RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura

    27.6.2012 - (COM(2011)0416 – C7‑0197/2011 – 2011/0194(COD)) - ***I

    Kumitat għas-Sajd
    Rapporteur: Struan Stevenson


    Proċedura : 2011/0194(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A7-0217/2012

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura

    (COM(2011)0416 – C7‑0197/2011 – 2011/0194(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0416),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0197/2011),

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-28 ta' Marzu 2012[1],

    –   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Mejju 2012[2],

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0217/2012),

    1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinsab hawnhekk;

    2.  Jisteden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

    3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

    Emenda    1

    Proposta għal regolament

    Premessa 2a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2a) Is-sajd iwettaq rwol partikolarment importanti fl-ekonomiji tar-reġjuni kostali tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi (RU). Minħabba li lis-sajjieda ta’ dawk ir-reġjuni jipprovdilhom l-għajxien, għandhom jittieħdu passi biex jitrawmu l-istabilità tas-suq u korrispondenza mtejba bejn il-provvista u d-domanda.

    Emenda 2

    Proposta għal regolament

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3) Għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq skont l-impenji internazzjoni tal-Unjoni, partikularment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

    (3) Għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq skont l-impenji internazzjoni tal-Unjoni, partikularment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Għandu jiġi enfasizzat, madankollu, li l-ħut u l-molluski huma ġid komuni u li s-sajd, għalhekk, mhuwiex bħal industriji oħrajn. Għandu jiġi regolat partikolarment minn miżuri li jissodisfaw kriterji ambjentali u ekosistemiċi, irrispettivament mir-rekwiżiti tas-suq.

    Emenda  3

    Proposta għal regolament

    Premessa 3a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3a) Billi d-dispożizzjonijiet kummerċjali tad-WTO li japplikaw attwalment qed jaħdmu b’mod sodisfaċenti, kwalunkwe proposta ġdida għandha tfittex li żżomm status quo meta dan ikun possibbli. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura importati minn pajjiżi terzi jirrispettaw għal kollox prattiki u dispożizzjonijiet sostenibbli tal-liġi tal-Unjoni, sabiex tiżgura li prodotti tal-Unjoni u dawk importati jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi.

    Ġustifikazzjoni

    Referenza għall-parti “nieqsa” dwar il-kummerċ internazzjonali li għaliha il-Kummissjoni trid tintroduċi proposta leġiżlattiva separata.

    Emenda  4

    Proposta għal regolament

    Premessa 5a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5a) Minħabba l-volumi kbar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li jiġu importati għal ġol-Unjoni minn pajjiżi terzi u l-proporzjon sostanzjali tal-prodotti importati fil-konsum totali tal-Unjoni, huwa indispensabbli li l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tifforma parti minn politika kummerċjali u doganali li jkollha l-għan li tirregola l-importazzjonijiet u ttaffi l-effetti tagħhom minn fuq il-prezzijiet ottenuti mill-produtturi tal-Unjoni fl-ewwel bejgħ u minn fuq il-profitabilità tal-attivitajiet tagħhom.

    Emenda  5

    Proposta għal regolament

    Premessa 5b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5b) Jeħtieġ li jintlaħaq l-ogħla grad possibbli ta’ konsistenza bejn il-politika komuni tas-sajd u l-politika kummerċjali komuni, fejn din il-politika tal-aħħar tintuża b’mod sistematiku biex tkompli tmexxi ’l quddiem l-objettivi ta’ dik tal-ewwel, kemm fin-negozjati multilaterali tad-WTO u kemm fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali u reġjonali.

    Emenda  6

    Proposta għal regolament

    Premessa 5c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5c) L-aġenziji nazzjonali kollha li għandhom ir-responsabilità li jwettqu l-iċċekkjar doganali u tas-saħħa fuq il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura importati għal ġol-Unjoni għandhom jingħataw ir-riżorsi umani u finanzjarji u l-għodod li huma jeħtieġu biex jagħmlu xogħolhom kif suppost.

    Emenda  7

    Proposta għal regolament

    Premessa 6a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (6a) Biex l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq tkun suċċess, huwa essenzjali li l-konsumaturi jiġu mgħarrfa, permezz ta’ kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u edukattivi, dwar il-valur li wieħed jiekol il-ħut u dwar il-varjetà wiesgħa ta’ speċijiet disponibbli, kif ukoll għandhom isiru jafu dwar kemm hu importanti li wieħed ikun jista' jifhem it-tagħrif li jidher fuq it-tikketti;

    Emenda  8

    Proposta għal regolament

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi ewlenin għall-applikazzjoni xierqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq. Huwa għalhekk meħtieġ li jsaħħu l-għanijiet tagħhom biex jiżguraw li l-membri tagħhom iwettqu attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura b'mod sostenibbli, itejbu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti, u jiġbru informazzjoni ekonomika dwar l-akkwakultura. Filwaqt li jilħqu dawn l-għanijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet differenti tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura li jeżistu fl-Unjoni, b'mod partikulari l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fuq skala żgħira.

    (7) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi ewlenin għall-applikazzjoni xierqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq. Huwa għalhekk meħtieġ li jsaħħu l-għanijiet tagħhom u li jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex ikun jista' jkollhom rwol iktar sinifikanti fil-ġestjoni ta' kuljum tas-sajd, billi jaġixxu f'qafas definit mill-objettivi tal-PKS. Huwa wkoll meħtieġ li jiżguraw li l-membri tagħhom iwettqu attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura b'mod sostenibbli, itejbu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti, jaraw titjib fid-dħul tagħhom, u jiġbru informazzjoni ekonomika dwar l-akkwakultura. Filwaqt li jilħqu dawn l-għanijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet differenti tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura li jeżistu fl-Unjoni, speċjalment fir-rigward tar-reġjuni ultraperifeċriċi , b'mod partikulari l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fuq skala żgħira u tal-akkwakultura estensiva. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri u l-gvernijiet reġjonali li jieħdu responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-għanijiet, u jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fuq kwistjonijiet ta’ ġestjoni, inkluża, fejn hi xierqa, l-allokazzjoni ta’ kwoti u l-ġestjoni tal-isforz tas-sajd, skont il-ħtiġijiet ta’ kull qasam tas-sajd partikolari.

     

    Emenda  9

    Proposta għal regolament

    Premessa 7a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (7a). Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u l-vijabbiltà tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, hemm il-bżonn li l-kriterji adegwati għall-istabbiliment tagħhom ikunu definiti b’mod ċar, partikolarment dawk li jirrigwardaw in-numru minimu ta' membri u r-rikonoxximent formali tagħhom.

    Emenda  10

    Proposta għal regolament

    Premessa 10a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (10a) Il-ħatt l-art tal-qabdiet kollha inċidentali u sekondarji u l-eliminazzjoni tar-rimi huma tnejn mill-objettivi tar-riforma tal-politika komuni tas-sajd li għaddejja bħalissa. Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, għandu jsir użu aktar wiesa’ ta’ rkaptu tas-sajd selettiv li jipprevjeni li jinqabad ħut ta’ daqs iżgħar milli suppost.

    Emenda  11

    Proposta għal regolament

    Premessa 11a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (11a) Minħabba l-bogħod u l-iżolament ġeografiku tar-RU, huwa possibbli skont l-Artikolu 349 tat-Trattat li jsir programm ta' azzjoni speċjali li jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' tali reġjuni.

    Emenda  12

    Proposta għal regolament

    Premessa 11b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

     

     

    (11b) Il-Kummissjoni jmissha tistabbilixxi miżuri ta’ appoġġ biex tinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura.

    Emenda  13

    Proposta għal regolament

    Premessa 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (12) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu joħolqu fond kollettiv biex jiffinanzja l-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u l-mekkaniżmu ta' ħżin.

    (12) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jiġu allokati għajnuna finanzjarja Komunitarja taħt il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd biex jiffinanzjaw l-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u l-mekkaniżmu ta' ħżin

    Emenda  14

    Proposta għal regolament

    Premessa 14

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (14) Billi l-istokkijiet tal-ħut huma riżorsi kondiviżi, l-isfruttar sostenibbli u effiċjenti tagħhom jista', f'xi ċirkustanzi, jintlaħaq aħjar permezz ta' organizzazzjoniiet magħmula minn membri minn Stati Membri differenti. Għalhekk jeħtieġ li tiġi prevista wkoll il-possibbiltà li jitwaqqfu organizzazzjonijiet ta' produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi fuq livell transnazzjonali, li jibqgħu soġġetti għal regoli tal-kompetizzjoni kif previst fir-regolament preżenti.

    (14) Billi l-istokkijiet tal-ħut huma riżorsi kondiviżi, l-isfruttar sostenibbli u effiċjenti tagħhom jista', f'xi ċirkustanzi, jintlaħaq aħjar permezz ta' organizzazzjoniiet magħmula minn membri minn Stati Membri differenti u minn reġjuni differenti. Għalhekk jeħtieġ li tiġi mħeġġa l-possibbiltà li jitwaqqfu organizzazzjonijiet ta' produtturi u assoċjazzjonijiet ta organizzazzjonijiet ta' produtturi fuq livell transreġjonali, ibbażati fejn xieraq fuq ir-reġjuni bijoġeografiċi, u fil-livell transnazzjonali. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu maħsuba bhala sħubiji bl-għan li jipproduċu regoli komuni u vinkolanti, u li jipprovdu kundizzjonijiet ekwi għall-partijiet interessati kollha li jaħdmu fis-sajd. Fit-twaqqif ta' organizzazzjonijiet bħal dawn, jeħtieġ li jiġi żgurat li huma jibqgħu soġġetti għar-regoli tal-kompetizzjoni kif previst fir-regolament preżenti u li tiġi rispettata l-ħtieġa li tinżamm ir-rabta bejn il-komunitajiet kostali individwali u l-ħut u l-ilmijiet li storikament ikunu esplojtaw.

    Emenda  15

    Proposta għal regolament

    Premessa 16

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (16) Minħabba l-varjetà wiesgħa tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jeħtieġ li l-konsumaturi jingħataw ammont minimu ta' informazzjoni obbligatorja dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti. Għall-promozzjoni tad-divrenzjar tal-prodotti, jeħtieġ ukoll li titqies informazzjoni addizzjonali li tista' tiġi indikata fuq bażi volontarja.

    (16) Huwa meħtieġ li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni ċara u komprensiva dwar, inter alia, l-oriġini, il-metodu u d-data ta' produzzjoni tal-prodotti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati.

    Emenda  16

    Proposta għal regolament

    Premessa 16a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (16a) L-użu ta' ekotikketta għall-prodotti tas-sajd, li joriġinaw kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra joffri l-possibbiltà li tiġi pprovduta informazzjoni ċara dwar is-sostenibbiltà ekoloġika ta' prodotti tas-sajd. Huwa meħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li jiġu żviluppati u stabbiliti kriterji minimi għall-iżvilupp ta' ekotikketta għall-prodotti tas-sajd waħda għall-Unjoni kollha.

    Ġustifikazzjoni

    L-awditjar tas-sajd għall-kumpens ta’ ekotikketta jista’ jkun mgħoddi mill-Kummissjoni lill-MSC u ASC jew organizzazzjonijiet simili li japplikaw l-istess standards, stabbiliti mill-UE, għas-sajd fi ħdan u barra mill-UE, biex b'hekk jinkisbu l-kundizzjonijiet ekwi mfittxa mis-settur.

    Emenda                      17

    Proposta għal regolament

    Premessa 16b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (16b) Sabiex jiġu salvagwardjati l-konsumaturi Ewropej, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għas-sorveljanza u l-infurzar tat-twettiq tal-obligazzi stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġija disponibbli, inkluża l-analiżi tad-DNA, sabiex l-operaturi ma jitħallewx jagħmlu tikkettjar falz tal-qabdiet.

    Emenda  18

    Proposta għal regolament

    Premessa 16c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (16c) Minħabba l-importanza li l-konsumaturi jattribwixxu lill-oriġini u l-provenjenza, fis-sens wiesgħa ta’ dawn it-termini, meta jkunu qed jagħżlu bejn il-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura disponibbli fis-suq, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li t-tagħrif li jingħataw dwar il-prodotti jkun eżatt, ċar u komprensiv kemm jista’ jkun.

    Emenda  19

    Proposta għal regolament

    Premessa 16d (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (16d) Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-politika komuni tas-sajd – b’referenza partikolari għall-organizzazzjoni komuni tas-suq u d-dispożizzjonijiet għall-għoti ta’ tagħrif lill-konsumatur – u l-politika kummerċjali komuni, wieħed irid jieħu ħsieb li jiġu evitati d-definizzjonijiet li huma eċċessivament wesgħin tal-oriġini preferenzjali tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, kif ukoll kwalunkwe eċċezzjonijiet għad-definizzjonijiet standard li jdgħajfu t-traċċabilità tal-prodotti u jikkawżaw konfużjoni dwar minn fejn u kif prodott partikolari jkun inġab.

    Emenda  20

    Proposta għal regolament

    Premessa 17a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (17a) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-prodotti importati li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jikkonformaw mal-istess rekwiżiti u standards ta’ kummerċjalizzar li jridu jissodisfaw il-produtturi tal-Unjoni.

    Emenda  21

    Proposta għal regolament

    Premessa 18

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (18) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, inklużi l-frammentazzjoni tas-settur, il-fatt li l-ħut huwa riżorsa kondiviża u l-ammont estensiv tal-importazzjoni. Minħabba raġunijiet ta' simplifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ f'ċerti prodotti agrikoli għandhom jiġu inkorporati fir-regolament preżenti. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 ma għandux jibqa' japplika għal prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

    (18) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura, inklużi l-frammentazzjoni tas-settur, il-fatt li l-ħut huwa riżorsa kondiviża u l-ammont estensiv tal-importazzjoni, li jmisshom jiġu regolati mill-istess regoli bħall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura tal-Unjoni. Minħabba raġunijiet ta' simplifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta' Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta' kompetizzjoni għall-produzzjoni ta', u l-kummerċ f'ċerti prodotti agrikoli għandhom jiġu inkorporati f’dan ir-Regolament. Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1184/2006 ma għandux jibqa' japplika għal prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

    Emenda  22

    Proposta għal regolament

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20) Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 24, 33, 41 u 46, sabiex tkun tista' tissupplimenta jew temenda l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tissupplima jew temenda l-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, tiddefinixxi u temenda l-istandards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, tissupplimenta jew temenda informazzjoni obbligatorja u tistipula kriterji minimi għall-informazzjoni pprovduta volontarjament minn operaturi lill-konsumaturi.

    (20) Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 24, sabiex tkun tista' tistabbilixxi regoli li jistgħu jikkonċernaw il-funzjonament intern tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    Ġustifikazzjoni

    Apparti r-regoli li jikkonċernaw il-funzjonament intern tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, id-deċiżjonijiet l-oħra jmisshom ikunu parti mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    Emenda  23

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt (ea) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) id-dimensjoni esterna.

    Emenda  24

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni.

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li jiġu prodotti jew ikkummerċjalizzati fl-Unjoni.

    Emenda  25

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u, b’mod partikolari, biex jiġu pprovduti inċentivi tas-suq ħalli jiġu appoġġjati prattiki ta’ produzzjoni li jkunu aktar sostenibbli, biex tittejjeb il-pożizzjoni tas-suq tal-prodotti tal-Unjoni, biex jitfasslu strateġiji tal-produzzjoni bil-ħsieb li l-politika tiġi adattata għall-bidliet strutturali tas-swieq u għall-fluttwazzjonijiet ta’ żmien qasir, u biex jissaħħaħ il-potenzjal tas-suq tal-prodotti tal-Unjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Id-diċitura tal-Artikoli 2 u 3 tal-proposta għar-regolament qafas il-ġdid tal-PKS toħloq konfużjoni u, minħabba l-importanza tal-UE bħala produttriċi u importatriċi, imissha ssir referenza aktar wiesgħa għall-konkordanza tal-Organizzazzjoni Komuni tal-Suq (OKS) mal-PKS kollha kemm hi, billi d-diċitura tal-Artikolu tiġi rriformulata fuq il-bażi tal-objettivi tal-OKS li l-Kummissjoni nfisha tinkludi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni.

    Emenda  26

    Proposta għal regolament

    Artikolu 4 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tipproċedi fuq il-prinċipji ta' governanza tajba stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tipproċedi fuq il-prinċipji ta' governanza tajba, li hi għandha tikseb permezz ta' definizzjoni ċara tar-responsabilitajiet fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali, perspettiva fit-tul, l-involviment wiesgħa tal-operaturi, ir-responsabilità tal-Istat tal-bandiera, u l-konsistenza mal-politiki integrati marittimi, kummerċjali u politiki oħra tal-Unjoni.

    Ġustifikazzjoni

    L-Artikolu 4 tal-propost għal regolament qafas fih referenza li hija irrelevanti għall-OKS, filwaqt li ma hemm l-ebda referenza għall-politika tal-kummerċ, pereżempju, li hija kruċjali f’dan il-każ. Ma hemm l-ebda raġuni għala l-prinċipji tal-governanza tajba m’għandhomx ikunu riflessi b’mod adegwat fit-test tar-Regolament tal-OKS.

    Emenda  27

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u dawk imsemmija fir-Regolamet tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

    Emenda  28

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt (da) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (da) ‘qabdiet mhux mixtieqa’, kif iddefinit fir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

    Ġustifikazzjoni

    Qed jiġi propost li tiġi miżjuda din id-definizzjoni, peress li hemm referenzi għal qabdiet mhux mixtieqa fl-Artikoli 7 u 8 (fil-verżjoni MT: ‘li ma hemmx domanda għalihom’). Huwa importanti wkoll li l-kunċett ta’ ‘qabdiet mhux mixtieqa’ jiġi allinjat perfettament mal-intenzjonijiet tar-regolament qafas futur.

    Emenda  29

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Fit-twaqqif ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd, għandha titqies is-sitwazzjoni speċifika tal-produtturi tas-sajd qrib il-kosta fuq skala żgħira u tas-sajd mhux industrijali, billi dawn il-produtturi għandhom igawdu minn diskriminazzjoni pożittiva fl-aċċess għall-għajnuna għat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    Emenda  30

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) jippromwovu attivitajiet vijabbli tas-sajd mill-membri tagħhom, b'konformità sħiħa mal-politika ta' konservazzjoni stipulata fir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u l-leġiżlazzjoni ambjentali;

    (a) jippromwovu attivitajiet vijabbli u sostenibbli tas-sajd mill-membri tagħhom, b'konformità sħiħa mal-politika ta' konservazzjoni, immaniġġjar u sfruttar stipulata fir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u l-leġiżlazzjoni ambjentali;

    Emenda  31

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (aa) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    .

    (aa) jippjanaw il-produzzjoni tal-membri tagħhom u jagħtu konsulenza lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-sajd kif ukoll jaqsmu l-aħjar prattiki żviluppati mill-bastimenti tal-UE.

    Emenda  32

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – punt (ab) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ab) jikkontribwixxu fil-provvista tal-ikel u jżommu u joħolqu impjiegi fiż-żoni kostali u rurali, inkluż taħriġ vokazzjonali u programmi ta' kooperazzjoni biex iż-żgħażagħ jitħeġġu jidħlu fis-settur u biex jiġi żgurat standard ġust ta' għajxien għal dawk impenjati fis-sajd.

    Emenda  33

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) jieħdu ħsieb qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom;

    (b) jevitaw, jimminimizzaw u jagħmlu l-aħjar użu minn qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom mingħajr ma joħolqu suq sostanzjali għal qabdiet bħal dawn.

    Emenda 34

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (b a) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni tal-prattiki ta' sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat billi japplikaw fuq il-membri tali kontrolli interni li jkun hemm bżonn;

    Emenda  35

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (b b) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (bb) inaqqsu l-impatt ambjentali tas-sajd, inkluż billi jimplimentaw miżuri li jtejbu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd, jikkontrollaw l-isforz u jevitaw qabdiet mhux mixtieqa u mhux awtorizzati.

    Emenda  36

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 - paragrafu 1 - punt (bc) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (bc) jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-aċċess għar-riżorsi assenjati lill-membri tagħhom skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV tar-Regolament tal-Politika Komuni tas-Sajd;

    Emenda  37

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (e)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi.

    (e) itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi u jtejbu d-dħul tal-operaturi tas-sajd;

    Emenda  38

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (ea) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) jiżguraw it-traċċabilità u jtejbu l-aċċess għal informazzjoni ċara u komprensiva sabiex il-konsumaturi jifhmu aħjar l-istejtus ta' konservazzjoni tal-ekosistemi marittimi u tar-riżorsi tas-sajd, kif ukoll jiġu mgħallma dwar il-varjetà wiesgħa ta' speċijiet disponibbli għall-konsum.

    Emenda  39

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (eb) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 7a

     

    (eb) jippromwovu l-użu tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjonijiet tal-Informazzjoni biex jiżguraw ikkummerċjar u prezzijiet ogħla għall-prodotti tas-sajd

    Ġustifikazzjoni

    L-użu tat-Teknoloġija tal-Komunikazzjonijiet tal-Informazzjoni huwa mixtieq, bil-għan li l-OP jkunu jistgħu jesplojtaw suq mifrux mal-UE kollha għall-bejgħ tal-prodotti tagħhom, u b’hekk jiksbu l-ogħla prezz possibbli, u jikkompetu kontra l-ktajjen kbar ta’ supermarkets, li għandhom saħħa ta’ xiri massiv.

    Emenda  40

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Miżuri li jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd

    Miżuri li għandhom jittieħdu minn organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd

    Emenda  41

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jistgħu jużaw l-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7:

    Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd għandhom jużaw, inter alia, il-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 7:

    Emenda  42

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) jippjanaw l-attivitajiet tas-sajd tal-membri tagħhom;

    (a) jippjanaw il-ġestjoni tal-attivitajiet ta' sajd tal-membri tagħhom, inkluż l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri li jtejbu s-selettività tal-attivitajiet ta' sajd u joffru konsulenza lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali tal-pjanijiet ta' ġestjoni msemmija hawn fuq, b'mod li jkun konformi bis-sħiħ ma' dawn il-miżuri, u b'hekk jiżguraw stabilità relattiva fl-attivitajiet ta' sajd għal kull Stat Membru.

    Emenda  43

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) jagħmlu l-aħjar użu ta' qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom billi:

    (b) jagħmlu l-aħjar użu ta' u jassistu lill-membri tagħhom biex jevitaw u jimminimizzaw il-qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom.

    - jiddisponu minn prodotti li jkunu nħattu l-art li mhumiex konformi mad-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) għal użi oħrajn għajr konsum mill-bniedem;

     

    - jqiegħdu fis-suq prodotti li jkunu nħattu l-art li huma konformi mad-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a);

     

    - jiddistribwixxu mingħajr ħlas prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew karitatevoli.

     

    Emenda  44

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – punt b – inċiż 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    - jiddistribwixxu mingħajr ħlas prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew karitatevoli.

    imħassar

    Emenda  45

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (d)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d) jidderiġu l-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom;

    (d) jikkonċentraw il-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom;

    Emenda  46

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (fa) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (fa) ittejbu l-kwalità, l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq; iwettqu studji biex jittejbu l-ippjanar u l-ġestjoni ta' attivitajiet u jingħata appoġġ lil programmi professjonali biex jiġu promossi prodotti ta' sajd sostenibbli

    Emenda  47

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (fb) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (fb) jibagħtu, fuq bażi volontarja, informazzjoni rigward l-istat ta' konservazzjoni tal-ekosistemi marini u tar-riżorsi tal-ħut lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-frekwenza, u b-għajnuna ta' mezzi, li jkunu meqjusa adegwati;

    Emenda  48

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (fc) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (fc) jimmaniġġjaw l-opportunitajiet tas-sajd tal-membri tagħhom fuq bażi kollettiva.

    Emenda  49

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (fd) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (fd) jippromwovu l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-prodotti tas-sajd;

    Emenda  50

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt (fe) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (fe) jagħtu kumpens finanzjarju minimu li jippermetti li jiġu koperti l-ispejjeż tat-tniżżil l-art tal-qabdiet mhux mixtieqa f’każijiet fejn id-dħul mill-bejgħ ma jkunx suffiċjenti biex ikopri dawn l-istess spejjeż;

    Emenda  51

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    a) jippromwovu attivitajiet sostenibbli tal-akkwakultura tal-membri tagħhom billi jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom;

    (a) jippromwovu attivitajiet vijabbli u ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli tal-akkwakultura tal-membri tagħhom, u l-benefiċċji tal-akkwakultura, billi jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom; b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet reġjonali u bi qbil mad-Direttiva 2008/56/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, fil-qafas legali stabbilit fi ħdan kull Stat Membru, jew parti minnu;

    Emenda  52

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (a a) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa) jiżguraw li prodotti tal-ikel mill-akkwakultura li joriġinaw mis-sajd, jiġu mis-sajd li jkun immaniġjat b’mod sostenibbli

    Emenda  53

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) jikkontribwixxu għall-provvista tal-ikel u għall-impjieg f'żoni kostali u rurali;

    (b) jikkontribwixxu għall-provvista tal-ikel, billi jiġu rrispettati l-istandards għoljin tal-kwalità u tas-sikurezza tal-ikel, filwaqt li jikkontribwixxu għall-impjieg f'żoni kostali u rurali;

    Emenda  54

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (da) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (da) jistabbilixxu s-swieq;

    Ġustifikazzjoni

    Dan l-għan hu inkluż fl-Artikolu 7 għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd u għandu jkun inkluż ukoll għas-settur importanti tal-akkwakultura.

    Emenda  55

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (e)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi.

    (e) itejbu l-profittabbiltà tal-produtturi u d-dħul tal-ħaddiema fis-settur filwaqt li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom;

    Emenda  56

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (ea) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) iniedu programmi biex jippromwovu t-tijib kontinwu tal-prodotti u attivitajiet tal-akkwakultura li jkunu favur l-ambjent u sostenibbli, kif ukoll taħriġ vokazzjonali u azzjonijiet biex jiġi żgurat livell ta' għajxien ġust għal dawk impenjati fl-attivitajiet tal-akkwakultura u jitnaqqas l-impatt negattiv fuq il-katina ta' produzzjoni kollha kemm hi.

    Emenda  57

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 - punt (eb) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (eb) jippromwovu kwalunkwe attivitajiet oħra li huma fl-interess tal-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi u jiżviluppaw jew itejbu l-operat tas-settur sabiex jippermettu li organizzazzjonijiet tal-produtturi jilħqu għanijiet li mhumiex speċifikati f'dan l-Artikolu.

    Emenda  58

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt (ec) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ec) jiffaċilitaw l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni dwar il-prodotti tal-akkwakultura;

    Emenda  59

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt (ed) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

     

     

    (ed) jużaw, kemm jista’ jkun, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex jiżguraw li jinkiseb l-aqwa prezz possibbli għall-prodotti;

    Emenda  60

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura jistgħu jużaw il-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 10:

    Organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-akkwakultura jistgħu jużaw, fost affarijiet oħra, il-miżuri li ġejjin biex jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 10:

    Ġustifikazzjoni

    Waħda mill-obbjettivi tal-OKS hi li ssaħħaħ ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi kemm fis-settur tas-sajd kif ukoll f’dak tal-akkwakultura, u għalhekk ma għandux jiġi eskluż il-fatt li dawn jistgħu, fil-futur, jimplimentaw miżuri ġodda, partikolarment billi jitqies it-tkabbir dinji fil-produzzjoni tal-akkwakultura.

    Emenda  61

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) jippromwovu akkwakultura responsabbli u sostenibbli, notevolment f'termini ta' ħarsien tal-ambjent, saħħa u benessri tal-annimali;

    (a) jippromwovu akkwakultura responsabbli, estensiva u sostenibbli, notevolment f'termini ta' ħarsien tal-ambjent, saħħa u benessri tal-annimali;

    Emenda  62

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt (a a) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa) jippjanaw il-ġestjoni tal-attivitajiet tal-akkwakultura tal-membri tagħhom;

    Emenda  63

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt (c)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) jidderiġu l-provvista u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom;

    (c) jidderiġu l-provvista, l-istabilizzazzjoni tal-prezzijiet u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-membri tagħhom;

    Emenda  64

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt (ca) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca) jimmaniġġjaw ħżin temporanju ta' prodotti tal-akkwakultura b'konfomità mal-Artikoli 35 u 36.

    Emenda  65

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt (e)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) jiġbru informazzjoni dwar il-prodotti kkumerċjalizzati inkluża informazzjoni ekonomika dwar l-ewwel bejgħ u t-tbassir ta' produzzjoni.

    (e) jiġbru informazzjoni ambjentali u informazzjoni dwar il-prodotti kkumerċjalizzati inkluża informazzjoni ekonomika dwar l-ewwel bejgħ u t-tbassir ta' produzzjoni.

    Emenda  66

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt (ea) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) ittejbu l-kwalità, l-għarfien u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq; iwettqu studji biex jittejbu l-ippjanar u l-ġestjoni ta' attivitajiet u jingħata appoġġ lil programmi professjonali biex jiġu promossi prodotti ta' akkwakultura sostenibbli.

    Emenda  67

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt (eb) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (eb) jippromwovu l-aċċess tal-konsumatur għall-informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-prodotti tal-akkwakultura;

    Emenda  68

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt (ec) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ec) jippromwovu l-prodotti tal-akkwakultura billi jintuża l-potenzjal taċ-ċertifikazzjoni, partikolarment id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-merti ta’ sostenibbiltà.

    Emenda  69

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) iwettqu b'mod iktar effiċjenti kwalunkwe għan tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri stipulati fl-Artikoli 7 u 10;

    (a) iwettqu b'mod iktar sostenibbli u effiċjenti kwalunkwe għan tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi membri stipulati fl-Artikoli 7 u 10;

    Emenda  70

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt (b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) jikkoordinaw u jiżviluppaw attivitajiet ta' interess komuni għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi membri.

    (b) jikkoordinaw u jiżviluppaw attivitajiet ta' interess komuni għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi membri, inkluża l-kummerċjalizzazzjoni mtejba tal-prodotti għall-konsumatur.

    Emenda  71

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt (b a) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) jikkonformaw mal-miżuri kollha mmirati lejn l-iżgurar ta’ stabbiltà relattiva tal-attivitajiet f’kull Stat Membru għal kull stokk tal-ħut jew żona tas-sajd.

    Emenda  72

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 13a

     

    Il-finanzjament ta’ assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

     

    1. Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd jista’ jikkontribwixxi finanzjarjament lejn l-istabbiliment u/jew l-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

     

    2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 50, waqt li tistabbilixxi regoli ddettaljati li jirrigwardaw appoġġ finanzjarju ta’ dan it-tip.

    Ġustifikazzjoni

    Appoġġ finanzjarju Komunitarju hu prerekwiżit meħtieġ għall-istabbiliment u/jew l-iżvilupp ta’ assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Mingħajr appoġġ finanzjarju ta’ dan it-tip, aktarx li ma jimmaterjalizzawx.

    Emenda  73

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt (b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) il-promozzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni b'mod mhux diskriminatorju permezz tal-użu tal-potenzjal ta' ċertifikazzjoni, partikularment denominazzjonijiet tal-oriġini, siġilli ta' kwalità, indikazzjonijiet ġeografiċi u merti ta' sostenibbiltà;

    (b) il-promozzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura tal-Unjoni b'mod mhux diskriminatorju permezz tal-użu tal-potenzjal ta' ċertifikazzjoni, partikularment denominazzjonijiet tal-oriġini, siġilli ta' kwalità, indikazzjonijiet ġeografiċi u merti ta' sostenibbiltà, filwaqt li jsir provvediment għall-identifikazzjoni ċara tal-prodotti tal-Unjoni f'paragun ma' prodotti importati;

    Emenda  74

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt (d)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d) it-titjib fil-kwalità, tal-għarfien dwar u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq;

    (d) it-titjib fil-kwalità, tal-għarfien dwar u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq, kif ukoll il-provvista ta' programmi ta' taħriġ vokazzjonali u professjonali biex jiġu mħeġġa u promossi l-kwalità tal-prodott, it-traċċabilità u s-sikurezza tal-ikel u inizjattivi ta' riċerka u żvilupp.

    Emenda  75

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt (fa) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (fa) il-promozzjoni, fost il-konsumaturi, tal-ispeċijiet b'valur nutrittiv apprezzabbli li bħalissa mhumiex kummerċjabbli u li jinkisbu minn stokkijiet ta' ħut sani;

    Emenda  76

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt (d)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d) huwa konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fil-Kapitolu VI;

    (d) huwa konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fil-Kapitolu V;

    Ġustifikazzjoni

    Ir-regoli tal-kompetizzjoni huma koperti fil-Kapitolu V mhux fil-Kapitolu VI.

    Emenda  77

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt (e)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) jista' ma jkollux pożizzjoni dominanti f’suq partikolari ħlief jekk dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-Artikolu 39 tat-Trattat.

    imħassar

    Emenda  78

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt (ea) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) jagħtu evidenza tat-trasparenza fir-rigward tad-dettalji tas-sħubija, il-governanza u s-sors tal-finanzjament tagħhom,

    Emenda  79

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għar-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi.

    Emenda  80

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1b (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 għandhom jitqiesu bħala rikonoxxuti skont dan ir-Regolament.

    Ġustifikazzjoni

    Is-sitwazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jeżistu diġà għandha tiġi kkunsidrata.

    Emenda  81

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1c (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Għandhom jittieħdu miżuri sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni rappreżentattiva tas-sajd fuq skala żgħira fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    Emenda  82

    Proposta għal regolament

    Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) jirrappreżenta sehem sinifikanti talanqas ta' tnejn mill-attivitajiet li ġejjin f'żona/i partikulari: produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u pproċessar ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jew prodotti pproċesstati minn prodotti tas-sajd u l-akkwakultra;

    (a) jirrappreżenta, f'żona/i partikulari, sehem mill-produzzjoni, ipproċessar jew kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura jew prodotti pproċessati minn prodotti tas-sajd u l-akkwakultura li qed jinqabdu minn bastimenti tal-Unjoni jew qed jiġu akkwakultivati fl-Istati Membri;

    Emenda  83

    Proposta għal regolament

    Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1a) Organizzazzjonijiet interprofessjonali eżistenti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu jistgħu wkoll ikunu rikonoxxuti, anke jekk stabbiliti b'att eżekuttiv jew bl-użu tal-liġi;

    Emenda  84

    Proposta għal regolament

    Artikolu 19 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki f'intervalli regoli biex jiżguraw jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonformawx mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati fl-Artikoli 17 u 18, u għandhom fejn xieraq, jirtiraw ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn diversi oqsma.

    L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki f'intervalli regoli biex jiżguraw jekk l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkonformawx mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent stipulati fl-Artikoli 17 u 18, u għandhom fejn xieraq, jirtiraw ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew minn diversi oqsma.

    Emenda  85

    Proposta għal regolament

    Artikolu 20 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri li għandhom ċittadini li huma membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u dawk l-Istati Membri li jospitaw il-kwartieri ġenerali uffiċjali ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti, għandhom jistabbilixxu, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri rilevanti, il-kooperazzjoni ammistrattiva meħtieġa biex jitwettqu l-verifiki fuq l-attivitajiet tal-organizzazzjoni jew tal-assoċjazzjoni konċernata.

    L-Istati Membri li għandhom ċittadini li huma membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi, assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjoni interprofessjonali fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u dawk l-Istati Membri li jospitaw il-kwartieri ġenerali uffiċjali ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti, għandhom jistabbilixxu, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri rilevanti, il-kooperazzjoni ammistrattiva meħtieġa biex jitwettqu l-verifiki fuq l-attivitajiet tal-organizzazzjoni jew tal-assoċjazzjoni konċernata.

    Emenda  86

    Proposta għal regolament

    Artikolu 20a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 20a

     

    Kunsill konsultattiv reġjonali għar-reġjuni l-iktar imbiegħda

     

    B'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-prinċipji tar-reġjonalizzazzjoni u s-sussidjarjetà, għandu jiġi stabbilit Kunsill Konsultattiv Reġjonali għar-Reġjuni l-Iktar Imbiegħda bil-għan li jkun żgurat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema u b'kunsiderazzjoni tan-natura sensittiva tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom.

    Emenda  87

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Komunikazzjoni lill-Kummissjoni,

    Komunikazzjoni lill-Kummissjoni u pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    Emenda  88

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, b'mezzi elettroniċi, kwalunkwe deċiżjoni biex jingħata jew jiġi rtirat ir-rikonoxximent.

    Il-Kummissjoni fil-bidu ta' kull sena għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fis-sena preċedenti u tal-organizzazzjonijiet li tneħħielhom ir-rikonoxximent matul dik is-sena.

    Emenda  89

    Proposta għal regolament

    Artikolu 23 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki u tista' meta jkun xieraq, titlob li l-Istati Membri jirtiraw ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet minn diversi oqsma, sabiex tiżgura konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulati fl-Artikoli 17 u 18.

    Il-Kummissjoni għandha twettaq verifiki u għandha meta jkun xieraq, titlob li l-Istati Membri jirtiraw ir-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet minn diversi oqsma, sabiex tiżgura konformità mal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali stipulati fl-Artikoli 17 u 18.

    Emenda  90

    Proposta għal regolament

    Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 sabiex tistabbilixxi regoli li jistgħu jikkonċernaw it-tħaddim intern ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali, ir-regoli ta' assoċjazzjoni tagħhom, id-dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji, l-obbligi għall-membri tagħhom u l-infurzar tal-infurzar tar-regoli tagħhom anke penalitajiet;

    Ġustifikazzjoni

    Id-deċiżjonijiet li jiġu emendati jew supplimentati l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent m'għandhomx ikunu kwistjoni ta' atti delegati.

    Emenda  91

    Proposta għal regolament

    Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) temenda jew tissupplimenta l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent imsemmija fl-Artikoli 17 u 18. Dawk ir-regoli jistgħu jikkonċernaw it-tħaddim intern ta' organizzazzjoni ta' produtturi jew organizzazzjonijiet minn diversi oqsma, ir-regoli ta' assoċjazzjoni, dispożizzjonijiet finanzjarji u baġitarji, obbligi għall-membri tagħhom u l-infurzar tal-applikazzjoni tar-regoli tagħhom inkluż penali;

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Riżultat tal-kliem ġodda użati għall-parti introduttorja tal-Artikolu 24.

    Emenda  92

    Proposta għal regolament

    Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt (b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) jistabbilixxu regoli dwar il-frekwenza, il-kontenut u l-metodi prattiċi tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri skont l-Artikoli 20 u 21.

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu parti mill-Artikolu 25 li jittratta atti implimentattivi.

    Emenda  93

    Proposta għal regolament

    Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt (b a) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) l-istabbiliment tar-regoli dwar il-frekwenza, il-kontenut u l-metodi prattiċi tal-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 20.

    Ġustifikazzjoni

    Dan hu riżultat tat-tħassir tal-punt (b) tal-Artikolu 24, peress li jinħass li dawn id-deċiżjoijiet jappartjenu għall-atti implimentattivi.

    Emenda  94

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi

    Estensjoni tar-regoli ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u ta' assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi

    Emenda  95

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Stat Membru jista' jeżiġi li r-regoli miftiehma f'organizzazzjoni tal-produtturi jsiru vinkolanti għal produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni u li jbiegħu kwalunkwe prodott fiż-żona li fiha l-organizzazzjoni tal-produtturi hija rrapreżentata bil-kundizzjoni li:

    1. Stat Membru jista' jeżiġi li r-regoli miftiehma f'organizzazzjoni tal-produtturi jew f'assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jsiru vinkolanti għal produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni u li jbiegħu kwalunkwe prodott fiż-żona li fiha l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi hija rrapreżentata bil-kundizzjoni li:

    Emenda  96

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) l-organizzazzjoni tal-produtturi hija kkunsidrata li tirrappreżenta l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru wieħed u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

    (a) l-organizzazzjoni tal-produtturi jew l-assoċjazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi hija kkunsidrata li tirrappreżenta l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, inkluż, fejn ikun rilevanti, is-setturi fuq skala żgħira u artiġjanali, fi Stat Membru wieħed u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

    Emenda  97

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt (b a) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) jiġu mħarsa r-regoli li jmexxu l-kompetizzjoni ħielsa bejn l-impriżi.

    Ġustifikazzjoni

    Huwa importanti li jiġi żgurat li kwalunkwe miżura li taffettwa l-produtturi li ma jagħmlux parti minn organizzazzjoni ma tirrestrinġix l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni ħielsa bejn l-impriżi.

    Emenda  98

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas 65 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi r-regoli.

    2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas 30 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi r-regoli.

    Emenda  99

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(a) organizzazzjoni tal-produtturi tas-sajd titqies bħala rappreżentattiva meta tkun responsabbli għal talanqas 40 % tal-kwantitajiet ikkummerċjalizzati tal-prodott rilevanti matul is-sena ta' qabel fiż-żona fejn huwa propost li jiġu estiżi r-regoli.

    imħassar

    Emenda  100

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. Ir-regoli li se jiġu estiżi għal dawk li mhumiex membri għandhom japplikaw għal perjodu ta' bejn 90 jum u 12-il xahar.

    4. Ir-regoli li se jiġu estiżi għal dawk li mhumiex membri għandhom japplikaw għal perjodu ta' bejn 30 jum u 12-il xahar.

    Emenda  101

    Proposta għal regolament

    Artikolu 29 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma beħsiebhom jagħmlu vinkolanti għall-produtturi jew l-operaturi kollha f’żona speċifika jew f'żoni speċifiċi skont l-Artikoli 26 u 27.

    1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar ir-regoli li huma jiddeċiedu li jagħmlu vinkolanti għall-produtturi jew l-operaturi kollha f’żona speċifika jew f'żoni speċifiċi skont l-Artikoli 26 u 27.

    Emenda  102

    Proposta għal regolament

    Artikolu 29 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Fi żmien xahrejn minn meta l-Kummissjoni tirċievi n-notifika, għandha tieħu deċiżjoni tawtorizzax jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni għall-estensjoni tar-regoli u għandha tinforma lill-Istati Membri. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni fil-perjodu ta' xahrejn, l-estensjoni tar-regoli titqies li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni.

    3. Fi żmien ħmistax-il ġurnata minn meta l-Kummissjoni tirċievi n-notifika, għandha tieħu deċiżjoni tawtorizzax jew tirrifjutax l-awtorizzazzjoni għall-estensjoni tar-regoli u għandha tinforma lill-Istati Membri. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni fil-perjodu ta' ħmistax-il ġurnata, l-estensjoni tar-regoli titqies li ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni.

    Emenda  103

    Proposta għal regolament

    Artikolu 32 − paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tissottometti pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3.

    1. Skont il-linji gwida irċevuti mill-Kummissjoni, kull organizzazzjoni tal-produtturi għandha tressaq pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 3, 7 u 10.

    Emenda  104

    Proposta għal regolament

    Artikolu 32 − paragrafu 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5. L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki biex jiżguraw li kull organizzazzjoni ta' produtturi twettaq l-obbligi previsti f'dan l-Artikolu.

    5. L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki biex jiżguraw li kull organizzazzjoni tal-produtturi twettaq l-obbligi previsti f'dan l-Artikolu; sejba ta' nonkonformità tista’ tirriżulta fl-irtirar ta’ rikonoxximent.

    Emenda  105

    Proposta għal regolament

    Artikolu 35 - paragrafu 1 - frażi introduttiva

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-organizzazzjonijiet ta' produtturi jistgħu jiffinanzjaw il-ħżin ta' prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, sakemm:

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jikkofinanzjaw il-ħżin ta' prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, sakemm:

    Ġustifikazzjoni

    Il-kofinanzjament ta' intervent tal-FEMS huwa meqjus bħala importanti.

    Emenda  106

    Proposta għal regolament

    Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt (da) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (da) il-perjodu minimu u dak massimu għall-iffinanzjar tal-ħżin ta' prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jiġu stipulati b'mod ċar.

    Emenda  107

    Proposta għal regolament

    Artikolu 36 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Qabel il-bidu ta' kull sena, kull organizzazzjoni tal-produtturi tista' tagħmel individwalment proposta għal prezz li jiskatta l-mekkaniżmu tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 35 għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II.

    1. Qabel il-bidu ta' kull sena, kull organizzazzjoni tal-produtturi tista' tagħmel individwalment proposta għal prezz li jiskatta l-mekkaniżmu tal-ħżin imsemmi fl-Artikolu 35 għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II, kif ukoll għall-prodotti tal-akkwakultura.

    Emenda  108

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu -1 (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    -1. Il-ħolqien, ir-ristrutturar u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet biex jittejbu l-istandards tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd.

    Ġustifikazzjoni

    Hu importanti li jingħataw inċentivi għall-ħolqien ta' pjanijiet sabiex jittejbu l-istandards tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u sabiex dawn jiġu segwiti.

    Emenda  109

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Kull organizzazzjoni tal-produtturi tista' toħloq fond kollettiv, li għandu jintuża biss biex jiffinanza l-miżuri li ġejjin:

    Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd jista' jintuża biex jiffinanzja l-miżuri li ġejjin:

    Ġustifikazzjoni

    Il-proposti l-ġodda tal-PKS u tal-Kummissjoni jirrikonoxxu r-rwol ċentrali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-ilħiq tal-objettivi taż-żewġ proposti u dan jerġa’ jitfa’ ammont konsiderevoli ta' iktar responsabilità u piż tax-xogħol fuq l-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Fid-dawl ta' dan, hu essenzjali li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex ikopru l-ispejjeż tal-pjanijiet ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni u għall-għajnuna għall-ħżin.

    Emenda  110

    Proposta għal regolament

    Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a. Il-finanzjament tal-istrumenti msemmija fl-OKS, inkluż il-Fond Kollettiv, għandu jiġi stabbilit permezz tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, mingħajr preġudizzju għar-rati ta' kofinanzjament stipulati.

    Ġustifikazzjoni

    Ir-rabta bejn l-OKS u l-FEMS teħtieġ li tiġi stabbilita.

    Emenda  111

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Jistgħu jiġu stabbiliti standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I intenzjonati għal konsum mill-bniedem.

    1. Jistgħu jiġu stabbiliti standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness I, irrispettivament mill-oriġini tagħhom (mill-Unjoni jew importati) intenzjonati għal konsum mill-bniedem.

    Emenda  112

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni li jqisu l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u b'konformità mad-daqsijiet ta' referenza tal-konservazzjoni għall-prodotti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd;

    (a) daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni li jqisu l-aħjar parir xjentifiku disponibbli u b'konformità mad-daqsijiet ta' referenza tal-konservazzjoni għall-prodotti tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd;

    Ġustifikazzjoni

    Korrezzjoni ta' żball fit-test tal-Kummissjoni peress li jrid jgħid l-Artikolu 15(2) tar-Regolament dwar is-Politika Komuni tas-Sajd.

    Emenda  113

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt (a a) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa) klassifikazzjoni skont il-kwalità, id-daqs jew il-piż, kif ukoll skont il-preżentazzjoni;

    Emenda  114

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Il-prodotti li għalihom ikunu ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fl-Unjoni għal konsum mill-bniedem skont dawk l-istandards.

    1. Il-prodotti li għalihom ikunu ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fl-Unjoni skont dawk l-istandards. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll għall-prodotti kollha importati tas-sajd u tal-akkwakultura.

    Emenda  115

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Il-prodotti tas-sajd kollha li jinħattu l-art, inkluż dawk li mhumiex konformi mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jitqassmu bla ħlas lill-istituzzjonijiet filantropiċi jew karitatevoli stabbiliti fl-Unjoni jew lill-persuni li huma rikonoxxuti bil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat bħala li huma intitolati għall-assistenza pubblika.

    3. Il-prodotti tas-sajd kollha li jinħattu l-art, inkluż dawk li mhumiex konformi mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jintużaw bħala lixka, kif ukoll bħala smida tal-ħut, żejt tal-ħut jew ikel tal-annimali ta’ kumpanija. Min iniżżel dawn il-prodotti l-art għandu jkun eliġibbli għar-rimborż ta’ proporzjon mill-valur ta’ dawn il-prodotti tas-sajd. Kwalunkwe qligħ għandu jmur f'fond nazzjonali jew transnazzjonali li jintuża għall-kontroll u s-sorveljanza, il-ġbir tad-data u r-riċerka xjentifika. Il-valur tar-rimborż għandu jinżamm f'tali livell li, fl-ebda każ, ma joħloq suq ġdid għall-ħut li jinqabad żgħir u qabdiet oħra ta’ hut inċidentali.

    Emenda  116

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 40a

     

    Sabiex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta fis-suq tal-Unjoni, il-prodotti importati għandhom jissodisfaw eżattament l-istess standards tas-saħħa u tal-iġjene mitluba għall-prodotti tal-Unjoni u għandhom ikunu suġġetti għall-istess kontrolli, inkluża t-traċċabilità totali. Ir-rigorożità tal-kontrolli mwettqa kemm fil-fruntieri kif ukoll fil-punti ta' oriġini għandha tkun tali li tiggarantixxi l-osservanza xierqa ta' dawn ir-rekwiżiti.

    Emenda  117

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq b'indikazzjoni ta':

    1. Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini ġeografika tagħhom, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq fejn ikun hemm inkluż it-tagħrif dwar l-ikel mandatorju speċifikat fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

     

    1a. Il-marka jew it-tikketta għandha tindika wkoll dan li ġej:

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li ssir referenza għar-Regolament (UE) Nru 1169/2011, li hu r-Regolament ġenerali dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi.

    Emenda  118

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt (c)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) iż-żona fejn il-prodott inqabad jew trabba.

    (c) stokkijiet speċifiċi ta' ħut u ż-żona fejn il-prodott inqabad jew trabba.

    Emenda  119

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt (d)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d) id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura;

    (d) Għal prodotti li għandhom jinbiegħu friski, id-data tat-tniżżil l-art tal-prodotti tas-sajd jew tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura;

    Emenda  120

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt (e)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) jekk il-prodott hux frisk jew kienx iddifrostjat.

    (e) il-kliem "prodott iddifrostjat" għall-prodotti ffriżati li jitqiegħdu direttament għall-bejgħ bħala prodotti friski, kif muri minn gradazzjoni ta’ kontroll tal-kwalità, mingħajr preġudizzju għall-Annessi V u VI tar-Regolament 1169/2011 u l-Artikolu 68 (3) u (4) tar-Regolament 404/2011;

    Emenda  121

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-partijiet (h) u (i) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, jistgħu jiġu offruti biss għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq b'indikazzjoni ta':

    imħassar

    (a) l-indikazzjoni kummerċjali tal-ispeċi;

     

    (b) il-metodu ta' produzzjoni, partikularment bil-kliem li ġej "...maqbud..." jew "...maqbud f'ilma frisk ..." jew "...imrobbi...";

     

    (c) iż-żona fejn il-prodott inqabad jew trabba.

     

    Ġustifikazzjoni

    Il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura taħt l-intestaturi 1604 u 1605 huma prodotti mħallta li fihom ikun hemm ingredjenti oħrajn minbarra l-ħut. Ma hemm l-ebda raġuni għall-estensjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għal prodotti pproċessati li minnhom il-ħut jista’ jkun wieħed biss minn għadd ta’ ingredjenti.

    Emenda  122

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 4 – punt (ca) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

    Emenda  123

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 42a

     

    Rappurtar tal-ekotikkettjar

     

    Wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni, mill-1 ta' Jannar 2015, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta, għall-istabbiliment ta' skema ta' ekotikketti għall-prodotti tas-sajd għall-Unjoni kollha. Ir-rapport se jeżamina r-rekwiżiti minimi potenzjali għall-kisba ta’ approvazzjoni għall-użu ta’ dawn l-ekotikketti.

    Emenda  124

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) l-isem xjentifiku għal kull speċi skont is-Sistema ta' Informazzjoni FishBase;

    (a) l-isem xjentifiku għal kull speċi;

    Ġustifikazzjoni

    Is-sistema FishBase tapplika biss għall-ħut. Il-Kummissjoni għandha tipproponi sistema li tinkludi wkoll molluski u krustaċji.

    Emenda  125

    Proposta għal regolament

    Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt (c)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) fejn applikabbli, kwalunkwe isem jew ismijiet oħra aċċettati jew permessi lokalment jew reġjonalment.

    (c) fejn applikabbli, minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), kwalunkwe isem jew ismijiet oħra aċċettati jew permessi lokalment jew reġjonalment.

    Emenda  126

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Indikazzjoni taż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni

    Indikazzjoni taż-żona tal-qabda, tat-trobbija jew tal-kultivazzjoni

    Emenda  127

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-indikazzjoni taż-żona tal-qabda jew tal-produzzjoni skont l-Artikolu 42(1)(c) u 2(c) għandha tkun tikkonsisti f'dan li ġej:

    1. L-indikazzjoni tal-provenjenza tal-prodott, jiġifieri fejn inqabad jew trabba, skont l-Artikolu 42(1)(c) u 2(c) għandha tkun tikkonsisti f'dan li ġej:

    Ġustifikazzjoni

    Id-dettalji taż-żona tas-sajd tal-FAO ma jipprovdux lill-konsumaturi b’informazzjoni adegwata dwar il-provenjenza tal-prodotti maqbuda fil-baħar. Peress li, meta jixtru prodotti tas-sajd jew l-akkwakultura, il-konsumaturi forsi jkunu jixtiequ jiffavorixxu l-prodotti ta’ ‘provenjenza’ mill-UE, għal raġunijiet ta’ kwalità (il-kwalità tal-prodott innifsu jew il-kundizzjonijiet li fihom inqabad) jew sabiex jappoġġaw lill-operaturi tal-UE, għandhom jingħataw ukoll dettalji dwar jekk il-prodott partikolari nqabadx barra jew fl-ibħra tal-UE u dwar l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qabdu.

    Emenda  128

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar, l-isem ta' waħda miż-żoni, is-subżoni jew id-diviżjonijiet elenkati fiż-Żoni tas-Sajd tal-FAO;

    (a) fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar, l-isem ta' waħda miż-żoni, is-subżoni jew id-diviżjonijiet elenkati fiż-Żoni tas-Sajd tal-FAO, inklużi l-indikazzjoni ġeografika u kostali tagħhom, espressi f’termini li jifhmu l-konsumaturi;

    Emenda  129

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt (a a) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa) dettalji dwar jekk il-prodotti nqabdu fl-ibħra tal-Unjoni jew f’ibħra oħrajn;

    Ġustifikazzjoni

    Id-dettalji taż-żona tas-sajd tal-FAO ma jipprovdux lill-konsumaturi b’informazzjoni adegwata dwar il-provenjenza tal-prodotti maqbuda fil-baħar. Peress li, meta jixtru prodotti tas-sajd jew l-akkwakultura, il-konsumaturi forsi jkunu jixtiequ jiffavorixxu l-prodotti ta’ ‘provenjenza’ mill-UE, għal raġunijiet ta’ kwalità (il-kwalità tal-prodott innifsu jew il-kundizzjonijiet li fihom inqabad) jew sabiex jappoġġaw lill-operaturi tal-UE, għandhom jingħataw ukoll dettalji dwar jekk il-prodott partikolari nqabadx barra jew fl-ibħra tal-UE u dwar l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qabdu.

    Emenda  130

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt (ab) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ab) dettalji tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qabad il-prodotti;

    Ġustifikazzjoni

    Id-dettalji taż-żona tas-sajd tal-FAO ma jipprovdux lill-konsumaturi b’informazzjoni adegwata dwar il-provenjenza tal-prodotti maqbuda fil-baħar. Peress li, meta jixtru prodotti tas-sajd jew l-akkwakultura, il-konsumaturi forsi jkunu jixtiequ jiffavorixxu l-prodotti ta’ ‘provenjenza’ mill-UE, għal raġunijiet ta’ kwalità (il-kwalità tal-prodott innifsu jew il-kundizzjonijiet li fihom inqabad) jew sabiex jappoġġaw lill-operaturi tal-UE, għandhom jingħataw ukoll dettalji dwar jekk il-prodott partikolari nqabadx barra jew fl-ibħra tal-UE u dwar l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li qabdu.

    Emenda  131

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt (b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu, referenza għall-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-oriġini tal-prodott;

    (b) fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fl-ilma ħelu, referenza għall-korp tal-ilma tal-oriġini fl-Istat Membru jew il-pajjiż terz tal-oriġini tal-prodott;

    Emenda  132

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Barra mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jindikaw żona ta' qbid jew produzzjoni aktar preċiża.

    2. Barra mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-operaturi jistgħu jindikaw żona ta' qbid jew produzzjoni aktar preċiża, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

    Emenda  133

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Barra mill-informazzjoni obbligatorja meħtieġa skont l-Artikolu 42, tista' tingħata l-informazzjoni li ġejja fuq bażi volontarja:

    1. Barra mill-informazzjoni obbligatorja meħtieġa skont l-Artikolu 42, tista' tingħata l-informazzjoni li ġejja fuq bażi volontarja, bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata b’mod ċar u mhux ambigwu:

    Emenda  134

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1a) id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew id-data tal-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura;

    Emenda  135

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt (ea) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) informazzjoni rigward il-port fejn jitniżżel il-prodott.

    Emenda  136

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt (eb) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (eb) id-data tal-qabda tal-prodotti tas-sajd jew il-ħsad tal-prodotti tal-akkwakultura li mhuex neċessarju li juru din l-informazzjoni skont l-Artikolu 42;

    Emenda  137

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 2a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a. L-informazzjoni volontarja li ma tistax tiġi verifikata ma għandhiex tkun inkluża.

    Ġustifikazzjoni

    Għandu jkun żgurat li l-informazzjoni kollha disponibbli għall-konsumatur tkun veritabbli.

    Emenda  138

    Proposta għal regolament

    Artikolu 46

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 46

    imħassar

    Atti delegati

     

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 50 sabiex

     

    a) tissupplimenta jew temenda r-rekwiżiti obbligatorji tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 42(1), 42(2), 43 u 44, filwaqt li tiżgura li l-informazzjoni obbligatorjia tingħata b'mod preċiż u trasparenti;

     

    b) tistabbilixxi kriterji minimi għall-informazzjoni volontarja mogħtija mill-operaturi msemmija fl-Artikolu 45(1), waqt li tiżgura li l-kundizzjonijiet għall-wiri tal-informazzjoni volontarja huma preċiżi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

     

    Ġustifikazzjoni

    Hu meqjus li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 42 sa 45 ma għandhiex tkun koperta mill-atti delegati.

    Emenda  139

    Proposta għal regolament

    Artikolu 49 - paragrafu 1 - punt (a)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) tiġbor, tanalizza u tqassam għarfien u fehim ekonomiku tas-suq tal-Unjoni għal prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista, waqt li tqis il-kuntest internazzjonali;

    (a) tipprovdi appoġġ finanzjarju u prattiku lil organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jinħolqu bażijiet tad-data/swieq elettroniċi fuq skala nazzjonali għal koordinament tal-informazzjoni aħjar bejn l-operaturi u dawk li jipproċessaw fis-swieq.

    Ġustifikazzjoni

    L-informazzjoni miġbura fuq VMS u e-logs għandha tiġi sfruttata u tintuża flimkien ma’ data oħra disponibbli biex jittejbu l-opportunitajiet tas-suq għas-settur. Applikazzjonijiet oħrajn ta’ teknoloġija ġdida għandhom ikunu kkunsidrati f'dan il-kuntest, bħal pereżempju s-sistema ‘swipe-card’ li tintuża minn bastimenti tas-sajd f'Galicia.

    Emenda  140

    Proposta għal regolament

    Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt (b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) tistħarreġ il-prezzijiet regolarment għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista tal-Unjoni u tmexxi l-analiżi tax-xejriet tas-suq;

    (b) tistħarreġ il-prezzijiet regolarment għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista tal-Unjoni u tmexxi l-analiżi tax-xejriet tas-suq, u tippubblika r-riżultati ta' dawn l-inkjesti u l-analiżi;

    Emenda  141

    Proposta għal regolament

    Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt (c b) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (cb) timpenja ruħha biex tippjana kampanja madwar l-Unjoni sabiex tiżgura li l-konsumaturi jkunu konxji tal-varjetà kbira ta’ speċijiet tal-ħut li jitniżżel fil-portijiet Ewropej, biex tinforma liċ-ċittadini tal-Unjoni bil-perjodi differenti meta ċerti speċijiet ikunu fl-istaġun tagħhom, flimkien ma' kampanji promozzjonali li jirrigwardaw l-intruduzzjoni tal-miżuri tal-ittikkettar il-ġodda;

    Ġustifikazzjoni

    Bosta konsumaturi mhumiex konxji dwar it-tużżani ta’ speċijiet li jitniżżlu fil-portijiet Ewropej. Jeħtieġ li jiġu mħeġġa jixtru speċijiet differenti sabiex jikkontribwixxu għall-prattiki tas-sajd iktar sostenibbli, u jistabilizzaw il-prezzijiet tal-ħut. Jeħtieġ ukoll li l-konsumaturi jkunu konxji li ċertu ħut hu soġġett għall-fatturi staġjonali. Hemm bżonn ta’ kampanja, bl-istess mod li l-konsumaturi ġew infurmati dwar id-disponibbiltà staġjonali tal-frott u l-ħaxix dawn l-aħħar snin.

    Emenda  142

    Proposta għal regolament

    Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt (c d) (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (cd) timpenja ruħha wkoll biex fl-iskejjel primarji u sekondarji madwar l-Unjoni, il-kampanji tal-informazzjoni jitwettqu sabiex ċittadini iżgħar u l-għalliema tagħhom ikunu konxji dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-ħut, u dwar il-varjetà enormi ta’ speċijiet ta’ ħut li hi disponibbli għall-konsum;

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li t-tfal jiġu mgħallma dwar l-importanza tal-ħut fid-dieta tagħhom minn età żgħira. Jeħtieġ ukoll li jsiru konxji li d-drawwiet ta' xiri tagħhom jistgħu jkollhom impatt fuq żoni tas-sajd iktar sostenibbli fil-futur.

    Emenda  143

    Proposta għal regolament

    Artikolu 49 – paragrafu 2 – punt (b)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) tagħmel l-informazzjoni dwar is-suq disponibbli fil-livell adegwat għal partijiet interessati.

    (b) tagħmel l-informazzjoni adegwata dwar is-suq disponibbli għall-partijiet interessati kollha, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' din l-informazzjoni għall-konsumaturi b'mod aċċessibbli u li jinftiehem.

    Ġustifikazzjoni

    M’hemmx biżżejjed informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-produzzjoni tal-ħut u l-fatturi li jinfluwenzaw iż-żoni tas-sajd sostenibbli. Jeħtieġ li l-konsumaturi jkollhom is-setgħa bl-informazzjoni jekk għandhom ikunu kapaċi jużaw id-drawwiet tax-xiri tagħhom biex jikkontribwixxu għal organizzazzjoni tas-suq imtejba.

    Emenda  144

    Proposta għal regolament

    Artikolu 52a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 52a

     

    Miżuri transizzjonali

     

    Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu IV, il-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u l-ippakkjar tagħhom, immarkat jew ittikkettat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu kkumerċjalizzati u jinbiegħu sakemm jispiċċaw l-istokkijiet li jkun fadal.

    Ġustifikazzjoni

    Hemm ħtieġa għal miżuri transizzjonali li jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ttikkettati skont ir-regoli eżistenti, sabiex jiġu evitati spejjeż addizzjonali għall-industrija.

    Emenda  145

    Proposta għal regolament

    Artikolu 54

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummmissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolalment qabel tmiem l-2022.

    Il-Kummmissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament qabel tmiem l-2019.

    Ġustifikazzjoni

    L-iskadenza għall-proċedura ta’ rieżami hija twila wisq, 5 snin huma aktar raġonevoli.

    Emenda  146

    Proposta għal regolament

    Artikolu 55 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 32, 35 u 36, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014. Id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni tal-konsumatur stipulati fl-Artikolu 42 għandhom japplikaw skont id-dati tad-dħul fis-seħħ stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011.

    Ġustifikazzjoni

    Id-dati tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-informazzjoni tal-konsumatur għandhomjaħbtu ma’ dawk stipulati fir-Regolament 1169/2011.

    Emenda  147

    Proposta għal regolament

    Anness I – Reġistrazzjonijiet ġodda li għandhom jiddaħħlu/jiġu miżjuda

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    smida tal-ħut,

     

    tonn maħsub għall-ipproċessar,

     

    speċijiet tal-akkwakultura mniżżla fl-Anness V tar-Regolament 104/2000,

     

    l-ispeċijiet Sprattus sprattus u Coryphaena hippurus, imniżżla fl-Anness IV tar-Regolament 104/2000

    Emenda  148

    Proposta għal regolament

    Anness II – Reġistrazzjonijiet ġodda li għandhom jiddaħħlu/jiġu miżjuda

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    03026999 Rebekkin skur (Raja spp, Amblyraja spp u Leucoraja spp)

     

    03028410 Spnott Ewropew (Dicentrarchus labrax)

    Ġustifikazzjoni

    Ċerti speċijiet tar-Rebekkin skur, bħal-Leucorajas, għandhom valur kummerċjali, u għandhom għalhekk jiġu inklużi fl-Anness II. L-ispnott Ewropew għandu wkoll valur kummerċjali u għandu jiddaħħal fl-anness, sabiex, fost affarijiet oħra, jikkwalifika għall-għajnuna tal-ħżin.

    Emenda  149

    Proposta għal regolament

    Anness II – Reġistrazzjonijiet ġodda li għandhom jiddaħħlu/jiġu miżjuda

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

     

     

    Pixxitrombetta (Caproidae)

     

    Laċċa kaħla (Sprattus Sprattus)

     

    Barbun imperjali (Psetta Maxima)

     

    Spnott (Dicentrarchus Labrax)

     

    Arġentina (Argentina Silus)

     

    Għaġuża (Maja Brachydactela)

     

    Awwista (Homarus Gammarus)

    Ġustifikazzjoni

    Dawn huma speċijiet kummerċjali li għandhom jiddaħħlu fi ħdan l-ambitu tal-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni.

    Emenda  150

    Proposta għal regolament

    Anness 2 – Reġistrazzjonijiet ġodda li għandhom jiddaħħlu/jiġu miżjuda

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    0307 31 10 Mollusk Ewropew (Mytilus spp.)

    • [1]  ĠU C …, …, p. .
    • [2]  ĠU C …, …, p. .

    NOTA SPJEGATTIVA

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq (OKS) hija l-ewwel komponent tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) u ilha fis-seħħ mill-1970. Il-qafas regolatorju ta’ llum huwa msawwar mir-Regolament (KE) 104/2000[1], li għandu jinbidel bil-proposta leġiżlattiva, adottata mill-Kummissjoni f’Lulju 2011[2], li hija s-suġġett ta’ dan l-abbozz ta’ rapport. Fiż-żewġ Dokumenti ta’ Ħidma preċedenti tiegħi ppreżentati fil-Kumitat għas-Sajd f’Diċembru 2011 u f’Jannar 2012 (DT-PE478.522 u DT-PE480.565) jien enfasizzajt il-kwistjonijiet ewlenin involuti u l-għanijiet li għandhom jinkisbu għall-OKS futur fil-qafas ta' Politika Komuni tas-Sajd verament riformata. Kien hemm enfasi speċjali fuq ir-rwol u l-għanijiet futuri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi (POs). Introdotti biex joħolqu bilanċ għall-poteri tal-bejjiegħa bl-imnut, il-POs sa issa kienu effettivi biex jiżguraw prezzijiet realistiċi għall-qabdiet li tniżżlu l-art mill-membri tagħhom, iżda fil-ġejjieni jeħtiġilhom li jingħataw l-għodda adattatabiex ikunu jistgħu jirregolaw l-attività tal-membri tagħhom b'mod aktar effettiv. Fil-fehma tar-rapporteur tagħkom, il-POs għandu jkollhom rwol aktar importanti fil-ġestjoni ta’ kuljum tas-sajd taħt sistema aktar reġjonalizzata. It-tisħiħ u l-vijabbiltà ekonomika tal-POs eżistenti huma daqstant importanti. Il-kriterji għandhom ikunu definiti b'mod ċar fir-rigward tan-numru minimu ta' membri u l-kriterji għar-rikonixximent formali tal-POs għandhom ikunu msaħħa sabiex jinkoraġixxuhom biex ikunu kbar biżżejjed ħalli jkunu ta’ relevanza fis-suq.   Fejn hu possibli, il-holqien ta’ POs transnazzjonali għandu jkun imħeġġeġ. Dawn għandhom ikunu meqjusa bħala sħubiji bejn il-POs biex jipproduċu regoli komuni u vinkolanti u sabiex jipprovdu kundizzjonijiet ekwi għal dawk kollha mdaħħla fis-sajd. Il-flessibbiltà għandha tkun permessa sabiex il-POs ikunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji tal-kompetizzjoni. L-internazzjonalizzazzjoni tal-POs jew il-ħolqien ta’ assoċjazzjonijiet transnazzjonali għandhom ikunu promossi, għaliex jippermettu lill-impriżi jsiru aktar kompetittivi fuq skala internazzjonali. Il-POs għandu jkollhom rwol definit tajjeb fi kwalunkwe strateġija li tfittex li tnaqqas l-iskartar tal-ħut. Il-POs għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jistabbilixxu u jimplimentaw l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni fi ħdan qafas bażiku stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea.

    L-OKS futura għandha wkoll tikkontribwixxi b’mod pożittiv għal żvilupp dinamiku tas-settur tal-akkwakultura tal-UE, sabiex tintlaħaq aħjar id-domanda Ewropea għall-ħut li dejjem qed tikber f'sitwazzjoni ta' stokkijiet ta' ħut selvaġġ li dejjem qed jonqsu. POs tal-akkwakultura għandhom jingħataw aċċess għal miżuri ta’ għodda biex jiġu faċilitati azzjonijiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni fil-livell nazzjonali u internazzjonali u biex jipprovdu lill-membri tagħhom b’valur miżjud.

    L-użu ta’ teknoloġija moderna biex jittejjeb il-ġbir tat-tagħrif tas-suq (pereżempju bil-ħolqien ta’ swieq elettroniċi, kummerċjalizzazzjoni onlajn u irkant jew sistemi ‘swipe-card’ mal-moll) għandu jkun promoss fil-qafas tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd futur. Hemm ukoll lokli tintuża teknoloġija moderna biex tgħaqqad is-swieq elettroniċi madwar l-UE mal-'e-logs’ u mas-sistemi VMS. F’sistema bħal din, il-POs jistgħu jżommu tagħrif komprensiv ta’ dak li qed jiġi maqbud u fejn u kemm ħut huwa mistenni li jitniżżel l-art f’liema portijiet, u f’liema ħinijiet. L-osservatorju tas-suq tal-UE jista' jkollu wkoll rwol ewlieni f'dan ir-rigward.

    Il-mekkaniżmu ta’ intervent tas-suq tal-UE li ġie propost huwa limitat għal sistema ta’ hażna waħda biss. Madankollu, kwalunkwe sistema li qed tinterferixxi fis-suq liberu għandha tiġi trattata b’attenzjoni kbira u tirrikjedi li tiġi implimentata fuq bażi ta' kooperazzjoni bejn il-POs kollha, biex b'hekk tippermetti l-ogħla livell ta’ flessibbiltà possibbli.

    It-tikketjar jikkostitwixxi kwistjoni ewlenija oħra f’dan l-abbozz ta' rapport. Il-konsumaturi għandhom id-dritt għal informazzjoni aħjar u li tinftiehem dwar il-prodott tas-sajd li jixtru, biex b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata. Ir-rapporteur tagħkom jipproponi li d-data tat-tniżżil l-art għandha tkun obbligatorja u d-data tal-qabda għandha tkun volontarja. Madankollu, prodotti iffriżati taħt il-punt a) tal-Anness I għandhom ikunu eżentati minn din ir-regola, għaliex diġà juru d-data tal-iffriżar (jew id-data tal-ewwel iffriżar), li – flimkien mad-dati li għandu jsir il-konsum qabilhom - se jwasslu għal eċċess ta' dati, li probabbli jfixklu l-konsumatur. It-tikketti għandu jkollhom informazzjoni dwar żoni tas-sajd faċilment identifikabbli li jistgħu jagħmlu użu minnhom il-konsumaturi, mhux bħaż-żoni definiti minn tikkettjar użat attwalment bħal pereżempju FAO 27 jew FAO 34. L-ispeċi tal-ħut ukoll għandhom ikunu identifikati bl-użu ta' ismijiet familjari lokalment fuq it-tikketti kollha. Il-konsumaturi għandhom ikunu ċari dwar liema prodotti tas-sajd kienu iffriżati u ddifrostjati, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti ta' ħut frisk.

    Huwa daqstant ieħor importanti li prattiki tas-sajd sostenibbli ikunu rikonoxxuti b’ekotikketta tal-UE. Għalhekk ir-rapporteur tagħkom jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistabbilixxi, fil-futur qrib, regoli minimi għall-ekotikketjar u possibbilment tintroduċi ekotikketta tagħha, sabiex tintgħaraf aktar u tkun aċċettabbli għas-settur u għall-pubbliku.

    Fl-aħħar nett, se nitkellmu dwar id-dimensjoni esterna tal-OKS. Għall-kuntrarju tar-regolament preċedenti, il-Kummissjoni ma nkludietx kapitolu speċifiku dwar din il-kwistjoni, li jagħmel referenza għal leġiżlazzjoni speċifika futura. Huwa importanti ħafna li jinżammu kundizzjonijiet ekwi bejn il-prodotti tas-sajd tal-UE u l-prodotti importati minn barra mill-UE. Madankollu, hekk kif ir-regoli attwali li jirregolaw il-kummerċ internazzjonali fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura jidhru li qiegħdin jaħdmu b'mod sodisfaċenti, kwalunkwe bażi legali ġdida għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti għandha tirrifletti kemm jista’ jkun l-istatus quo.

    • [1]  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999, ippubblikat fil-ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
    • [2]  COM(2011)416, 13.07.2011.

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (8.5.2012)

    għall-Kumitat għas-Sajd

    dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura
    (COM(2011)0416 – C7‑0197/2011 – 2011/0194(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: João Ferreira

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    L-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura għandhom implikazzjonijiet diretti u indiretti kemm fuq is-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi marini kif ukoll fuq is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel tal-popolazzjoni.

    L-emendi proposti mir-rapporteur ifittxu li jsibu tweġiba għal dawn iż-żewġ tipi ta' kwistjonijiet.

    Kwistjonijiet ambjentali

    Ir-rapporteur tagħkom iqis li l-aspetti ekonomiku, soċjali u ambjentali tas-sajd huma marbutin mill-qrib u interdipendenti. Għalhekk, biex jitħeġġeġ it-titjib mixtieq tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attività, jidher bżonnjuż li tiġi adottata ġabra vasta ta' miżuri li jestendu wkoll fl-isferi soċjali u ekonomiku.

    Dan ifisser, bħala konsegwenza, li għandu jingħata valur lir-rwol tas-sajd qrib il-kosta fuq skala żgħira u s-sajd mhux industrijali u li jiġu appoġġati l-produtturi li jagħmlu parti minn dawn is-segments tal-flotta, billi wieħed iżomm f'moħħu li l-integrazzjoni tagħhom fl-organizzazzjoni komuni tas-swieq (OKS) tibqa' dgħajfa ħafna. Huwa tajjeb li ma jintesiex li dawn is-segments huma normalment assoċjati mal-esplojtazzjoni aktar sostenibbli tal-istokkijiet, sew jekk huwa permezz ta' konsum tal-enerġija inqas importanti kif ukoll jekk hija permezz ta' għażla akbar tat-tagħmir użat.

    Ir-rapporteur tagħkom iqis li b'mod ġenerali, l-OKS se jkollha żżid il-kontribut tagħha biex tiggarantixxi d-dħul tas-settur, it-titjib tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura u ż-żieda tal-valur miżjud tagħhom. Dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux jiġu sseparati mill-esplojtazzjoni sostenibbli tal-istokkijiet, li tikkontribwixxi biex tistabbilixxi l-isforz tas-sajd għal livelli kompatibbli mal-kapaċità tal-awtotiġdid tal-istokkijiet tal-ħut. Din il-perspettiva hija inkompatibbli mat-tneħħija tal-istrumenti pubbliċi tar-regolazzjoni tas-swieq li jeħtieġu tisħiħ ambizzjuż u intelliġenti.

    L-intervent pubbliku fuq is-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura huwa meħtieġ ukoll mil-lat ambjentali. Fost affarijiet oħra, minħabba li attwalment, is-suq ma jikkumpensax għal kollox l-esternalitajiet pożittivi kollha (ambjentali u soċjali) marbutin ma' modi ta' produzzjoni aktar sostenibbli.

    Ir-rapporteur tagħkom jipproponi xi mekkaniżmi li, f'għajnejh, jistgħu jikkontribwixxu biex jegħlbu dak li huwa jqis, f'dan ir-rigward, bħala lakuni u punti dgħajfin tal-proposta tal-Kummissjoni.

    L-eliminazzjoni tar-rimi kif ukoll it-tfigħ lura tal-qabdiet kollha li ma hemmx domanda għalihom, jikkostitwixxu bħala wieħed mill-objettivi tar-riforma tal-PKS li għaddejja bħalissa. Sabiex dan l-objettiv jintlaħaq b'mod effettiv, forsi hemm bżonn li jingħata kumpens finanzjarju minimu lill-produtturi biex ikunu jistgħu jaffaċċjaw l-ispejjeż tal-manutenzjoni, tal-istokkijiet u tat-tfigħ lura tal-qabdiet kollha li ma hemmx domanda għalihom.

    Kwistjonijiet ta' saħħa pubblika u sikurezza tal-ikel

    L-evoluzzjoni tas-swieq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura enfasizzat il-bżonn ta' kontroll u ċertifikazzjoni rigorużi tal-prodotti li jidħlu fis-suq komunitarju biex ikun hemm garanzija li jiġu minn modi ta' produzzjoni sostenibbli u, fil-każ ta' prodotti importati, li jirrispettaw l-istess eżiġenzi u normi ta' kummerċjalizzazzjoni bħal dawk li jridu jikkonformaw magħhom il-produtturi komunitarji. Ir-rapporteur tagħkom jipproponi, bħala konsegwenza, kjarifika f'dan ir-rigward.

    Ir-rapporteur tagħkom jipproponi wkoll xi emendi li jfittxu li jiddefendu l-interessi tal-konsumaturi billi jiċċara ċerti kunċetti u billi tingħata wkoll informazzjoni aktar ċara, kompluta u oġġettiva.

    EMENDI

    Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Emenda 1

    Proposta għal regolament

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3) Għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq skont l-impenji internazzjoni tal-Unjoni, partikularment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

    (3) Għandhom jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq skont l-impenji internazzjoni tal-Unjoni, partikularment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Għandu jiġi enfasizzat, madankollu, li l-ħut u l-molluski huma ġid komuni u li s-sajd, għalhekk, mhuwiex bħal industriji oħrajn. Għandu jiġi regolat partikolarment minn miżuri li jissodisfaw kriterji ambjentali u ekosistemiċi, irrispettivament mir-rekwiżiti tas-suq.

    Emenda  2

    Proposta għal regolament

    Premessa 7

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (7) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi ewlenin għall-applikazzjoni xierqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq. Huwa għalhekk meħtieġ li jsaħħu l-għanijiet tagħhom biex jiżguraw li l-membri tagħhom iwettqu attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura b'mod sostenibbli, itejbu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti, u jiġbru informazzjoni ekonomika dwar l-akkwakultura. Filwaqt li jilħqu dawn l-għanijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet differenti tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura li jeżistu fl-Unjoni, b'mod partikulari l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fuq skala żgħira.

    (7) L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi ewlenin għall-applikazzjoni xierqa tal-Politika Komuni tas-Sajd u tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq. Huwa għalhekk meħtieġ li jsaħħu l-għanijiet tagħhom biex jiżguraw li l-membri tagħhom iwettqu attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura b'mod sostenibbli, itejbu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti, u jiġbru informazzjoni ambjentali u ekonomika dwar l-akkwakultura, filwaqt li jesperjenzaw titjib fid-dħul tagħhom. Filwaqt li jilħqu dawn l-għanijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonijiet differenti tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura li jeżistu fl-Unjoni, b'mod partikulari l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fuq skala żgħira, u speċjalment is-sostenibbiltà ambjentali akbar tiegħu, li jiġġustifikaw l-appoġġ u d-diskriminazzjoni pożittiva favur din is-sezzjoni tal-flotta fil-qafas tal-OKS.

    Emenda  3

    Proposta għal regolament

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet komuni għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali mill-Istati Membri, biex ir-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtturi jiġu estiżi, u biex il-kosti li jirriżultaw minn din l-estensjoni jiġu kondiviżi. Il-proċedura għall-estensjoni ta' regoli għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni.

    (9) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet u kriterji komuni għar-rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali mill-Istati Membri, biex ir-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali u tal-produtturi jiġu estiżi, u biex il-kosti li jirriżultaw minn din l-estensjoni jiġu kondiviżi. Il-proċedura għall-estensjoni ta' regoli għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni.

    Emenda  4

    Proposta għal regolament

    Premessa 10a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (10a) Il-ħatt l-art tal-qabdiet kollha inċidentali u sekondarji u l-eliminazzjoni tal-rimi huma tnejn mill-objettivi tar-riforma tal-politika komuni tas-sajd li għaddejja bħalissa. Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, għandu jsir użu aktar wiesa’ ta’ rkaptu tas-sajd selettiv li jipprevjeni li jinqabad ħut ta’ daqs iżgħar milli suppost.

    Emenda  5

    Proposta għal regolament

    Premessa 16a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (16a) Jeżisti l-potenzjal għal informazzjoni ċara dwar is-sostenibbiltà ekoloġika tal-prodotti tas-sajd li għandhom jiġu pprovduti lill-konsumatur bl-użu ta’ ekotikketta għal prodotti tas-sajd li joriġinaw kemm fi ħdan l-Unjoni u wkoll barra minnha. Ikun f’loku, għalhekk, li l-Kummissjoni tivverifika d-disponibbiltà tal-ekotikketti, sabiex tiżgura li l-konsumaturi jirċievu s-sostenibbiltà għolja mistennija meta jixtru prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura b’ekotikketta. Konsegwentement, il-Kummissjoni jeħtieġ li tissorvelja, tevalwa u tippubblika regolarment valutazzjonijiet tal-asserzjonijiet ta’ sostenibbiltà ta’ kull ekotikketta.

    Emenda  6

    Proposta għal regolament

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20) Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 24, 33, 41 u 46, sabiex tkun tista' tissupplimenta jew temenda l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tissupplima jew temenda l-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, tiddefinixxi u temenda l-istandards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, tissupplimenta jew temenda informazzjoni obbligatorja u tistipula kriterji minimi għall-informazzjoni pprovduta volontarjament minn operaturi lill-konsumaturi.

    (20) Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikoli 24, 33, 41 u 46, sabiex tkun tista' tissupplimenta jew tiżviluppa aktar il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, tissupplimenta jew tiżviluppa aktar il-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni, tissupplimenta jew tiżviluppa aktar l-istandards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni, tissupplimenta jew tiżviluppa aktar l-informazzjoni obbligatorja u tiżviluppa aktar il-kriterji minimi għall-informazzjoni pprovduta volontarjament minn operaturi lill-konsumaturi.

    Emenda  7

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni.

    L-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq għandha tapplika għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, li jiġu prodotti jew kummerċjalizzati fl-Unjoni.

    Emenda  8

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jistgħu jiġu stabbiliti bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' produtturi ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru wieħed jew aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II.

    Organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jistgħu jkunu transnazzjonali u jiġu stabbiliti fuq l-inizjattiva proprja ta' produtturi ta' prodotti tas-sajd fi Stat Membru wieħed jew aktar u li huma rikonoxxuti skont it-Taqsima II.

    Ġustifikazzjoni

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi transnazzjonali jiffaċilitaw sitwazzjoni fejn jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi kollha tas-sajd, mhux lanqas bl-għan tar-reġjonalizzazzjoni.

    Emenda  9

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) jippromwovu attivitajiet vijabbli tas-sajd mill-membri tagħhom, b'konformità sħiħa mal-politika ta' konservazzjoni stipulata fir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u l-leġiżlazzjoni ambjentali;

    (a) jippromwovu attivitajiet sostenibbli tas-sajd mill-membri tagħhom, b'konformità sħiħa mal-politika ta' konservazzjoni stipulata fir-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd u l-leġiżlazzjoni ambjentali;

    Emenda  10

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – punt aa (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa) jikkontribwixxu għall-provvista tal-ikel u għall-impjieg f'żoni kostali u rurali;

    Ġustifikazzjoni

    M'hemm l-ebda raġuni għaliex l-objettiv tal-kontribut għall-provvista tal-ikel u għall-impjieg irid ikun previst għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-akkwakultura u mhux għal dawk tas-sajd. It-test għandu jiġi korrett b’mod korrispondenti.

    Emenda  11

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) jieħdu ħsieb qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom;

    (b) jimminimizzaw u, fejn huwa possibbli, jeliminaw qabdiet ta’ stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom, ta’ organiżmi tal-baħar, filwaqt li jiżguraw li jinħattu l-art il-qabdiet kollha li m’hemmx domanda għalihom, imsemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, u li jieħdu ħsieb qabdiet li m’hemmx domanda għalihom;

    Emenda  12

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – punt ba (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni tal-prattika tas-sajd illegali, mhux regolat u mhux rappurtat billi jagħmlu użu minn kontrolli interni tal-membri tagħhom;

    Emenda  13

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – punt ca (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca) jippromwovu sajd selettiv sabiex jitnaqqsu qabdiet li ma hemmx domanda għalihom;

    Emenda  14

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – punt ea (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) itejbu l-kapaċità ta’ intraċċar tal-prodotti tas-sajd u l-aċċess għal informazzjoni għall-konsumaturi;

    Emenda  15

    Proposta għal regolament

    Artikolu 7 – punt eb (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (eb) jgħinu fit-titjib tal-għarfien dwar l-istatus ta' konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar u r-riżorsi tal-ħut.

    Ġustifikazzjoni

    Minħabba l-għarfien prattiku tagħhom u s-sensibilità tagħhom fir-rigward tal-evoluzzjoni tal-istat tal-istokkijiet tal-ħut, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jikkontribwixxu, jekk ikunu mħeġġa u appoġġjati kif suppost, għal titjib tal-għarfien dwar l-istatus ta' konservazzjoni tal-ekosistemi tal-baħar, li jagħlqu l-lakuni kbar li jeżistu f'dan ir-rigward, kif ukoll iwittu t-triq għal ġestjoni mibnija fuq l-għarfien.

    Emenda  16

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – punt b – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) jagħmlu l-aħjar użu ta' qabdiet ta' stokkijiet kummerċjali li ma hemmx domanda għalihom billi:

    (b) jagħmlu l-aħjar użu ta’ qabdiet li ma hemmx domanda għalihom li huma koperti mill-Artikolu 15 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd billi:

    Emenda  17

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – punt b – inċiż 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    jiddisponu minn prodotti li jkunu nħattu l-art li mhumiex konformi mad-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) għal użi oħrajn għajr konsum mill-bniedem;

    jirreġistraw il-kwantitajiet tal-qabdiet li ma hemmx domanda għalihom u jistabbilixxu mezzi adegwati għar-rimi ta’ prodotti li jkunu nħattu l-art li mhumiex konformi mad-daqsijiet minimi ta' kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 39(2)(a) għal użi oħrajn għajr konsum mill-bniedem, filwaqt li jiżguraw li tali rimi ma jirriżultax f’suq tal-prodotti skartati;

    Emenda  18

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – punt b – inċiż 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    jiddistribwixxu mingħajr ħlas prodotti li jkunu nħattu l-art għal finijiet filantropiċi jew karitatevoli.

    imħassar

    Emenda  19

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – punt c

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) jaġġustaw il-produzzjoni għall-bżonnijiet tas-suq;

    (c) jaġġustaw il-produzzjoni fuq il-bażi tal-istokkijiet disponibbli filwaqt li jissodisfaw l-objettivi ambjentali stipulati bħala parti mir-riforma tal-politika komuni tas-sajd;

    Emenda  20

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) jippromwovu attivitajiet sostenibbli tal-akkwakultura tal-membri tagħhom billi jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom;

    (a) jippromwovu attivitajiet ambjentalment sostenibbli tal-akkwakultura tal-membri tagħhom billi jipprovdu opportunitajiet għall-iżvilupp tagħhom;

    Emenda  21

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – punt ea (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) jippromwovu t-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali tal-attivitajiet tal-akkwakultura, billi jitnaqqsu għal minimu l-impatti negattivi mal-katina sħiħa ta' produzzjoni.

    Emenda  22

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) jippromwovu akkwakultura responsabbli u sostenibbli, notevolment f'termini ta' ħarsien tal-ambjent, saħħa u benessri tal-annimali;

    (a) jippromwovu akkwakultura responsabbli u sostenibbli, notevolment f'termini ta' ħarsien tal-ambjent, saħħa u benessri tal-annimali, inkluż permezz tal-provvista ta’ taħriġ lil impriżi membri;

    Ġustifikazzjoni

    L-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tal-akkwakultura għandhom jingħataw ir-responsabbiltà li jħarrġu n-nies li jaħdmu għal impriżi membri.

    Emenda  23

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jew akkwakultura tista' tiġi stabbilita bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed jew aktar.

    1. Assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tas-sajd jew akkwakultura tista' tiġi stabbilita bħala grupp imwaqqaf fuq l-inizjattiva proprja ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti fi Stat Membru wieħed jew aktar jew fuq inizjattiva ta’ assoċjazzjoni tal-kummerċ li topera fi Stat Membru.

    Ġustifikazzjoni

    L-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ għandhom ikunu kapaċi wkoll jistimolaw it-twaqqif ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

    Emenda  24

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – punt d

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d) huwa konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fil-Kapitolu VI;

    (d) huwa konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fil-Kapitolu V;

    Ġustifikazzjoni

    Ir-regoli tal-kompetizzjoni huma stipulati fil-Kapitolu V.

    Emenda  25

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Organizzazzjoni tal-produtturi li l-membri tagħha huma ċittadini ta' Stati Membri differenti jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

    Organizzazzjoni tal-produtturi li l-membri tagħha huma ċittadini ta' Stati Membri differenti jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuta fi Stati Membri differenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom b’konformità mal-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd.

    Emenda  26

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – titolu

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Komunikazzjoni lill-Kummissjoni,

    Komunikazzjoni lill-Kummissjoni u l-publikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi,

    Emenda  27

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Fil-bidu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi rikonoxxuti matul is-sena ta' qabel u ta’ organizzazzjonijiet li r-rikonoxximent tagħhom kien ġie rtirat matul l-istess sena.

    Ġustifikazzjoni

    Minħabba l-importanza tal-organizzazzjonijiet ta' produtturi, din l-informazzjoni għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-pubbliku bl-istess mod bħal kif inhu previst fir-regolament attwali tal-OKS (Regolament (KE) Nru.104/2000 tal-Kunsill).

    Emenda  28

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) l-organizzazzjoni tal-produtturi hija kkunsidrata li tirrappreżenta l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru wieħed u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

    (a) l-organizzazzjoni tal-produtturi hija kkunsidrata li tirrappreżenta l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, inkluż, fejn ikun rilevanti, is-setturi fuq skala żgħira u artiġjanali, fi Stat Membru wieħed u tressaq applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali;

    Emenda  29

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) jiġu mħarsa r-regoli li jmexxu l-kompetizzjoni ħielsa bejn l-impriżi.

    Ġustifikazzjoni

    Huwa importanti li jiġi żgurat li kwalunkwe miżura li taffettwa l-produtturi li ma jagħmlux parti minn organizzazzjoni ma tirrestrinġix l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni ħielsa bejn l-impriżi.

    Emenda  30

    Proposta għal regolament

    Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (bb) jiġu mħarsa r-regoli li jmexxu l-kompetizzjoni ħielsa bejn l-impriżi.

    Emenda  31

    Proposta għal regolament

    Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) hemm konformità mal-Kapitolu VI dwar regoli ta' kompetizzjoni;

    (b) hemm konformità mal-Kapitolu V dwar regoli ta' kompetizzjoni;

    Emenda  32

    Proposta għal regolament

    Artikolu 33

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50 biex tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw il-kontenut tal-pjan ta' produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmi fl-Artikolu 32(1).

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Dan is-suġġett jiġġustifika l-kodeċiżjoni.

    Emenda  33

    Proposta għal regolament

    Artikolu 36 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ea) il-kwalità tal-prodott tal-baħar minħabba l-istaġjonalità tiegħu.

    Emenda  34

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut iżgħar mid-daqs minimu tal-kummerċjalizzazzjoni u/jew aktar mill-opportunitajiet stabbiliti tas-sajd, inklużi l-limiti massimi tal-prezz u/jew livelli massimi tal-profitt.

    Emenda  35

    Proposta għal regolament

    Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (bb) l-istandards tas-sostenibilità u t-traċċjabilità.

    Emenda  36

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Il-prodotti li għalihom ikunu ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fl-Unjoni għal konsum mill-bniedem skont dawk l-istandards.

    1. Il-prodotti li għalihom ikunu ġew stabbiliti standards tal-kummerċjalizzazzjoni jistgħu jiġu kkummerċjalizzati biss fl-Unjoni għal konsum mill-bniedem skont dawk l-istandards. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-prodotti kollha tas-sajd u tal-akkwakultura importati.

    Emenda  37

    Proposta għal regolament

    Artikolu 40 – paragrafu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Il-prodotti tas-sajd kollha li jinħattu l-art, inkluż dawk li mhumiex konformi mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jitqassmu bla ħlas lill-istituzzjonijiet filantropiċi jew karitatevoli stabbiliti fl-Unjoni jew lill-persuni li huma rikonoxxuti bil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat bħala li huma intitolati għall-assistenza pubblika.

    3. Il-prodotti tas-sajd kollha li jinħattu l-art, inkluż dawk li mhumiex konformi mal-istandards ta' kummerċjalizzazzjoni, jistgħu, taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, jitqassmu bla ħlas lill-istituzzjonijiet filantropiċi jew karitatevoli stabbiliti fl-Unjoni jew lill-persuni li huma rikonoxxuti bil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat bħala li huma intitolati għall-assistenza pubblika. Il-qbid li jista’ jiġi kummerċjalizzat għandu jinbigħ u għandu jitħallas ammont limitat ta’ kumpens lis-sajjied u lill-PO sabiex ikopru l-ispejjeż tal-immaniġġjar tagħhom. Il-qabdiet li jifdal għandhom jiġu trasferiti lill-awtoritajiet nazzjonali u jintużaw għall-kontroll u l-monitoraġġ, kif ukoll biex titjieb il-bażi ta’ għarfien dwar l-ambjent u r-riżorsi tal-baħar;

    Emenda  38

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 1 – parti introduttorja

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq b'indikazzjoni ta':

    1. Prodotti tas-sajd u l-akkwakultura msemmija fil-punti (a), (b), (c) u (e) tal-Anness I li jiġu kkummerċjalizzati fl-Unjoni, irrispettivament mill-oriġini ġeografika tagħhom, jistgħu jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumatur finali meta jiġu mmarkati jew ittikkettati b'mod xieraq b'indikazzjoni ta':

    Ġustifikazzjoni

    Biex it-test ikun iċċarat.

    Emenda  39

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 1 – punt e

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) jekk il-prodott hux frisk jew kienx iddifrostjat.

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (informazzjoni tal-konsumatur) jistipula l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu tat-terminu ‘iddifrostjat’ għall-ikel kollu li ġie ffriżat u mbagħad iddifrostjat qabel il-bejgħ. M’hemmx ħtieġa għal xi rekwiżiti addizzjonali għall-prodotti tas-sajd. Biex tiġi żgurata ċarezza, f’dan il-qasam għandha tapplika parti waħda biss mil-leġiżlazzjoni.

    Emenda  40

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42 – paragrafu 2 (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, u b’deroga għall-Artikolu 58(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 u l-Artikolu 68(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 404/2011, il-prodotti li ġew iffriżati qabel il-bejgħ u nbiegħu difrostjati għandhom jiġu ttikettati b’konformità mal-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 1160/2011.

    Emenda  41

    Proposta għal regolament

    Artikolu 42a (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 42a

     

    L-ekotikketti

     

    Wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni, sal-1 ta' Jannar 2013, għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti, għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni fir-rigward tal-iskemi tal-ekotikketti għall-attivitajiet tas-sajd u l-prodotti tal-akkwakultura għall-Unjoni kollha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ta’ valutazzjoni kull sena dwar l-affidabilità tal-ekotikketti tal-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura fl-Unjoni.

    Emenda  42

    Proposta għal regolament

    Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt a

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar, l-isem ta' waħda miż-żoni, is-subżoni jew id-diviżjonijiet elenkati fiż-Żoni tas-Sajd tal-FAO;

    (a) fil-każ ta' prodotti tas-sajd maqbuda fil-baħar, kemm l-isem u n-numru distintiv ta' waħda miż-żoni, is-subżoni jew id-diviżjonijiet elenkati fiż-Żoni tas-Sajd tal-FAO;

    Emenda  43

    Proposta għal regolament

    Artikolu 45 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (fa) ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi1,

     

    __________________

     

    1ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18.

    Emenda  44

    Proposta għal regolament

    Artikolu 46 – paragrafu 2 (ġdid)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Kwalunkwe att delegat għandu jiġi adottat wara konsultazzjonijiet xierqa mal-operaturi li jitmexxew minn korp konsultattiv li għandu jitwaqqaf għal dan il-għan (kumitat konsultattiv dwar kwistjonijiet ġenerali u relatati mas-suq fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura).

    Ġustifikazzjoni

    Bil-ħsieb ta’ reġjonalizzazzjoni u x-xoljiment fil-futur tal-AFCA, jeħtieġ li jkun hemm kumitat konsultattiv għall-Ewropa kollha sabiex jittratta kwistjonijiet ġenerali u relatati mas-suq fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura.

    Emenda  45

    Proposta għal regolament

    Artikolu 47

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Artikoli 101 sa 106 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom għandhom japplikaw għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prassi msemmija fl-Artikoli 101(1) u 102 tat-Trattat li huma relatati mal-produzzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd u l-akkwakultura.

    Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija

    Ġustifikazzjoni

    Għall-finijiet ta’ kjarfika

    Emenda  46

    Proposta għal regolament

    Artikolu 48 – paragrafu 2 – punt e

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) ma jeliminawx il-kompetizzjoni fir-rigward ta’ proporzjon sostanzjali tal-prodotti kkonċernati;

    imħassar

    Ġustifikazzjoni

    It-test tal-Kummissjoni jippermetti l-eliminazzjoni tal-kompetizzjoni fir-rigward ta’ ċertu proporzjon ta’ prodotti.

    Emenda  47

    Proposta għal regolament

    Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt b

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) tistħarreġ il-prezzijiet regolarment għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista tal-Unjoni u tmexxi l-analiżi tax-xejriet tas-suq;

    (b) tistħarreġ il-prezzijiet regolarment għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura matul il-katina tal-provvista tal-Unjoni u tmexxi l-analiżi tax-xejriet tas-suq, u tippubblika r-riżultati ta' dawn l-inkjesti u l-analiżijiet;

    Emenda  48

    Proposta għal regolament

    Artikolu 55 – paragrafu 2

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 32, 35 u 36, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014.

    Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2013, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 32, 35 u 36, li għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014. Id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni lill-konsumaturi stipulati fl-Artikolu 42 għandhom japplikaw mit-13 ta’ Diċembru 2014.

    PROĊEDURA

    Titolu

    L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura

    Referenzi

    COM(2011)0416 – C7-0197/2011 – 2011/0194(COD)

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    PECH

    13.9.2011

     

     

     

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ENVI

    13.9.2011

     

     

     

    Rapporteur(s)

           Data tal-ħatra

    João Ferreira

    3.10.2011

     

     

     

    Eżami fil-kumitat

    29.2.2012

     

     

     

    Data tal-adozzjoni

    8.5.2012

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    53

    0

    3

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Nikos Chrysogelos, João Ferreira, Filip Kaczmarek, Judith A. Merkies, James Nicholson, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Michèle Rivasi, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni

    PROĊEDURA

    Titolu

    L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura

    Referenzi

    COM(2011)0416 – C7-0197/2011 – 2011/0194(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    13.7.2011

     

     

     

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    PECH

    13.9.2011

     

     

     

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ENVI

    13.9.2011

     

     

     

    Rapporteur(s)

           Data tal-ħatra

    Struan Stevenson

    26.9.2011

     

     

     

    Eżami fil-kumitat

    10.10.2011

    11.10.2011

    19.12.2011

    24.1.2012

     

    21.3.2012

     

     

     

    Data tal-adozzjoni

    20.6.2012

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    24

    1

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Antonello Antinoro, Alain Cadec, Chris Davies, João Ferreira, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Carl Haglund, Ian Hudghton, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Jarosław Leszek Wałęsa

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Jean-Paul Besset, Luis Manuel Capoulas Santos, Ole Christensen, Diane Dodds, Barbara Matera, Jens Nilsson, Mario Pirillo, Nikolaos Salavrakos, Antolín Sánchez Presedo

    Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Janusz Wojciechowski

    Data tat-tressiq

    27.6.2012