RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

28.6.2012 - (COM(2011)0746 – C7‑0419/2011 – 2011/0360(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Leonardo Domenici


Proċedura : 2011/0360(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0220/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

(COM(2011)0746 – C7‑0419/2011 – 2011/0360(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0746),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0419/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0220/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Effett tal-kriżi finanzjarja kien li l-investituri, inklużi l-UCITS u l-AIFs, jiddependu b’mod eċċessiv fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biex jagħmlu l-investimenti tagħhom fuq l-istrumenti tad-dejn, mingħajr ma neċessarjament iwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti ta’ dawn l-istrumenti tad-dejn. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-investimenti magħmula mill-UCITS u mill-AIFs u, għalhekk, sabiex jiġu protetti l-investituri f’dawk il-fondi, huwa xieraq li l-persuni li jiġġestixxu l-UCITS u l-AIFs jintalbu jevitaw li jiddependu b’mod esklussiv u awtomatiku fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni meta jivvalutaw ir-riskju involut fl-investimenti magħmula mill-UCITS u l-AIFs li jiġġestixxu. Il-prinċipju ġenerali dwar l-evitar ta’ dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni għandu għalhekk jiġi integrat fil-proċessi u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskji tal-maniġers tal-UCITS u tal-AIFs, u jiġi adattat għall-ispeċifiċitajiet tagħhom.

(2) Effett tal-kriżi finanzjarja kien li l-investituri, inklużi l-UCITS u l-AIFs, jiddependu b’mod eċċessiv fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biex jagħmlu l-investimenti tagħhom fuq l-istrumenti tad-dejn, mingħajr ma neċessarjament iwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti ta’ dawn l-istrumenti tad-dejn. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-investimenti magħmula mill-UCITS u mill-AIFs u, għalhekk, sabiex jiġu protetti l-investituri f’dawk il-fondi, huwa xieraq li l-persuni li jiġġestixxu l-UCITS u l-AIFs jintalbu jevitaw li jiddependu b’mod esklussiv u awtomatiku fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni jew li jagħmlu użu eċċessiv minnhom meta jivvalutaw ir-riskju involut fl-investimenti magħmula mill-UCITS u l-AIFs li jiġġestixxu. Il-prinċipju ġenerali dwar l-evitar ta’ dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni għandu għalhekk jiġi integrat fil-proċessi u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskji tal-maniġers tal-UCITS u tal-AIFs, u jiġi adattat għall-ispeċifiċitajiet tagħhom. Fit-terminu medju, inizjattivi addizzjonali għandhom jiġu vvalutati bl-għan li jitneħħew il-klassifikazzjonijiet mir-regolament finanzjarju.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex ikompli jiġi speċifikat il-prinċipju ġenerali dwar id-dipendenza eċċessiva li għandu jiġi introdott fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari sabiex ikun żgurat li l-maniġers tal-UCITS u tal-AIFs ikunu effettivament imwaqqfa milli jiddependu b’mod eċċessiv fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-assi miżmuma mill-UCITS jew mill-AIFs. F’dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġu emendati s-setgħat tal-Kummissjoni f’dawk id-Direttivi sabiex tadotta atti ddelegati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ġenerali rigward il-proċessi u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskji applikati mill-maniġers tal-UCITS u tal-AIFs. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(3) Sabiex ikompli jiġi speċifikat il-prinċipju ġenerali dwar id-dipendenza eċċessiva li għandu jiġi introdott fid-Direttivi 2009/65/KE u 2011/61/UE, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari sabiex ikun żgurat li l-maniġers tal-UCITS u tal-AIFs ikunu effettivament imwaqqfa milli jiddependu b’mod eċċessiv fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni sabiex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-assi miżmuma mill-UCITS jew mill-AIFs. F’dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġu emendati s-setgħat tal-Kummissjoni f’dawk id-Direttivi sabiex tadotta atti ddelegati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ġenerali rigward il-proċessi u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskji applikati mill-maniġers tal-UCITS u tal-AIFs. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li wara tippubblika r-riżultati tal-konsultazzjonijiet.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dipendenza eċċessiva tal-UCITS u l-AIFs fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni meta jagħmlu l-investimenti tagħhom, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti fil-livell tal-Istati Membri u jista’ għalhekk, permezz tal-istruttura pan-Unjoni u l-impatt tal-attivitajiet tal-UCITS, tal-AIFs u tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(5) Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-dipendenza eċċessiva tal-UCITS u l-AIFs fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni meta jagħmlu l-investimenti tagħhom, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti fil-livell tal-Istati Membri li jaġixxu b'mod koordinat u jista’ għalhekk, permezz tal-istruttura pan-Unjoni u l-impatt tal-attivitajiet tal-UCITS, tal-AIFs u tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu -1 (ġdid)

Direttiva 2003/41/KE

Artikolu 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1

 

Emendi għad-Direttiva 2003/41/KE1

 

Fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/41/KE, għandu jiżdied dan il-paragrafu li ġej:

 

"1a. L-istituzzjonijiet ma għandhomx jinkludu regoli tal-investiment li jirriżultaw fil-bejgħ awtomatiku tal-assi fil-każ ta' degradazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tagħhom minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna."

 

______________

 

1 Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.09.2003 p. 3).

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu -1a (ġdid) – punt 1

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punti pa sa pd (ġodda) u Artikolu 18a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1a

 

Emendi għad-Direttiva 2004/109/KE1

 

Id-Direttiva 2004/109/KE hija emendata kif ġej:

 

1. Fl-Artikolu 2(1) għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:

 

"(pa) "strument finanzjarju" tfisser strument elenkat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq ta' strumenti finanzjarji;

 

(pb) "titolizzazzjoni" tfisser titolizzazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(36) tad-Direttiva 2006/48/KE;

 

(pc) "strument finanzjarju strutturat" tfisser strument finanzjarju jew assi oħrajn li jirriżultaw minn titolizzazzjoni;

 

(pd) "oriġinatur" tfisser oriġinatur skont it-tifsira tal-Artikolu 4(41) tad-Direttiva 2006/48/KE;

 

(pe) "sponser" tfisser sponser skont it-tifsira tal-Artikolu 4(42) tad-Direttiva 2006/48/KE;"

 

2. Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 18a

 

Rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali għall-emittenti li l-istrumenti finanzjarji strutturati tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat

 

1. L-emittent għandu jiżgura li l-oriġinatur jew l-isponser ta’ strument finanzjarju strutturat stabbilit fl-Unjoni għandu jiżvela lill-pubbliku, skont il-paragrafu 4, l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-kreditu u l-prestazzjoni tal-assi individwali sottostanti ta' dak l-istrument finanzjarju strutturat, l-istruttura tat-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni, il-ħruġ u d-dħul ta’ flus u kwalunkwe valur kollaterali li jsostni espożizzjoni tat-titolizzazzjoni kif ukoll kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex isiru testijiet ta’ stress komprensivi u li tista’ toqgħod fuqhom fuq id-dħul u l-ħruġ ta’ flus u valuri kollaterali li jappoġġaw l-espożizzjonijiet sottostanti.

 

2. L-obbligu li tiġi żvelata l-informazzjoni skont il-paragrafu 1 ma għandux jiġi estiż għall-provvediment ta’ din l-informazzjoni li tikser id-dispożizzjonijiet statutorji li jiddeterminaw il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ta’ informazzjoni jew l-ipproċessar tad-dejta personali.

 

3. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards regolatorji u tekniċi biex tispeċifika:

 

(a) l-informazzjoni li l-persuni msemmija f'paragrafu 1 għandhom jiżvelaw;

 

(b) il-frekwenza li biha din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata;

 

(c) template li biha din l-informazzjoni tiġi żvelata.

 

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2013.

 

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

 

4. L-AETS għandha tiftaħ paġna elettronika għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament strutturat skont il-paragrafu 1."

 

_____________

 

1 Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, (ĠU L 390, 31.12.2004, p.38).

Emenda  6

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1

Direttiva 2009/65/KE

Artikolu 51 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumpanija maniġerjali jew investiment għandha tadotta proċess tal-maniġment ta’ riskju li jippermettilha tagħmel monitoraġġ u tkejjel fi kwalunkwe mument ir-riskju tal-pożizzjonijiet u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-profil ġenerali tar-riskju tal-portafoll. B’mod partikolari, hija ma għandhiex tiddependi biss jew mekkanistikament fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS.';

Kumpanija maniġerjali jew investiment għandha tadotta proċess tal-maniġment ta’ riskju li jippermettilha tagħmel monitoraġġ u tkejjel fi kwalunkwe mument ir-riskju tal-pożizzjonijiet u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-profil ġenerali tar-riskju tal-portafoll. B’mod partikolari, hija ma għandhiex tiddependi biss fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-UCITS.';

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2009/65/KE

Artikolu 51 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

 

"3a. UCITS ma għandhiex tinkludi fir-regoli tal-fondi tagħha kwalunkwe regola li tirriżulta fil-bejgħ awtomatiku tal-assi fil-każ ta' degradazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tagħha minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna."

Emenda  8

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2009/65/KE

Artikolu 82a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 82:

 

“Artikolu 82a

 

L-użu ta' klassifikazzjonijiet esterni

 

Impriżi ta’ investiment, kumpaniji ta’ ġestjoni u impriżi tal-assigurazzjoni m’għandhomx jissuġġerixxu lill-klijenti tagħhom li jdaħħlu fil-ftehimiet standard tagħhom dwar investiment, referenzi għal regoli ta’ fondi jew kuntratti ta’ assigurazzjoni bbażati fuq klassifikazzjonijiet.”

Emenda  9

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 1

Direttiva 2011/61/UE

Artikolu 15 – paragrafu 2 – l-ewwel subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AIFMs għandhom jimplimentaw sistemi adegwati tal-immaniġġar tar-riskji aġġornati sabiex jidentifika, ikejjel u jagħmel monitoraġġ xieraq tar-riskji kollha rilevanti għal kull strateġija ta’ investiment tal-AIF u li kull AIF huwa jew jista’ jkun espost għalihom. B’mod partikolari, l-AIFMs ma għandhomx jiddependu biss jew mekkanistikament fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-AIF.';

L-AIFMs għandhom jimplimentaw sistemi adegwati tal-immaniġġar tar-riskji aġġornati sabiex jidentifika, ikejjel u jagħmel monitoraġġ xieraq tar-riskji kollha rilevanti għal kull strateġija ta’ investiment tal-AIF u li kull AIF huwa jew jista’ jkun espost għalihom. B’mod partikolari, l-AIFMs ma għandhomx jiddependu biss fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi tal-AIF.';

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2011/61/UE

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

 

"3a. L-AIFM għandu jiżgura li l-AIF ma jkunx awtomatikament meħtieġ ibiegħ xi assi tiegħu fil-każ ta' degradazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tiegħu minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna."

Emenda  11

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2011/61/UE

Artikolu 23a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 23:

 

“Artikolu 23a

 

L-użu ta' klassifikazzjonijiet esterni

 

Impriżi ta’ investiment, kumpaniji ta’ ġestjoni u impriżi tal-assigurazzjoni m’għandhomx jissuġġerixxu lill-klijenti tagħhom li jdaħħlu fi ftehimiet standard dwar investiment, referenzi għal regoli ta’ fondi jew kuntratti ta’ assigurazzjoni bbażati fuq klassifikazzjonijiet.”

  • [1]  ĠU C 167, 13.6.2012, p. 2.
  • [2]  Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (27.4.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu
(COM(2011)0746 – C7‑0419/2011 – 2011/0360(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sebastian Valentin Bodu

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur tagħkom hu tal-fehma li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jipprovdu opinjonijiet li jħarsu ’l quddiem u riċerka dwar ir-riskju tal-kreditu, u jaqdu rwol ta’ siwi fis-swieq finanzjarji għax jipprovdu punt ta’ referenza li jinftiehem malajr minn dawk li jipparteċipaw fis-swieq, bħalma huma l-investituri f’impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u f’fondi ta’ investiment alternattiv (AIFs).

Madankollu, huma l-UCITS u l-AIFs infushom li jmisshom jivvalutaw l-opinjonijiet maħruġa mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u jiġġudikaw huma rigward il-krediti, u b'hekk jieħdu pożizzjoni dwar jekk għandhomx jaqblu jew le mal-opinjonijiet tal-aġenziji. F’dan ir-rigward, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma importanti għas-swieq għax taw prova li huma valutazzjonijiet siewja tas-suq tal-krediti. Madankollu, huma ma għandhomx jiġu interpretati bħala l-uniċi arbitri tar-riskju tal-kreditu.

Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu huma biss opinjonijiet dwar ir-riskju relattiv futur tal-kreditu ta’ entitajiet, impenji ta’ kreditu, jew dejn jew titoli li jixbhu d-dejn u huma kejl utli tal- affidabbiltà kreditizja futura. Huma ma jkejlu l-ebda riskju ieħor, u bħala tali ma għandhom jiġu utilizzati bħala sostituzzjoni għall-ivvalutar tal-karatteristiċi oħra ta' titolu li fih jinvestu l-UCITS u l-AIFs, bħalma huma r-riskju ta' likwidità, il-volatilità tal-prezzjijiet u l-kummerċjabilità.

Ir-rapporteur tagħkom barra minn hekk iqis li għarfien u utilizzazzjoni uffiċjali tal-klassifikazzjonijiet jistgħu jwasslu għal tagħwiġ fin-negozju tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-inkorporazzjoni mifruxa ħafna tal-klassifikazzjonijiet għal ġo strumenti legali bħalma huma d-direttivi dwar l-UCITS u l-AIFs tista’ taffettwa l-mod kif il-klassifikazzjonijiet jiġu utilizzati minn entitajiet regolati, il-bażijiet li fuqhom il-maniġers ta’ tali entitajiet jagħżlu tali aġenziji u l-modi kif l-aġenziji jikkompetu ma' xulxin.

Li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jiġu inkorporati waħedhom b’mod dirett fis-sistema tas-sorveljanza tal-UCITS u l-AIFs joħloq inċentivi biex dawk li jipparteċipaw fis-swieq jenfasizzaw iż-żejjed l-opinjonijiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minflok ma jmexxu huma stess l-analiżijiet tagħhom tal-krediti. Meta jitqies dak li jissemma hawn fuq, ir-rapporteur tagħkom jappoġġja lil din il-proposta leġiżlattiva mressqa mill-Kummissjoni Ewropea.

EMENDA

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Effett tal-kriżi finanzjarja kien li l-investituri, inklużi l-UCITS u l-AIFs, jiddependu b’mod eċċessiv fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biex jagħmlu l-investimenti tagħhom fuq l-istrumenti tad-dejn, mingħajr ma neċessarjament iwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti ta’ dawn l-istrumenti tad-dejn. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-investimenti magħmula mill-UCITS u mill-AIFs u, għalhekk, sabiex jiġu protetti l-investituri f’dawk il-fondi, huwa xieraq li l-persuni li jiġġestixxu l-UCITS u l-AIFs jintalbu jevitaw li jiddependu b’mod esklussiv u awtomatiku fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni meta jivvalutaw ir-riskju involut fl-investimenti magħmula mill-UCITS u l-AIFs li jiġġestixxu. Il-prinċipju ġenerali dwar l-evitar ta’ dipendenza eċċessiva fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni għandu għalhekk jiġi integrat fil-proċessi u s-sistemi tal-ġestjoni tar-riskji tal-maniġers tal-UCITS u tal-AIFs, u jiġi adattat għall-ispeċifiċitajiet tagħhom.

(2) Effett tal-kriżi finanzjarja kien li l-investituri, inklużi l-UCITS u l-AIFs, jiddependu b’mod eċċessiv fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biex jagħmlu l-investimenti tagħhom fuq l-istrumenti tad-dejn, mingħajr ma neċessarjament iwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti ta’ dawn l-istrumenti tad-dejn. Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-investimenti magħmula mill-UCITS u mill-AIFs u, għalhekk, sabiex jiġu protetti l-investituri f’dawk il-fondi, huwa xieraq li l-persuni li jiġġestixxu l-UCITS u l-AIFs jintalbu jevitaw li jiddependu b’mod esklussiv u awtomatiku fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni meta jivvalutaw ir-riskju involut fl-investimenti magħmula mill-UCITS u l-AIFs li jiġġestixxu. Għal din ir-raġuni, il-proċessi u s-sistemi interni tal-ġestjoni tar-riskji tal-maniġers tal-UCITS u tal-AIFs għandhom jiġu żviluppati u jiġi adottat il-prinċipju ġenerali dwar l-evitar ta’ dipendenza eċċessiva minn klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni.

PROĊEDURA

Titolu

Il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Referenzi

COM(2011)0746 – C7-0419/2011 – 2011/0360(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

30.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sebastian Valentin Bodu

19.12.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Vytautas Landsbergis, Eva Lichtenberger, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u tad-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Referenzi

COM(2011)0746 – C7-0419/2011 – 2011/0360(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

30.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Leonardo Domenici

10.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.12.2011

29.2.2012

26.4.2012

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sari Essayah, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Mario Mauro, Sirpa Pietikäinen, Emilie Turunen

Data tat-tressiq

28.6.2012