkustanzi, kif diġà previst fid-Direttiva 2008/48/KE. Bħad-Direttiva 2008/48/KE, din id-Direttiva m'għandhiex tiġi applikata għall-hekk imsejħa krediti sussidjati.

Ġustifikazzjoni

Il-krediti sussidjati jingħataw fil-qafas ta' programmi sussidjati pubbliċi nazzjonali u b'hekk jaqgħu taħt kundizzjonijiet speċjali u, min-natura tagħhom stess, taħt is-superviżjoni statali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) B’konformità mad-Direttiva 2008/48/KE, u għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “konsumatur” għandha tfisser persuna naturali, li skont it-tranżazzjonijiet koperti minn din id-direttiva taġixxi bl-intenzjoni, li ma tistax tkun attribwita għall-attività professjonali jew kummerċjali tagħha. Hawnhekk, attivitajiet li jistgħu jitqiesu bħal ekwivalenti għal kiri kummerċjali ta' proprjetà immobiljari reżidenzjali, pereżempju f'każijiet fejn il-kiri ta’ proprjetà jiżgura l-għajxien, ma jiġux koperti minn din id-direttiva.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li persuni li jakkwistaw proprjetà immobbli reżidenzjali fuq skala kbira bi skop ta’ kiri u jisselfu kreditu għal dan il-għan, ma jgawdux protezzjoni bl-istess mod bħall-konsumaturi u b'hekk m'għandhomx ikunu koperti minn din id-direttiva.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) Fl-interess tal-garanzija ta' protezzjoni tal-konsumatur komprensiva u ta’ livell għoli, il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu, fl-għoti dirett jew indirett ta’ kreditu jew fl-għoti ta’ servizzi anċillari lill-konsumaturi jew pariri relatati ma' dan, huwa għandu jaġixxi onestament, b'ġustizzja u professjonalment skont l-aħjar interess tal-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tirreferi għall-Artikolu 5 (1) tal-proposta tal-Kummissjoni. Jekk dispożizzjoni ta' dan it-tip tiġi inkorporata fil-parti operattiva tad-direttiva, dan jista' joħloq problemi kbar fl-implimentazzjoni. Fl-interess tal-konsumaturi, madankollu, il-kontenut għandu jiġi inkluż fil-premessa.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom il-firxa ta' prodotti disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li temenda l-kontenut tal-oġġetti standard tal-informazzjoni li għandhom ikunu inklużi fir-riklamar, il-kontenut u l-format tal-Fuljett Ewropew ta' Informazzjoni Standardizzata (FEIS), il-kontenut tad-divulgar tal-informazzjoni mill-intermedjarji tal-kreditu, il-formoli u l-assunzjonijiet li tnedew għall-kalkolu tal- interessi annwali effettivi u l-kriterji li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur.

(40) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-swieq tal-kreditu marbuta ma' proprjetà immobbli reżidenzjali, fosthom il-firxa ta' prodotti disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata l-awtorizzazzjoni tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward l-emenda dwar il-formoli u l-assunzjonijiet li tnedew għall-kalkolu tal- interessi annwali effettivi skont l-Anness I. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti u lil dawn tallokalhom biżżejjed ħin għall-opinjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Minbarra dan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabilixxi dejjem skadenza twila biżżejjed għad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati.

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 290 tat-TFUE biex tadotta l-atti delegati huma wiesgħa wisq. Il-premessa tirrefletti t-tħassir li sar fil-parti operattiva tat-test. Il-premessa kompliet tiġi aġġustata għall-Common Understanding permezz ta' atti delegati.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

 

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat, li huma inklużi biss ftehimiet ta' kreditu mal-konsumaturi.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Fehimiet ta' kreditu li l-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini reżidenzjali eżistenti jew ipproġettat.

(b) Ftehimiet ta' kreditu li, fil-mument tal-konklużjoni, il-fini tagħhom huwa l-akkwist jew iż-żamma tad-drittijiet ta' proprjetà f'art jew f'bini reżidenzjali eżistenti jew ipproġettat.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess taċ-ċarezza tar-regolament, għandu jkun iċċarat, li dan jiddependi mill-iskop determinat fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Ftehimiet ta' kreditu li jirrigwardaw self mogħti lil pubbliku ristrett taħt dispożizzjoni statutorja b'fini ta' interess ġenerali u b'rati ta' interessi aktar baxxi minn dawk prevalenti fis-suq jew mingħajr interessi jew b'termini oħrajn li jkunu aktar favorevoli għall-konsumatur minn dawk prevalenti fis-suq u b'rati ta' interessi li mhumiex ogħla minn dawk prevalenti fis-suq.

Ġustifikazzjoni

L-hekk imsejħa krediti sussidjati għandhom jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva attwali skont l-Artikolu 2 (2) (l) tad-Direttiva 2008/48/KE.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 m a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma) "Eżempju repreżentattiv" ifisser eżempju li jsemmi l-assunzjonijiet kollha użati sabiex tiġi kalkulata r-rata perċentwali annwali ta' imposta u li tkun tikkorrispondi mal-frekwenza ta' ċerti tipi ta' ftehim ta' kreditu f'suq speċifiku.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 r a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ra) "proprjetà immobbli reżidenzjali" hija proprjetà, li hija maħsuba primarjament għal skopijiet reżidenzjali;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tat-terminu "proprjetà immobbli reżidenzjali" hija meħtieġa għal skopijiet ta' kjarifika u bħala kontribut għas-sikurezza legali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li jingħatawlhom is-setgħat kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom.

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li jingħatawlhom is-setgħat kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Sakemm l-Istati Membri jimplimentaw regoli ta' din id-Direttiva permezz ta' dispożizzjonijiet, li skont il-liġi nazzjonali tagħhom ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-awtorità, l-Istati Membri jistgħu jevitaw li jaħtru awtoritajiet bħal dawn u/jew li jagħtu setgħat lill-awtoritajiet maħtura.

Ġustifikazzjoni

Sakemm l-Istati Membri jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva permezz ta' dispożizzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-awtorità skont il-liġi nazzjonali tagħhom, pereżempju permezz ta' dispożizzjonijiet tal-liġi ċivili, huma mhumiex meħtieġa jaħtru awtoritajiet kompetenti.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura bħala kompetenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Artikoli 18, 19, 20 u 21 ta' din id-Direttiva jkunu waħda minn dawk l-awtoritajiet kompetenti inklużi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea).

Sakemm l-awtoritajiet għandhom jiġu maħtura u jingħataw dawn is-setgħat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet maħtura bħala kompetenti biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-Artikoli 18, 19, 20 u 21 ta' din id-Direttiva jkunu waħda minn dawk l-awtoritajiet kompetenti inklużi l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea).

 

Bħala deroga, l-Istati Membri jistgħu jaħtru wkoll awtoritajiet, li għadhom ma jgħoddux mal-awtoritajiet responsabbli msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sakemm jiżguraw li d-dispożizzjonijiet pertinenti tar-Regolament imsemmi li jimplimentaw l-Artikoli 18, 19, 20 u 21 ta' din id-Direttiva japplikaw mutatis mutandis.

Ġustifikazzjoni

Il-leġiżlatur Ewropew m'għandux jindaħal bla bżonn fl-istrutturi amministrattivi nazzjonali attwali. Mhuwiex ċar għaliex, pereżempju, il-monitoraġġ ta' medjaturi tal-kreditu għandu jsir mill-awtoritajiet li jagħmlu parti mill-awtoritajiet responsabbli msemmija fir-regolament għall-istabbiliment ta' Awtorità Bankarja Ewropea.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw mill-qrib sabiex ikunu jistgħu jwettqu effikaċement id-dmirijiet rispettivi tagħhom.

2. Fejn ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fuq it-territorju tiegħu, Stat Membru għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jikkollaboraw.

Ġustifikazzjoni

Il-leġiżlatur Ewropew m'għandux jindaħal bla bżonn fl-istrutturi amministrattivi nazzjonali eżistenti. Mhuwiex ċar, pereżempju, għaliex il-monitoraġġ ta' medjaturi tal-kreditu għandu jsir mill-awtoritajiet li jagħmlu parti mill-awtoritajiet responsabbli msemmija fir-regolament għall-istabbiliment tal-Awtorità Bankarja Ewropea.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li meta kreditur jew intermedjarju tal-kreditu jagħti, jintermedja jew jagħti parir dwar kreditu u fejn ikun il-każ servizzi anċillari lill-konsumaturi, dan jaġixxi onestament, b'ġustizzja u professjonalment skont l-aħjar interess tal-konsumatur.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 5(1) tal-test propost mill-Kummissjoni ser joħloq problemi kbar fl-oqsma tal-implimentazjoni u tar-responsabilità. Iżda fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur, il-kontenut għandu jiġi inkluż fil-premessi.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mod li bih il-kredituri jirremuneraw lill-persunal tagħhom u lill-intermedjarji tal-kreditu relevanti u l-mod li bih l-intermedjarji tal-kreditu jirremuneraw lill-persunal tagħhom ma jfixkilx il-konformità mal-obbligu li jaġixxu skont l-aħjar interess tal-konsumatur, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni mhijiex ċara u għandha titħassar.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Il-kredituri u l-intermedjarji jiġu mmonitorjati sabiex jiġi vvalutat jekk ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b) ikunux rispettati l-ħin kollu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni taffettwa lill-kredituri u l-intermedjarji b'mod sproporzjonat u għandha titħassar.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika r-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 1 u 2 ta' dan l-Artikolu u partikolarment ir-rekwiżiti neċessarji għall-għarfien u l-kompetenza xierqa.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu -7 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -7

 

Provvista ta' informazzjoni bla ħlas għall-konsumatur

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-informazzjoni tkun provduta lill-konsumaturi f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, din l-informazzjoni tkun provduta bla ħlas għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Il-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu m'għandhomx ikunu permessi jiċċarġjaw lill-konsumatur ħlasijiet għal obbligi legali.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan l-obbligu ma japplikax f'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali tirrikkjedi l-indikazzjoni tar-rata perċentwali annwali ta' imposta għar-reklamar ta' ftehim ta' kreditu li ma jindikax ir-rata tal-interessi, jew kwalunkwe figura relatata mal-kost tal-kreditu għall-konsumatur fil-kuntest tal-ewwel sottoparagrafu.

Ġustifikazzjoni

Id-deroga stabilita fl-Artikolu 4 (1)(2) tad-direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur għandha tapplika hawnhekk ukoll.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni standard għandha tispeċifika b'mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta' eżempju rappreżentattiv dan li ġej:

2. L-informazzjoni standard tispeċifika b'mod ċar, konċiż u prominenti permezz ta' eżempju rappreżentattiv:

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-Artikolu 4 (2) tad-direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur;

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) id-duratura tal-ftehim tal-kreditu;

(f) jekk applikabbli, id-duratura tal-ftehim tal-kreditu;

Ġustifikazzjoni

L-approssimazzjoni tal-Artikolu 4(2)(d) tad-direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-ammont tal-pagamenti akkont;

(g) jekk applikabbli, l-ammont tal-pagamenti akkont;

Ġustifikazzjoni

L-approssimazzjoni tal-Artikolu 4(2)(f) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

(h) jekk applikabbli, l-ammont totali pagabbli mill-konsumatur;

Ġustifikazzjoni

L-approssimazzjoni tal-Artikolu 4(2)(f) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) twissija fejn applikabbli, dwar ir-riskju li tintilef il-proprjetà immobbli fil-każ li ma jiġux osservati l-impenji marbuta mal-ftehim tal-kreditu meta l-kreditu jkun iggarantit b'ipoteka jew b'garanzija paragunabbli oħra komunament użata fi Stat Membru fuq il-proprjetà immobbli reżidenzjali jew iggarantit bi dritt marbut ma' proprjetà immobbli reżidenzjali

imħassar

Ġustifikazzjoni

Affarijiet ovvji m'għandhomx ikunu parti legalment preskritta mill-informazzjoni pubbliċitarja standard, minħabba li l-ispazju u l-ħin pubbliċitarju - li jiddependu mill-midja rispettiva - huma limitati.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika aktar il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard li għandha tkun inkluża fir-reklamar.

imħassar

Partikolarment il-Kummissjoni, meta tadotta dawn l-atti delegati għandha temenda, fejn meħtieġ, il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulata fil-paragrafi 2(a) sa (i) ta' dan l-Artikolu.

 

Ġustifikazzjoni

Dan ma jirrigwardax l-estensjoni jew l-emenda ta' dispożizzjonijiet li mhumiex essenzjali tad-Direttiva skont l-Artikolu 290(1) TFUE. Il-Kummissjoni, għalhekk, m'għandhiex tingħata s-setgħa li tadotta l-atti legali delegati.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni prekuntrattwali

Informazzjoni ġenerali u prekuntrattwali

Ġustifikazzjoni

Kjarifika lingwistika: l-Artikolu 9 ma jinkludix biss l-informazzjoni prekuntrattwali.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) eżempju indikattiv tal-kost totali tal-kreditu għall-konsumaturi u rata perċentwali annwali tal-imposti;

(g) eżempju rappreżentattiv u indikattiv tal-kost totali tal-kreditu għall-konsumaturi u rata perċentwali annwali tal-imposti; fejn il-konsumatur ikun informa lill-kreditur dwar komponent wieħed jew aktar tal-kreditu preferut tiegħu, bħat-tul ta' żmien tal-ftehim ta' kreditu u l-ammont totali ta' kreditu, il-kreditur għandu jieħu kont ta' dawn il-komponenti;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika: B’konformità mal-Artikolu 8 (2).

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta offerta li torbot lill-kreditur tingħata lill-konsumatur, din għandha tkun akkumpanjata minn FEIS. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehim tal-kreditu ma jistax jiġi konkluż sakemm il-konsumatur ikollu biżżejjed ħin biex iqabbel l-offerti, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jaċċettax l-offerta, irrilevanti mill-mezz tal-konklużjoni tal-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta offerta li torbot lill-kreditur tingħata lill-konsumatur, din għandha tkun akkumpanjata minn FEIS. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu biżżejjed ħin biex iqabbel l-offerti, jivvaluta l-implikazzjonijiet tagħhom u jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk jaċċettax l-offerta, irrilevanti mill-mezz tal-konklużjoni tal-kuntratt. Jekk il-konsumatur ikollu dritt ta' irtirar mill-ftehim ta' kreditu, dan, fih innifsu, għandu jitqies li jipprovdi lill-konsumatur żmien biżżejjed biex jieħu d-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tifsira ta' "il-ftehim ta' kreditu ma jistax jiġi konkluż" mhijiex ċara. Jekk hemm dubju dwar il-validità jew in-nullità tal-ftehim ta' kreditu, li huwa regolat skont il-premessa 7 tal-Istati Membri, il-konsegwenza tkun nuqqas kbir ta’ ċertezza legali. M'għandux jingħata ħin addizzjonali lill-konsumaturi li diġà għandhom dritt ta' rtirar.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta’ ftehim ta' kreditu li permezz tiegħu ħlasijiet magħmula mill-konsumatur ma jwasslux għal ammortizzament korrispondenti immedjat tal-ammont totali ta’ kreditu, iżda jintużaw biex jikkostitwixxu kapital matul perjodi u taħt kundizzjonijiet stipulati fil-ftehim ta' kreditu jew fi ftehim anċillari, il-kreditur għandu jipprovdi informazzjoni prekuntrattwali, li tinkludi li l-ftehim ta' kreditu jew il-ftehim anċillari ma jipprevedix garanzija għall-ħlas lura tal-ammont totali ta' kreditu miġbud fuq il-bażi tal-ftehim ta' kreditu, sakemm ma tingħatax tali garanzija.

Ġustifikazzjoni

Hemm paralleliżmu mal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur; dispożizzjoni ta' dan it-tip hija importanti b'mod partikolari f'każ ta' ftehimiet ta' kreditu għal proprjetà immobbli reżidenzjali sabiex tipproteġi l-konsumaturi.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex temedna l-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-kontenut u l-format tal-FEIS stipulati fl-Anness II.

imħassar

Partikolament dawn l-atti delegati għandhom fejn meħtieġ:

 

(a) jemendaw il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni standard stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

 

(b) iħassru kwalunkwe mill-oġġett tal-informazzjoni stipulat fl-Anness II;

 

(c) jagħmlu żidiet fil-lista tal-oġġett tal-informazzjoni stipulata fl-Anness II;

 

(d) jemendaw il-preżentazzjoni tal-kontenuti fil-FEIS kif stipulat fl-Anness II;

 

(e) jelaboraw fuq l-istruzzjonijiet għall-kompletezza tal-FEIS kif stipulat fl-Anness II.

 

Ġustifikazzjoni

Dan ma jirrigwardax l-estensjoni jew l-emenda ta' dispożizzjonijiet li mhumiex essenzjali tad-Direttiva skont l-Artikolu 290 (1) TFUE. Il-Kummissjoni, għalhekk, m'għandhiex tingħata s-setgħa li tadotta atti legali delegati.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet pagabbli mill-konsumatur lill-intermedjarju tal-kreditu għas-servizzi tiegħu, jiġu komunikati lill-kreditur mill-intermedjarju tal-kreditu, għall-fini tal-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposta.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-Artikolu 21 (c) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-itermedjarji tal-kreditu li mhumiex marbuta għandhom fuq talba tal-konsumatur jipprovdu l-informazzjoni dwar il-varjazzjoni fil-livelli ta' kummissjoni pagabbli mill-kredituri differenti li jipprovdu l-ftehimiet tal-kreditu li jkunu qed jiġu offruti lill-konsumatur. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat li għandu d-dritt jitlob din l-informazzjoni.

2. L-intermedjarji tal-kreditu li mhumiex marbuta għandhom jipprovdu l-konsumatur bl-informazzjoni dwar il-varjazzjoni fil-livelli ta' kummissjoni pagabbli mill-kredituri differenti li jipprovdu l-ftehimiet tal-kreditu li jkunu qed jiġu offruti lill-konsumatur.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex taġġorna l-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni dwar l-intermedjarji tal-kreditu li għandha tingħata lill-konsumatur, kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Partikolarment il-Kummissjoni, meta tadotta dawn l-atti delegati għandha temenda, fejn meħtieġ, il-lista tal-oġġetti tal-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

Ġustifikazzjoni

Ma jirrigwardax l-estensjoni jew l-emenda tad-dispożizzjonijiet li mhumiex essenzjali tad-Direttiva skont l-Artikolu 290 paragrafu 1 TFUE. Il-Kummissjoni, għalhekk, m'għandhiex tingħata s-setgħa li tadotta l-atti legali delegati.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indqas għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, qed jingħataw setgħat lill-Kummissjoni biex fejn meħtieġ tiddetermina format u preżentazzjoni standardizzati tal-oġġetti tal-informazzjoni stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ma jirrigwardax l-estensjoni jew l-emenda tad-dispożizzjonijiet li mhumiex essenzjali tad-Direttiva skont l-Artikolu 290 (1) TFUE. B'hekk il-Kummissjoni m'għandhiex tingħata s-setgħa li tadotta atti legali delegati.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu jipprovdu spejazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-ftehim(iet) tal-kreditu propost(i) u kwalunkwe prodott(i) anċillari, sabiex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni li tippermettilu jivvaluta jekk il-ftehimiet tal-kreditu proposti humiex adatti għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu. Spejazzjoni adegwata għandha tinkludi l-għoti tal-informazzjoni personalizzata dwar il-karatteristiċi tal-krediti offruti, mingħajr madankollu ma tifformula l-ebda rakkomandazzjoni. Il-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji tal-kreditu għandhom jivvalutaw preċiżament il-livell tal-għarfien u l-esperjenza bil-kreditu tal-konsumatur bi kwalunkwe mezz neċessarju ħalli l-kreditur jew l-intermedjarju tal-kreditu jkun jista' jiddetermina l-livell ta' spjegazzjonijiet li għandhom jingħataw lill-konsumatur u jaġġusta dawn l-ispjegazzjonijiet skont il-każ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u fejn applikabbli l-intermedjarji ta’ kreditu jipprovdu spjegazzjonijiet adegwati lill-konsumatur dwar il-ftehim (iet) tal-kreditu simili propost(i) u kwalunkwe prodott(i) anċillari, fejn ikun il-każ, billi tiġi spjegata lilu l-informazzjoni prekuntrattwali li għandha tiġi provduta skont l-Artikolu 9(2), il-karatteristiċi essenzjali tal-prodotti proposti u l-effetti speċifiċi li dawn jista' jkollhom fuq il-konsumatur, inklużi l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' ħlas mill-konsumatur, sabiex il-konsumatur ikun f'pożizzjoni li jivvaluta jekk il-ftehimiet tal-kreditu proposti humiex adegwati għall-ħtiġijiet u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Hemm paralleliżmu mal-Artikolu 5(6) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur; Barra minn hekk, il-liġi ma tistax tintuża biex tistipula jekk il-kredituri jew l-intermedjarji tal-kreditu għandhomx jivvalutaw jekk il-konsumaturi jeħtiġux aktar spjegazzjonijiet.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-mod li bih u sa fejn trid tingħata tali assistenza, kif ukoll min għandu jipprovdi tali assistenza, għaċ-cirkostanzi partikolari tas-sitwazzjoni li fiha jiġi offrut il-ftehim ta' kreditu, il-persuna li lilha qed jiġi offrut u t-tip ta' kreditu offrut.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-Artikolu 5 (6) tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur;

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-ftuħ ta' kont ikun obbligatorju sabiex jinkiseb il-kreditu, il-kostijiet biex jinżamm dan il-kont, il-kostijiet tal-użu ta’ mezz ta’ pagament kemm għal tranżazzjonijiet ta’ pagament u ta' prelevament ta' kreditu minn dak il-kont, u kostijiet oħrajn relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagament għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu lill-konsumatur sakemm il-kostijiet ma jkunux intwerew b’mod ċar u separatament fil-ftehim tal-kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

Il-kostijiet biex jinżamm kont li fih jiġu reġistrati kemm il-ħlasijiet u kif ukoll il-prelevament ta' kreditu, il-kostijiet tal-użu ta' mezz ta' pagament kemm għal tranżazzjonijiet ta' pagament u ta' prelevament ta' kreditu minn dak il-kont, u kostijiet oħra relatati ma' tranżazzjonijiet ta' pagament għandhom jiġu inklużi fil-kost totali tal-kreditu lill-konsumatur sakemm il-ftuħ tal-kont ma jkunx fakultattiv u l-kostijiet tal-kont ma jkunux intwerew b'mod ċar u separatament fil-ftehim ta' kreditu jew fi kwalunkwe ftehim ieħor konkluż mal-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-Artikolu 19 subparagrafu 2 tad-Direttiva dwar il-Kreditu tal-Konsumatur.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Qegħdin jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28, biex temenda l-formula u s-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkolata r-rata perċentwali annwali tal-imposti kif stipulat fl-Anness I.

5. Qegħdin jiġu ddelegati s-setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 biex tadotta atti delegati fir-rigward tal-emenda tal-formula u s-suppożizzjonijiet użati biex tiġi kkalkolata r-rata perċentwali annwali tal-imposti kif stipulat fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Modifika skont il-Common Understanding dwar l-atti delegati.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu, il-kreditur iwettaq valutazzjoni dettaljata tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta' kriterji li jinkludu l-introjtu, it-tfaddil, id-dejn u impenji finanzjarji oħra tal-konsumatur. Dik l-valutazzjoni għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni neċessarja, miksuba mill-kreditur jew, fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu mingħand il-konsumatur u minn sorsi interni u esterni rilevanti u għandha tirrispetta r-rekwiżiti fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità stipulati fl-Artikolu 6 tad-Dirtettiva 95/46/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri jistabbilixxu proċessi adatti għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dawn il-proċessi għandhom jiġi riveduti f'intervalli regolari u għandhom jinżammu reġistrazzjonijiet aġġornati ta' dawn il-proċessi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-kreditu, il-kreditur iwettaq valutazzjoni dettaljata tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta' kriterji li jinkludu l-introjtu, l-assi, id-dejn u impenji finanzjarji oħra tal-konsumatur. Dik l-valutazzjoni għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni neċessarja, miksuba mill-kreditur jew, fejn applikabbli l-intermedjarju tal-kreditu mingħand il-konsumatur u minn sorsi interni u fejn applikabbli esterni rilevanti u għandha tirrispetta r-rekwiżiti fir-rigward tan-neċessità u l-proporzjonalità stipulati fl-Artikolu 6 tad-Dirtettiva 95/46/KE.

Ġustifikazzjoni

"Tfaddil" huwa limitat wisq u għandu jiġi sostitwit b' "assi". Minbarra dan, mhuwiex ċar xi tfisser “proċessi adatti għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur”. Dawn il-proċessi m'għandhomx ivarjaw ħafna bejn Stat Membru u ieħor. Jekk l-Istati Membri jiddeterminaw il-proċeduri rispettivi, li mbagħad ikunu differenti, l-għan tal-liġi jintilef.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fejn il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur tirriżulta fi prospett negattiv tal-kapaċità tiegħu li jħallas lura l-kreditu matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu, il-kreditur għandu jirrifjuta l-kreditu.

(a) Fejn il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur tirriżulta fi prospett negattiv tal-kapaċità tiegħu li jħallas lura d-dejn tiegħu, il-kreditur għandu jirrifjuta l-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni kif proposta hija dejqa wisq. F'każ ta' krediti ta' proprjetà reżidenzjali, wieħed ma jistax dejjem jassumi li l-konsumatur se jkun jista' jħallas lura l-kreditu matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu. Il-formolazzjoni tirrefletti d-definizzjoni tal-“kreditizja” fl-Artikolu 3 o.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Meta l-applikazzjoni tal-kreditu tiġi rrifjutata, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas dwar ir-raġunijiet tar-rifjut.

(b) Meta l-għoti tal-kreditu jiġi rifjutat, peress li l-valutazzjoni tal-kapaċità li l-konsumatur jieħu s-self tkun tat indikazzjoni negattiva dwar jekk il-konsumatur huwiex kapaċi jissodisfa l-obbligi tiegħu tad-dejn, il-kreditur għandu jinforma lill-konsumatur immedjatament u mingħajr ħlas dwar ir-raġunijiet għal dan.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni hija wiesgħa wisq; Din għandha tapplika biss fil-każ li l-prospett tal-kreditizja jirriżulta negattiv.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Barra milli jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu jiksbu l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sitwazzjoni personali u finanzjarja tal-konsumatur, il-preferenzi u l-għanijiet tiegħu u jqisu għadd kbir biżżejjed ta' ftehimiet ta' kreditu mill-firxa tagħhom ta' prodotti sabiex jidentifikaw prodotti li mhumiex mhux adatti għall-konsumatur fid-dwal tal-ħtiġijiet, is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tiegħu. Dawn il-kunsiderazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni li dak il-ħin tkun aġġornata u fuq suppożizzjonijiet raġonevoli dwar is-sitwazzjoni tal-konsumatur matul it-terminu tal-ftehim tal-kreditu propost.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni mhijiex inkluża fid-direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur, u hija timponi piż konsiderevoli bl-istess mod fuq il-konsumaturi, il-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu. Il-konsumatur, b'mod partikolari, m'għandux ikun obbligat li jagħti d-dettalji dwar is-sitwazzjoni personali tiegħu, jekk dan ma jkunx essenzjali għall-valutazzjoni tal-kreditizja tiegħu. Għalhekk, din id-dispożizzjoni għandha titħassar.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tispeċifika u temenda l-kriterji li għandhom jitqiesu fit-twettiq tal-valutazzjoni kreditiżja kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-iżgurar li l-prodotti ta' kreditu mhumiex mhux adatti għall-konsumatur kif stipulat fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ma tirrigwardax l-estensjoni jew l-emenda tad-dispożizzjonijiet li mhumiex essenzjali tad-Direttiva skont l-Artikolu 290 (1) 1 TFUE. B'hekk il-Kummissjoni m'għandiex tingħata s-setgħa tadotta l-atti legali delegati.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jipprovdu lill-kredituri u fejn applikabbli lill-intermedjarji tal-kreditu b'informazzjoni sħiħa u korretta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u ċ-ċirkustanzi personali tagħhom fil-kuntest tal-proċess tal-applikazzjoni tal-kreditu. Dik l-informazzjoni għandha tiġi sostnuta, fejn meħtieġ b'evidenza ddokumentata minn sorsi verifikabbli u indipendenti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni mhijiex ċara; il-konsumaturi m'għandomx iħossuhom obbligati jagħtu l- informazzjoni li mhijiex meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kreditizja. Il-konsumaturi huma marbuta, skont il-prinċipji bażiċi ġenerali, li jagħtu informazzjoni kompluta u korretta.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess nondiskriminatorju għall-bażijiet ta' dejta użati f'dak l-Istat Membru lill-kredituri kollha biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi u għal-monitoraġġ tal-konformità tal-konsumaturi mal-obbligi kreditizji matul il-ħajja tal-ftehim tal-kreditu. Dawn il-bażijiet ta' dejta jinkludu l-bażijiet ta' dejta mħaddma minn uffiċċji privati tal-kreditu jew aġenziji ta' referenza tal-kreditu u r-reġistri pubbliċi tal-kreditu.

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess nondiskriminatorju għall-bażijiet ta' dejta użati f'dak l-Istat Membru lill-kredituri kollha biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumaturi sabiex ikun jista' jivvalutaha f'każ tal-ewwel non-konformità mal-obbligu tal-ħlas tal-pagamenti. Dawn il-bażijiet ta' dejta jinkludu l-bażijiet ta' dejta mħaddma minn uffiċċji privati tal-kreditu jew aġenziji ta' referenza tal-kreditu u r-reġistri pubbliċi tal-kreditu.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-konsumatur jissodisfa l-obbligi kuntrattwali, m'hemmx bżonn li l-kreditizja tkun verifikata u sorveljata l-ħin kollu - mhux meħtieġ li jkun hemm konsultazzjonijiet tal-bażijiet ta' dejta mingħajr raġuni.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 26 u soġġetti għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27 u 28 biex tiddefinixxi kriterji uniformi għar-reġistrazzjoni tal-kreditu u l-kundizzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta li għandhom jiġi applikati għall-bażijiet ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Partikolarment, dawn l-atti delegati għandhom jiddefinixxu l-limiti massimi tar-reġistrazzjoni li għandhom jiġu applikati għal dawn il-bażijiet ta' dejta u għandhom jipprovdu definizzjonijiet miftiehma għat-termini ewlenin użati f'dawn il-bażijiet ta' dejta.

 

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien dwar l-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tat-teħid tas-self jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-ċirkustanzi li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt. L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li l-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ekwu u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet potenzjali direttament marbuta mar-ripagament bikri tal-kreditu. Fi kwalunkwe każ jekk ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' imgħax speċjali fuq il-konsumatur.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu limitazzjonijiet ta' żmien dwar l-eżerċizzju tad-dritt, trattament differenti skont it-tip tar-rata tat-teħid tas-self jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-ċirkustanzi li taħthom jista' jiġi eżerċitat id-dritt. Fejn Stat Membru jagħżel li jistabbilixxi kundizzjonjiet korrispondenti, dawn ma għandhomx irendu l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 diffiċli żżejjed jew oneruż wisq fuq il-konsumatur.

Fejn Stat Membru jagħżel li jistabbilixxi kundizzjonjiet korrispondenti, dawn ma għandhomx irendu l-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 diffiċli żżejjed jew oneruż wisq fuq il-konsumatur.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li l-kreditur għandu jkun intitolat għal kumpens ekwu u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet potenzjali direttament marbuta mar-ripagament bikri tal-kreditu. Fi kwalunkwe każ jekk ir-ripagament bikri jsir f'perjodu meta r-rata tat-teħid tas-self tkun fissa, l-eżerċizzju tad-dritt jista' jiġi soġġett għall-eżistenza ta' imgħax speċjali fuq il-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

"Kumpens ekwu u oġġettivament iġġustifikat għall-kostijiet potenzjali" ma jistax, skont l-aħħar subparagrafu tat-test propost mill-Kummissjoni, ikun oneruż wisq jew jinvolvi wisq sforzi għall-konsumatur. It-tibdil ta' din il-klawżola b'hekk juri ċar li d-deċiżjoni tal-Istati Membri dwar il-valutazzjoni ma tinkludix dan il-każ.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qegħdin jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta u fejn meħtieġ temenda standards regolatorji tekniċi ħalli tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b).

imħassar

L-istandards regolatorji tekniċi msemmija fis-subparagrafu 1 għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

 

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi ħalli tistipula l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b) għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni [fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni tal-proposta]. L-ABE ser tirrevedi, u jekk meħtieġ, tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi ħalli temenda l-ammont monetarju minimu tal-assigurazzjoni tal-indemnità professjonali jew tal-garanzija paragunabbli msemmija fil-paragrafu 1(b) għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni għall-ewwel darba [4 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] u minn hemm 'il quddiem kull sentejn.

 

Ġustifikazzjoni

Dan ma jirrigwardax l-estensjoni jew l-emenda tad-dispożizzjonijiet li mhumiex essenzjali tad-Direttiva skont l-Artikolu 290 (1) TFUE. Il-Kummissjoni, għalhekk, m'għandiex tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzjoni għall-proċeduri għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni jew għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom ji¿guraw, f’konformità mal-dritt nazzjonali tagħhom, li jkunu jistgħu jittieħdu mi¿uri amministrattivi xierqa jew jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli meta d-dispo¿izzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jkunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni hekk previsti għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u disważivi.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-Artikolu 23 tad-direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penalitajiet f'każijiet partikolari fejn il-konsumaturi konxjament ma jipprovdux l-informazzjoni kollha jew jipprovdu informazzjoni skorretta sabiex jiksbu valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja pożittiva fejn l-informazzjoni sħiħa u korretta tkun tirriżulta f'valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja negattiva u sussegwentament ma jkunux jistgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-ftehim, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġi implimentati. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-Artikolu 23 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguaraw li jiġu stabbiliti proċeduri tal-ilmenti u rimedju adatti u effikaċi għas-soluzzjoni barra mill-qorti ta' tilwim li jikkonċerna d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skont din id-Direttiva bejn kredituri u konsumaturi, u bejn intermedjarji tal-kreditu u konsumaturi bl-użu tal-korpi eżistenti fejn xieraq. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-kredituri u l-intermedjarji tal-kreditu kollha jaderixxu ma' korp jew aktar minn dawn il-korpi li jimplimentaw dawn il-proċeduri tal-ilmenti u r-rimedju.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti proċeduri adegwati u effikaċi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim barra mill-qorti għas-soluzzjoni ta' tilwim tal-konsumatur dwar ftehim ta' kreditu bl-użu tal-korpi eżistenti fejn xieraq.

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jikkoperaw attivament fis-soluzzjoni ta' tilwimiet transfruntiera.

2. L-Istati Membri għandhom jinkuraġġixxu dawk il-korpi jikkoperaw sabiex isolvu tilwimiet transfruntiera rigward ftehim ta' kreditu.

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-Artikolu 24 tad-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħat li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(4), 8(4), 9(3) 10(3), 14(5) u 16(2) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan din id-Direttiva.

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 12(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Is-setgħa skont l-Artikolu 12(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

3. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28.

3. Id-delega tas-setgħa skont l-Artikolu 12(5), tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Il-validità ta’ kwalunkwe atti delegat, li jkun diġà fis-seħħ, ma għandhiex tiġi affettwata mid-deċiżjoni dwar ir-revoka.

 

3a. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

3b. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 12(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġġedded b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Tibdiliet konformi mat-tħassir li jirigwarda l-atti delegati u l-Common Understanding dwar l-atti delegati.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 27

imħassar

Ir-Revoka tad-delega

 

1. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 6(4), 8(4), 9(3), 10(3), 14(5) u 16(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

2. L-istituzzjoni li tibda proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix revokata d-delega tas-setgħat għandha tinforma lil-leġiżlatur l-ieħor u lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard minn xahar qabel ma tieħu d-deċiżjoni finali, fejn issemmi s-setgħat delegati li jistgħu jiġu soġġetti għal revoka kif ukoll ir-raġunijiet għal dik ir-revoka.

 

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Għandu jkollha effett minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m'għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

Tibdiliet konformi mat-tħassir li jirrigwarda l-atti delegati u l-Common Understanding dwar l-atti delegati.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 28

imħassar

Oġġezzjonijiet għall-atti ddelegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk meta jiskadi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun oġġezzjona għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data msemmija fih. L-atti delegati jistgħu jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħlu fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu meta kemm l-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

 

3. Meta jew il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal att delegat fiż-żmiem imsemmi fil-paragrafu 1 dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.".

 

Ġustifikazzjoni

Modifika konformi mal-Common Understanding dwar l-atti delegati.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 30a

 

Miżuri tranżitorji

 

Din id-Direttiva m'għandiex tapplika għal ftehim ta' kreditu attwali fid-data meta jidħlu fis-seħħ il-miżuri implimentattivi nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Hemm paralleliżmu mal-Artikolu 30(1) tad-Direttiva dwar il-krediti tal-konsumatur;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Anness I – Taqsima I d

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

 

Ġustifikazzjoni

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti A – Sezzjoni 'Test introduttorju' – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan id-dokument sar abbażi tal-informazzjoni li inti pprovdejt sa issa u fuq il-kundizzjonijiet attwali tas-swieq finanzjarji. L-informazzjoni li ġejja tibqa' valida sa [data tal-validità]. Wara dik id-data, tista' tinbidel skont il-kundizzjonijiet tas-suq.

Dan id-dokument sar abbażi tal-informazzjoni li inti pprovdejt sa issa u fuq il-kundizzjonijiet attwali tas-swieq finanzjarji. Dan id-dokument kif ukoll l-informazzjoni li ġejja jibqgħu validi sa [data tal-validità]. Wara dik id-data, tista' tinbidel skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Dan id-dokument jikkostitwixxi offerta vinkolanti/mhux vinkolanti. (Aqta' fejn xieraq).

PROĊEDURA

Titolu

Ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà reżidenzjali

Referenzi

COM(2011)0142 – C7-0085/2011 – 2011/0062(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.5.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Alexandra Thein

24.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2011

12.7.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Diana Wallis, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kurt Lechner, Eva Lichtenberger, Toine Manders

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Giuseppe Gargani

PROĊEDURA

Titolu

Ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà reżidenzjali

Referenzi

COM(2011)0142 – C7-0085/2011 – 2011/0062(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.3.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

10.5.2011

JURI

10.5.2011

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

29.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Antolín Sánchez Presedo

21.9.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.4.2011

31.8.2011

24.10.2011

 

Data tal-adozzjoni

7.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

David Casa, Philippe De Backer, Vicky Ford, Robert Goebbels, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Mario Mauro, Gianni Pittella, Andreas Schwab, Theodoros Skylakakis, Emilie Turunen

Data tat-tressiq

20.6.2012