RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni

25.6.2012 - (11113/2012 – C7‑0147/2012 – 2012/2071(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Francesca Balzani


Proċedura : 2012/2071(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0206/2012
Testi mressqa :
A7-0206/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(11113/2012 – C7‑0147/2012 – 2012/2071(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 310 u 314 u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 15, 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2011[2],

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-talba għal trasferiment DEC 9/2012, adottata fis-7 ta' Ġunju 2012,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[3],

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 3/2012 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-16 ta' April 2012 (COM(2012)0181),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni adottata mill-Kunsill fil-11 ta' Ġunju 2012 dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012, (11113/2012 – C7‑0147/2012),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2010 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)0815),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 75b tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0206/2012),

A. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit tal-2012 il-bilanċ favorevoli mis-sena finanzjarja 2011, li jammonta għal EUR 1 496 968 014,

B.  billi l-elementi prinċipali ta' dak il-bilanċ favorevoli huma sottoeżekuzzjoni ta' EUR 0.73 biljun fl-infiq, eżitu pożittiv fuq l-introjtu ta' aktar minn EUR 0.67 biljun, u differenza pożittiva fir-rata tal-kambju li tammonta għal EUR 0.1 biljun

C. billi l-parti l-kbira tan-naħa tal-introjtu (EUR 0.45 biljun minn EUR 0.67 biljun) ġejja minn multi u imgħax fuq l-arretrati,

D. billi s-sottoeżekuzzjoni fl-infiq, li tikkonċerna l-approprjazzjonijiet baġitarji tal-2011 għal EUR 0.56 biljun u r-riporti mill-2010 għal EUR 0.17 biljun, ma tirriżultax minn diffikultajiet ta' assorbiment jew ġestjoni ħażina iżda mir-regoli fis-seħħ għall-aġġustament tat-tqassim tal-pagamenti skont il-bżonnijiet, b'mod partikolari matul l-aħħar ġimgħat tas-sena finanzjarja,

E.  billi, għall-kuntrarju, din is-sena l-indikaturi disponibbli kollha juru nuqqas fil-pagamenti f'ħafna oqsma ta' intervent tal-UE, b'mod partikolari peress li fl-2011, għat-tieni sena konsekuttiva, l-Awtorità Baġitarja naqqset il-livell tal-2012 tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-Unjoni b'aktar minn EUR 3 biljun, inkluż għar-riċerka u l-politika ta' koeżjoni, meta mqabbel mal-estimi inizjali tal-Kummissjoni,

F.  billi, fil-pożizzjoni tiegħu dwar it-talba għal trasferiment DEC 9/2012, il-Kunsill naqqas b'mod drastiku l-approprjazzjonijiet ta' pagament trasferiti fil-qasam tar-riċerka, fejn bżonnijiet urġenti fil-pagamenti huma riportati sabiex jissodisfaw impenji preċedenti, u ħalla l-approprjazzjonijiet ta' pagamenti fuq linji baġitarji fejn ma jistgħux jintefqu,

G. billi l-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li kull diskrepanza mal-estimi, li għandha tkun irreġistrata fil-baġit tal-Unjoni, għandha tikkostitwixxi s-suġġett uniku ta' dan il-baġit emendatorju,

1.  Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 li jikkonċerna biss l-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli tal-2011, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju; jenfasizza li dan tal-aħħar jippermetti ċertu marġni ta' diskrezzjoni fir-rigward tad-destinazzjoni tal-bilanċ favorevoli;

2.  Jieħu nota tal-fatt li l-elementi prinċipali ta' dak il-bilanċ favorevoli huma sottoeżekuzzjoni ta' EUR 0.73 biljun fl-infiq, eżitu pożittiv fuq l-introjtu ta' aktar minn EUR 0.67 biljun, u differenza pożittiva fir-rata tal-kambju li tammonta għal EUR 0.1 biljun;

3.  Jenfasizza li s-sottoeżekuzzjoni fl-infiq (EUR 0.73 biljun) ma tirriżultax minn diffikultajiet ta' assorbiment jew ġestjoni ħażina iżda mir-regoli attwalment fis-seħħ għall-aġġustament tat-tqassim tal-pagamenti skont il-bżonnijiet; iqis b'hekk li dan l-element għandu jiġi trattat b'mod differenzjat mill-parti tal-bilanċ favorevoli li jirriżulta minn varjazzjonijiet fid-dħul; jenfasizza, barra minn hekk, li parti kbira minn din is-sottoeżekuzzjoni ġejja mid-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jadottax l-aġġustament tas-salarji u l-pensjonijiet previsti fir-Regolament tal-Persunal;

4.  Jiddeplora l-fatt li, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 310(5) TFUE dwar l-amministrazzjoni finanzjarja tajba u d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament miftiehma mit-tliet istituzzjonijiet fil-qafas tal-proċedura baġitarja tal-2012, il-Kunsill iddeċieda jnaqqas b'żewġ terzi l-livell tat-talba għal trasferiment DEC 9/2012 ta' EUR 485 miljun mill-proġetti tal-enerġija b'appoġġ għall-irkupru ekonomiku li minnhom irriżultat sottoeżekuzzjoni sabiex jiġu rinforzati t-tliet linji baġitarji taħt il-FP7 - Kooperazzjoni;

5.  Jenfasizza li dan se jżid b'mod artifiċjali s-sottoeżekuzzjoni għall-pagamenti tal-2012 u għalhekk se jiżdied il-bilanċ favorevoli tal-2012, meta din is-sena l-indikaturi disponibbli kollha qed juru nuqqas fil-pagamenti fil-qasam tar-riċerka u oqsma ta' intervent oħra tal-UE; jenfasizza barra minn hekk li, peress li din tikkonsisti biss f'riallokazzjoni, l-adozzjoni tat-talba għal trasferiment DEC 9/2012 mhux emendata mhux se jkollha impatt fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni u b'hekk lanqas fuq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali;

6.  Jemenda, għalhekk, filwaqt li jipprovdi tnaqqis ta' EUR 768 707 073 tal-kontribuzzjoni tal-Istati Membri għall-baġit tal-Unjoni 2012, il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2012 sabiex jiġi garantit finanzjament adegwat tal-FP7 - Programm ta' Kooperazzjoni, fid-dawl tal-bżonnijiet mhux sodisfatti identifikati mill-Kummissjoni (EUR 337 578 119), kif ukoll sabiex jiġu provduti aktar approprjazzjonijiet ta' pagament taħt il-Politika ta' Koeżjoni (EUR 390 682 822) ħalli jiġu sodisfatti l-klejms ta' pagament li ġejjin, kif stmati mill-Istati Membri sal-aħħar tal-2012 u jiġi limitat il-livell tad-diżimpenji sal-aħħar tal-2013;

7.  Jiddeċiedi għalhekk li jemenda l-pożizzjoni tal-Kunsill kif ġej:

Dħul

Titolu 1 Riżorsi Proprji, Artikolu 140

+ EUR 728 260 941

Titolu 3 Bilanċi favorevoli, bilanċi u aġġustamenti, Artikolu 300

l-ebda modifika

Nefqa

08 02 01 - Kooperazzjoni – Saħħa;

+ EUR 67 000 000

08 03 01 - Kooperazzjoni - Ikel, agrikoltura u sajd, u l-bijoteknoloġija

+ EUR 118 000 000

08 04 01 - Kooperazzjoni - Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjal u teknoloġiji ta’ produzzjoni ġodda

+ EUR 152 578 119

04 02 17 - Fond Soċjali Ewropew (ESF) - Konverġenza

+ EUR 57 491 864

04 02 19 - Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Kompetittività reġjonali u impjiegi

+ EUR 22 633 695

13 03 16 - Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Konverġenza

+ EUR 201 138 541

13 03 18 - Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Kompetittività reġjonali u impjiegi

+ EUR 33 202 220

13 04 02 - Fond ta’ Koeżjoni

+ EUR 76 216 502

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [2]  ĠU L 56, 29.2.2012.
  • [3]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni

Fis-16 ta' April, il-Kummissjoni ppreżentat l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2012 dwar il-bilanċ favorevoli li rriżulta mill-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2011.

Ġie propost li jiddaħħal bilanċ favorevoli ta' EUR 1.49 biljun fil-Baġit 2012 u titnaqqas bl-istess ammont il-kontribuzzjoni globali tal-Istati Membri għall-baġit tal-UE (bħala tfakkira, bilanċ favorevoli ta' EUR 4.25 biljun iddaħħal fil-Baġit 2011).

L-eżitu tal-Baġit 2011 huwa somma tal-eżitu fuq l-introjtu, l-eżitu fuq l-infiq u d-differenza tar-rati ta' kambju, kif muri fl-analiżi li ġejja:

- kif rigward tal-eżitu fuq l-introjtu, iddaħħal l-ammont is EUR 0.67 biljun, li ġej fil-biċċa l-kbira (EUR 0.45 biljun) minn multi addizzjonali u imgħax fuq l-arretrati riċevuti fl-2011 u mhux inklużi meta l-Baġit 2011 ġie adottat,

- fir-rigward tal-eżitu fuq l-infiq, is-sottoeżekuzzjoni ta' EUR 0.73 biljun ġejja b'mod partikolari min-nuqqas ta' adozzjoni tal-aġġustament tas-salarji propost għall-2011,

- fir-rigward tad-differenza tar-rati tal-kambju, iddaħħal l-ammont ta' EUR 97 miljun fid-DAB 3/2012.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni ING globali tal-Istati Membri għall-Baġit 2011 tal-UE għandha titnaqqas kif ġej:

Stat Membru

Baġit 2012

Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2012

Ammont ġdid

Il-Belġju

2 754 434 486

- 43 988 032

2 710 446 454

Il-Bulgarija

281 064 627

- 4 488 573

276 576 054

Ir-Repubblika Ċeka

1 078 504 116

- 17 223 598

1 061 280 518

Id-Danimarka

1 815 589 984

- 28 994 783

1 786 595 201

Il-Ġermanja

19 297 785 791

- 308 183 629

18 989 602 162

L-Estonja

110 748 128

- 1 768 636

108 979 492

L-Irlanda

920 009 203

- 14 692 451

905 316 752

Il-Greċja

1 574 518 867

- 25 144 902

1 549 373 965

Spanja

7 751 025 459

- 123 783 068

7 627 242 391

Franza

15 098 504 384

- 241 121 542

14 857 382 842

L-Italja

11 597 780 897

- 185 215 352

11 412 565 545

Ċipru

132 985 701

- 2 123 767

130 861 934

Il-Latvja

139 606 789

- 2 229 506

137 377 283

Il-Litwanja

223 466 520

- 3 568 737

219 897 783

Il-Lussemburgu

239 147 968

- 3 819 168

235 328 800

L-Ungerija

783 053 705

- 12 505 286

770 548 419

Malta

45 415 306

- 725 278

44 690 028

Il-Pajjiżi l-Baxxi

4 544 261 837

- 72 571 388

4 471 690 449

L-Awstrija

2 171 551 781

- 34 679 455

2 136 872 326

Il-Polonja

2 846 632 147

- 45 460 419

2 801 171 728

Il-Portugall

1 165 478 435

- 18 612 569

1 146 865 866

Ir-Rumanija

1 006 329 623

- 16 070 979

990 258 644

Is-Slovenja

269 103 124

- 4 297 549

264 805 575

Is-Slovakkja

524 320 167

- 8 373 338

515 946 829

Il-Finlandja

1 446 955 676

- 23 107 732

1 423 847 944

L-Isvezja

2 938 535 696

- 46 928 109

2 891 607 587

Ir-Renju Unit

12 980 057 650

- 207 290 168

12 772 767 482

Total

93 736 868 067

-1 496 968 014

92 239 900 053

Il-kuntest baġitarju 2012

Din is-sena l-indikaturi disponibbli kollha juru nuqqas fil-pagamenti f'ħafna oqsma ta' intervent tal-UE, b'mod partikolari peress li għal darb'oħra l-Awtorità Baġitarja qablet fuq livell ta' pagamenti aktar baxx għall-2012 meta mqabbel ma' dak propost mill-KE (aktar minn EUR 3 biljun anqas mill-Abbozz ta' Baġit inizjali tal-Kummissjoni).

Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda unilateralment li jnaqqas b'aktar minn żewġ terzi l-livell tat-trasferiment ta' EUR 485 miljun (DEC 9/2012) għall-qasam tar-riċerka, minkejja l-bżonnijiet urġenti fil-pagamenti. Konsegwentement aktar minn EUR 338 miljun pagamenti fuq il-linji baġitarji tħallew fejn ma jistgħux jintefqu. Min-natura tiegħu stess, dan it-trasferiment kien riallokazzjoni biss li ma jaffettwax il-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-2012 għall-baġit tal-UE. Hemm lok li wieħed jistaqsi jekk il-pożizzjoni tal-Kunsill hijiex konformi kemm mal-Artikolu 310(5) tat-TFUE li jipprovdi li "[i]l-baġit għandu jkun implimentat skond il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba [...]" kif ukoll mad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament miftiehma mit-tliet istituzzjonijiet fil-qafas tal-proċedura baġitarja tal-2012.

Il-qafas legali u l-proposta tar-Rapporteur

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li l-bilanċ minn kull sena finanzjarja, kemm jekk ikun bilanċ favorevoli kemm jekk ikun defiċit, jiddaħħal bħala dħul jew nefqa fil-baġit tas-sena finanzjarja sussegwenti permezz ta' baġit emendatorju. L-Artikolu 15(3) jipprovdi wkoll li "[...]kull diskrepanza mal-estimi għandha tkun irreġistrata fil-baġit tas-sena finananzjarja segwenti permezz ta' baġit ta' emenda ddedikat biss għal dik id-diskrepanza".

Skont ir-Rapporteur, tali dispożizzjonijiet huma inkompatibbli mar-rifjut ta' dan l-Abbozz ta' baġit emendatorju, iżda mhux mal-emendar tiegħu peress li l-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju jħalli marġni ta' diskrezzjoni fir-rigward tad-destinazzjoni tal-bilanċ favorevoli. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li kull interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju li tikkonsisti fl-obbligu għall-Parlament li jadotta dan il-baġit emendatorju mingħajr modifika tista' tmur kontra l-prerogattivi baġitarji tal-Parlament kif previsti mit-Trattat. Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza wkoll li ma hemmx azzjoni legali possibbli kontra l-emendi tal-PE fuq DAB 3/2012. Jekk adottat, il-PE u l-Kunsill se jkollhom jidħlu f'negozjati sabiex isibu soluzzjoni.

Peress li, min-naħa tal-infiq (EUR 0.73 biljun), is-sottoeżekuzzjoni fl-infiq ma rriżultatx minn diffikultajiet ta' assorbiment jew ġestjoni ħażina mill-Kummissjoni iżda mir-regoli fis-seħħ għall-aġġustament tat-tqassim tal-pagamenti skont il-bżonnijiet matul l-aħħar ġimgħat tas-sena finanzjarja, ir-Rapporteur iqis li dan l-ammont għandu jmur lura fil-baġit tal-UE, bħala riport ta' approprjazzjonijiet li ma ntefqux.

Fid-dawl tal-bżonnijiet mhux sodisfatti preżentati f'DEC 9/2012, kif ukoll l-aħħar ċifri ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-Politika ta' Koeżjoni, ir-Rapporteur tipproponi li l-BUDG jadotta l-pożizzjoni li ġejja fuq il-Baġit Emendatorju (pagamenti biss):

- Dħul - Titolu 1 - Riżorsi proprjiż:              -0.77 biljun

- Dħul - Titolu 3 - Bilanċ favorevoli:                       1.50 biljun

- Nefqa - Linji ta' riċerka:               0.34 biljun

- Nefqa - Politika ta' koeżjoni                      0.39 biljun

Dan jinvolvi l-bidliet li ġejjin fir-rigward tal-pożizzjoni tal-Kunsill:

Dħul

Titolu 1 Riżorsi Proprji, Artikolu 140

+ EUR 728 260 941

Titolu 3 Bilanċi favorevoli, bilanċi u aġġustamenti, Artikolu 300

l-ebda modifika

Nefqa

08 02 01 - Kooperazzjoni – Saħħa;

+ EUR 67 000 000

08 03 01 - Kooperazzjoni - Ikel, agrikoltura u sajd, u l-bijoteknoloġija

+ EUR 118 000 000

08 04 01 - Kooperazzjoni - Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjal u teknoloġiji ta’ produzzjoni ġodda

+ EUR 152 578 119

04 02 17 - Fond Soċjali Ewropew (ESF) - Konverġenza

+ EUR 57 491 864

04 02 19 - Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Kompetittività reġjonali u impjiegi

+ EUR 22 633 695

13 03 16 - Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Konverġenza

+ EUR 201 138 541

13 03 18 - Fond Ewropew tal-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) - Kompetittività reġjonali u impjiegi

+ EUR 33 202 220

13 04 02 - Fond ta’ Koeżjoni

+ EUR 76 216 502

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Alda Sousa, Helga Trüpel

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jürgen Klute, Jan Mulder, Paul Rübig