RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati
25.6.2012 - (COM(2011)0598 – C7‑0305/2012 – 2011/0260(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: David Martin
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati
(COM(2011)0598 - C7-0305/2012 - 2011/0260(COD)
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0598),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0305/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0207/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 5 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
(5) Sabiex ikun żgurat li l-imsieħba jerġgħu jiddaħħlu immedjatament fl-Anness I ta' dak ir-Regolament appena jkunu ħadu l-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-Ftehimiet rispettivi tagħhom, u sakemm dawn jiddaħħlu fis-seħħ, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni Ewropea hekk li jkunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu l-pajjiżi mneħħija mill-Anness I permezz ta' dan ir-Regolament. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni Ewropea, matul ix-xogħol ta’ preparazzjoni tagħha, tikkonsulta b'mod xieraq, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni Ewropea, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja u fil-pront, kif ukoll xierqa, tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, |
(5) Sabiex ikun żgurat li l-imsieħba jerġgħu jiddaħħlu immedjatament fl-Anness I ta' dak ir-Regolament appena jkunu ħadu l-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-Ftehimiet rispettivi tagħhom, u sakemm dawn jiddaħħlu fis-seħħ, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni Ewropea hekk li jkunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu l-pajjiżi mneħħija mill-Anness I permezz ta' dan ir-Regolament. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni Ewropea, matul ix-xogħol ta’ preparazzjoni tagħha, tikkonsulta b'mod xieraq, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni Ewropea, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja u fil-pront, kif ukoll xierqa, tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ atti ddelegati. Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-esperti tal-Parlament biex jattendu dawk il-laqgħat, | ||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1528/2007 Artikolu 2b – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1528/2007 Artikolu 2b paragrafu 5 | |||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 2 | |||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | ||||||||||||||||||
Għandu japplika fl-1 ta’ Jannar 2014. |
Għandu japplika fl-1 ta’ Jannar 2016. | ||||||||||||||||||
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. | ||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||
Huwa neċessarju li jingħata aktar żmien għal negozjati ulterjuri sabiex jintlaħaq ftehim dwar il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) komprensivi, sabiex jiġi evitat ir-riskju li numru ta' pajjiżi AKP li għad għandhom bżonnijiet kbar ta' żvilupp u livelli sostanzjali ta' faqar, ikollhom aċċess tas-suq imnaqqas għall-UE. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Ftehim ta' Cotonou jipprevedi l-konklużjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) bejn membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-UE u l-Istati Membri tagħha, u l-arranġamenti dettaljati li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2008 fuq prodotti mill-pajjiżi inkwistjoni ġew stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1528/2007, l-hekk imsejjaħ Regolament għall-aċċess għas-suq. Dan ir-regolament jirregola l-kundizzjonijiet tal-importazzjonijiet tal-UE għas-36 pajjiż AKP li ffirmaw Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika fl-2007. Dan kien soluzzjoni tranżitorja għall-pajjiżi li kienu għadhom mhux fil-pożizzjoni li japplikaw dawn l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, li kienu għadhom mhux ratifikati. Bażikament dan ir-Regolament antiċipa b'mod unilaterali l-aċċess mingħajr dazju li l-UE offriet f'dawn il-ftehimiet.
Madankollu, diversi pajjiżi la ħadu l-passi neċessarji għar-ratifika ta' FSE u lanqas ma kkonkludew negozjati reġjonali komprensivi. Għaldaqstant il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li mill-1 ta' Jannar 2014, dawk il-pajjiżi li ma jkunux iffirmaw jew irratifikaw il-Ftehimiet tagħhom, għandhom jitneħħew mil-lista ta' benefiċjarji ta' din id-dispożizzjoni.
Is-17-il pajjiż li sa issa għadhom ma komplewx bil-proċess ta' ratifika tagħhom, jaqgħu f'kategoriji differenti u l-konsegwenzi prattiċi skont iċ-ċirkostanzi attwali ta' din il-proposta jiddependu mill-istatus tagħhom u mill-ftehim finali milħuq waqt ir-reviżjoni tas-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (GSP):
· Il-Burundi, il-Komoros, Ħaiti, il-Lesoto, il-Możambik, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda u ż-Żambja huma pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs), li se jkomplu jgawdu minn aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti skont l-iskema Kollox ħlief Armi (EBA) tal-UE, u għaldaqstant mhux se jiġu affettwati;
· Il-Kamerun, Fiġi, il-Gana, il-Kosta tal-Avorju, il-Kenja u s-Sważiland se jaqgħu lura għall-iskema tas-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (GSP) tal-UE, li tipprevedi tariffi mnaqqsa meta mqabbla mar-rata tal-aktar nazzjon iffavorit (MFN), iżda mhux favorevoli daqs aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti, u dan se jwassal għal tariffi ogħla fuq l-aktar esportazzjonijiet ewlenin;
· Il-Botswana u n-Namibja, ikklassifikati bħala pajjiżi bi dħul medju superjuri għandhom, skont il-proposta għall-GSP, jaqgħu għar-rata MFN, applikata għal bosta pajjiżi (inklużi pereżempju, l-Istati Uniti u l-Ġappun).
Il-Kummissjoni Ewropea tisħaq li s-sitwazzjoni attwali mhijiex kompatibbli mar-regolamenti tad-WTO, u li din hija wkoll kwistjoni ta' ġustizzja, kemm fil-konfront ta' pajjiżi li ssodisfaw l-obbligi tagħhom u rratifikaw il-ftehimiet tagħhom, iżda wkoll ta' dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li mhumiex sħab AKP. L-emenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1528/2007 hija parti minn approċċ fuq żewġ binarji, inkluż l-intensifikazzjoni tan-negozjati FSE li għaddejjin, għall-konklużjoni ta' ftehimiet reġjonali sħaħ. Fil-fatt, din hija probabbilment r-raġuni ewlenija wara l-proposta: sabiex tiżdied il-pressjoni u b'hekk il-momentum tan-negozjati.
Madankollu r-rapporteur għadu mhux konvint li l-impożizzjoni ta' skadenza daqshekk qasira u unilaterali tirrappreżenta l-aħjar approċċ għall-kisba tar-riżultati mixtieqa. Fil-fatt hemm raġunijiet sodi għaliex il-ftehimiet li ntlaħqu fl-2007 ma ġewx implimentati u l-ftehimiet reġjonali komprensivi ma ġewx konklużi. Diversi mill-ftehimiet konklużi fl-2007 ntlaħqu ma' pajjiżi individwali u mhux ma' reġjuni sħaħ, li komplew bin-negozjati. Madankollu, deċiżjoni għall-implimentazzjoni ta' Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika minn dawn il-pajjiżi individwali fi ħdan reġjun jista' jkollha impatt negattiv serju fuq il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali. L-objettivi tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, li huma appoġġjati mill-Parlament Ewropew, huma li l-ftehimiet għandhom jikkontribwixxu sabiex il-proċess ta' integrazzjoni reġjonali jsir aktar profond, kif ukoll għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp għall-pajjiżi u r-reġjuni kollha kkonċernati. Ftehimiet parzjali jista' jkollhom effett oppost.
Il-proċess FSE għandu jipprovdi aċċess għas-suq stabbli u akbar għall-esportazzjonijiet AKP, iżda f'każ li din l-emenda tiġi approvata, ir-realtà hija li numru ta' pajjiżi AKP li għad għandhom ħtiġijiet kbar ta' żvilupp u livelli sostanzjali ta' faqar jista' jkollhom aċċess għas-suq mnaqqas ħafna għall-UE (u f'xi każijiet mhux se jkollhom skema ta' preferenza alternattiva li jistgħu jirrikorru għaliha, partikolarment jekk il-proposta għar-reviżjoni tal-iskema GSP tiġi adottata). Sabiex ikun hemm żmien għall-adattament u biex jiġu limitati l-effetti negattivi possibbli, speċjalment għal dawk il-pajjiżi li l-aċċess tagħhom għas-suq se jonqos, huwa neċessarju li ż-żmien jiġi adattat, biex b'hekk ikun hemm perjodu ta' tranżizzjoni bejn id-dħul fis-seħħ tal-iskema GSP il-ġdida u d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament emendat.
In-negozjati bilaterali u multilaterali tal-kummerċ huma kumplessi fin-natura tagħhom, u spiss ma jistgħux jiġu konklużi fi skedi ta' żmien stabbiliti b'mod riġidu. Id-WTO tista' tifhem dan perfettament, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali ta' waqfien taċ-Ċiklu ta' Doha għall-Iżvilupp. Li ssir pressjoni b'mod unilaterali għall-konklużjoni tan-negozjati fi ħdan żmien qasir speċifiku irrispettivament mill-fatt dwar jekk id-dispożizzjonijiet kontroversjali ġewx riżolti jew le, mhijiex mod tajjeb wisq sabiex tinħoloq klima li twassal għall-konklużjoni tan-negozjati fejn l-interessi u t-tħassib taż-żewġ partijiet huma meqjusa. Madankollu, huwa importanti wkoll li r-regolamenti tad-WTO jiġu rispettati, u r-regolament inkwistjoni kien verament previst bħala arranġament temporanju. Iż-żamma ta' preferenzi għall-pajjiżi li mhumiex qed jissodisfaw il-kriterji mhijiex sitwazzjoni sostenibbli, iżda l-iskeda ta' żmien proposta mhijiex realistika u hija qasira wisq għall-konklużjoni b'suċċess tan-negozjati li għaddejjin. Sabiex il-ftehimiet ikunu ratifikati sal-1 ta' Jannar 2014, in-negozjati jridu jiġu konklużi sa madwar Ġunju 2012. Fid-dawl tal-importanza u l-ambitu tal-kwistjonijiet li fadal, dan mhuwiex possibbli. Ir-rapporteur għaldaqstant jipproponi l-estensjoni taż-żmien, sabiex it-tibdil jidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2016 minflok.
Il-proposta tinkludi wkoll emendi għall-allinjament tal-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjoni ma' dawk tat-Trattat ta' Lisbona. Huwa propost li l-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għall-fini li temenda l-Anness I sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu dawn il-pajjiżi li jieħdu l-passi neċessarji lejn ir-ratifika ta' FSE. L-emendi proposti mir-rapporteur fil-maġġorparti tagħhom jibnu fuq pożizzjonijiet meħuda f'regolamenti orizzontali, l-hekk imsejħa 'omnibuses'.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (5.6.2012)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati
(COM(2011)0598 – C7‑0305/2011 – 2011/0260(COD))
Rapporteur: Gabriele Zimmer
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja l-progress reċenti li nkiseb fin-negozjati, li r-reġjuni kkonċernati qegħdin isegwu b'rieda tajba, l-UE ddeċidiet b'mod unilaterali li timponi skadenza. It-tħassib ewlieni tal-Kumitat għall-Iżvilupp huwa li l-emenda proposta għar-regolament qed tirriskja li titfa' pressjoni fuq il-gvernijiet tal-pajjiżi AKP kkonċernati sabiex jiffirmaw u jirratifikaw il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) rispettivi tagħhom fiż-żmien speċifikat, irrispettivament mill-fatt jekk id-dispożizzjonijiet kontroversjali ġewx riżolti jew le.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jinsisti li l-konklużjoni tan-negozjati għandha tkun determinata mill-kontenut, li għandu jqis l-interessi u jindirizza t-tħassib taż-żewġ partijiet, u mhux minn skedi ta' żmien. Għalhekk, l-UE għandha turi l-flessibilità neċessarja fil-proċess ta' negozjati, b'rispett għal-livelli ta' żvilupp differenti ta' kull pajjiż AKP. Billi l-għan ewlieni huwa konformità mar-regolamenti tad-WTO, l-UE m'għandhiex tisforza lill-pajjiżi AKP jidħlu f'impenji li huma lil hinn minn dawk mitluba skont il-ftehimiet tad-WTO.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jixtieq jenfasizza li jekk il-proposta tal-Kummissjoni tiġi adottata, numru ta' pajjiżi AKP jistgħu jitilfu l-aċċess tagħhom mingħajr dazju u mingħajr kwoti għas-suq tal-UE, li jista' jkun ta' dannu għall-esportaturi stabbiliti. Barra minn hekk, pressjoni fuq il-pajjiżi sabiex jiffirmaw ftehim ta' kummerċ li jinkludi ċerti dispożizzjonijiet inaċċettabbli, mhux biss tillimita l-ispazju għat-tfassil tal-politiki ekonomiċi nazzjonali, iżda tista' tkun ta' dannu wkoll għas-setturi ekonomiċi emerġenti tagħhom. Dan imur ukoll kontra l-objettiv ta' koerenza politika għall-iżvilupp stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE u jkun ta' detriment għar-relazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi kkonċernati.
Id-deċiżjoni jista' jkollha wkoll impatt addizzjonali, billi ċċaqlaq l-investimenti minn pajjiżi AKP li m'għandhomx aċċess sħiħ għas-suq tal-UE lejn dawk li għandhom, u dan imur kontra l-isforzi attwali lejn integrazzjoni reġjonali. Għalhekk, l-UE għandha żżomm r-Regolament KE 1528.
******
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.
PROĊEDURA
Titolu |
L-emendar tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta’ għadd ta’ pajjiżi mil-lista ta’ reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati |
||||
Referenzi |
COM(2011)0598 – C7-0305/2011 – 2011/0260(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 12.10.2011 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 12.10.2011 |
||||
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Gabriele Zimmer 11.10.2011 |
||||
Eżami fil-kumitat |
23.4.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
4.6.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
13 8 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Corina Creţu, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Ivo Vajgl, Iva Zanicchi |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Emer Costello, Enrique Guerrero Salom, Fiona Hall, Edvard Kožušník, Judith Sargentini, Horst Schnellhardt, Patrizia Toia |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marisa Matias |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
L-emendar tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta’ għadd ta’ pajjiżi mil-lista ta’ reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati |
||||
Referenzi |
COM(2011)0598 – C7-0305/2011 – 2011/0260(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
30.9.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 12.10.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 12.10.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
David Martin 11.10.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
25.1.2012 |
25.4.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.6.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 2 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, John Attard-Montalto, Maria Badia i Cutchet, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Paweł Zalewski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, George Sabin Cutaş, Albert Deß, Salvatore Iacolino, Syed Kamall, Maria Eleni Koppa, Elisabeth Köstinger, Marietje Schaake, Konrad Szymański |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Françoise Castex, Marielle Gallo |
||||
Data tat-tressiq |
25.6.2012 |
||||