RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

23.8.2012 - (COM(2011)0747 – C7‑0420/2011 – 2011/0361(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Relatur: Leonardo Domenici


Proċedura : 2011/0361(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0221/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

(COM(2011)0747 – C7‑0420/2011 – 2011/0361(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0747),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0420/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0221/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu] jitlob li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonformaw mar-regoli ta’ mġiba sabiex jittaffew il-kunflitti ta’ interess li jista’ jkun hemm, jiżgura l-kwalità għolja u t-trasparenza suffiċjenti tal-klassifikazzjonijiet u tal-proċess ta’ klassifikazzjonijiet. B’segwitu għall-emendi introdotti mir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ingħatat is-setgħa li tirreġistra u tissorvelja l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Din l-emenda tikkomplementa l-qafas regolatorju kurrenti għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Uħud mill-kwistjonijiet indirizzati (kunflitti ta’ interess minħabba l-mudell ‘l-emittent iħallas’, l-iżvelar fir-rigward ta’ strumenti ta' finanzjament strutturat) ġew identifikati, iżda mhux solvuti għalkollox permez tar-regoli eżistenti. Il-bżonn li jiġu riveduti rekwiżiti ta’ trasparenza u ta' proċedura speċifikament għal klassifikazzjonijiet sovrana kien enfasizzat bil-kriżi tad-dejn sovran attwali.

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu] jitlob li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jikkonformaw mar-regoli ta’ mġiba sabiex jittaffew il-kunflitti ta’ interess li jista’ jkun hemm, jiżgura l-kwalità għolja u t-trasparenza suffiċjenti tal-klassifikazzjonijiet u tal-proċess ta’ klassifikazzjonijiet. B’segwitu għall-emendi introdotti mir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-AETS) ingħatat is-setgħa li tirreġistra u tissorvelja l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Din l-emenda tikkomplementa l-qafas regolatorju kurrenti għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Uħud mill-kwistjonijiet l-aktar importanti (kunflitti ta’ interess minħabba l-mudell ‘l-emittent iħallas’, l-iżvelar fir-rigward ta’ strumenti finanzjament strutturat) ġew indirizzati u l-qafas jeħtieġ li jkun rivedut wara li jkun fis-seħħ għal perjodu raġonevoli taż-żmien biex jiġi evalwat jekk isolvix għalkollox dawn il-kwistjonijiet. Sadanittant il-bżonn li jiġu riveduti t-trasparenza, ir-rekwiżiti ta' proċedura u l-mument opportun għall-pubblikazzjoni speċifikament għal klassifikazzjonijiet sovrana kien enfasizzat bil-kriżi tad-dejn sovran attwali.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu espressi f'numri li jindikaw il-probabilità ta' inadempjenza, flimkien ma' nota spjegattiva.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Il-Bank Ċentrali Ewropew jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq assi kummerċjabbli għal garanziji rigward l-operazzjonijiet li jipprovdu likwidità fil-qafas tal-valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema (ECAF). L-ECAF primarjament juża klassifikazzjonijiet ta' kreditu esterni mil-lista ta' ECAIs reġistrati, li hija limitata fl-għadd għal erba' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biss. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jirrevedi din il-prattika u tal-anqas iwessa' l-pul tiegħu ta' klassifikazzjonijiet ta' kreditu esterni u jallinjah mal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu approvati mill-ESMA li jinsabu fl-Unjoni. Jitlob lill-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali jeżaminaw mill-ġdid l-użu tagħhom tal-klassifikazzjonijiet esterni, u jħeġġiġhom jibnu kompetenza fit-tfassil tal-mudelli tagħhom stess biex jivvalutaw l-istandard ta' kreditu tal-assi eliġibbli li jintużaw bħala sigurtà għal operazzjonijiet li jipprovdu likwidità, u biex titnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq il-klassifikazzjonijiet esterni;

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi miżura orizzontali li tivvaluta r-referenza għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-liġijiet nazzjonali, kemm jekk ibbażati fuq l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, kif ukoll jekk le, u fejn din ir-referenza tirriżulta f'dipendenza mekkanika fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn awtoritajiet kompetenti jew mill-parteċipanti tas-swieq finanzjarji, din ir-referenza għandha tiġi rieżaminata u mneħħija fi żmien raġonevoli.

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-rilevanza tal-prospetti tal-klassifikazzjoni għall-investituri u l-emittenti u l-effetti tagħhom fuq is-swieq hija paragonabbli mar-rilevanza u l-effetti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 li għandhom l-għan li jiżguraw li l-azzjonijiet ta’ klassifikazzjoni jkunu ħielsa mill-kunflitti ta’ interess, preċiżi u trasparenti, għandhom japplikaw ukoll għall-prospetti tal-klassifikazzjonijiet. Skont il-prattika superviżorja ta' bħalissa għadd mir-rekwiżiti tar-Regolament japplikaw għall-prospetti tal-klassifikazzjoni. Dan ir-Regolament jintroduċi definizzjoni ta’ prospetti ta’ klassifikazzjoni u jiċċara liema dispożizzjonijiet speċifiċi japplikaw għal prospetti bħal dawn. Dan għandu jiċċara r-regoli u jipprovdi ċertezza legali. Id-definizzjoni ta’ prospetti ta’ klassifikazzjoni skont dan ir-Regolametnt għandha tinkludi wkoll opinjonijiet li jirrigwardaw id-direzzjoni l-iktar probabbli li tieħu klassifikazzjoni tal-kreditu f'qasir żmien, li komunement jissejħu credit watches.

(4) Ir-rilevanza tal-prospetti tal-klassifikazzjoni għall-investituri u l-emittenti u l-effetti tagħhom fuq is-swieq hija paragonabbli mar-rilevanza u l-effetti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għalhekk, ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 li għandhom l-għan li jiżguraw li l-azzjonijiet ta’ klassifikazzjoni jkunu ħielsa mill-kunflitti ta’ interess, preċiżi u trasparenti, għandhom japplikaw ukoll għall-prospetti tal-klassifikazzjonijiet. Skont il-prattika superviżorja ta' bħalissa għadd mir-rekwiżiti tar-Regolament japplikaw għall-prospetti tal-klassifikazzjoni. Dan ir-Regolament jintroduċi definizzjoni ta’ prospetti ta’ klassifikazzjoni u jiċċara liema dispożizzjonijiet speċifiċi japplikaw għal prospetti bħal dawn. Dan għandu jiċċara r-regoli u jipprovdi ċertezza legali. Id-definizzjoni ta’ prospetti ta’ klassifikazzjoni skont dan ir-Regolametnt għandha tinkludi wkoll opinjonijiet li jirrigwardaw id-direzzjoni l-iktar probabbli li tieħu klassifikazzjoni tal-kreditu f'qasir żmien, li komunement jissejħu credit watches. Il-Kummissjoni għandha tadotta abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji, żviluppati mill-AETS, sabiex tinkludi, jekk meħtieġ, pubblikazzjonijiet oħra fl-attivitajiet sorveljati fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma parteċipanti importanti fis-swieq finanzjarji. Bħala konsegwenza, l-indipendenza u l-integrità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom huma ta’ importanza partikolari biex tiġi żgurata l-kredibbiltà tagħhom vis-à-vis l-parteċipanti tas-suq, b’mod partikulari l-investituri u utenti oħrajn tal-klassifikazzjonijiet. Ir-Regolament 1060/2009 jipprevedi li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu reġistrati u sorveljati minħabba li s-servizzi tagħhom għandhom impatt konsiderevoli fuq l-interess pubbliku. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, għall-kuntrarju tar-riċerka fl-investiment, mhumiex sempliċiment opinjonijiet dwar valur jew prezz għal strument finanzjarju jew obbligu finanzjarju. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhumiex sempliċiment analisti finanzjarji jew konsulenti dwar l-investiment. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom valur regolatorju għal investituri regolati, bħalma huma istituzzjonijiet tal-kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni u investituri istituzzjonali oħrajn. Għalkemm l-inċentivi biex wieħed jiddependi b’mod eċċessiv fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu qed jonqsu, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għadhom imexxu l-għażliet ta’ investiment, partikularment minħabba assimetriji fl-informazzjoni u għal skopijiet ta’ effiċjenza. F’dan il-kuntest, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu indipendenti u pperċepiti bħala tali mill-parteċipanti fis-suq.

(5) Fuq terminu medju taż-żmien, għandhom jiġu vvalutati azzjonijiet ulterjuri sabiex il-klassifikazzjonijiet jitneħħew mir-regolamentazzjoni finanzjarja u biex jiġi eliminat il-piż differenzjat tar-riskju tal-assi permezz ta' klassifikazzjonijiet esterni jew mudelli interni. Madankollu, għalissa l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma parteċipanti importanti fis-swieq finanzjarji. Bħala konsegwenza, l-indipendenza u l-integrità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom huma ta’ importanza partikolari biex tiġi żgurata l-kredibbiltà tagħhom vis-à-vis l-parteċipanti tas-suq, b’mod partikulari l-investituri u utenti oħrajn tal-klassifikazzjonijiet. Ir-Regolament 1060/2009 jipprevedi li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu reġistrati u sorveljati minħabba li s-servizzi tagħhom għandhom impatt konsiderevoli fuq l-interess pubbliku. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, għall-kuntrarju tar-riċerka fl-investiment, mhumiex sempliċiment opinjonijiet dwar valur jew prezz għal strument finanzjarju jew obbligu finanzjarju. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhumiex sempliċiment analisti finanzjarji jew konsulenti dwar l-investiment. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom valur regolatorju għal investituri regolati, bħalma huma istituzzjonijiet tal-kreditu, kumpaniji tal-assigurazzjoni u investituri istituzzjonali oħrajn. Għalkemm l-inċentivi biex wieħed jiddependi b’mod eċċessiv fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu qed jonqsu, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għadhom imexxu l-għażliet ta’ investiment, partikularment minħabba assimetriji fl-informazzjoni u għal skopijiet ta’ effiċjenza. F’dan il-kuntest, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu indipendenti u l-metodi ta' klassifikazzjoni tagħhom ikunu trasparenti u pperċepiti bħala tali mill-parteċipanti fis-suq.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Is-sovradipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni sseħħ meta l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-investituri istituzzjonali jiddependu biss jew b’mod mekkaniku fuq klassifikazzjonijiet maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu filwaqt li jittraskuraw id-diliġenza dovuta tagħhom u l-obbligi ta' mmaniġjar tar-riskji intern. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jissaħħew l-obbligi ta' diliġenza dovuta tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tal-investitur istituzzjonali u l-obbligi ta' mmaniġġjar tar-riskji interni meta wieħed jakkwista prodotti finanzjarji, speċjalment prodotti kumplessi jew strutturati. Ir-regolamentazzjoni finanzjarja għandha żżid ukoll l-obbligi ta' żvelar għall-emittenti ta' prodotti finanzjarji, speċjalment għal prodotti kumplessi jew strutturati ħafna.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Minħabba l-profitt kbir mill-bejgħ li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu b'sehem tas-suq ta' aktar minn 10% jibbenefikaw minnu, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-introduzzjoni ta' taxxa speċjali, li d-dħul tagħha jista' jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' mudell alternattiv ta' klassifikazzjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) 0 Id-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għandha titnaqqas u l-effetti awtomatiċi kollha li jirriżultaw mill-klassifikazzjonijiet għandhom jiġu eliminati gradwalment. Ir-regolamentazzjoni għandha, għaldaqstant, tħeġġeġlill-istituzzjonijiet ta' kreditu u lid-ditti tal-investiment jistabbilixxu mudelli interni ta' valutazzjoni tar-riskju u jimponu fuq l-investituri obbligi ta' diliġenza dovuta.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 diġà pprovda l-ewwel rawnd ta’ miżuri biex tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-indipendenza u l-integrità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom. L-għanijiet li tiġi żgurata l-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li jiġi identifikat, ġestit u safejn hu possibbli, evitat kull kunflitt ta’ interess li jista' jitqajjem kienu diġà fil-bażi ta’ bosta dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament fl-2009. Filwaqt li jipprovdu bażi soda, ir-regoli eżistenti ma għandhomx jidhru li kellhom impatt suffiċjenti f’dan ir-rigward. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għadhom mhumiex ipperċipiti bħala atturi suffiċjentement indipendenti. L-għażla u r-remunerazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-entità klassifikata (il-mudell ‘l-emittent iħallas’) huma sors inerenti ta’ kunflitti ta’ interess, li mhumiex indirizzati b’mod suffiċjenti mir-regoli eżistenti. Skont dan il-mudell, hemm inċentivi għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex joħorġu klassifikazzjonijiet ta’ kompjaċenza fuq l-emittent sabiex jakkwistaw relazzjoni ta’ negozju fit-tul b'garanzija ta’ dħul ta’ flus jew sabiex jiżguraw xogħol u dħul addizzjonali. Barra minn hekk, ir-relazzjonijiet bejn l-azzjonisti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entitajiet ikklassifikati jistgħu jikkawżaw kunflitti ta’ interess li mhumiex trattati b’mod suffiċjenti permezz tar-regoli eżistenti. Bħala riżultat, klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa skont il-mudell ‘l-emittent iħallas’ jistgħu jiġu perċepiti iktar bħala klassifikazzjonijiet tal-kreditu adatti għall-emittent milli klassifikazzjonijiet tal-kreditu meħtieġa mill-investitur. Mingħajr preġudizzju għall-konklużjonijiet tar-rapport li jrid jitressaq mill-Kummissjoni dwar il-mudell ‘l-emittent iħallas’ sa Diċembru 2012 skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, huwa essenzjali li jiġu msaħħa l-kundizzjonijiet ta’ indipendenza li japplikaw għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu sabiex jiżdied il-livell ta’ kredibbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa taħt il-mudell ‘l-emittent iħallas’.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 diġà pprovda l-ewwel rawnd ta’ miżuri biex tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-indipendenza u l-integrità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom. L-għanijiet li tiġi żgurata l-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li jiġi identifikat, ġestit u safejn hu possibbli, evitat kull kunflitt ta’ interess li jista' jitqajjem kienu diġà fil-bażi ta’ bosta dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament fl-2009. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għadhom mhumiex ipperċipiti bħala atturi suffiċjentement indipendenti. L-għażla u r-remunerazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-entità klassifikata (il-mudell ‘l-emittent iħallas’) huma sors inerenti ta’ kunflitti ta’ interess, li mhumiex indirizzati b’mod suffiċjenti mir-regoli eżistenti. Skont dan il-mudell, hemm inċentivi għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex joħorġu klassifikazzjonijiet ta’ kompjaċenza fuq l-emittent sabiex jakkwistaw relazzjoni ta’ negozju fit-tul b'garanzija ta’ dħul ta’ flus jew sabiex jiżguraw xogħol u dħul addizzjonali. Barra minn hekk, ir-relazzjonijiet bejn l-azzjonisti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-entitajiet ikklassifikati jistgħu jikkawżaw kunflitti ta’ interess li mhumiex trattati b’mod suffiċjenti permezz tar-regoli eżistenti. Bħala riżultat, klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa skont il-mudell ‘l-emittent iħallas’ jistgħu jiġu perċepiti iktar bħala klassifikazzjonijiet tal-kreditu adatti għall-emittent milli klassifikazzjonijiet tal-kreditu meħtieġa mill-investitur. Mingħajr preġudizzju għall-konklużjonijiet tar-rapport li jrid jitressaq mill-Kummissjoni dwar il-mudell ‘l-emittent iħallas’ sa Diċembru 2012 skont l-Artikolu 39(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, huwa essenzjali li jiġu msaħħa l-kundizzjonijiet ta’ indipendenza li japplikaw għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu sabiex jiżdied il-livell ta’ kredibbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa taħt il-mudell ‘l-emittent iħallas’.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Sabiex tiżdied il-kompetizzjoni f'suq li huwa ddominat minn tliet aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, għandhom jittieħdu miżuri li jinkuraġġixxu l-użu ta' aġenziji iżgħar li ma jkollhomx aktar minn 10% tas-sehem totali tas-suq, imkejjel skont id-dħul. Riċentement kienet il-prattika li l-emittenti jitolbu klassifikazzjoni minn żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew aktar, u għaldaqstant meta jintalbu żewġ klassifikazzjonijiet jew aktar, tal-anqas waħda minnhom għandha tkun mingħand aġenzija reġistrata li jkollha anqas minn 10% tas-sehem totali tas-suq.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu juri li, tradizzjonalment, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u entitajiet klassifikati jidħlu għal relazzjonijiet fit-tul. Dan iqajjem it-theddida tal-familjarità, għaliex l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tissimpatizza żżejjed max-xewqat tal-entità klassifikata. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-imparzjalità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ ssir dubjuża maż-żmien. Tabilħaqq, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mibgħuta u mħallsa minn emittent korporattiv jingħataw l-inċentiv biex joħorġu klassifikazzjonijiet favorevoli żżejjed fuq dik l-entità klassifikata jew fuq l-istrumenti tad-dejn tagħha sabiex ir-relazzjoni tan-negozju tinżamm ma’ emittent bħal dan. L-emittenti huma wkoll suġġetti għal inċentivi li jiffavorixxu relazzjonijiet fit-tul, bħalma hu l-effett lock-in: emittent jista’ ma jibdilx l-aġenzija tal- klassifikazzjoni tal-kreditu minħabba li dan jista’ jqajjem tħassib fl-investituri fir-rigward tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittent. Din il-problema diġà kienet ġiet identifikata fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, li rrikjeda li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu japplikaw mekkaniżmu ta’ rotazzjoni li jipprovdi bidliet gradwali permezz ta' gruppi analitiċi u ta' kumitati tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu sabiex l-indipendenza tal-analisti tal-klassifikazzjoni u l-persuni li japprovaw l-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx kompromessa. Madankollu, is-suċċess ta’ dawk ir-regoli kien jiddependi ħafna minn soluzzjoni ta’ mġiba interna fl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu: l-indipendenza u l-professjonalità attwali tal-impjegati tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu vis-à-vis l-interessi kummerċjali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu nnifisha. Dawn ir-regoli ma kinux mfassla biex jagħtu garanzija b’mod suffiċjenti lejn partijiet terzi sabiex il-kunflitti ta’ interess li tqajmu mir-relazzjoni fit-tul jittaffew jew jiġu evitati. Għaldaqstant jidher li huwa meħtieġ li jkun hemm provdiment għal rispons strutturali li jkollu impatt ogħla fuq il-partijiet terzi. Dan jista’ jintlaħaq b’mod effettiv billi jiġi limitat il-perjodu li matulu aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tipprovdi kontinwament klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-istess emittent jew fuq l-istrumenti tad-dejn tiegħu. L-iffissar ta’ tul taż-żmien massimu fir-relazzjoni kummerċjali bejn l-emittent li huwa klassifikat jew li ħareġ l-istrumenti tad-dejn klassifikati u l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jneħħi l-inċentiv għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet favorevoli fuq dak l-emittent. Barra minn hekk, ir-rekwiżit għar-rotazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala prattika tas-suq normali u regolari għandha wkoll tindirizza b’mod effettiv l-effett lock-in, fejn emittent ma jibdilx l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ladarba dan iħasseb lill-investituri fir-rigward tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittent. Fl-aħħar nett, ir-rotazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollha effetti pożittivi fuq is-suq tal-klassifikazzjoni għax tiffaċilita d-dħul ġdid ta’ parteċipanti fis-suq u toffri lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti l-opportunità li jestendu n-negozju tagħhom lejn oqsma ġodda.

(7) Is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu juri li, tradizzjonalment, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u entitajiet klassifikati jidħlu għal relazzjonijiet fit-tul. Dan iqajjem it-theddida tal-familjarità, għaliex l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tissimpatizza żżejjed max-xewqat tal-entità klassifikata. F’dawk iċ-ċirkustanzi, l-imparzjalità tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ ssir dubjuża maż-żmien. Tabilħaqq, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mibgħuta u mħallsa minn emittent korporattiv jingħataw l-inċentiv biex joħorġu klassifikazzjonijiet favorevoli żżejjed fuq l-istrumenti maħruġa minn dik l-entità kklassifikata sabiex ir-relazzjoni tan-negozju tinżamm ma’ emittent bħal dan. L-emittenti huma wkoll suġġetti għal inċentivi li jiffavorixxu relazzjonijiet fit-tul, bħalma hu l-effett lock-in: emittent jista’ ma jibdilx l-aġenzija tal- klassifikazzjoni tal-kreditu minħabba li dan jista’ jqajjem tħassib fl-investituri fir-rigward tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittent. Din il-problema, li ssir aktar u aktar sinifikanti b'rabta ma' prodotti finanzjarji strutturati, diġà kienet ġiet identifikata fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, li rrikjeda li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu japplikaw mekkaniżmu ta’ rotazzjoni li jipprovdi bidliet gradwali permezz ta' gruppi analitiċi u ta' kumitati tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu sabiex l-indipendenza tal-analisti tal-klassifikazzjoni u l-persuni li japprovaw l-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx kompromessa. Madankollu, is-suċċess ta’ dawk ir-regoli kien jiddependi ħafna minn soluzzjoni ta’ mġiba interna fl-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu: l-indipendenza u l-professjonalità attwali tal-impjegati tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu vis-à-vis l-interessi kummerċjali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu nnifisha. Dawn ir-regoli ma kinux mfassla biex jagħtu garanzija b’mod suffiċjenti lejn partijiet terzi sabiex il-kunflitti ta’ interess li tqajmu mir-relazzjoni fit-tul jittaffew jew jiġu evitati. Għaldaqstant jidher li huwa meħtieġ li jkun hemm provdiment għal rispons strutturali li jkollu impatt ogħla fuq il-partijiet terzi fir-rigward ta' prodotti finanzjarji strutturati. Dan jista’ jintlaħaq b’mod effettiv billi jiġi limitat il-perjodu li matulu aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tipprovdi kontinwament klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq il-prodotti finanzjarji strutturati maħruġa mill-istess emittent. L-iffissar ta’ tul taż-żmien massimu fir-relazzjoni kummerċjali bejn l-emittent li huwa klassifikat jew li ħareġ il-prodotti finanzjarji strutturati u l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jneħħi l-inċentiv għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet favorevoli fuq dak l-emittent. Barra minn hekk, ir-rekwiżit għar-rotazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala prattika tas-suq normali u regolari għandha wkoll tindirizza b’mod effettiv l-effett lock-in, fejn emittent ma jibdilx l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ladarba dan iħasseb lill-investituri fir-rigward tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittent. Fl-aħħar nett, ir-rotazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollha effetti pożittivi fuq is-suq tal-klassifikazzjoni għax tiffaċilita d-dħul ġdid ta’ parteċipanti fis-suq u toffri lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu eżistenti l-opportunità li jestendu n-negozju tagħhom lejn oqsma ġodda. Madanakollu, sabiex titħeġġeġ id-diversifikazzjoni tas-suq, aġenziji żgħar ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu eżentati mir-rotazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Biex tittejjeb il-kompetizzjoni fost l-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, għal kull wieħed mill-oqsma tal-klassifikazzjoni li ġejjin, għandu jiġi stabbilit limitu li lil hinn minnu l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu pprojbiti milli jżidu l-kopertura tagħhom tal-klassifikazzjonijiet solleċitati. L-ewwelnett, għall-oqsma ta' servizzi bankarji, tal-assigurazzjoni u tal-klassifikazzjoni tal-kumpaniji, il-persentaġġ massimu ta' klassifikazzjonijiet solleċitati għal kull klassi minn fost it-tliet klassijiet ta' assi differenti għandu jitfassal għal 25% tas-suq f'termini tal-ammont nazzjonali. It-tnieni nett, għal prodotti finanzjarji strutturati l-persentaġġ massimu ta' klassifikazzjonijiet solleċitati għandu jitfassal għal 25% tas-suq f'termini tal-ammont nazzjonali. Ir-raġuni għal-limitu ta' 25% hija doppja: minn naħa, l-ebda aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhi se tikklassifika maġġoranza ta' emitturi ta’ bonds/ħruġ ta’ bonds għal klassi speċifika ta' assi; min-naħa l-oħra, peress li l-emitturi ta' bonds huma normalment ikklassifikati minn żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, tali miżura se tippermetti aktar aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jassenjaw sa 25% tal-emitturi ta' bonds jew tal-ħruġ ta' bonds ta' klassi speċifika ta' assi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Ir-rikonoxximent ta' aġenzija ta' klassifikazzjoni peress li Istituzzjoni Esterna tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAI) ma għandhiex iżzid l-għeluq ta' suq diġà dominat minn tliet impriżi prinċipali. Il-BĊE, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) u l-banek ċentrali nazzjonali għandhom, mingħajr ma jagħmlu l-proċess aktar faċli jew inqas eżiġenti, jipprevedu r-rikonoxximent ta' aktar aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħala ECAIs bħala mod kif jiftħu s-suq għad-dħul ta' impriżi ġodda.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Rotazzjoni regolari tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu klassifikazzjonijiet ta’ kreditu fuq l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu għandha ġġib iktar diversità fl-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittent li jagħżel u jħallas dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Fehmiet, perspettivi u metodoloġiji multipli u differenti applikati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jipproduċu iktar klassifikazzjonijiet tal-kreditu diversi u fl-aħħar mill-aħħar itejbu l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti. Sabiex din id-diversità jkollha rwol u biex tiġi evitata l-kompjaċenza kemm tal-emittent u kemm tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, it-tul taż-żmien massimu tar-relazzjoni ta’ negozju bejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-emittent li jħallas irid jiġi ristrett għal livell li jiggarantixxi daqqa t’għajn friska u regolari lejn l-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti. Għalhekk, perjodu ta’ tliet snin għandu jkun xieraq, meta jiġi kkunsidrat ukoll il-bżonn li jkun hemm ċerta kontinwità fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interess jiżdied f’sitwazzjonijiet fejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ ta’ spiss klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq strumenti tad-dejn tal-istess emittent fi żmien qasir. F’dawk il-każijiet, it-tul taż-żnien massimu tar-relazzjoni ta’ negozju għandu jkun iqsar biex jiggarantixxi riżultati simili. Għalhekk, ir-relazzjoni ta’ negozju għandha tieqaf wara li klassifikazzjoni tal-kreditu tkun ikklassifikat għaxar strumenti tad-dejn tal-istess emittent. Madankollu, sabiex l-impożizzjoni ta’ piż sproporzjonat fuq l-emittenti u l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi evitata, ma għandu jiġi impost l-ebda rekwiżit biex tinbidel aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-ewwel 12-il xahar tar-relazzjoni ta’ negozju. Fejn emittent jordna aktar minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, sew jekk minħabba li bħala emittent ta’ strumenti finanzjarji strutturati huwa jkun obbligat li jagħmel dan, jew fuq bażi volontarja, għandha tkun suffiċjenti li l-perjodi stretti ta’ rotazzjoni japplikaw biss għal waħda mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Iżda, anki f’dan il-każ, ir-relazzjoni kummerċjali bejn l-emittent u l-aġenziji addizzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jaqbżu l-perjodu ta’ sitt xhur.

(8) Rotazzjoni regolari tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu l-prodotti finanzjarji strutturati ta' emittent għandha ġġib iktar diversità fl-evalwazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-emittent li jagħżel u jħallas dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Fehmiet, perspettivi u metodoloġiji multipli u differenti applikati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jipproduċu iktar klassifikazzjonijiet tal-kreditu diversi u fl-aħħar mill-aħħar itejbu l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-prodotti finanzjarji strutturati. Sabiex din id-diversità jkollha rwol u biex tiġi evitata l-kompjaċenza kemm tal-emittenti u kemm tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, it-tul taż-żmien massimu tar-relazzjoni ta’ negozju bejn l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u l-emittent li jħallas irid jiġi ristrett għal livell li jiggarantixxi daqqa t’għajn friska u regolari lejn l-affidabbiltà kreditizja tal-emittenti. Għalhekk, perjodu ta’ ħames snin għandu jkun xieraq, meta jiġi kkunsidrat ukoll il-bżonn li jkun hemm ċerta kontinwità fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-eżiġenza li l-emittenti jbiddlu regolarment l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma jqabbdu biex toħroġ il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu hija proporzjonata mal-għan li jrid jintlaħaq. Dan ir-rekwiżit japplika biss għal ċerti istituzzjonijiet regolati (aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrati) li jipprovdu servizz li jaffettwa l-interess tal-pubbliku (klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jistgħu jintużaw għal skopijiet regolatorji) taħt ċerti kondizzjonijiet (il-mudell ‘l-emittent iħallas’). Il-privileġġ li jkollha s-servizzi tagħha rikonoxxuti bħala li jaqdu rwol importanti fir-regolament tas-suq tas-servizzi finanzjarji u li tkun approvata biex twettaq din il-funzjoni jġib miegħu l-ħtieġa li jkunu rrispettati ċerti obbligi biex jiggarantixxu l-indipendenza u l-perċezzjoni tal-indipendenza fiċ-ċirkustanzi kollha. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tinżamm milli tipprovdi servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu lil xi emittent partikulari xorta tkun titħalla tipprovdi klassifikazzjonijiet tal-kreditu lil emittenti oħrajn. F’kuntest ta’ suq fejn ir-regola tar-rotazzjoni tapplika għall-atturi kollha, se jkun hemm opportunitajiet ta’ negozju minħabba li l-emittenti kollha jkollhom bżonn ibiddlu l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dejjem jistgħu joħorġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux solleċitata lill-istess emittent, waqt li jikkapitalizzaw fuq l-esperjenza tagħhom. Klassifikazzjonijiet mhux solleċitati mhumiex marbutin mal-mudell ‘l-emittent iħallas’u għahekk huma affettwati inqas minn kunflitti ta’ interess li jista’ jkun hemm. Għall-emittenti, it-tul massimu taż-żmien f’relazzjoni ta‘negozju ma’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ir-regolament dwar l-impieg ta’ iktar minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jirrappreżenta wkoll restrizzjoni fuq il-libertà tagħhom li jmexxu n-negozju tagħhom stess. Madankollu, din ir-restrizzjoni hija meħtieġa għal raġunijiet ta’ interess pubbliku meta wieħed iqis l-interferenza tal-mudell ‘l-emittent iħallas’fuq l-indipendenza meħtieġa tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiżguraw klassifikazzjonijiet tal-kreditu indipendenti li jistgħu jintużaw minn investituri għal skopijiet regolatorji. Fl-istess ħin, dawn ir-restrizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ u għandu jidher aktar bħala element li jkattar l-affidabbiltà kreditizja tal-emittent lejn partijiet oħrajn, u fl-aħħar mill-aħħar lejn is-suq.

(11) L-eżiġenza li l-emittenti jbiddlu regolarment l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma jqabbdu biex toħroġ il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu hija proporzjonata mal-għan li jrid jintlaħaq. Dan ir-rekwiżit japplika biss għal ċerti istituzzjonijiet regolati (aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrati) li jipprovdu servizz li jaffettwa l-interess tal-pubbliku (klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jistgħu jintużaw għal skopijiet regolatorji), biss għal ċerti prodotti (prodotti finanzjarji strutturati) u taħt ċerti kundizzjonijiet (il-mudell ‘l-emittent iħallas’). Il-privileġġ li jkollha s-servizzi tagħha rikonoxxuti bħala li jaqdu rwol importanti fir-regolament tas-suq tas-servizzi finanzjarji u li tkun approvata biex twettaq din il-funzjoni jġib miegħu l-ħtieġa li jkunu rrispettati ċerti obbligi biex jiggarantixxu l-indipendenza u l-perċezzjoni tal-indipendenza fiċ-ċirkustanzi kollha. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tinżamm milli tipprovdi servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu lil ċerti prodotti finanzjarji strutturati ta' xi emittent partikulari xorta tkun titħalla tipprovdi klassifikazzjonijiet tal-kreditu lil dak l-istess emittent fuq prodotti oħra jew lil emittenti oħra. F’kuntest ta’ suq fejn ir-regola tar-rotazzjoni tapplika għall-atturi kollha, se jkun hemm opportunitajiet ta’ negozju minħabba li l-emittenti kollha jkollhom bżonn ibiddlu l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Barra minn hekk, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dejjem jistgħu joħorġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux solleċitata lill-istess emittent, waqt li jikkapitalizzaw fuq l-esperjenza tagħhom. Klassifikazzjonijiet mhux solleċitati mhumiex marbutin mal-mudell ‘l-emittent iħallas’u għahekk huma affettwati inqas minn kunflitti ta’ interess li jista’ jkun hemm. Għall-emittenti, it-tul massimu taż-żmien f’relazzjoni ta‘negozju ma’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ir-regolament dwar l-impieg ta’ iktar minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jirrappreżenta wkoll restrizzjoni fuq il-libertà tagħhom li jmexxu n-negozju tagħhom stess. Madankollu, din ir-restrizzjoni hija meħtieġa għal raġunijiet ta’ interess pubbliku meta wieħed iqis l-interferenza tal-mudell ‘l-emittent iħallas’fuq l-indipendenza meħtieġa tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex jiżguraw klassifikazzjonijiet tal-kreditu indipendenti li jistgħu jintużaw minn investituri għal skopijiet regolatorji. Fl-istess ħin, dawn ir-restrizzjonijiet ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ u għandu jidher aktar bħala element li jkattar l-affidabbiltà kreditizja tal-emittent lejn partijiet oħrajn, u fl-aħħar mill-aħħar lejn is-suq, u li jippromwovi l-funzjonament ġenwinament ibbilanċjat tas-suq intern.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Aktar mill-prinċipju ta' rotazzjoni, u biex l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu jistgħu jwettqu servizzi għall-emittenti b'mod kemm jista' jkun indipendenti, il-kuntratti bejn aġenzija partikolari tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u emittent partikolari m'għandhomx ikunu jistgħu jiġġeddu, anke meta r-relazzjoni kuntrattwali ma tkunx għamlet iż-żmien massimu tagħha. Barra minn hekk, il-klawżoli għandhom ikunu pprojbiti jekk b'xi mod iservu biex jorbtu l-klassifikazzjonijiet maħruġa mar-remunerazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew mal-possibbiltà li l-kuntratt jiġi tterminat. L-għan huwa li, kemm jista' jkun, jitnaqqsu t-tentattivi biex il-ħidma tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi soġġetta għal kundizzjonijiet, kemm jekk permezz ta' dispożizzjonijiet kuntrattwali kif ukoll permezz ta' theddida impliċita li kuntratt ma jiġġeddidx.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Waħda mill-ispeċifiċitajiet ta’ klassifikazzjonijiet sovrani hi li l-mudell ‘l-emittent iħallas’ ġeneralment ma japplikax. Minflok, il-biċċa l-kbira tal-klassifikazzjonijiet jinħadmu bħala klassifikazzjonijiet mhux solleċitati, billi jipprovdu l-bażi, kemm solleċitata u kemm mhix tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-pajjiż ikkonċernat. Għalhekk, mhux meħtieġ li tiġi mitluba r-rotazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu klassifikazzjonijiet sovrani.

imħassar

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Ir-regoli fuq l-indipendenza u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess jistgħu jsiru ineffettivi jekk l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma jkunux indipendenti minn xulxin. Għadd ġmielu ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, mhux konnessi la mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena f’każ ta’ rotazzjoni u lanqas mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tipprovdi servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu b’mod parallel lill-istess emittent, huwa meħtieġ biex dawk ir-regoli jiġu applikati b’mod fattibbli. Fin-nuqqas ta’ għażla suffiċjenti ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-emittent fis-suq kurrenti, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli li għandhom l-għan li jtejbu l-kundizzjonijiet ta’ indipendenza tirriskja li ma tibqax effettiva. Għalhekk, huwa xieraq li tintalab separazzjoni stretta bejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena minn dik li tidħol fiha f’każ ta’ rotazzjoni kif ukoll taż-żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jipprovdu servizzi ta’ klassifikazzjoni b’mod parallel mal-istess emittent. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kkonċernati ma għandhomx ikunu marbuta ma’ xulxin permezz tal-kontroll, billi jagħmlu parti mill-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, billi jkunu azzjonisti jew membri jew ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot fi kwalunkwe aġenzija oħra jew billi jkunu jistgħu jaħtru membri fuq il-bordijiet tal-amministrazzjoni, ġestjoni jew superviżjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu l-oħra.

imħassar

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Amalgamazzjonijiet possibbli ta' aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, b'mod partikolari dawk li jinvolvu aġenzija kbira, se jirriżultaw fi tnaqqis tal-għażla tal-emitturi bejn aġenziji differenti fis-suq, u t-tneħħija tal-kompetituri. Dan x'aktarx li joħloq diffikultajiet għall-emittenti meta jkunu jeħtieġu jaħtru aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda jew aktar. Għalhekk, ikun xieraq li jiġu pprojbiti l-amalgamazzjonijiet bejn aġenzjiji kbar tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-kompetituri tagħhom.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jistabbilixxu, iżommu, jinfurzaw, u jiddokumentaw struttura effikaċi ta' kontroll intern li tirregola l-implimentazzjoni ta' politiki u proċeduri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' kunflitti ta' interess possibbli u biex tkun żgurata l-indipendenza tal-klassifikazzjonijiet, l-analisti u t-timijiet tal-klassifikazzjoni fir-rigward tal-azzjonisti, il-korpi amministrattivi u tal-immaniġġjar u l-attivitajiet ta' bejgħ u kummerċjalizzazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti Proċeduri Operattivi Standard (SOPs) fir-rigward tal-governanza korporattiva, l-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. L-SOPs għandhom jiġu rieżaminati u mmonitorjati perjodikament biex tiġi evalwata l-effikaċja tal-istruttura ta' kontroll intern u biex jiġi evalwat jekk għandhiex tiġi aġġornata.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom iressqu rapport annwali dwar il-kontrolli interni lill-AETS, li għandu jkun fih deskrizzjoni tar-responsabbiltà tal-maniġment fl-istabbiliment u ż-żamma ta' struttura effikaċi ta' kontroll intern kif ukoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-istruttura ta' kontroll intern.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-perċezzjoni tal-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun affettwata partikularment jekk l-istess azzjonisti jew membri jkunu qed jinvestu f’aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għallinqas jekk dan l-investiment jilħaq ċertu daqs li jista’ jippermetti lil dawn l-azzjonisti jew membri jeżerċitaw ċerta influwenza fuq in-negozju tal-aġenzija. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza (u l-perċezzjoni tal-indipendenza) tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa xieraq li jkun hemm regoli iktar stretti fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-azzjonisti tagħhom. Għal din ir-raġuni, ebda persuna ma għandha simultanjament ikollha parteċipazzjoni ta’ 5 % jew aktar f’aktar minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, sakemm l-aġenziji kkonċernati ma jkunux jappartjenu għall-istess grupp.

(15) Il-perċezzjoni tal-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun affettwata partikularment jekk l-istess azzjonisti jew membri jkunu qed jinvestu f’aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti li ma jappartjenux għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-indipendenza (u l-perċezzjoni tal-indipendenza) tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa xieraq li jkun hemm regoli iktar stretti fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-azzjonisti tagħhom. Għal din ir-raġuni, azzjonist jew membru li jkollu parteċipazzjoni ta’ 5 % jew aktar f’aktar minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandu jitħalla jkollu l-ebda parteċipazzjoni f'aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, sakemm l-aġenziji kkonċernati ma jkunux jappartjenu għall-istess grupp.

Emenda  24

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-għan li biex tiġi żgurata indipendenza suffiċjenti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jimplika li l-investituri ma għandux ikollhom investimenti simultanji ta’ 5 % jew aktar f’aktar minn aġenzija waħda tal-kreditu. Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ tesiġi li dawk il-persuni li jikkontrollaw 5 % tad-drittijiet tal-vot fir-riżultati ta’ kumpanija kkwotata fil-Borża għandhom jiżvelawha fil-pubbliku, minħabba, inter alia, l-interess għall-investituri biex ikunu jafu dwar tibdiliet fl-istruttura tal-votazzjoni ta’ kumpanija tali. 5 % tad-drittijiet tal-voti huma meqjusa għalhekk bħala sehem kbir li kapaċi jinfluwenza l-istruttura tal-votazzjoni f’kumpanija. Huwa għalhekk xieraq li jintuża l-livell tal-5 % għall-finijiet li jkun ristrett investiment simultanju f’aktar minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Din il-miżura ma titstax titqies bħala sproporzjonata meta jitqies li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrati kollha fl-Unjoni huma kumpaniji li mhumiex elenkati fil-Borża u għalhekk mhumiex suġġetti għar-regoli proċedurali u ta’ trasparenza li japplikaw għall-kumpaniji elenkati fl-UE. Spiss kumpaniji mhux elenkati huma mmexxija minn protokolli jew ftehim tal-azzjonisti u n-numru ta’ azzjonisti jew membri huwa normalment baxx. Għalhekk, anki pożizzjoni minuri f’aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li mhix elenkata tista’ tkun ta’ influwenza. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li investimenti purament ekonomiċi f’aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għadhom possibbli, din il-limitazzjoni ta’ investimenti simultanji f’iktar minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda ma għandhiex tiġi estiża għall-investimenti li jsiru permezz ta’ skemi ta’ investiment kollettivi ġestiti minn partijiet terzi indipendenti mill-investitur u mhux suġġetti għall-influwenza tiegħu jew tagħha.

imħassar

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ir-regoli l-ġodda li jillimitaw it-tul tar-relazzjoni tan-negozju bejn emittent u l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jagħti tifsila ġdida sinifikanti lis-suq ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fl-Unjoni, li llum għadu fil-parti l-kbira tiegħu kkonċentrat. Ikun hemm opportunitajiet ġodda ta’ suq għal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu żgħar jew ta’ daqs medju, li jkollhom bżonn jiżviluppaw biex jieħdu f’idejhom dawk l-impenji fl-ewwel snin wara d-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda. Huwa probabbli li dawk l-iżviluppi jġibu diversità ġdida fis-suq. Madankollu, l-għanijiet u l-effettività tar-regoli l-ġodda jkunu fil-biċċa l-kbira fil-periklu jekk, matul dawk is-snin tal-bidu, aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kbar u stabbiliti jżommu lill-kompetituri tagħhom milli jiżviluppaw alternattivi kredibbli billi jakkwistawhom. Iktar konsolidazzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mmexxija minn atturi kbar u stabbiliti tirriżulta fi tnaqqis tan-numru ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrati u disponibbli, u b’hekk jinħolqu diffikultajiet ta’ għażla għall-emittenti fil-mument li fih jeħtieġu jaħtru regolarment xi aġenzija ġdida tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda jew iktar u jiġi mfixkel il-funzjonament bla intoppi tar-regoli l-ġodda. Iktar importanti minn hekk, il-konsolidazzjoni mmexxija minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kbar u stabbiliti tostakola b’mod partikolaril-iżvilupp ta’ iktar diversità fis-suq.

(17) Iktar konsolidazzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mmexxija minn atturi kbar u stabbiliti tirriżulta fi tnaqqis tan-numru ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu reġistrati u disponibbli, u b’hekk jinħolqu diffikultajiet ta’ għażla għall-emittenti u jiġi mfixkel il-funzjonament bla intoppi tas-suq. Iktar importanti minn hekk, il-konsolidazzjoni mmexxija minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kbar u stabbiliti tostakola b’mod partikolaril-iżvilupp ta’ iktar diversità fis-suq.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Biex jiġi appoġġat il-mekkaniżmu ta' rotazzjoni u biex titnaqqas il-konċentrazzjoni tas-suq tal-klassifikazzjoni, kull emittent għandu jkun soġġett għal limitu ta' 50 % tas-somma nozzjonali kklassifikata minn kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-għan huwa li l-emittenti jiġu mħeġġa jaħdmu ma' diversi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Sabiex ma jiġux ippenalizzati dawk l-emittenti li minn jeddhom, jew li huma legalment obbligati, jiksbu aktar minn klassifikazzjoni waħda għal titolu partikolari, jew li jkunu ħarġu titolu wieħed biss, is-somom nozzjonali li jikkorrispondu għal titoli kklassifikati minn aktar min aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda għandhom, għall-finijiet ta' dan il-limitu, jitqassmu bejn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu l-klassifikazzjonijiet.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-effettività tar-regoli fuq l-indipendenza u l-prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interess li jesiġu li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jipprovdu għal perjodu twil ta’ żmien servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu lill-istess emittent tista’ tkun imminata jekk l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jitħallew isiru direttament jew indirettament azzjonisti jew membri ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra.

imħassar

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Huwa importanti jiġi żgurat li l-modifiki fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni ma jirriżultawx f’metodoloġiji inqas rigorużi. Għal dak il-għan, l-emittenti, l-investituri u partijiet interessati oħrajn għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kwalunkwe tibdil intenzjonat fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni. Dan jgħinhom jifhmu r-raġunijiet wara l-metodoloġiji l-ġodda u t-tibdil li jkun sar. Il-kummenti provduti mill-emittenti u l-investituri dwar l-abbozz ta’ metodoloġiji jistgħu jkunu ta’ kontribut siewi għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fid-definizzjoni tal-metodoloġiji. Barra minn hekk, l-AETS għandha tivverifika u tikkonferma l-konformità ta’ metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni ġodda mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-istandard regolatorju tekniku rilevanti qabel ma l-metodoloġiji jiġu applikati fil-prattika. L-AETS għandha tivverifika li l-metodoloġiji proposti huma rigorużi, sistematiċi, kontinwi u soġġetti għal validazzjoni bbażata fuq l-esperjenza storika, fosthom il-back-testing. Iżda dan il-proċess tal-verifika ma għandux jagħti lill-AETS xi poter li tiġġudika kemm tkun xierqa l-metodoloġija proposta jew il-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu wara l-applikazzjoni tal-metodoloġiji.

(19) Huwa importanti jiġi żgurat li l-modifiki fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni ma jirriżultawx f’metodoloġiji inqas rigorużi. Għal dak il-għan, l-emittenti, l-investituri u partijiet interessati oħrajn għandu jkollhom l-opportunità li jikkummentaw dwar kwalunkwe tibdil intenzjonat fil-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni. Dan jgħinhom jifhmu r-raġunijiet wara l-metodoloġiji l-ġodda u t-tibdil li jkun sar. Il-kummenti provduti mill-emittenti u l-investituri dwar l-abbozz ta’ metodoloġiji jistgħu jkunu ta’ kontribut siewi għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fid-definizzjoni tal-metodoloġiji. Barra minn hekk, l-AETS għandha tivverifika u tikkonferma l-konformità ta’ metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni ġodda mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u l-istandard regolatorju tekniku rilevanti qabel ma l-metodoloġiji jiġu applikati fil-prattika. L-AETS għandha tivverifika li l-metodoloġiji proposti huma rigorużi, sistematiċi, kontinwi u soġġetti għal validazzjoni bbażata fuq l-esperjenza storika, fosthom il-back-testing. Iżda dan il-proċess tal-verifika ma għandu bl-ebda mod jagħti lill-AETS xi poter ex ante li tiġġudika kemm tkun xierqa l-metodoloġija proposta jew il-kontenut tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu wara l-applikazzjoni tal-metodoloġiji. L-AETS għandha tiżgura li varjetà wiesgħa ta' metodoloġiji jinżammu.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni għandhom iqisu r-riskji finanzjarji li joħorġu mill-perikli ambjentali. Dawn ir-riskji jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal riskju għall-affidabbiltà kreditizja fit-tul ta' debituri b'espożizzjoni sinifikanti għall-fatturi ambjentali jew tibdiliet fil-ħtiġijiet legali dwar kwistjonijiet ambjentali, l-impatt ta' kwistjonijiet ambjentali fuq espożizzjonijiet tal-prezzijiet ta' komoditajiet u l-impatt ta' riskji mhux assigurabbli li għadhom ma ġewx ikkunsidrati fil-qafas regolatorju u tar-riskju operattiv intern tal-istituzzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-inċidenti ta' "Deep water horizon" u ta' TEPCO f'Fukishima ġġeneraw spejjeż finanzjarji sinifikanti għal korporazzjonijiet, banek u stati involuti, b'hekk il-bżonn li tiġi inkorporata n-nozzjoni ta' riskju ambjentali fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Minħabba l-kumplessità ta’ strumenti ta' finanzjament strutturat, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhux dejjem irnexxielhom jiżguraw kwalità għolja ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fuq strumenti bħal dawn. Dan wassal għal telf ta’ kunfidenza tas-suq f’dan it-tip ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Sabiex terġa’ tikseb il-kunfidenza jkun xieraq li l-emittenti jew il-partijiet terzi tagħhom jintalbu jinvolvu żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti biex jipprovdu klassifikazzjoni tal-kreditu fuq strumenti ta' finanzjament strutturatta' finanzjament strutturat, li jistgħu jwasslu għal valutazzjonijiet differenti u kontra xulxin. Dan inaqqas ukoll id-dipendenza żejda fuq klassifikazzjoni tal-kreditu waħda.

(20) Minħabba l-kumplessità ta’ strumenti ta' finanzjament strutturat, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhux dejjem irnexxielhom jiżguraw kwalità għolja ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fuq strumenti bħal dawn. Dan wassal għal telf ta’ kunfidenza tas-suq f’dan it-tip ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Sabiex terġa’ tikseb il-kunfidenza jkun xieraq li l-emittenti jew il-partijiet terzi tagħhom jintalbu jinvolvu tal-anqas żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti biex jipprovdu klassifikazzjoni tal-kreditu fuq strumenti ta' finanzjament strutturatta' finanzjament strutturat, li jistgħu jwasslu għal valutazzjonijiet differenti u kontra xulxin. Dan inaqqas ukoll id-dipendenza żejda fuq klassifikazzjoni tal-kreditu waħda. Ladarba hija partikolarment importanti li jkun hemm standards ta' kwalità għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, l-introduzzjoni ta' reviżjoni tal-kwalità ġenerali u perjodika tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni għandha tiġi diskussa sabiex fil-futur jiġu evitati l-iżbalji fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu msemmija hawn fuq, li jistgħu jiġu attribwiti għal nuqqas ta' kompetenza.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Il-klassifikazzjonijiet maħruġa mill-aġenżiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu direttament relatati mar-riskju tal-kreditu. Dan huwa l-uniku mezz li jiżgura l-komparabbiltà, sew f'termini tas-sistemi użati minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu individwali sew f'termini tat-tipi ta' strumenti finanzjarji klassifikati. Mhuwiex aċċettabbli li l-investituri u r-regolaturi m'għandu jkollhom l-ebda kriterju speċifiku u oġġettiv, verifikabbli għall-inqas a posteriori, li jippermettilhom li jqabblu l-klassifikazzjonijiet differenti tal-aġenzija u l-prestazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskji tal-aġenziji. Barra minn hekk, l-ebda sistema ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ma tista' tkun kredibbli jekk l-istrumenti finanzjarji jkunu kklassifikati b'mod ugwali meta l-probabbiltà tal-inadempjenza ma tkunx l-istess. Jekk dan ikun il-każ, l-AETS għandha tfassal skala ta' klassifikazzjoni armonizzata li tagħmel il-probabbiltà tal-inadempjenza l-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjonijiet maħruġa.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Id-Direttiva xxxx/xx/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-kumpaniji ta’ investiment introduċiet dispożizzjoni li titlob li l-banek u l-kumpaniji tal-investiment jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu ta’ entitajiet u strumenti finanzjarji li fihom jinvestu huma stess u mhux sempliċiment jistrieħu f’dan ir-rigward fuq klassifikazzjonijiet esterni. Din ir-regola għandha tiġi estiża għal kumpaniji finanzjarji regolati taħt il-liġi tal-Unjoni, inklużi l-ġesturi tal-investiment. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jimponu regoli li jippermettu dipendenza iktar stretta ta’ dawn l-investituri fuq il-klassifikazzjonijiet esterni.

(21) Id-Direttiva xxxx/xx/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u l-kumpaniji ta’ investiment introduċiet dispożizzjoni li titlob li l-banek u l-kumpaniji tal-investiment jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu ta’ entitajiet u strumenti finanzjarji li fihom jinvestu huma stess u mhux sempliċiment jistrieħu f’dan ir-rigward fuq klassifikazzjonijiet esterni. Din ir-regola għandha tiġi estiża għal kumpaniji finanzjarji regolati taħt il-liġi tal-Unjoni, inklużi l-ġesturi tal-investiment. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati li jimponu regoli li jippermettu dipendenza iktar stretta ta’ dawn l-investituri fuq il-klassifikazzjonijiet esterni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jirrevedu l-liġi nazzjonali u l-istandards tekniċi tagħhom biex jiżguraw li kull meta ssir referenza għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, tiġi evitata dipendenza mekkanistika potenzjali fuq dawk il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jirrevedu r-regoli nazzjonali u l-istandards tekniċi tagħhom biex jeliminaw ir-referenza għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kull fejn huma jattivaw dipendenza mekkanistika fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. L-Istati Membri għandhom ukoll jirrevedu r-referenzi kollha għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu speċifiċi sabiex jitqiesu l-aġenziji tal-klassifikazzjoni rreġistrati u ċċertifikati kollha.

Emenda  33

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) L-użu ta' klassifikazzjonijiet ma għandux iqanqal reazzjonijiet awtomatiċi fejn strumenti ta' dejn ġew degradati, kemm jekk dawn l-istrumenti humiex pubbliċi jew privati​​. Fil-każ ta' tnaqqis fil-grad tad-dejn sovran, l-awtoritajiet u l-kumpaniji lokali bbażati fl-Istati Membri kkonċernati jitnaqqsu awtomatikament ukoll, anke jekk jinsabu fis-sod finanzjarjament. Tali tnaqqis awtomatiku ma għandux jirriżulta f'bejgħ awtomatiku tat-titolu peress li l-investituri nfushom għandhom jivvalutaw l-emittur.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-investituri, l-emittenti u partijiet interessati oħrajn għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar il-klassifikazzjoni fuq paġna elettronika ċentrali. Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni (EURIX) stabbilit mill-AETS għandu jippermetti lill-investituri biex faċilment iqabblu l-klassifikazzjonijiet kollha li jeżistu fir-rigward ta’ entità speċifika klassifikata u jipprovdihom bi klassifikazzjonijiet medji. Biex l-investituri jkunu jistgħu jqabblu l-klassifikazzjonijiet fuq l-istess entità maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti huwa meħtieġ li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jużaw skala ta’ klassifikazzjoni armonizzata, żviluppata mill-AETS u adottata mill-Kummissjoni bġala standard tekniku regolatorju. L-użu tal-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata għandha tkun mandatorja biss għall-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet fuq il-webpage tal-EURIX filwaqt li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu ħielsa li jużaw l-iskali tagħhom ta’ klassifikazzjoni meta jippubblikaw il-klassifikazzjonijiet fuq il-websajts tagħhom stess. L-użu mandatorji ta’ skala tal-klassifikazzjoni armonizzata ma għandux ikollhom effett armonizzat fuq il-metodoloġiji u l-proċessi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, iżda għandu jkun limitat biex ir-riżultat tal-klassifikazzjoni jkun jista’ jitqabbel. Huwa importanti li l-webpage tal-EURIX turi, b’żieda mal-indiċi tal-klassifikazzjoni aggregat, il-klassifikazzjonijiet kollha disponibbli skont l-instrument biex l-investituri jkunu jistgħu jikkonsidraw il-varjetà sħiħa tal-opinjonijiet qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom ta’ investiment. L-indiċi tal-klassifikazzjoni aggregat jista’ jgħin lill-investituri biex jiksbu l-ewwel indikazzjoni tal-kreditizja ta’ entità. Il-EURIX għandu jgħin aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ġodda u iżgħar biex jiksbu l-viżibbiltà. L-Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni jikkomplimenta l-informazzjoni dwar dejta storika ta’ prestazzjoni li trid tiġi ppubblikata minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fir-repożitorju ċentrali tal-AETS. Il-Parlament Ewropew appoġġa l-istabbiliment ta’ Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni bħal dan fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tat-8 ta’ Ġunju 2011.

(23) L-investituri, l-emittenti u partijiet interessati oħrajn għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata dwar il-klassifikazzjoni fuq paġna elettronika ċentrali u permezz ta' dejta, u jirċievu aċċess għal mezzi futuri tat-trażmissjoni tad-dejta. Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni (EURIX) stabbilit mill-AETS għandu jippermetti lill-investituri biex faċilment iqabblu l-klassifikazzjonijiet kollha li jeżistu fir-rigward ta’ entità speċifika klassifikata u jipprovdihom bi klassifikazzjonijiet medji. Biex l-investituri jkunu jistgħu jqabblu l-klassifikazzjonijiet fuq l-istess entità maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu differenti huwa meħtieġ li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jużaw skala ta’ klassifikazzjoni armonizzata, żviluppata mill-AETS f'kooperazzjoni mal-ABE u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) u l-AEAPX u adottata mill-Kummissjoni bġala standard tekniku regolatorju. L-użu tal-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata għandha tkun mandatorja biss għall-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet fuq il-webpage tal-EURIX filwaqt li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu ħielsa li jużaw l-iskali tagħhom ta’ klassifikazzjoni meta jippubblikaw il-klassifikazzjonijiet fuq il-websajts tagħhom stess. L-użu mandatorji ta’ skala tal-klassifikazzjoni armonizzata ma għandux ikollhom effett armonizzat fuq il-metodoloġiji u l-proċessi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, iżda għandu jkun limitat biex ir-riżultat tal-klassifikazzjoni jkun jista’ jitqabbel. Huwa importanti li l-webpage tal-EURIX turi, b’żieda mal-indiċi tal-klassifikazzjoni aggregat, il-klassifikazzjonijiet kollha disponibbli skont l-instrument biex l-investituri jkunu jistgħu jikkonsidraw il-varjetà sħiħa tal-opinjonijiet qabel ma jieħdu d-deċiżjoni tagħhom ta’ investiment. L-indiċi tal-klassifikazzjoni aggregat jista’ jgħin lill-investituri biex jiksbu l-ewwel indikazzjoni tal-kreditizja ta’ entità. Il-EURIX għandu jgħin aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ġodda u iżgħar biex jiksbu l-viżibbiltà. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joperaw b'mudell ta' ħlas ibbażat fuq abbonament jew investitur għandhom ikunu eżenti mill-pubblikazzjoni ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu individwali u għandhom jidhru biss fit-twaqqif tal-klassifikazzjonijiet medji. L-Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni jikkomplimenta l-informazzjoni dwar dejta storika ta’ prestazzjoni li trid tiġi ppubblikata minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fir-repożitorju ċentrali tal-AETS. Il-Parlament Ewropew appoġġa l-istabbiliment ta’ Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni bħal dan fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tat-8 ta’ Ġunju 2011.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Klassifikazzjonijiet tal-kreditu, kemm jekk maħruġa għal skopijiet regolatorji jew le, għandhom impatt sinifikanti fuq deċiżjonijiet ta’ investiment.Għalhekk, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom responsabbiltà importanti lejn l-investituri billi jiżguraw li dawn jikkonformaw mar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 sabiex il-klassifikazzjonijiet tagħhom ikunu indipendenti, oġġettivi u ta’ kwalità adegwata. Madankollu, fin-nuqqas ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-investitur, l-investituri mhumiex dejjem f’qagħda li jinforzaw ir-responsabbiltà tal-aġenzija lejhom. Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm provvediment għal dritt adegwat ta’ rimedju għall-investituri li qagħdu fuq klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa bi ksur tar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. L-investitur għandu jkun kapaċi jżomm lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata minn ksur ta’ dak ir-Regolament li kellu impatt fuq ir-riżultat tal-klassifikazzjoni. Ksur li ma għandux impatt fuq ir-riżultat tal-klassifikazzjoni, bħall-ksur ta’ obbligi ta’ trasparenza, ma għandux iqanqal talbiet I għal riżarċiment minħabba responsabbiltà ċivili.

(24) Klassifikazzjonijiet tal-kreditu, kemm jekk maħruġa għal skopijiet regolatorji jew le, għandhom impatt sinifikanti fuq deċiżjonijiet ta’ investiment. Għalhekk, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom responsabbiltà importanti lejn l-investituri billi jiżguraw li dawn jikkonformaw mar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 sabiex il-klassifikazzjonijiet tagħhom ikunu indipendenti, oġġettivi u ta’ kwalità adegwata. Madankollu, fin-nuqqas ta’ relazzjoni kuntrattwali bejn l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu u l-partijiet terzi, dawn tal-aħħar mhumiex dejjem f’qagħda li jinforzaw ir-responsabbiltà tal-aġenzija lejhom. Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm provvediment għal dritt adegwat ta’ rimedju għall-partijiet terzi li qagħdu fuq klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa bi ksur tar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Il-partijiet terzi għandhom ikunu kapaċi jżommu lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata minn ksur ta’ dak ir-Regolament li kellu impatt fuq ir-riżultat tal-klassifikazzjoni. Ksur li ma għandux impatt fuq ir-riżultat tal-klassifikazzjoni, bħall-ksur ta’ obbligi ta’ trasparenza, ma għandux iqanqal talbiet I għal riżarċiment minħabba responsabbiltà ċivili.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jinżammu responsabbli biss jekk jiksru intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja kwalunkwe obbligu impost fuqhom mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Dan l-istandard ta’ tort ifisser li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jaffaċċjaw talbiet għal riżarċiment jekk jittraskuraw l-obbligi individwali taħt ir-Regolament mingħajr ma jinjoraw d-dmirijiet tagħhom b’mod serju. Dan l-istandard ta’ tort huwa xieraq għax l-attività tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tinvolvi ċertu ammont ta’ valutazzjoni ta’ fatturi ekonomiċi kumplessi u l-applikazzjoni ta’ metodoloġiji differenti tista’ twassal għal riżultati ta’ klassifikazzjonijiet differenti, li l-ebda waħda minnhom ma tista’ tkun kwalifikata bħala inkorretta.

(25) L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jinżammu responsabbli biss jekk jiksru intenzjonalment jew minħabba negliġenza serja kwalunkwe obbligu impost fuqhom mir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Kwalunkwe ksur tar-regoli organizzattivi u operattivi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni, anki meta suġġetti għal miżuri dixxiplinarji mill-AETS, ma għandux jagħti d-dritt għal talbiet għal riżarċiment minn partijiet terzi. Ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni quddiem il-qrati ċivili kompetenti għandha tiġi deċiża mir-regoli ta' dawk il-qrati.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Huwa importanti li l-investituri jiġu pprovduti bid-dritt effettiv għal rimedju kontra l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Billi l-investituri ma għandhomx għarfien mill-qrib tal-proċeduri interni fi ħdan l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu revoka parzjali tal-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżistenza ta’ xi ksur u l-impatt tal-ksur fuq ir-riżultati tal-klassifikazzjonijiet jidher li jkun xieraq jekk l-investitur ikollu każ raġonevoli favur l-eżistenza ta’ ksur bħal dan. Madankollu, l-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżistenza ta’ xi dannu u l-kawżalità tal-ksur għad-dannu, ladarba t-tnejn huma eqreb l-isfera tal-investitur, għandu jkun kollu kemm hu fuq l-investitur.

(26) Huwa importanti li l-partijiet terzi jiġu pprovduti bid-dritt effettiv għal rimedju kontra l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Billi l-partijiet terzi ma għandhomx għarfien mill-qrib tal-proċeduri interni fi ħdan l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, revoka parzjali tal-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżistenza ta’ xi ksur u l-impatt tal-ksur fuq ir-riżultati tal-klassifikazzjonijiet jidher li tkun xieraq jekk il-partijiet terzi jkunu ressqu każ raġonevoli favur l-eżistenza ta’ ksur bħal dan. Madankollu, l-oneru tal-prova fir-rigward tal-eżistenza ta’ xi dannu u l-kawżalità tal-ksur għad-dannu, ladarba t-tnejn huma eqreb l-isfera tal-parti terza, għandu jkun kollu kemm hu fuq tal-aħħar.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ċivili ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li mhumiex koperti b’dan ir-regolament, kwistjonijiet bħal dawn għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli determinata mir-regoli rilevanti tal-Liġi Privata Internazzjonali. Il-qorti kompetenti li tiddeċiedi dwar talba għar-riżarċiment minħabba responsabbiltà ċivili miġjuba minn investitur għandha tkun determinata mir-regoli rilevanti tal-Ġurisdizzjoni Internazzjonali.

(27) Minħabba d-differenzi nazzjonali fil-liġi ċivili tal-Istati Membri, trid tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward tad-definizzjoni tal-ġurisdizzjoni applikabbli. Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ċivili ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u li mhumiex koperti b’dan ir-regolament, kwistjonijiet bħal dawn għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali applikabbli determinata mir-regoli rilevanti tal-Liġi Privata Internazzjonali. Il-qorti kompetenti li tiddeċiedi dwar talba għar-riżarċiment minħabba responsabbiltà ċivili miġjuba minn investitur għandha tkun determinata mir-regoli rilevanti tal-Ġurisdizzjoni Internazzjonali.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Sabiex ikomplu jittaffew il-kunflitti ta’ interess u tiġi faċilitata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa importanti jiġi żgurat li t-tariffi ċċarġjati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu lill-klijenti ma jkunux diskriminatorji. Id-differenzi fit-tariffi ċċarġjati għall-istess tip ta’ servizz għandu jkun ġustifikabbli biss minn differenza fil-kost attwali biex ikun provdut dan is-servizz lil klijenti differenti. Barra minn hekk, it-tariffi ċċarġjati għal servizzi ta’ klassifikazzjoni lil xi emittent speċifiku ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati tax-xogħol li jkun sar jew fuq il-provvediment ta’ servizzi relatati (anċillari). Barra minn hekk, sabiex tkun tista’ sseħħ is-superviżjoni effettiva ta’ dawk ir-regoli, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżvelaw lill-AETS it-tariffi riċevuti minn kull wieħed mill-klijenti tagħhom kif ukoll il-politika ġenerali dwar il-prezz li jitolbu.

(29) Sabiex ikomplu jittaffew il-kunflitti ta’ interess u tiġi faċilitata l-kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa importanti jiġi żgurat li t-tariffi ċċarġjati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu lill-klijenti ma jkunux diskriminatorji. Id-differenzi fit-tariffi ċċarġjati għall-istess tip ta’ servizz għandu jkun ġustifikabbli biss minn differenza fil-kost attwali biex ikun provdut dan is-servizz lil klijenti differenti. Barra minn hekk, it-tariffi ċċarġjati għal servizzi ta’ klassifikazzjoni lil xi emittent speċifiku ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultati tax-xogħol li jkun sar jew fuq il-provvediment ta’ servizzi relatati (anċillari). Barra minn hekk, sabiex tkun tista’ sseħħ is-superviżjoni effettiva ta’ dawk ir-regoli, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom f'kull każ jiżvelaw lill-AETS it-tariffi riċevuti minn kull wieħed mill-klijenti tagħhom kif ukoll il-politika ġenerali dwar il-prezz li jitolbu.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Sabiex ikun hemm kontribut għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet sovrani kredibbli u aġġornati u biex jiġi faċilitat il-fehim tal-utenti, huwa importanti li l-klassifikazzjonijiet jiġu riveduti regolarment. Huwa importanti wkoll li jiżdiedu t-trasparenza dwar ix-xogħol ta’ riċerka mwettaq, il-persunal allokat għat-tħejjija tal-klassifikazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet sottostanti wara l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu magħmula mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mad-dejn sovran.

(30) Sabiex ikun hemm kontribut għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet sovrani kredibbli u aġġornati u biex jiġi faċilitat il-fehim tal-utenti, huwa importanti li l-klassifikazzjonijiet jiġu riveduti regolarment. Sabiex il-klassifikazzjonijiet isiru eħfef biex jinftiehmu, għandha tiġi pprovduta stampa - flimkien ma' kontrolli regolari - li tippermetti lill-utenti li jifhmu kif isiru l-klassifikazzjonijiet. Huwa importanti wkoll li jiżdiedu t-trasparenza dwar ix-xogħol ta’ riċerka mwettaq, il-persunal allokat għat-tħejjija tal-klassifikazzjonijiet, il-preżenza territorjali tiegħu u s-suppożizzjonijiet sottostanti wara l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu magħmula mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu relatati mad-dejn sovran u sottosovran.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibbiltà li tinħoloq aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Ewropea indipendenti jew li jiġu stabbiliti regoli li jippermettu lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Ewropej, filwaqt li jitqies l-iżvilupp ekonomiku u soċjali speċifiku tal-Istati Membri individwali li qed jiġu vvalutati, li jagħmlu valutazzjoni imparzjali u oġġettiva tal-affidabbiltà tal-kreditizja tagħhom. Jekk neċessarju, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti approprjati.'

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 30b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30b) Dwar l-evalwazzjoni tal-bonds sovrani u sottosovrani, għandhom ikunu mgħarrfa lill-pubbliku l-postijiet fiżiċi fejn jinsabu t-timijiet ta' analisti. Barra minn hekk, għandha tkun obbligatorja l-preżenza tat-tim ta' analisti fuq il-post għal perjodu ta' żmien relevanti. Il-perjodu ta' żmien fuq il-post għandu wkoll ikun mgħarraf lill-pubbliku.

Emenda  43

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta’ klassifikazzjonijiet sovrani u sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-volatilità, huwa xieraq li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jintalbu jippubblikaw biss dawn il-klassifikazzjonijiet wara l-għeluq tan-negozju tal-postijiet tal-kummerċ stabbiliti fl-Unjoni u talanqas siegħa qabel ma jiftħu.

(32) Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet ta’ klassifikazzjonijiet sovrani u sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-volatilità, huwa xieraq li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jintalbu jippubblikaw biss dawn il-klassifikazzjonijiet wara l-għeluq tan-negozju tal-postijiet tal-kummerċ stabbiliti fl-Unjoni u talanqas siegħa qabel ma jiftħu. Barra minn hekk, jidher importanti li jissaħħew ir-regoli dwar il-manipulazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun tista' ddewwem il-kxif pubbliku tal-informazzjoni kunfidenzjali sakemm tali dewmien x'aktarx li mhuwiex se jqarraq bil-pubbliku u sakemm l-emittur huwa tabilħaqq kapaċi jiżgura l-kunfidenzjalità ta' dik l-informazzjoni. Il-lista ta' persuni kapaċi li jirċievu informazzjoni skont ir-regoli ta' tnax-il siegħa għandha tkun limitata u definita b'mod ċar mill-entità ta' klassifikazzjoni.

Emenda  44

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 32 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Sabiex tiġi indirizzata aħjar il-kwestjoni tad-dejn sovran, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu independenti bis-sħiħ iddedikata għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tad-dejn sovran tal-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jidentifika jekk l-isituzzjoni eżistenti tistax twettaq il-kompitu tal-klassifikazzjoni tad-dejn sovran. Ir-rapport għandu jinkludi, jekk inhu xieraq, proposta leġiżlattiva. L-Aġenzija Ewropea tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu pubblika ġdida għandha tiġi mgħammra bil-persunal u r-riżorsi meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-kwalità għolja tal-valutazzjoni.

Emenda  45

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 32 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32b) Fid-dawl tal-ispeċifitajiet tal-klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran u sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' kontaminazzjoni fl-Istati Membri kollha, id-dikjarazzjonijiet li jħabbru r-rieżami ta' grupp ta' pajjiżi partikolari għandhom ikunu projbiti, anki jekk dawn ikunu akkompanjati minn rapporti tal-pajjiżi individwali.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 32c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32c) Għandha tiġi stabbilita fondazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Ewropea għal kollox indipendenti (ECRaF) sabiex trawwem il-kompetizzjoni; F'dan ir-rigward kwalunkwe inizjattiva privata indipendenti promettenti biex jitħaddan kompetitur ġdid fis-settur għandha tintlaqa'.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Premessa 32 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32d) Il-klassifikazzjonijiet sovrani huma indikatur importanti għall-investituri u għandhom ikunu indipendenti, inkluż mill-entità sovrana. Fejn pajjiż ikollu miżuri ta' appoġġ addizzjonali, dan jista' jiġi indikat b'annotazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-istabbiltà ta' pajjiż ta' programm tista' tkun akbar minn klassifikazzjoni li toqgħod waħidha.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Premessa 32 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32e) Fir-rigward tal-liġi tal-Unjoni, il-banek u l-kumpaniji l-oħra kollha li ma ssolleċitawx klassifikazzjoni jew ma jistgħux jiddependu swaps ta' inadempjenza tal-kreditu nnegozjati ma jistgħux ikunu suġġetti għal xi valutazzjoni relatata awtomatikament mal-klassifikazzjonijiet jew mas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu. Din il-projbizzjoni għandha tapplika jekk il-valutazzjoni ssir għal raġunijiet regolatorji kif ukoll għal tranżazzjonijiet tan-negozju. Kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju ta' dawk l-entitajiet għandha ssir skont il-metodoloġiji validati minn awtoritajiet kompetenti.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Premessa 32f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32f) Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex tesplora valutazzjoni alternattiva u mudelli tal-klassifikazzjoni bbażati fuq ir-riskju effettiv tal-inadempjenza tal-emittent; Dan ir-rapport għandu jidentifika l-benefiċċji ta' tali mudelli rigward il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tad-dejn sovran tal-Istati Membri.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Premessa 32g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32g) Ir-rwol tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni huwa li jipprovdu analiżi finanzjarja u valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Taħt l-ebda ċirkustanza ma jinvolvi l-ġudizzju dwar il-politiki ekonomiċi ta' gvern jew li jsiru rakkomandazzjonijiet f'dan il-qasam. Għalhekk, kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni li tmur lil hinn mis-sommarju tal-fatti tagħha għandha, bħala pass inizjali, tingħata twissija pubblika mill-AETS u, f'każ ta' interferenza ripetuta, tkun soġġetta għal penali li jistgħu wkoll jinkludu l-irtirar tal-liċenzja tagħha.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Premessa 32h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32h) Jilqa' kwalunkwe inizjattiva minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu iżgħar biex jiġi stabbilit netwerk ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Ewropej, jew fi sħubija jew strutturi ta' netwerk konġunt, sabiex jintużaw ir-riżorsi u l-istaff eżistenti, ħalli jkunu jistgħu jipprovdu kopertura miżjuda u jkunu permessi li jikkompetu ma' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kbar li jkunu attivi fil-livell transkonfinali u globali.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Premessa 32i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32i) Itenni li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ta' aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti f'pajjiż terz jistgħu jintużaw fl-Unjoni b'kundizzjoni li dawk il-klassifikazzjonijiet ikunu kkonfermati minn aġenzija ta' klassifikazzjoni ta' kreditu stabbilita fl-Unjoni u rreġistrata skont dan ir-Regolament.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS li jirrigwardaw il-kontenut tal-fajl tal-handover meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi sostitwita minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra, il-kontenut, il-frekwenza u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni pprovduti mill-emittenti fuq strumenti ta' finanzjament strutturat, l-armonizzazzjoni tal-iskala ta’ klassifikazzjoni standard li jridu jintużaw mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inklużi l-istruttura, il-format, il-metodu u ż-żmien tar-rappurtar, li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżvelaw lill-AETS b’relazzjoni mal-EURIX u l-kontenut u l-format tar-rappurtar perjodiku fuq it-tariffi ċċarġjati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-iskopijiet ta’ superviżjoni kontinwa mill-AETS. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-istandards permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat u skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(34) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS li jirrigwardaw il-kontenut, il-frekwenza u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni pprovduti mill-emittenti fuq strumenti ta' finanzjament strutturat, l-armonizzazzjoni tal-iskala ta’ klassifikazzjoni standard li jridu jintużaw mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inklużi l-istruttura, il-format, il-metodu u ż-żmien tar-rappurtar, li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżvelaw lill-AETS b’relazzjoni mal-EURIX u l-kontenut u l-format tar-rappurtar perjodiku fuq it-tariffi ċċarġjati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-iskopijiet ta’ superviżjoni kontinwa mill-AETS. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-istandards permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat u skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Premessa 35 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha skont dan ir-Regolament, l-AETS għandha tqis li żżomm il-koerenza tal-istandards superviżorji internazzjonali għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u tiżgura l-komparabbiltà globali tal-klassifikazzjonijiet.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Premessa 36 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a) Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport, u jekk ikun meħtieġ proposta, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jevalwa l-possibbiltà tal-ħolqien ta' awtorità Ewropea tad-dejn, fi ħdan il-Kummissjoni, li tkun responsabbli għall-ġestjoni u l-koordinazzjoni tal-kwistjonijiet kollha marbuta mal-pjan annwali għall-ħruġ ta' dejn tal-Istati Membri, it-tiġdid tad-dejn pendenti u l-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tad-dejn tal-gvernijiet tal-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, l-awtorità Ewropea tad-dejn għandha tippubblika perjodikament id-data kollha rigward id-dejn pubbliku u d-defiċit tal-Istati Membri u indikaturi makroekonomiċi oħra fuq websajt unika. Filwaqt li hija stess mhijiex aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u mhijiex klassifikazzjoni tal-kreditu emittenti, l-awtorità tad-dejn Ewropea għandha tipprovdi l-investituri bid-data relevanti kollha rigward dejn sovran u indikaturi makroekonomiċi ewlenin oħrajn. Tali żvelar fuq websajt unika għandu jgħin biex titnaqqas id-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tiżdied it-trasparenza.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Premessa 36b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36b) Il-Kummissjoni għandha tressaq, sa tmiem l-2012, rapport rigward il-fattibbiltà ta' netwerk ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu iżgħar sabiex tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq. Dak ir-rapport għandu jevalwa l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni u mhux finanzjarji u inċentivi għall-ħolqien ta' tali netwerk, billi jitqies il-kunflitt ta' interessi potenzjali li joħorġu minn finanzjament pubbliku.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-iżviluppi regolatorji u superviżorji reċenti fl-Unjoni sabiex jaraw jekk l-investituri u l-pubbliku f'sens usa' humiex kapaċi jagħmlu valutazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħhom stess. Dan jista' jintlaħaq, b'mod partikolari, permezz ta' żieda sinifikanti fir-rekwiżiti għall-iżvelar pubbliku dwar l-emittenti u, b'mod parallel, tnaqqis fl-aċċess tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal informazzjoni mhux pubblika jew privileġġjata.

Ġustifikazzjoni

Din il-valutazzjoni għandha tiġbor fiha l-qafas superviżorju u regolatorju sħiħ tal-UE, b'mod partikolari dwar suġġetti bħal kreditu strutturat (informazzjoni dettaljata dwar l-assi li huma l-bażi tas-sigurtajiet strutturati), emittenti korporattivi (restrizzjoni ta' informazzjoni mhux pubblika mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu) jew emittenti sovrani (aktar trasparenza dwar il-baġit nazzjonali).

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ regolatorju komuni sabiex itejjeb l-integrità, it-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-governanza tajba u l-affidabbiltà ta’ attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, li jikkontribwixxi għall-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament bla intoppi tas-suq intern filwaqt illi jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investitur. Jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u regoli dwar l-organizzazzjoni u l-imġiba tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inklużi l-azzjonisti u l-membri tagħhom, għall-promozzjoni tal-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess u għat-titjib tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur.

Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ regolatorju komuni sabiex itejjeb l-integrità, it-trasparenza, ir-responsabbiltà, il-governanza tajba u l-indipendenza ta’ attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, li jikkontribwixxi għall-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa fl-Unjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għall-funzjonament bla intoppi tas-suq intern filwaqt illi jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur u għall-investitur. Jistabbilixxi kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u regoli dwar l-organizzazzjoni u l-imġiba tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, inklużi l-azzjonisti u l-membri tagħhom, għall-promozzjoni tal-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess u għat-titjib tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-investitur.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 1 jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

“Dan ir-Regolament japplika għal klassifikazzjonijiet li jikkonċernaw lill-Istati Membri u d-dejn sovran tagħhom.”

Emenda  60

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) il-punt (a) jinbidel b’li ġej:

 

“(a) "klassifikazzjoni tal-kreditu" tfisser servizz ta' informazzjoni pprovdut lill-investituri u lill-konsumaturi fir-rigward tal-affidabbiltà kreditizja ta' entità, dejn jew obbligu finanzjarju, sigurtà tad-dejn, sehem privileġġat jew strument finanzjarju ieħor, jew ta' emittur ta' tali dejn jew obbligu finanzjarju, sigurtà tad-dejn, sehem privileġġat jew strument finanzjarju ieħor, maħruġ bl-użu ta' sistema ta' klassifikazzjoni stabbilita u definita ta' kategoriji ta' klassifikazzjoni u soġġetta għal reġim ta' responsabbiltà legali;"

Emenda  61

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – punt -aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) "aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu żgħira" tfisser aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandha inqas minn 50 impjegat jew għandha fatturat annwali ta' anqas minn EUR 10 miljun, fil-livell tal-grupp;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt w

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(w) “prospetti ta’ klassifikazzjoni” tfisser opinjoni fir-rigward tad-direzzjoni probabbli li se tieħu l-klassifikazzjoni tal-kreditu fi żmien qasir jew medju.';

(w) “prospetti ta’ klassifikazzjoni” tfisser dikjarazzjoni fir-rigward tad-direzzjoni probabbli li se tieħu l-klassifikazzjoni tal-kreditu matul il-perjodu ta’ żmien speċifikat mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rilevanti f'dik id-dikjarazzjoni, inkluża s-sorveljanza tal-kreditu, ibbażata fuq kriterji objettivi;

Emenda  63

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt wa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(wa) "klassifikazzjoni mhux solleċitata" tfisser klassifikazzjoni tal-kreditu li aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jassenjaw minbarra dik mitluba mill-emittur;

Emenda  64

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 3 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt wb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(wb) "il-proporzjon ta' preċiżjoni" ifisser il-proporzjon maħsub għall-kejl tal-kapaċità ta' aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li tassenja klassifikazzjoni għolja lil emitturi li jissodisfaw l-obbligi legali tagħhom u klassifikazzjoni baxxa lil dawk li ma jissodisfawx l-obbligi legali tagħhom.

Emenda  65

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Artikolu 5a

Dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji

Dipendenza żejda fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji

Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvedimenti ta’ wara l-irtirar mill-impieg, kumpaniji ta’ ġestjoni u investiment, ġesturi ta’ fondi ta’ investimenti alternattivi u kontrapartijiet ċentrali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru xx/201x tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx xxx 201x dwar derivattivi tal-OTC, kontrapartijiet ċentrali u repożitorji tal-kummerċ għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tagħhom stess u ma għandhomx jistrieħu biss jew jistrieħu mekkanikament fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ entità jew strument finanzjarju. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli tas-superviżjoni ta’ dawn l-impriżi għandhom jiċċekkjaw mill-qrib l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-impriżi.

Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u impriżi tar-riassigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvedimenti ta’ wara l-irtirar mill-impieg, kumpaniji ta’ ġestjoni u investiment, ġesturi ta’ fondi ta’ investimenti alternattivi u kontrapartijiet ċentrali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru xx/201x tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx xxx 201x dwar derivattivi tal-OTC, kontrapartijiet ċentrali u repożitorji tal-kummerċ għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tagħhom stess u ma għandhomx jistrieħu biss fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ta’ entità jew strument finanzjarju. Il-banek ċentrali m'għandhomx jesiġu li istituzzjonijiet tal-kreditu jkollhom kollaterali tagħhom klassifikati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-iskop ta' rifinanzjament tal-banek ċentrali.

 

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli tas-superviżjoni ta’ dawn l-impriżi għandhom, filwaqt li iqisu n-natura, l-iskala u kumplessità ta' dawk l-attivitajiet tal-impriżi, jissorveljaw mill-qrib l-adegwatezza tal-proċessi ta’ valutazzjoni tal-kreditu tal-impriżi u jiżguraw li dawn la jaqblu ma' regoli kuntrattwali li jirriżultaw fil-bejgħ awtomatiku ta' assi fil-każ ta' tnaqqis fil-grad tal-affidabbiltà finanzjarja permezz ta' aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna, u lanqas ma’ regola li teħtieġ l-użu ta' aġenzija speċifika għall-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda  66

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 5b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5ba

 

Dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-liġi tal-Unjoni

 

Il-liġi tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex tirreferi għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu għall-finijiet regolatorji u d-dispożizzjonijiet kollha fil-leġiżlazzjoni settorali li jipprevedu l-obbligu li jitqiesu l-klassifikazzjonijiet qabel ma jsir investiment jew jingħata l-parir biex isir investiment, għandhom jiġi kkanċellati. Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dettaljat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu fil-liġi tal-Unjoni, inklużi, fejn inhu xieraq, proposti leġiżlattivi. Ir-rapport għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-kapaċitajiet proprji ta' klassifikazzjoni sabiex jiġu evitati reazzjonijiet proċikliċi għal tibdiliet fil-klassifikazzjonijiet.

 

L-AETS għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet proprji ta' klassifikazzjoni sabiex jiġu evitati reazzjonijiet proċikliċi għal tibdiliet fil-klassifikazzjonijiet.

 

____________

 

* ĠU: daħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 5b b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 5bb

 

Obbligi ta' diliġenza u l-ġestjoni interna tar-riskju

 

L-istituzzjonijiet finanzjarji u l-investituri istituzzjonali għandhom iwettqu l-obbligi kollha ta' diliġenza u l-obbligi tal-ġestjoni interna tar-riskju meta jakkwistaw prodotti finanzjarji, b'mod speċjali rigward prodotti kumplessi jew strutturati. Meta l-investituri jinjoraw intenzjonalment jew bi traskuraġni kbira d-diliġenza tagħhom u l-obbligi tagħhom ta' ġestjoni interna tar-riskju, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu m'għandhomx jinżammu responsabbli għal danni jew telf li jirriżulta minn kondotta bħal din.

Emenda  68

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Fl-Artikolu 6(3), il-parti introduttorja qiegħda tiġi sostitwita b’dan li ġej:

 

“3. Fuq talba minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-AETS tista' teżenta aġenzija tal-klassfikazzjoni tal-kreditu milli tkun konformi mar-rekwiżiti tal-punti 2, 5, 6 u 9 tat-Taqsima A tal-Anness I u l-Artikoli 7(2) u (4) jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu hija kapaċi turi li dawk ir-rekwiżiti mhumiex proporzjonali fid-dawl tan-natura, tad-daqs u tal-kumplessità tan-negożju tagħha u tan-natura u l-firxa tal-ħruġ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u li:"

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Fl-Artikolu 6, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3a. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jistabbilixxu, iżommu, jinfurzaw, u jiddokumentaw struttura effikaċi ta' kontroll intern li tirregola l-implimentazzjoni ta' politiki u proċeduri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' kunflitti ta' interess possibbli u biex tkun żgurata l-indipendenza tal-klassifikazzjonijiet, l-analisti u t-timijiet tal-klassifikazzjoni fir-rigward tal-azzjonisti, il-korpi amministrattivi u tal-immaniġġjar u l-attivitajiet ta' bejgħ u kummerċjalizzazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti Proċeduri operattivi standard (SOPs) rigward il-governanza korporattiva, l-organizzazzjoni, u l-ġestjoni ta' kunflitt ta' interess. L-SOPs għandhom ikunu sorveljati u riveduti perjodikament sabiex tiġi evalwata l-effettività tagħhom u sabiex jiġi valutat jekk dawn għandhomx jiġu aġġornati."

Emenda  70

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Azzjonist jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huwa d-detentur ta' isħma ta' mill-anqas 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-aġenzija ma għandux

1. Azzjonist jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huwa d-detentur ta' isħma ta' mill-anqas 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot f'dik l-aġenzija ma għandux

(a) ikollu 5 % jew aktar mill-kapital ta’ kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra. Din il-projbizzjoni ma tapplikax għal pussess fi skemi kollettivi diversifikati, inklużi fondi ġestiti bħal fondi għall-pensjoni jew assigurazzjoni tal-ħajja, sakemm il-pussess fi skemi diversifikati u kollettivi ta’ investiment ma jpoġġux/lilu jew lilha f’qagħda ta’ influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju ta’ dawk l-iskemi;

(a) ikun azzjonist jew membru ta' aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew ikollu interess ta' sjieda diretta jew indiretta fit-tali aġenzija differenti tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b) ikollu d-dritt jew is-setgħa jeżerċita 5 % jew aktar mid-drittijiet tal-vot fi kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra;

(b) ikollu d-dritt jew is-setgħa jeżerċita d-drittijiet tal-vot fi kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra;

(c) ikollu d-dritt jew is-setgħa li jaħtar jew ineħħi membri tal-korp amministrattiv, ġestjonarju jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra;

(c) ikollu d-dritt jew is-setgħa li jaħtar jew ineħħi membri tal-korp amministrattiv, ġestjonarju jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra;

(d) ikun membru tal-korp amministrattiv, tal-maniġment jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra;

(d) ikun membru tal-korp amministrattiv, tal-maniġment jew superviżorju ta’ kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra;

(e) ikollu s-setgħa li jħaddem influwenza jew kontroll dominanti fuq kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra.

(e) ikollu s-setgħa li jħaddem influwenza jew kontroll dominanti fuq kwalunkwe aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra.

Emenda  71

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6a - paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Minn ... *, aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun iġġenerat aktar minn 20 % tad-dħul totali tal-attivitajiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-Unjoni jew li tappartjeni għal grupp ta' aġenziji ta' klassifikazzjoni li jkun iġġenera tali dħul ma għandhiex tingħaqad ma' jew takkwista aġenzija oħra ta' klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata sakemm dik l-aġenzija oħra ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tappartjeni għall-istess grupp ta' aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu.

 

___________

 

*ĠU, jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6b - titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tul ta' żmien massimu tar-relazzjoni kuntrattwali ma’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

It-tul ta' żmien massimu tar-relazzjoni kuntrattwali ma’ aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għal strumenti finanzjarji strutturati

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun daħlet f’kuntratt mal-emittent jew il-parti terza relatata miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dak l-emittent, ma għandhiex toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dak l-emittent għal perjodu li jaqbeż it-tliet snin.

1. Fejn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun daħlet f’kuntratt mal-emittent ta' strumenti finanzjarji strutturati jew il-parti terza relatata miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dak l-emittent, ma għandhiex toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dak l-emittent għal perjodu li jaqbeż ħames snin.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew il-parti terza relatata miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-istrumenti tad-dejn ta’ dak l-emittent, għandu japplika dan li ġej:

imħassar

(a) meta dawk il- klassifikazzjonijiet tal-kreditu joħorġu f’perjodu li jaqbeż perjodu inizjali ta’ tnax-il xahar imma iqsar minn tliet snin, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex toħroġ iktar klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dawk l-istrumenti tad-dejn mill-mument li fih ikunu ġew klassifikati għaxar strumenti ta’ dejn;

 

(b) meta tal-anqas għaxar klassifikazzjoni tal-kreditu jkunu ħarġu fil-perjodu inizjali ta’ tnax-il xahar, dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex toħroġ iktar klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dawk l-istrumenti tad-dejn wara tmiem dak il-perjodu;

 

(c) meta joħorġu inqas minn għaxar klassifikazzjoni, l-aġenzijatal- klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex toħroġ iktar klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dawk l-istrumenti tad-dejn mill-mument li jgħaddu 3 snin.

 

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6b – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ li emittenti ikun daħal f'kuntratt fir-rigward l-istess kwistjoni ma' aktar minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu waħda, il-limitazzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għal waħda minn dawn l-aġenziji. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn l-aġenziji għandu jkollhom relazzjoni kuntrattwali mal-emittent li taqbeż il-perjodu ta' sitt snin.

3. Fil-każ li emittenti ikun daħal f'kuntratt fir-rigward l-istess kwistjoni ma' aktar minn żewġ aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, inkluża aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu żgħira, il-limitazzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw biss għal aġenzija unika, minbarra l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ż-żgħira.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6b – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragarafi 1 sa 3 ma għandhiex tidħol f’kuntratt mal-emittent jew mal-partijiet terzi relatati miegħu għall-ħruġ ta’ klassfikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu għal perjodu ta’ erba’ snin mit-tmiem tat-tul massimu tar-relazzjoni kuntrattwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 3.

4. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragarafi 1 sa 2 ma għandhiex tidħol f’kuntratt mal-emittent jew mal-partijiet terzi relatati miegħu għall-ħruġ ta’ klassfikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-emittent ta' strumenti finanzjarji strutturati jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu għal perjodu ta’ erba’ snin mit-tmiem tat-tul massimu tar-relazzjoni kuntrattwali msemmija fil-paragrafiu1.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal:

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal:

(a) aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tappartjeni għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħall-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafi 1 u 2;

(a) aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tappartjeni għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bħall-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1;

(b) aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija azzjonista jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafi 1 u 2;

(b) aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li hija azzjonista jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1;

(c) aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fejn l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 u 2 hija azzjonista jew membru.

(c) aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fejn l-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu msemmija fil-paragrafu 1 huwa azzjonist jew membru.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għal klassifikazzjonijiet sovrani mhux mitluba.

imħassar

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6b – paragrafu 6 – l-ewwel subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fejn wara t-tmiem tat-tul massimu tar-relazzjoni kuntrattwali, skont ir-regoli fil-paragrafi 1 u 2, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi sostitwita minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena għandha tipprovdi lill-aġenzija ttal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tidħol flokha b’fajl ta’ handover. Dan il-fajl għandu jinkludi informazzjoni rilevanti rigward l-entità klassifikata u l-istrumenti tad-dejn klassifikati kif inhu raġonevolment meħtieġ biex tiġi żgurata l-komparabbiltà mal-klassifikazzjonijiet imwettqa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena.

6. Fejn wara t-tmiem tat-tul massimu tar-relazzjoni kuntrattwali, skont ir-regoli fil-paragrafi 1, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi sostitwita minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena għandha tipprovdi lill-aġenzija ttal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tidħol flokha b’fajl ta’ handover. Dan il-fajl għandu jinkludi informazzjoni rilevanti rigward l-entità klassifikata u l-istrumenti finanzjarji strutturati kif inhu raġonevolment meħtieġ biex tiġi żgurata l-komparabbiltà mal-klassifikazzjonijiet imwettqa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li toħroġ mix-xena.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6b – paragrafu 7 – l-ewwel subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti tekniċi fuq il-kontenut tal-fajl ta’ handover imsemmi fil-paragrafu 5.

7. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti tekniċi fuq il-kontenut tal-fajl ta’ handover imsemmi fil-paragrafu 4.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 6ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 6ba

 

L-iżgurar ta' kompetizzjoni fis-suq għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena dwar il-kompetizzjoni fis-suq għal klassifikazzjonijiet tal-kreditu, u għandha tippubblika l-figuri fuq il-persentaġġ tas-suq totali miżmum mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati, ippeżati mid-dħul.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10 – sottopunt a

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha taddotta, timplimenta u ssaħħaħ miżuri adegwati biex tiżgura li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjoni li toħroġ ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli għaliha u li hija rilevanti għall-analiżi tagħha skont il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni applikabbli. Għandha taddotta l-miżuri meħtieġa kollha ħalli l-informazzjoni li tuża fl-assenjazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tal-prospetti tal-klassifikazzjoni tkun ta’ kwalità suffiċjenti u minn sorsi affidabbli.

2. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha taddotta, timplimenta u ssaħħaħ miżuri adegwati biex tiżgura li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjoni li toħroġ ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha dwar kull tip ta' riskju finanzjarju, inkluż riskji ambjentali, disponibbli għaliha u li hija rilevanti għall-analiżi tagħha skont il-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni applikabbli. Għandha taddotta l-miżuri meħtieġa kollha ħalli l-informazzjoni li tuża fl-assenjazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u tal-prospetti tal-klassifikazzjoni tkun ta’ kwalità suffiċjenti u minn sorsi affidabbli. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu u prospetti ta’ klassifikazzjoni filwaqt li żżomm ma’ standards ta’ objettività u tistipula li l-klassifikazzjoni hija l-opinjoni tal-aġenzija u hemm limitu għal kemm wieħed jista’ jiddependi fuqha.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10 – sottopunt a

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 – paragrafi 2 a u 2 b (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-informazzjoni disponibbli għal aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun limitata għal informazzjoni żvelata pubblikament bil-liġi fil-każ ta' emittent elenkat pubblikament, u għal informazzjoni ta' natura simili għal emittent mhux elenkat, fuq il-bażi li informazzjoni bħal din tiġi minn sorsi affidabbli.

 

2b. Bidliet fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandhom jinħarġu skont il-metodoloġiji ppubblikati tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 – paragrafu 5a – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandha l-ħsieb tibdel jew tuża xi metodoloġiji ġodda ta’ klassifikazzjoni, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin ta’ klassifikazzjoni għandha tippubblika t-tibdil propost jew il-metodoloġiji ġodda proposti fuq is-sit elettroniku tagħha u tistieden lill-azzjonisti jissottomettu l-kummenti għal perjodu ta’ żmien mhux inqas minn xahar, flimkien ma’ spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal u l-implikazzjonijiet tat-tibdil propost jew tal-metodoloġiji ġodda proposti.

5a. Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu li għandha l-ħsieb tibdel materjalment jew tuża xi metodoloġiji ġodda ta’ klassifikazzjoni għandha tinforma lill-AETS u tippubblika informazzjoni relevanti dwar it-tibdil fuq il-metodoloġiji fuq il-websajt tagħha u tistieden lill-azzjonisti jissottomettu l-kummenti għal perjodu ta' xahar flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għal u l-implikazzjonijiet tat-tibdil materjali propost jew tal-metodoloġiji ġodda proposti.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 – paragrafu 5a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li jiskadi l-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinnotifika lill-AETS bit-tibdil maħsub jew bil-metodoloġiji ġodda proposti.';

Wara li jiskadi l-perjodu ta’ konsultazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tinnotifika lill-AETS bir-riżultati tal-konsultazzjoni u bit-tibdil materjali maħsub jew bil-metodoloġiji ġodda proposti.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10 – punt d – punt i

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 – paragrafu 6 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta l-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin użati f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jinbidlu wara d-deċiżjoni tal-AETS msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 22a, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha:';

6. Meta l-metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin użati f’attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jinbidlu wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ xahar għall-iċċekkjar mill-AETS kif imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 22 a, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha:

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10 – punt d – punt ii

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 – paragrafu 6 – punt aa

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) tippubblika minnufih fuq is-sit elettroniku tagħha l-metodoloġiji ġodda bi spjegazzjoni dettaljata dwarhom;';

(aa) tinforma minnufih lill-AETS u tippubblika fuq il-websajt tagħha r-riżultati tal-konsultazzjoni u l-metodoloġiji ġodda bi spjegazzjoni dettaljata dwarhom kif ukoll id-data tal-applikazzjoni tal-metodoloġiji l-ġodda;

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10 – punt d – punt ii

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8 – paragrafu 6 – punt aa a(ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aaa) tippubblika immedjatament fil-websajt tagħha t-tweġibiet għall-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5a);

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8a (ġdid):

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 8:

 

"Artikolu -8a

 

Klassifikazzjonijiet ta' dejn sovran

 

1. Il-klassifikazzjonijiet solleċitati tad-dejn sovran għandhom jinħarġu b'mod li jiżgura li l-ispeċifiċità individwali tal- pajjiż rispettiv tkun ġiet analizzata. Id-dikjarazzjoni li ħabbret ir-reviżjoni ta' grupp partikolari ta' pajjiżi għandha tiġi pprojbita anke jekk din tkun akkompanjata mir-rapporti individwali tal-pajjiż.

 

2. Klassifikazzjonijiet tal-kreditu u prospetti tal-klassifikazzjoni għal dejn sovran ma għandhomx jinkludu preskrizzjoni, linja gwida jew referenza dwar bidliet fil-politika. Kwalunkwe forma ta' komunikazzjoni pubblika dwar bidliet potenzjali tal-klassifikazzjonijiet sovrani minbarra klassifikazzjonijiet tal-kreditu u prospetti tal-klassifikazzjoni, u li jakkumpanjaw stqarrijiet għall-istampa, għandhom ikunu projbiti."

 

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippubblika fil-websajt tagħha u tibgħat lill-AETS fuq bażi annwali skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, Taqsima D, Parti III, paragrafu 3, kalendarju fit-tmiem tax-xahar ta’ Diċembru għat 12-il xahar li ġej fejn tistabbilixxi d-dati għall-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet sovrani u l-prospetti relatati.

 

4. Għal kull perjodu ta’ 12-il xahar, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tistabbilixxi minimu ta' tliet dati għall-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet sovrani u korrispondentament għal dan minimu ta' tliet dati għall-pubblikazzjoni ta' prospetti relatati.

 

Wara konsultazzjoni mal-AETS, il-pubblikazzjoni ta' klassifikazzjoni sovrana jew prospetti ta' klassifikazzjoni relatati fil-każijiet addizzjonali minbarra dawk stabbiliti fil-kalendarju sovran tal-klassifikazzjoni, għandha titħalla ssir biss fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli b'impatt potenzjalment sinifikanti fuq l-Istat Membru relevanti.

 

5. L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jippubblikaw ir-reviżjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu sovrani wara għeluq tan-negozju fl-postijiet kollha tal-kummerċ stabbiliti fl-Unjoni u mill-inqas siegħa qabel il-ftuħ tagħhom.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament strutturat

Informazzjoni dwar strumenti finanzjarji u ta' finanzjament strutturat

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-emittent, l-oriġinatur u l-isponser ta’ strument finanzjarju strutturat stabbilit fl-Unjoni għandhom jiżvelaw lill-pubbliku, skont il-paragrafu 4, l-informazzjoni fuq il-kwalità tal-kreditu u l-prestazzjoni tal-assi individwali sottostanti tal-istrument finanzjarju strutturat, l-istruttura tat-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni, il-ħruġ u dħul ta’ flus u kwalunkwe valur kollaterali li jsostni espożizzjoni tat-titolizzazzjoni kif ukoll kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex isiru testijiet ta’ stress komprensivi u li tista’ toqgħod fuqhom fuq id-dħul u ħruġ ta’ flus u valuri kollaterali li jappoġġaw l-espożizzjonijiet sottostanti.

1. L-emittent, l-oriġinatur u l-isponser ta’ strument finanzjarju stabbilit fl-Unjoni għandhom jiżvelaw lill-pubbliku, skont il-paragrafu 4, l-informazzjoni kollha fuq il-kwalità tal-kreditu u, safejn disponibbli, il-prestazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Fir-rigward ta' strumenti finanzjarji strutturati, l-informazzjoni kollha fuq il-kwalità tal-kreditu u l-prestazzjoni tal-assi individwali sottostanti tal-istrument finanzjarju strutturat, l-istruttura tat-tranżazzjoni tat-titolizzazzjoni, il-ħruġ u dħul ta’ flus u kwalunkwe valur kollaterali li jsostni espożizzjoni tat-titolizzazzjoni kif ukoll kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex isiru testijiet ta’ stress komprensivi u li tista’ toqgħod fuqhom fuq id-dħul u ħruġ ta’ flus u valuri kollaterali li jappoġġaw l-espożizzjonijiet sottostanti għandhom ikun żvelati pubblikament.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn emittent jew parti terza relatata għandu l-ħsieb jissolleċita klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ strument finanzjarju strutturat, għandu jitqabbdu talanqas żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi klassifikazzjoni tal-kreditu indipendenti tagħha stess.

1. Fejn emittent jew parti terza relatata għandu l-ħsieb jissolleċita klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ strument finanzjarju strutturat, għandu jirreferi d-deċiżjoni li tqabbad mill-anqas żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu lil kumitat konġunt b'rappreżentanza ta' emittenti u investituri ndaqs. Kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi klassifikazzjoni tal-kreditu indipendenti tagħha stess.

Emenda                      92

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 8b a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8ba

 

Użu obbligatorju ta' aġenziji żgħar

 

1. Fejn l-emittent jew parti terza relatata biħsiebha tagħti mandat lil mill-inqas żewġ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istess ħruġ jew entità, is-sehem fis-suq fl-Unjoni ta' mill-inqas waħda mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkun taħt il-limitu stabbilit mill-AETS.

 

2. Għall-iskop tal-paragrafu 1, l-AETS għandha tistabbilixxi limitu espress f'termini ta' sehem fis-suq relatat ma’ attivitajiet ta' klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jitwettqu fl-Unjoni. L-AETS għandha tirrevedi dak il-limitu kull sena u għandha tippubblika fil-websajt tagħha l-lista ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jaqgħu taħt dak il-limitu. L-AETS għandha timmira, li tistabbilixxi l-limitu tagħha, biex tiżgura l-iżvilupp ta' suq mingħajr tendenzi oligopolistiċi, jiġifieri fejn l-ebda aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu jkollha aktar minn 35% tas-suq totali minn dħul, u fejn it-tliet l-akbar aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu ma jkollhomx aktar minn 70% tas-suq totali minn dħul;

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela kwalunkwe klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klassifikazzjoni, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni biex twaqqaf klassifikazzjoni tal-kreditu, fuq bażi mhux selettiva u f’waqtha. Fl-eventwalità ta’ deċiżjoni biex titwaqqaf klassifikazzjoni tal-kreditu, l-informazzjoni żvelata għandha tinkludi raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni.

1. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela kwalunkwe klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett tal-klassifikazzjoni solleċitati, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni biex twaqqaf klassifikazzjoni tal-kreditu, fuq bażi mhux selettiva u f’waqtha. Fl-eventwalità ta’ deċiżjoni biex titwaqqaf klassifikazzjoni tal-kreditu, l-informazzjoni żvelata għandha tinkludi raġunijiet sħaħ għad-deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Ibbażat fuq il-kontribut tal-EACRA: "klassifikazzjonijiet mhux soleċitati għal kull definizzjoni ma jinkludux il-parteċipazzjoni diretta tal-emittent fil-proċess tal-klassifikazzjoni. Meta l-emittent ikkonċernat jiġi infurmat 12-il siegħa qabel il-klassifikazzjoni, din tiġi kkunsidrata bħala twissija lill-emittent li ser issir klassifikazzjoni. Barra minn hekk, investituri li jitolbu klassifikazzjonijiet mhux solleċitati, (li jafu u saħansitra jkunu jixtiequ li l-emittenti ma jkunux involuti), ma jeħtiġux "iċċekkjar finali" addizzjonali mill-emittent. "

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhux solleċitati li jitħallsu mill-investitur huma eżentati mill-ħtieġa li jkunu żvelati skont l-Anness I, Taqsima D, Parti I, punt 3.

Ġustifikazzjoni

Ibbażat fuq il-kontribut tal-EACRA: klassifikazzjonijiet mhux soleċitati għal kull definizzjoni ma jinkludux il-parteċipazzjoni diretta tal-emittent fil-proċess tal-klassifikazzjoni. Meta l-emittent ikkonċernat jiġi infurmat 12-il siegħa qabel il-klassifikazzjoni, din tiġi kkunsidrata bħala twissija lill-emittent li ser issir klassifikazzjoni. Barra minn hekk, investituri li jitolbu klassifikazzjonijiet mhux solleċitati, (li jafu u saħansitra jkunu jixtiequ li l-emittenti ma jkunux involuti), ma jeħtiġux "iċċekkjar finali" addizzjonali mill-emittent.

Emenda  95

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjoni huma ppreżentati u pproċessati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima D tal-Anness I. '; ';

2. Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjoni huma ppreżentati u pproċessati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima D tal-Anness I. '; Aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhomx jippreżentaw fatturi għajr dawk relatati mal-klassifikazzjonijiet u għandhom jevitaw kwalunkwe ġudizzju politiku.

Emenda  96

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sakemm l-informazzjoni rigward il-klassifikazzjoni tiġi żvelata fis-suq, l-aġenzija tal- klassifikazzjoni tal-kreditu għandha żżomm l-informazzjoni kunfidenzjali. L-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha żżomm lista ta' persuni li għandhom aċċess għall-informazzjoni qabel it-tali żvelar u lista ta' persuni li tressqitilhom l-informazzjoni qabel it-tali żvelar.

 

Il-lista ta' persuni li lilhom ġiet ikkomunikata minn qabel il-klassifikazzjoni,, għandha tkun limitata għal persuni identifikati minn kull entità klassifikata għal dak il-għan.

 

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/6/KE dwar il-manipulazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u l-lista ta' persuni b'informazzjoni kunfidenzjali, ("insiders"), tapplika.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 10 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Fl-Artikolu 10(5), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

 

"5. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjoni tal-kreditu mhux solleċitata, hija għandha tiddikjara b'mod prominenti fil-klassifikazzjoni tal-kreditu u tuża kodiċi tal-kulur differenti u distinti għall-kategorija tal-klassifikazzjoni, kemm jekk l-entità kklassifikata jew parti terza relatata ħadu sehem fil-proċess tal-klassifikazzjonijiet jew le u jekk l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu kellha aċċess għall-kontijiet, maniġment u dokumenti oħra interni rilevanti għall-entità kklassifikata jew parti terza relatata."

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 1060/2009

L-Artikolu 11a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-AETS għandha tistabbilixxi Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni li jinkludi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kollha mressqa lill-AETS skont il-paragrafu 1 u indiċi ta’ klassifikazzjoni aggregat għal kwalunkwe strument ta’ dejn klassifikat. L-indiċi u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu individwali għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-AETS.';

2. L-AETS għandha tistabbilixxi Indiċi Ewropew tal-Klassifikazzjoni li jinkludi l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu kollha mressqa lill-AETS skont il-paragrafu 1, u l-probabilità ta’ inadempjenza medja skont l-Anness I, Taqsima D, paragrafu 2. L-indiċi u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu individwali, minbarra klassifikazzjonijiet tal-kreditu mħallsin mill-investitur, għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-AETS.

 

L-AETS għandha tagħmel sforzi aktar effiċjenti f'dan ir-rigward bil-ħidma li diġà twettqet mill-EBA u l-AEAPX.

Emenda  99

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 11a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Kull aġenzija reġistrata jew ċertifikata tal- klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tippubblika r-rati ta' inadempjenzi għal kull kategorija ta' assi, fi ħdan kull kategorija tal-klassifikazzjoni u l-proporzjonijiet ta' preċiżjoni għal kull kategorija ta' assi. L-AETS għandha tagħmel osservazzjonijiet dwar dawk il-klassfikazzjonijiet, filwaqt li tenfasizza l-punti tajbin u d-dgħufijiet ta' kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

 

L-AETS għandha tanalizza u tevalwa l-prestazzjonijiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu bl-użu tad-dejta miġbura fir-repożitorju ċentrali tagħha. L-AETS għandha tqabbel ir-rati ta' inadempjenzi tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-proporzjonijiet ta' preċiżjoni għal kull klassi tal-assi. L-AETS għandha tippubblika rapport annwali dwar l-evalwazzjoni komparattiva tagħha, li jinkludi sistema ta' klassifikazzjoni tal-prestazzjoni.

 

Ir-rapport annwali għandu jiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-AETS.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 17

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. AETS għandha tiċċarġja t-tariffi lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont dan ir-Regolament u r-regolament dwar it-tariffi msemmija fil-paragrafu 2. Dawk it-tariffi għandhom ikopru għalkollox l-ispejjeż neċessarji tal-AETS fir-rigward tar-reġistrazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u s-superviżjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-rimborż ta’ kwalunkwe spejjeż li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tal-ħidma skont dan ir-Regolament, b’mod partikulari b’riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 30';

1. L-AETS għandha tiċċarġja t-tariffi lill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li huma rreġistrati skont dan ir-Regolament u r-regolament dwar it-tariffi msemmija fil-paragrafu 2. Dawk it-tariffi għandhom ikunu referuti biss lill-AETS, iżda għandhom ikopru għalkollox l-ispejjeż neċessarji u raġonevoli, tal-AETS fir-rigward tar-reġistrazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u s-superviżjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u r-rimborż ta’ kwalunkwe spejjeż li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jġarrbu fit-twettiq tal-ħidma skont dan ir-Regolament sakemm ix-xogħol ikun relatat mas-superviżjoni ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, b’mod partikulari b’riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 30.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 18 – sottopunt b

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 21 – paragrafu 4a – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) skala ta’ klassifikazzjoni standard armonizzata biex tiġi użata skont l-Artikolu 11a, minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati u ċċertifikati, li se jkunu bbażati fuq il-metrika biex jitkejjel ir-riskju tal-kreditu u n-numru ta’ kategoriji ta’ klassifikazzjoni u tinqata’ l-linja tal-valuri għal kull kategorija ta’ klassifikazzjoni;

(a) skala ta’ klassifikazzjoni standard armonizzata biex tiġi użata skont l-Artikolu 11a, minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrati u ċċertifikati, li se jkunu bbażati fuq il-metrika biex jitkejjel ir-riskju tal-kreditu u n-numru ta’ kategoriji ta’ klassifikazzjoni u tinqata’ l-linja tal-valuri għal kull kategorija ta’ klassifikazzjoni, determinati skont il-probabbiltà ta’ inadempjenza;

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 18 – sottopunt b

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 21 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-ħin tar-rappurtar li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżvelaw lill-AETS skont l-Artikolu 11a (1); kif ukoll

(b) il-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inkluża l-istruttura, il-format, il-metodu u l-ħin tar-rappurtar li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiżvelaw lill-AETS skont l-Artikolu 11a (1) u l-informazzjoni li l-EBA u l-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiżvelaw lill-AETS skont l-Artikolu 11a (2); kif ukoll

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 19 – sottopunt a

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 22a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Eżami tal-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni

Eżami tal-proċeduri użati fl-istabbiliment ta’ bidliet ġodda u materjali għal metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 19 – sottopunt b

Regulation (EC) 2009/1060

Artikolu 22a – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-AETS għandha tivverifika wkoll li kwalunkwe tibdil intenzjonat fil-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni notifikati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 8(5a) jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) kif speċifikat fl-istandard regolatorju tekniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 21(4). L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tapplika l-metodoloġija tal-klassifikazzjoni l-ġdida biss wara li l-AETS tkun ikkonfermat il-konformità tal-metodoloġija mal-Artikolu 8(3).

3. L-AETS għandha tivverifika wkoll li kwalunkwe tibdil intenzjonat fil-metodoloġiji ta’ klassifikazzjoni notifikati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont l-Artikolu 8(5a) jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) kif speċifikat fl-istandard regolatorju tekniku msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 21(4). Madankollu, l-AETS għandha tiżgura li tinżamm ċerta varjeta ta’ metodoloġiji ħalli tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni għall-aqwa metodoloġiji bejn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni u tevita armonizzazzjoni tal-metodoloġiji. Jekk l-AETS tidentifika kwalunkwe devjazzjoni, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tneħħi din id-devjazzjoni fi żmien xahar.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 24a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"L-Artikolu 24a

 

Penali f’każ li jinqabeż iż-żmien tal-mandat tiegħu minn aġenzija tal-klassifikazzjoni

 

Meta s-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji ssib li aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun qabżet iż-żmien tal-mandat tagħha billi tqis il-politika ekonomika mmexxija minn gvern u/jew issawwar rakkomandazzjonijiet f’dan il-qasam, din għandha tieħu deċiżjoni waħda jew ħafna mid-deċiżjonijiet li ġejjin, skont il-gravità u l-frekwenza tar-reat:

 

(a) toħroġ komunikazzjoni lill-pubbliku;

 

(b) tipprojbixxi temporanjament lill-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu milli toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fl-Unjoni kollha;

 

(c) timponi multa lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni, b’konformità mal-Artikolu 36a;

 

(d) tirtira r-reġistrazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu."

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 32a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 32a

 

Protezzjoni tad-dejta

 

Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mwettaq mill-Istati Membri fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-AETS fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-AETS għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

 

Id-dejta personali għandha tinżamm għal perjodu massimu ta' ħames snin."

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 35a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun kisret intenzjonalment jew b’negliġenza serja kwalunkwe ksur tar-regolamenti elenkati fl-Anness III li jħalli impatt fuq xi klassifikazzjoni tal-kreditu li investitur kien qed iserraħ fuqu bix-xiri ta’ strument kklassifikat, tali investitur jista’ jieħu passi kontra dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal kwalunkwe dannu li jkun sofra.

1. Fejn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tkun kisret intenzjonalment jew b’negliġenza serja kwalunkwe ksur tar-regolamenti elenkati fl-Anness III b'konformità mal-Artikolu 24(2)(d) u fejn dan irriżulta f'impatt fuq xi klassifikazzjoni tal-kreditu li investitur/emittenti kien qed iserraħ fuqu bix-xiri jew il-bejgħ ta’ strument kklassifikat, tali investitur/emittenti jista’ jieħu passi kontra dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal kwalunkwe dannu li jkun sofra.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 35a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn investitur jistabbilixxi l-fatti li minnhom jista’ jiġi konkluż li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu wettqet kwalunkwe wieħed mill-ksur elenkat fl-Anness III, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkollha tagħti evidenza li ma wettqitx dak il-ksur jew li dak il-ksur ma kellux impatt fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa.

4. Fejn investitur jew emittenti jistabbilixxi, b'elementi preċiżi u ddettaljati, l-fatti li minnhom jista’ jiġi konkluż li aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu wettqet ksur, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkollha tagħti evidenza li ma wettqitx dak il-ksur jew li dak il-ksur ma kellux impatt fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa.

Emenda  109

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 35a – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Ir-reġim ta' responsabbiltà ċivili applikabbli għandu jkun dak tal-pajjiż li l-investitur li ġarrab id-dannu kien qiegħed jirrisjedi fih meta sarlu d-dannu.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 35a – paragrafu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b. Id-dritt għal rimedju stabbilit f'dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-AETS milli teżerċita l-poteri sħaħ tagħha stipulati fl-Artikolu 36a.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 21 – sottopunt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 36a – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) fil-paragrafu 2, il-punt li ġej huwa miżjud:

 

"(ia) għal ksur fejn il-klassifikazzjoni tal-kreditu tonqos milli tikkonforma mal-Artikolu 10a, ir-reġistrazzjoni tagħha għandha tiġi sospiża għal ħames snin."

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 24 – sottopunt b

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 39 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha, fid-dawl ta' żviluppi fil-qafas regolatorju u superviżorju tal-Unjoni, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-għodod li jippermettu lill-investituri u lill-pubbliku ġenerali jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess dwar ir-riskju tal-kreditu tal-emittenti, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti.

Emenda  113

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 39aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 39aa

 

Valutazzjoni Ewropea tal-affidabbiltà kreditizja

 

L-Unjoni għandha tevalwa internament l-affidabbiltà kreditizja tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, valutazzjoni interna Ewropea pubblika u independenti tal-affidabbiltà kreditizja għandha tiġi żviluppata biex l-investituri jkollhom id-dejta relevanti kollha dwar klassifikazzjonijiet fir-rigward tad-dejn sovran u indikaturi pubbliċi makroekonomiċi oħra li ġew żvelati. Din l-evalwazzjoni kreditizja Ewropea għandha tkun żgurata permezz tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni eżistenti kompetenti għal dan il-kompitu. Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa jekk istituzzjoni ġdida jew eżistenti għandhiex tingħata dan il-kompitu skont dan l-Artikolu u biex tagħmel rakkomandazzjoni, permezz ta' proposta leġiżlattiva jekk ikun xieraq. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll il-kwistjonijiet tal-persunal u r-riżorsi meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-istituzzjoni.

 

___________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  114

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 24b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 39ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 39ab

 

Il-persunal u r-riżorsi tal-AETS

 

Sal-...*, l-AETS għandha tevalwa l-ħtiġijiet tal-persunal u r-riżorsi li jirriżultaw mill-akkwist tal-poteri u tad-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

___________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ."

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 24c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 40 aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24c) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 40aa

 

Netwerk dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq, sa tmiem l-2012, rapport dwar il-fattibilità ta' netwerk ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu iżgħar sabiex tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq. Dak ir-rapport għandu jevalwa l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni u mhux finanzjarji u inċentivi għall-ħolqien ta' tali netwerk, billi jitqies il-kunflitt ta' interessi potenzjali li joħorġu minn finanzjament pubbliku.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8b (1) għandhom japplikaw biss għal strumenti maħruġa fi jew wara...*.

 

______________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt b – punt ii

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I – Taqsima B – punt 3 – paragrafu 1 – punt a a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) azzjonista jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu, direttament jew indirettament, 10 % jew iktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu s-sieda direttament jew indirettament ta’ strumenti finanzjarji tal-entità klassifikata jew parti terza relatata jew li għandu xi interess f’sjieda oħra diretta jew indiretta f’dik l-entità jew parti, barra l-pussess fi skemi kollettivi u diversifikati ta’ investiment, inklużi l-fondi ġestiti bħall-fondi għall-pensjoni jew l-assigurazzjoni tal-ħajja, li ma jpoġġuhx f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-iskema;';

(aa) azzjonista jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu, direttament jew indirettament, 2 % jew iktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, għandu s-sieda direttament jew indirettament ta’ strumenti finanzjarji tal-entità pubblika jew privata klassifikata jew parti terza relatata jew li għandu xi interess f’sjieda oħra diretta jew indiretta f’dik l-entità jew parti, barra l-pussess fi skemi kollettivi u diversifikati ta’ investiment, inklużi l-fondi ġestiti bħall-fondi għall-pensjoni jew l-assigurazzjoni tal-ħajja, li ma jpoġġuhx f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet ta’ negozju tal-iskema;';

Emenda  118

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness I – punt 1 – punt b – punt iii

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I – Taqsima B – punt 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) il-klassifikazzjoni tal-kreditu tinħareġ fir-rigward ta’ entità klassifikata jew parti terza relatata li direttament jew indirettament għandha 10 % jew aktar mill-kapital jew id-drittijeit tal-vot ta’ dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;';

(ba) il-klassifikazzjoni tal-kreditu tinħareġ fir-rigward ta’ entità klassifikata jew parti terza relatata li direttament jew indirettament għandha 2 % jew aktar mill-kapital jew id-drittijeit tal-vot ta’ dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;';

Emenda  119

Proposta għal regolament – att li jemenda

Anness I – punt 1 – punt b – punt iv

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I – Taqsima B – punt 3 – punt c a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) azzjonist jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu, direttament jew indirettament, 10 % jew aktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità klassifikata jew ta’ parti terza relatata;';

(ca) azzjonist jew membru ta’ aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li għandu, direttament jew indirettament, 2 % jew aktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot ta’ dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew inkella li jkun f’qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, huwa membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità klassifikata jew ta’ parti terza relatata;';

Emenda  120

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt c

Regolament (KE) Nru 1060/2009

L-Anness I – it-Taqsima B, il-punt 3a:

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-ispejjeż iċċarġjati lill-klijenti tagħha għall-provvediment ta’ servizzi ta’ klassifikazzjoni u oħrajn anċillari mhumiex diskriminatorji u jkunu bbażati fuq spejjeż attwali. Tariffi ċċarġjati għal servizzi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq il-livell tla-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew fuq kwalunkwe riżultat ieħor tal-ħidma mwettqa.

3a. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-ispejjeż iċċarġjati lill-klijenti tagħha għall-provvediment ta’ servizzi ta’ klassifikazzjoni u oħrajn anċillari mhumiex diskriminatorji u jkunu proporzjonali għall-ispejjeż imġarrba attwalment. Tariffi ċċarġjati għal servizzi ta’ klassifikazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq il-livell tla-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jew fuq kwalunkwe riżultat ieħor tal-ħidma mwettqa.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – punt d

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I – Taqsima C – punt 8 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Analista ta' klassifikazzjoni ewlenija li tmur fi aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun ipprojbita milli tkun involuta fl-attivitajiet ta' klassifikazzjoni tal-kreditu relatati ma' kwalunkwe entità ta' klassifikazzjoni jew kwalunkwe terzi parti relatati ma tali entità li magħhom dik l-analista ewlenija kienet involuta qabel ma ċċaqalqet, għal perjodu ta' erba' snin wara ċ-ċaqliq.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – punt a

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I - Taqsima D - Parti I - punt 1 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjonijiet għandhom ikunu espressi f'numri li jindikaw il-probabbiltà ta' inadempjenza, flimkien ma' dikjarazzjoni spjegattiva.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – punt f

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I - Taqsima D - Parti I - punt 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta tħabbar klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispjega fl-istqarrijiet tal-istampa jew fir-rapporti tagħha l-elementi ewlenin sottostanti għall-klassifikazzjoni tal-kreditu jew għall-prospett ta’ klassifikazzjoni.';

5. Meta tħabbar klassifikazzjoni tal-kreditu jew prospett ta’ klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispjega fl-istqarrijiet tal-istampa u permezz ta’ dikjarazzjoni spjegattiva l-elementi ewlenin sottostanti għall-klassifikazzjoni tal-kreditu jew għall-prospett ta’ klassifikazzjoni.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – punt g

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I – Taqsima D – Parti I – punt 6:

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżvela fuq is-sit elettroniku tagħha, fuq bażi kontinwa, l-informazzjoni dwar l-entitajiet jew strumenti tad-dejn kollha miġjuba quddiemha għar-reviżjoni inizjali tagħhom jew għall-klassifikazzjoni preliminari. Żvelar ta’ dan it-tip għandu jsir kemm jekk l-emittenti jkun ikkuntratta mal-aġenzija li tikklassifika l-kreditu għal klassifikazzjoni finali u kemm jekk le.

(6) Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu għandha trrapporta lill-AETS, fuq bażi kontinwa, informazzjoni ddettaljata dwar l-entitajiet jew strumenti tad-dejn kollha miġjuba quddiemha għar-reviżjoni inizjali tagħhom jew għall-klassifikazzjoni preliminari. Din l-informazzjoni għandha tingħata kemm jekk l-emittenti jikkuntrattaw mal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal klassifikazzjoni aħħarija u kemm jekk le.

Ġustifikazzjoni

Il-pubblikazzjoni ġġib magħha r-riskju tal-ispekulazzjoni. Barra dan, hu importanti għall-emittent, li l-intenzjoni tal-klassifika tiegħu tiġi ttrattata b’mod kunfidenzjali sal-ħin tal-pubblikazzjoni tar-riżultat tal-klassifikazzjoni.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Anness I – punt 6

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness I – Taqsima D – parti III – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjonijiet sovrani jew prospetti ta’ klassifikazzjoni relatati, għandha tippubblika dawn il-klassifikazzjonijiet jew prospetti biss wara l-għeluq tan-negozju ta’ postijiet ta’ kummerċ stabbiliti fl-Unjoni u mill-inqas siegħa qabel il-ftuħ tagħhom. Il-Punt 3 tat-Taqsima D.I. jibqa’ mhux affettwat.

3. Fejn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjonijiet sovrani jew prospetti ta’ klassifikazzjoni relatati, għandha tippubblika dawn il-klassifikazzjonijiet b'konformità mal-kalendarju msemmi fl-Artikolu 8a, nhar ta' Gimgħa wara l-għeluq tan-negozju ta’ postijiet ta’ kummerċ stabbiliti fl-Unjoni u mill-inqas siegħa qabel il-ftuħ tagħhom. Il-Punt 3 tat-Taqsima D.I. jibqa’ mhux affettwat ħlief fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali u mhux prevedibbli b'impatt sinifikanti potenzjali fuq l-Istat Membru rilevanti.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness III – Parti I – punti 26a sa 26f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiddaħħlu l-punti minn 26a sa 26f ġodda li ġejjin:

imħassar

'26a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew il-parti terza relatata miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-emittenti tikser l-Artikolu 6b(1) billi toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dan l-emittent għal perjodu li jaqbeż it-tliet snin.

 

26b. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew il-parti terza relatata miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-istrumenti tad-dejn tal-emittent tikser l-Artikolu 6b(2) billi toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq mill-inqas għaxar strumenti tad-dejn tal-istess emittent matul perjodu li jaqbeż 12-il xahar jew bil-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-istrumenti tad-dejn tal-emittent għal perjodu li jaqbeż it-3 snin.

 

26c. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun daħlet f'kuntratt ma' emittent b'mod parallel ma' tal-anqas aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu oħra waħda tikser l-Artikolu 6b(3) billi jkollha relazzjoni kuntrattwali mal-emittent għal perjodu li jaqbeż sitt snin.

 

26d. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew il-parti terza relatata miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu tikser l-Artikolu 6b(4) billi ma tirrispettax il-projbizzjoni għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu għal perjodu ta’ erba’ snin mit-tmiem tal-perjodu massimu tar-relazzjoni kuntrattwali msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 6b.

 

26e. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li daħlet f’kuntratt ma’ emittent jew parti terza relatata miegħu għall-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu tikser l-Artikolu 6b(6) billi fi tmiem tal-perjodu massimu tar-relazzjoni kuntrattwali mal-emittent jew parti terza relatata miegħu ma tħallix fajl ta’ handover disponibbli bl-informazzjoni mitluba lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tidħol fix-xena kkuntrattata mill-emittent jew parti terza relatata miegħu sabiex toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq dan l-emittent jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu. ';

 

Emenda  127

Proposta għal regolament

Anness III – punt 1 – punt f

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness III – Parti I – punt 42a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

42a. L-aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu tikser l-Artikolu 8 billi titlob xi informazzjoni li taqa' 'l barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak l-Artikolu jew minħabba li bidliet tal-klassifikazzjonijiet tagħha ma jkunux konformi mal-metodoloġiji tagħha li ġew ippubblikati.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness III Parti 3 – punt 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5a) billi ma tippubblikax fuq is-sit elettroniku tagħha t-tibdil propost fil-metodoloġiji, fil-mudelli jew fis-suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni jew il-proposti ġodda ta’ metodoloġiji, mudelli jew suppożizzjonijiet ewlenin tal-klassifikazzjoni flimkien ma’ spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal u l-implikazzjonijiet tat-tibdil propost. ';

3a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8 (5a) billi ma tinformax lill-AETS jew ma tippubblikax fuq il-websajt tagħha il-metodoloġiji ġodda jew bidliet tal-metodoloġiji flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għal u l-implikazzjonijiet tat-tibdil.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Anness III – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Anness III Parti III – punt 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikser il-punt (aa) tal-Artikolu 8(6), fejn taħseb biex tuża metodoloġiji ġodda, billi ma tippubblikax minnufih il-metodoloġiji l-ġodda flimkien ma’ spjegazzjoni dettaljata dwarhom fuq is-sit elettroniku tagħha.

4a. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikser il-punt (aa) tal-Artikolu 8(6), fejn taħseb biex tuża metodoloġiji ġodda, billi ma tinfurmax lill-AETS jew ma tippubblikax minnufih il-metodoloġiji l-ġodda fuq il-websajt tagħha.

  • [1]  ĠU C 167, 13.6.2012, p. 2.
  • [2]  Għad mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Spjegazzjoni tal-proposta

L-attivitajiet tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (CRAs) għandhom impatt kbir fuq l-imġiba tal-atturi ekonomiċi u finanzjarji u fuq il-ħajja tal-istituzzjonijiet pubbliċi; huma qed ikomplu jattiraw interess pubbliku kbir u jqajmu dibattitu politiku mqanqal. Ir-regolazzjoni tagħhom, għalhekk, hija aspett speċifiku u sensittiv ħafna tar-riforma ġenerali, li qiegħda tagħmel pressjoni fuq it-tħaddim tas-swieq finanzjarji.

Is-suġġett huwa wieħed li ġie indirizzat reċentement mill-istituzzjonijiet Ewropej fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 u fir-Regolament aktar reċenti (KE) Nru 513/2011; att li jemenda marbut mar-riforma tas-superviżjoni finanzjarja u intiż b'mod partikolari sabiex jagħti poteri u responsabbilitajiet speċifiċi lill-awtorità superviżorja li ġiet stabbilita dan l-aħħar (l-AETS). Il-PE, min-naħa tiegħu, addotta riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva f'Ġunju 2011 (ibbażata fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta' Ġunju 2010) fejn huwa talab li jkun hemm qafas regolatorju aktar b'saħħtu u nnota l-bżonn li titnaqqas id-dipendenza żejda fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni.

Il-fatt li qed jiġi ppruvat l-approċċ numru tlieta fi żmien ftit aktar minn sentejn juri l-kumplessità tal-kwistjoni, kif ukoll juri l-bżonn li jinstabu soluzzjonijiet aktar effikaċi għal xi wħud mill-problemi partikolari.

2. L-elementi prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni

(a) Estensjoni fl-ambitu tar-regolament biex ikopri l-prospetti tal-klassifikazzjoni

Il-proposta għal regolament (COM(2011)0747) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tiffoka fuq il-problema tad-dipendenza żejda tal-investituri u l-emittenti fuq il-klassifikazzjonijiet esterni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u rispettivament tfittex li tinkoraġġixxi l-użu ta' klassifikazzjonijiet interni.

Il-proposta tal-Kummissjoni twessa' l-ambitu tar-regoli dwar il-klassifikazzjoni biex dawn jinkludu l-prospetti tal-klassifikazzjoni. It-test emendat jitlob b'mod partikolari li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jispeċifikaw, fi kliem ieħor, f'liema perjodu ta' żmien, klassifikazzjoni partikolari mistennija tinbidel.

(b) Emendi relatati mal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

L-Artikolu 5a tar-regolament il-ġdid jipprojbixxi ċerti entitajiet finanzjarji milli jibbażaw il-valutazzjonijiet tal-kreditizja fuq il-klassifikazzjonijiet esterni biss. Din ir-regola hija konsistenti mal-prinċipji stipulati mill-FSB f'Ottubru 2010 sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq il-klassifikazzjonijiet tal-aġenziji. L-emendi l-oħra huma mmirati biex jevitaw ir-riskju ta' dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet min-naħa ta' operaturi finanzjarji tas-suq fejn huma kkonċernati finanzi strutturati. L-emittenti ta' strumenti finanzjarji strutturati se jkunu meħtieġa li jfittxu żewġ klassifikazzjonijiet kontemporanjament minn żewġ aġenziji differenti.

Finalment, rigward l-UCITS u maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv, il-leġiżlaturi nazzjonali huma mitluba jiżguraw li l-leġiżlazzjoni Komunitarja tiġi trasposta b'mod li ssaħħaħ il-prinċipju li tiġi evitata d-dipendenza żejda fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

(c) L-indipendenza tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni

In-numru ta' emendi dwar dan il-punt huma ddiżinjati li jsolvu l-kunflitti ta' interess li jinvolvu l-mudell ta' 'l-emittent iħallas' u l-azzjonisti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Ġew stipulati numru ta' prinċipji: (a) il-limitu massimu fuq l-ishma, fejn l-ebda membru jew azzjonist ta' aġenzija tal-klassifikazzjoni ma jista' jkun detentur ta' aktar minn 5% f' aġenzija oħra; (b) il-prinċipju tar-rotazzjoni (meta l-klassfikazzjonijiet huma solleċitati) japplika għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni involuti minn emittenti, li l-għan tagħhom ikun li jiġi żgurat li aġenzija partikolari ma tibqax stabbilita għal aktar minn tliet snin jew għal aktar minn sena jekk tikklassifika aktar minn għaxar strumenti tad-dejn maħruġa mill-emittent. Ir-rotazzjoni obbligatorja tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni hija intiża li toħloq aktar kompetizzjoni fis-suq tal-klassifikazzjoni.

(d) Il-komunikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet

Il-proposta tirrestrinġi l-obbligi li japplikaw għall-komunikazzjoni tal-klassifikazzjonijiet lill-emittenti sabiex jagħtu entità klassifikata ż-żmien u l-opportunità li tiċċekkja l-klassifikazzjoni għall-iżbalji u jirrifjutawha.

(e) Il-klassifikazzjoni tad-dejn sovran

Il-klassifikazzjoni tad-dejn sovran bla dubju tikkostitwixxi kwistjoni separata. Għall-ewwel darba, dan il-punt qed jiġi misħuq sabiex jiġi enfasizzat il-fatt li r-regoli li jmexxu l-klassifikazzjoni tad-dejn sovran fi kwalunkwe forma għandhom jissaħħu bl-għan li jinkiseb standard ta' klassifikazzjoni aktar għoli. L-Artikolu 8(2) jistipula li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jirrevedu l-klassifikazzjoni sovrana kull sit xhur minflok kull tnax-il xhar. Il-klassifikazzjonijiet ma għandhomx jiġu komunikati qabel l-għeluq tan-negozju u għallanqas siegħa qabel il-ftuħ tal-lokalitajiet ta' kummerċ tal-UE. Obbligi ġodda ta' trasparenza għandhom jiġu imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni, partikolarment rigward ir-riżorsi umani użati biex joħorġu l-klassifikazzjonijiet.

(f) Aġenzija tal-klassifikazzjoni Ewropea

Kuntrarju għal dak li talab il-PE fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011, il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 ma tagħmel l-ebda dispożizzjoni biex tiġi stabbilita aġenzija tal-klassifikazzjoni Ewropea. Is-suġġett għandu, madankollu, jerġa' jiġi diskuss fil-kuntest ta' dan ir-rapport.

(g) Il-proposta tinkludi innovazzjonijiet sinifikanti oħra, jiġifieri l-verifika tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tas-CRA mill-AETS u r-reġim ta' responsabbiltà għas-CRAs ibbażat fuq il-prinċipju tat-treġġigħ lura tal-oneru tal-prova.

Dak li qed jiġi propost huwa, in ġenerali, ta' importanza kbira u jista' fil-parti l-kbira jiġi approvat, iżda ċerti punti jeħtieġu kjarifika u li jissaħħu sabiex jiġu evitati effetti mhux mixtieqa meta l-miżuri jiġu implimentati.

3. Il-proposti tar-rapporteur

Xi wħud mill-emendi tar-rapporteur jinsabu f'konformità mat-test tal-Kummissjoni filwaqt li oħrajn jippruvaw jindirizzaw il-kwistjonijiet li ma jiġux trattati fir-regolament il-ġdid propost billi jipproponu suġġerimenti innovattivi u jindikaw soluzzjonijiet alternattivi possibbli.

Il-punti speċifiċi koperti mill-emendi huma:

1)  Sabiex titneħħa d-definizzjoni attwali ta' 'klassifikazzjoni tal-kreditu' bħala 'opinjoni', il-klassifikazzjonijiet jiġu definiti mill-ġdid bħala 'servizz ta' informazzjoni';

2)  Il-klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran mhux soliċitat huma projbiti, u l-Kummissjoni tintalab tiddetermina jekk kwalunkwe istituzzjoni eżistenti tistax tikklassifika l-kreditizja tal-Istati Membri jew twaqqaf entità għal dan il-għan;

3)  Ir-regoli fis-seħħ għandhom jiġu rieżaminati, fejn dan imur lil hinn minn dak diġà provdut fir-regolament il-ġdid li ġie propost, bil-għan li jitneħħew kompletament l-obbligi imposti fuq il-pubbliku u fuq l-azzjonisti privati sabiex jippermettu awtomatikament il-klassifikazzjonijiet u l-konsegwenzi tagħhom [dan japplika partikolarment għal dispożizzjonijiet kuntrattwali fejn it-titoli jinbigħu awtomatikament f'każ ta' tnaqqis ("downgrading") jew ta' rimborż, jekk il-klassifikazzjoni taqa' taħt ċertu livell];

4)  Il-parteċipazzjonijiet ta' azzjonisti transversali huma pprojbiti f'dak li jikkonċerna l-ġestjoni jew il-kontroll ta' aktar minn aġenzija waħda tal-klassifikazzjoni; u l-aġenziji tal-klassifikazzjoni ma jistax ikollhom ishma, jew ikollhom interessi finanzjarji, f'entitajiet klassifikati;

5)  Jistgħu jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-attività tal-kumpaniji u tal-akkwist ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni li diġà ġġeneraw volum sostanzjali ta' kummerċ klassifikat fl-UE;

6)  Jistgħu jiġu imposti limiti fuq l-ishma tas-suq f'termini tal-kwantità u/jew il-valur ta' klassifikazzjonijiet ta' operaturi finanzjarji u prodotti strutturati;

7)  L-AETS qed tingħata x-xogħol li tressaq valutazzjoni annwali tal-effikaċja u l-prestazzjoni tas-CRAs, meta dawn jiġu mqabbla ma' kriterji ċari;

8)  L-AETS għandha tfassal proposti ġodda dwar il-mudelli ta' pagament li jrendu l-għażla u r-rimunerazzjoni tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni kompletament indipendenti mill-entitajiet klassifikati.

L-għan prinċipali, għalhekk, huwa li tinbeda diskussjoni li tippermetti approċċi u opinjonijiet differenti, iżda li xorta jservu biex jirritornaw is-CRAs għall-post li ħaqqhom, li jimplika li l-klassifikazzjonijiet tagħhom għandhom jiġu trattati bħala informazzjoni li għandha tiġi kkunsidrata, iżda ma jimplikax li l-aġenziji infushom għandhom igawdu minn status speċjali, jew għandhom jinfluwenzaw awtomatikament l-attivitajiet tal-operaturi ekonomiċi u finanzjarji u l-istituzzjonijiet pubbliċi permezz ta' effetti proċikliċi dannużi. Ma għandux jibqa' jiġri li t-tempiżmu u s-sura tal-iżvelar jirriżultaw – bħalma spiss huwa l-każ, minn deċiżjonijiet unilaterali mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni, anki meta l-informazzjoni mressqa ma tkunx fundamentalment ġdida jew oriġinali, speċjalment fir-rigward tal-istat tal-Gvern ġenerali u l-prospetti tiegħu.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI  (3.5.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu
(COM(2011)0747 – C7‑0420/2011 – 2011/0361(COD))

Rapportuer: Cecilia Wikström

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-tħejjija ta' din l-opinjoni għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, ir-rapporteur fittxet li tiffoka kemm jista' jkun fuq il-kompetenzi prinċipali tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali. Dan jimplika li diversi oqsma fejn ir-rapporteur jista' jkollha fehmiet qawwija dwar partijiet tal-proposta madankollu mhumiex koperti minn din l-opinjoni, għal raġunijiet ta’ qbil mal-Artikolu 49(2) tar-Regoli ta' Proċedura. Barra minn hekk, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda li jiffoka l-opinjoni tiegħu esklussivament fuq il-kwestjoni tar-responsabbiltà ċivili sabiex ikun jista' jilħaq konsensus wiesa' dwar wieħed mill-elementi ewlenin fi ħdan il-kompetenza tal-kumitat. Wara negozjati kawti u fit-tul bejn il-gruppi politiċi, intlaħaq kompromess dwar ir-responsabbiltà ċivili li kważi rriżulta f'appoġġ unanimu fil-kumitat.

Responsabbiltà ċivili

Huwa ta' importanza kbira li jiġi żgurat li l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu jkunu konformi mar-regoli stipulati f'dan ir-regolament. Il-Parlament, u tabilħaqq il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, talab li jiġu inklużi regoli komuni dwar ir-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' ksur intenzjonat u negliġenti tar-regoli f'dan ir-regolament. Dan ma jimplikax madankollu li kwalunkwe regola proposta tista' titqies awtomatikament aċċettabbli.

Ir-rapporteur temmen li għadd ta' tibdiliet huma meħtieġa biex jinħoloq bilanċ adegwat bejn il-partijiet interessati u r-rispett għall-prinċipji ġuridiċi fundamentali.

Ir-rapporteur tixtieq tikkjarifika r-rwol tal-AETS fir-rigward ta' din il-proċedura. L-ewwel nett emenda teknika fl-Artikolu 24(2)(d) hija meħtieġa biex jiddaħħal it-terminu negliġenza gravi fil-proċeduri eżistenti tal-AETS għas-superviżjoni tas-CRAs. Dan se jġib il-proċedura attwali dwar ksur, konformi mat-terminoloġija użata fir-regoli l-ġodda ta' responsabbiltà. Barra minn hekk, ir rapporteur tissuġġerixxi li d-definizzjoni proposta ta' negliġenza gravi bħala negliġenza serja min-naħa tas-CRA għandha titħassar peress li din ma żżidx fil-kjarezza minħabba li ma tiddefinix x'tikkostitwixxi "negliġenza serja".

Ir-rapporteur tixtieq tkompli toħloq rabta bejn il-proċediment ta' responsabbiltà ċivili propost u l-miżuri ta' superviżjoni eżistenti tal-AETS. Għalhekk ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-qorti li quddiemha jkun tressaq il-każ għandha titlob l-opinjoni tal-AETS u tqis kwalunkwe deċiżjoni formali tal-AETS, sakemm ma jkunx evidenti li dan ma jkunx meħtieġ. Dan jillimita r-riskju li l-AETS u l-qrati jaslu għal pożizzjonijiet differenti dwar jekk kienx hemm ksur tar-regolament jew le.

Ir-rapporteur tixtieq temenda l-proposti fl-Artikolu 35(a)(4). Ma taqbilx li jkun f’loku li tiġi imposta inverżjoni tal-oneru tal-prova fuq l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu biex juru l-innoċenza tagħhom fejn tidħol il-kwestjoni ta' jekk każ ta' ksur kellux impatt fuq il-klassifikazzjoni riżultanti jew le. L-investitur li jsostni li sofra dannu għandu jkun responsabbli li juri li d-deċiżjoni li jinvesti kienet tiddependi fuq klassifikazzjoni tal-kreditu żbaljata li rriżultat minn ksur tar-regolament min-naħa tal-Aġenzija tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu.

Sabiex ikun hemm bilanċ xieraq bejn il-litiganti fir-rigward tat-tibdiliet l-oħra mill-kumitat, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-qorti kompetenti għandha tkun dik tal-Istat Membru li fih l-investitur li ġarrab id-dannu kien domiċilajt fih fil-mument li sarlu d-dannu.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) L-Artikolu 24(2)(d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

 

"(d) jekk il-ksur sarx intenzjonalment, b’negliġenza gravi, jew b'mod negliġenti "

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika li tinkludi definizzjoni ġdida ta' negliġenza gravi introdotta mir-rieżami tar-regolament fl-analiżi tal-bord tas-superviżuri tal-AETS.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 20

Regolament (KE) Nru 1060/2009

Artikolu 35a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun kisret intenzjonalment jew b’negliġenza serja kwalunkwe ksur tar-regolamenti elenkati fl-Anness III li jħalli impatt fuq xi klassifikazzjoni tal-kreditu li investitur kien qed iserraħ fuqu bix-xiri ta’ strument kklassifikat, tali investitur jista’ jieħu passi kontra dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal kwalunkwe dannu li jkun sofra.

1. Fejn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun kisret intenzjonalment jew b’negliġenza serja kwalunkwe ksur tar-regolamenti elenkati fl-Anness III li jħalli impatt fuq xi klassifikazzjoni tal-kreditu li investitur kien qed iserraħ fuqu bix-xiri ta’ strument kklassifikat, tali investitur jista’ jieħu passi kontra dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal kwalunkwe dannu riżultanti li jkun sofra.

2. Ksur għandu jitqies li jkollu impatt fuq klassifikazzjoni tal-kreditu jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun ħarġet mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun differenti mill-klassifikazzjoni li tinħareġ kieku l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx wettqet dak il-ksur.

2. Ksur għandu jitqies li jkollu impatt fuq klassifikazzjoni tal-kreditu jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun ħarġet mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun differenti mill-klassifikazzjoni li tinħareġ kieku l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx wettqet dak il-ksur.

3. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu taġixxi b’negliġenza serja jekk titraskura gravement id-dmirijiet imposti fuqha minn dan ir-Regolament.

3. Il-qorti li quddiemha tressqet il-kwistjoni għandha tfittex l-opinjoni tal-AETS fir-rigward tal-ksur relevanti, sakemm huwa evidenti li dan mhuwiex meħtieġ. Kwalunkwe deċiżjoni formali tal-AETS dwar il-kwestjoni kkonċernata għandha titqies mill-qorti.

4. Fejn investitur jistabbilixxi l-fatti li minnhom jista’ jiġi konkluż li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu wettqet kwalunkwe wieħed mill-ksur elenkat fl-Anness III, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jkollha tagħti evidenza li ma wettqitx dak il-ksur jew li dak il-ksur ma kellux impatt fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa.

4. Fejn investitur jieħu azzjoni kontra aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għal danni kkawżati minħabba klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa fi ksur ta' dan ir-Regolament, l-investitur għandu jkun responsabbli li jagħti prova li l-ksur kellu impatt fuq il-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa u li dan l-impatt kellu influwenza fuq id-deċiżjoni tiegħu li jinvesti.

5. Ir-responsabbiltà ċivili msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun eskluża jew limitata minn qabel b’xi ftehim. Kwalunkwe klawżola fi ftehim bħal dan li teskludi jew tillimita minn qabel ir-responsabbiltà ċivili tiġi meqjusa nulla u bla ebda effett legali.';

5. Ir-responsabbiltà ċivili msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun eskluża jew limitata minn qabel b’xi ftehim. Kwalunkwe klawżola fi ftehim bħal dan li teskludi jew tillimita minn qabel ir-responsabbiltà ċivili tiġi meqjusa nulla u bla ebda effett legali.';

 

6. Il-qorti kompetenti għandha tkun dik tal-Istat Membru li fih l-investitur li ġarrab id-dannu kien domiċilajt fih fil-mument li sarlu d-dannu.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

Referenzi

COM(2011)0747 – C7-0420/2011 – 2011/0361(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

30.11.2011

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Cecilia Wikström

21.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Sergio Gaetano Cofferati, Vytautas Landsbergis, Eva Lichtenberger, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach

PROĊEDURA ()

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

Referenzi

COM(2011)0747 – C7-0420/2011 – 2011/0361(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

30.11.2011

JURI

30.11.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

IMCO

29.2.2012

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Leonardo Domenici

10.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.12.2011

29.2.2012

26.4.2012

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

5

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sari Essayah, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Mario Mauro, Sirpa Pietikäinen, Emilie Turunen

Data tat-tressiq

24.8.2012