RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

16.7.2012 - (COM(2011)0794 – C7‑0453/2011– 2011/0374(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur għal opinjoni: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein


Proċedura : 2011/0374(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0236/2012

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

(COM(2011)0794 – C7‑0453/2011– 2011/0374(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0794),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0453/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0236/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha sustanzjalment jew tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-frammentazzjoni tas-Suq Uniku jimpedixxi l-isforzi biex tingħata spinta lill-kompetittività u t-tkabbir. Barra minn hekk, id-disponibbiltà irregolari, il-kwalità u l-għarfien ta’ mezzi sempliċi, effiċjenti u bi spejjeż baxxi għas-soluzzjoni tat-tilwim li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi madwar l-Unjoni tikkostitwixxi ostakolu fis-Suq Uniku li jdgħajjef il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fix-xiri u l-bejgħ bejn il-fruntieri.

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) It-twettiq tal-potenzjal tal-kummerċ online jagħmel kontribut sostanzjali biex l-Unjoni jerġa’ jkollha tkabbir ekonomiku, iżda dan ikun jeħtieġ l-integrazzjoni xierqa tal-pjattaforma tal-ODR u l-entitajiet tal-ADR kif deskritt fid-Direttiva …./../EU1.

 

______________

 

1 ĠU jekk jogħġbok daħħal it-titolu u r-referenza tal-ĠU tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi).

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Is-Suq Intern huwa realtà għall-konsumaturi fil-ħajja ta' kuljum tagħhom, meta jivvjaġġaw, jixtru u jħallsu. Il-konsumaturi huma atturi ewlenin fis-Suq Intern u għalhekk għandhom ikunu fil-qofol tiegħu. Id-dimensjoni diġitali tas-Suq Intern qed isir essenzjali mhux biss għall-konsumaturi imma wkoll għan-negozjanti. Il-konsumaturi qed jixtru dejjem aktar mill-internet u għadd dejjem jiżdied ta' negozjanti jbigħu online. Il-konsumaturi u n-negozjanti għandhom iħossuhom kunfidenti li jwettqu transazzjonijiet f'ambjent diġitali.

(5) Is-Suq Intern huwa realtà għall-konsumaturi fil-ħajja ta' kuljum tagħhom, meta jivvjaġġaw, jixtru u jħallsu. Il-konsumaturi huma atturi ewlenin fis-Suq Intern u għalhekk għandhom ikunu fil-qofol tiegħu. Id-dimensjoni diġitali tas-Suq Intern qed isir essenzjali mhux biss għall-konsumaturi imma wkoll għan-negozjanti. Il-konsumaturi qed jixtru dejjem aktar mill-internet u għadd dejjem jiżdied ta' negozjanti jbigħu online. Il-konsumaturi u n-negozjanti għandhom iħossuhom kunfidenti li jwettqu transazzjonijiet f'ambjent diġitali. Waqt il-kriżi li attwali, miżuri li jippromwovu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-irjkupru tal-konsumaturi huma essenzjali. Filwaqt li s-suq diġitali jipprovdi opportunità ta' valur sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha tkun kapaċi tistabbilixxi suq diġitali intern sħiħ jekk trid tieħu vantaġġ minn dan. It-tneħħija tal-ostakoli eżistenti fuq naħa waħda u ż-żieda fil-fiduċja tal-konsumaturi fuq in-naħa l-oħra huma essenzjali. L-eżistenza ta’ sistema għas-soluzzjoni online għat-tilwim li tkun affidabbli u effiċjenti tista’tikkontribwixxi fil-biċċa l-kbira għal din iż-żieda fil-fiduċja tal-konsumaturi tal-Unjoni.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim toffri soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi u rħisa għat-tilwim li jinqala' minn tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn. Madankollu, attwalment hemm nuqqas ta' mekkaniżmi li jippermettu lill-konsumaturi u lin-negozjanti jsolvu tali tilwim permezz ta' mezzi elettroniċi. Dan iwassal għal żvantaġġ għall-konsumaturi, jaġixxi bħala ostakolu għat-tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn, joħloq sitwazzjoni żbilanċjata għan-negozjanti u għalhekk ifixkel l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku

(7) Is-soluzzjoni online għat-tilwim toffri soluzzjoni extraġudizzjarja sempliċi, effikaċi u rħisa għat-tilwim li jinqala' minn tranżazzjonijiet transkonfinali kif ukoll domestiċi online. Is-soluzzjoni online għat-tilwim toffri soluzzjoni extraġudizzjarja sempliċi u rħisa għat-tilwim li jinqala' minn transazzjonijiet transkonfinali online. Dan iwassal għal żvantaġġ għall-konsumaturi, jaġixxi bħala ostakolu b'mod partikulari għat-tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn, joħloq sitwazzjoni żbilanċjata għan-negozjanti u għalhekk ifixkel l-iżvilupp ġenerali tal-kummerċ elettroniku.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja tat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ online ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi minn negozjanti bejn il-fruntieri. Ma għandux japplika għat-tilwim bejn konsumaturi u negozjanti li jinqala' mill-bejgħ online ta' oġġetti jew mill-forniment ta' servizzi jekk tal-inqas wieħed minnhom ma jkunx stabbilit jew residenti fi Stat Membru tal-Unjoni meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi, jew jekk in-negozjant u l-konsumatur ikunu stabbiliti jew residenti fl-istess Stat Membru.

(8) Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja tat-tilwim li jikkonċernaw l-obbligi kuntrattwali bejn il-konsumaturi residenti fl-Unjoni u n-negozjanti stabbiliti fl-Unjoni li jinqala' mill-bejgħ online ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi, kopruti mid-Direttiva..../.... UE [Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi]. Dan għandu jinkludi tilwim li jinqala’ mill-bejgħ jew il-provvista ta’ kontenut diġitali għal remunerazzjoni. Għalkemm il-konsumaturi u n-negozjanti li jwettqu tranżazzjonijiet transkonfinali online, b'mod partikulari, se jibbenefikaw minn dan il-mekkaniżmu ta' soluzzjoni tat-tilwim online, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-tranżazzjonijiet domestiċi online sabiex ikun jista' jkun hemm kundizzjonijiet indaqs fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Dan għandu jinkludi tilwim li jinqala’ mill-bejgħ jew il-provvista ta’ kontenut diġitali għal remunerazzjoni. Ma għandux japplika għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi jekk mill-inqas wieħed minnhom mhuwiex stabbilit jew ma joqgħodx fi Stat Membru tal-Unjoni meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi.

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Id-definizzjoni ta' "bejgħ online ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" għandha tkopri tranżazzjoni għall-bejgħ online ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi permezz ta' websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn u l-konsumatur ikun ordna tali oġġetti jew servizzi fuq dik il-websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn. Dan għandu jkopri wkoll każijiet fejn il-konsumatur ikun aċċessa s-sit elettroniku jew servizz ieħor tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' mezz elettroniku mobbli bħat-telefon ċellulari.

(11) Id-definizzjoni ta' "bejgħ online ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" għandha tkopri tranżazzjoni għall-bejgħ online ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi permezz ta' websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn u l-konsumatur ikun ordna tali oġġetti jew servizzi fuq dik il-websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn. Dan għandu jkopri wkoll każijiet fejn il-konsumatur ikun aċċessa s-sit elettroniku jew servizz ieħor tas-soċjetà tal-informazzjoni permezz ta' mezz elettroniku mobbli bħat-telefon ċellulari. Servizzi li mhumiex provduti minn sistemi elettroniċi ta' proċessar/inventarju, bħas-servizzi pprovduti permezz tat-telefonjia bil-vuċi jew bit-telefaks, bħal-konsulta permezz tat-telefon jew telefaks ma' tabib, il-konsulta permezz tat-telefon jew telefaks ma' avukat, jew il-marketing dirett bit-telefon jew telefaks, għandhom jitqiesu bħala servizzi pprovduti b'mezzi elettroniċi.

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tilwim bejn konsumaturi u negozjanti li jinqala' mill-bejgħ transkonfinali ta' oġġetti jew mill-forniment ta' servizzi offline. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tilwim bejn in-negozjanti.

(12) Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tilwim bejn in-negozjanti.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Qabel ma jressqu t-tilwim tagħhom lil entità tal-ADR permezz tal-pjattaforma tal-ODR, il-konsumaturi għandhom jiġu inkoraġġuti mill-Istati Membri biex jagħmlu kull sforz biex jikkuntattjaw lin-negozjant permezz tal-websajt, email, jew mezzi elettroniċi oħra tagħhom kif xieraq, bil-għan li jsolvu t-tilwima b’mod amikevoli.

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Dan ir-Regolament għandu l-għan li joħloq pjattaforma ta' soluzzjoni online għat-tilwim (‘ODR’) f'livell Ewropew. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tieħu l-għamla ta' sit elettroniku interattiv li joffri punt ta' dħul wieħed lill-konsumaturi u lin-negozjanti li jkunu qed jippruvaw isolvu tilwim b'mod extraġudizzjarju li jkun inqala' minn transazzjoni transkonfinali tal-kummerċ elettroniku. Għandha tippermetti lill-konsumaturi u lin-negozjanti jressqu ilmenti billi jimlew formola tal-ilmenti elettronika li tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u tressaq l-ilmenti lil entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (‘ADR’) li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim ikkonċernat. Il-pjattaforma għandha toffri lill-entitajiet tal-ADR u lill-partijiet il-possibbiltà li jwettqu l-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim permezz tal-pjattaforma.

(14) Dan ir-Regolament għandu l-għan li joħloq pjattaforma ta' soluzzjoni online għat-tilwim (‘ODR’) f'livell Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment u l-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-ODR. għandha tieħu l-għamla ta' websajt interattiv li joffri punt ta' dħul wieħed lill-konsumaturi u lin-negozjanti li qed jipprovaw isolvu tilwim b'mod extra-ġudizzjarju li jkun inqala' minn tranżazzjonijiet transkonfinali tal-kummerċ elettroniku. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-soluzzjoni barra mill-qrati ta’ tilwim kuntrattwali li jirriżulta mill-bejgħ ta’ oġġetti jew mill-provvista ta’ servizzi online bejn konsumaturi u negozjanti. Għandha tippermetti lill-konsumaturi jressqu ilmenti billi jimlew formola tal-ilmenti elettronika li tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u tinfurmahom dwar il-possibilità li jitolbu għajnuna ta’ faċilitaturi, jekk dan ikun meħtieġ, biex jimlew din il-formola kif suppost. Din għandha tressaq l-ilmenti lil entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ("ADR") li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim ikkonċernat. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun interoperabbli mal-entitajiet tal-ADR eżistenti li joperaw online. Il-formola tal-ilmenti għandu jkun fiha biss dik l-informazzjoni li meħtieġa biex tidentifika lill-entità tal-ADR jew lil entitajiet kompetenti biex jittrattaw it-tilwim.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Il-pjattaforma tal-ODR għandha tippermetti lill-konsumaturi u lin-negozjanti jressqu ilmenti billi jimlew formola tal-ilmenti elettronika li tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u tressaq l-ilmenti elettronikament lil entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ("ADR") li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim ikkonċernat.

 

Il-pjattaforma għandha toffri, bla ħlas, għodda elettronika ta’ ġestjoni tal-każijiet ta’ tilwim li tippermetti lill-partijiet u lill-entità tal-ADR biex iwettqu l-proċedura tas-soluzzjoni online għat-tilwim permezz tal-pjattaforma. L-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu jistgħu jużawha u jadattawha skont il-proċeduri tagħhom. L-għodda għandha tippermetti lill-partijiet u lill-entitajiet tal-ADR biex itellgħu dikjarazzjonijiet u evidenza rilevanti. L-għodda għandha, skont il-proċedura tal-ADR applikata mill-entità tal-ADR rilevanti, tistabbilixxi awtomatikament l-iskadenzi għall-partijiet eż. biex isir it-tressiq. Hija għandha wkoll tipprovdi għal websajt b’aċċess limitat fuq il-pjattaforma tal-ODR, li tista’ tiġi aċċessata mill-partijiet, l-entità tal-ADR u jekk ikun meħtieġ mill-konsulenti tal-konsumatur. Or.en

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-faċilitajiet tekniċi għall-funzjonament tal-pjattaforma, inklużi funzjonijiet ta’ traduzzjoni. L-għodda għandha toffri funzjonalità ta' traduzzjoni elettronika lill-partijiet u lill-entità tal-ADR. Din il-funzjonalità għandha tittratta t-traduzzjonijiet kollha meħtieġa u se tkun appoġġjata minn tradutturi. Il-Kummissjoni għandha wkoll, fuq il-pjattaforma tal-ODR, tipprovdi informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-possibbiltà li jitolbu l-għajnuna tal-konsulenti tal-konsumatur. Madankollu, il-konsumaturi għandhom jiġu inkoraġġuti biex l-ewwel jikkuntattjaw lin-negozjant u għalhekk jippruvaw isibu soluzzjoni amikevoli tal-kwistjoni direttament qabel ma jressqu l-ilment permezz tal-pjattaforma ODR.

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c) Il-pjattaforma tal-ODR għandha tiġi aċċessata biss permezz tal-websajt tematika tal-portal “L-Ewropa Tiegħek”, peress li dan il-portal huwa punt uniku ta’ dħul eżistenti kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti li jfittxu l-għajnuna jew informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom ipprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-pjattaforma tal-ODR għandha ssir prominenti fuq il-portal “L-Ewropa Tiegħek”.

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sistema ta' ODR fil-livell Ewropew għandha tibni fuq entitajiet eżistenti tal-ADR fl-Istati Membri u għandha tirrispetta t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. L-entitajiet tal-ADR li lilhom ikun tressaq ilment permezz tal-pjattaforma tal-ODR għalhekk għandhom japplikaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom stess, inklużi r-regoli dwar l-ispiża. Madankollu, dan ir-Regolament huwa maħsub biex jistabbilixxi xi regoli komuni li jkunu applikabbli għal dawk il-proċeduri li jissalvagwardjaw l-effettività tagħhom. Dawn għandhom jinkludu regoli li jiżguraw li tali soluzzjoni għat-tilwim titwettaq malajr.

(15) Sistema ta' ODR fil-livell Ewropew għandha tibni fuq entitajiet eżistenti tal-ADR fl-Istati Membri u għandha tirrispetta t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. L-entitajiet tal-ADR li lilhom ikun tressaq ilment permezz tal-pjattaforma tal-ODR għalhekk għandhom japplikaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom stess, inklużi r-regoli dwar l-ispiża. Madankollu, dan ir-Regolament huwa maħsub biex jistabbilixxi xi regoli komuni li jkunu applikabbli għal dawk il-proċeduri li jissalvagwardjaw l-effettività tagħhom. Il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw il-Pjattaforma tal-ODR stabbilita b’dan ir-Regolament mingħajr ma jkunu meħtieġa li jkunu preżenti fiżikament għall-proċedura. Madankollu, iż-żewġ partijiet jistgħu jiddeċiedu li l-preżenza fiżika tagħhom hija meħtieġa.

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Billi jiġi żgurat li l-entitajiet kollha tal-ADR innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/EU [= id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi] Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta' referenza] ikunu konnessi elettronikament mal-pjattaforma Ewropea tal-ODR għandu jista' jkun hemm il-kopertura sħiħa fir-rimedju online extraġudizzjarju għat-tilwim transkonfinali li jinqala' mill-bejgħ online ta' oġġetti jew mill-forniment ta' servizzi.

(16) L-iżgurar li l-entitajiet kollha tal-ADR innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/EU [= id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi] Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta' referenza] ikunu konnessi elettronikament mal-pjattaforma tal-ODR għandu jippermetti l-kopertura sħiħa fir-rimedju online extra-ġudizzjarju għat-tilwim li jinqala' mill-bejgħ online ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi.

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Dan ir-Regolament ma jipprevjenix il-funzjonament ta' kwalunkwe entità eżistenti ta' soluzzjoni online għat-tilwim li topera fi ħdan l-Unjoni. Ma għandux jipprevjeni lill-entitajiet tal-ADR milli jindirizzaw tilwim transkonfinali online li jkun tressaq lilhom b'mezz ieħor li mhuwiex il-pjattaforma tal-ODR.

(17) Dan ir-Regolament ma jipprevjenix il-funzjonament ta' kwalunkwe entità eżistenti ta' soluzzjoni online għat-tilwim li topera fi ħdan l-Unjoni. Ma għandux jipprojbixxi lill-entitajiet tal-ADR milli jindirizzaw tilwim online li tressaq lilhom b'mezz ieħor li mhuwiex il-pjattaforma tal-ODR.

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni online għat-tilwim għandu jipprovdi appoġġ għas-soluzzjoni għat-tilwim relatat ma' lmenti mressqa permezz tal-pjattaforma tal-ODR. Dan in-netwerk għandu jkun magħmul minn punti ta' kuntatt għall-ODR fl-Istati Membri li jospitaw faċilitaturi tas-soluzzjoni online għat-tilwim.

(18) Punti ta’ kuntatt tal-ODR għandhom jiġu stabbiliti biex jipprovdu appoġġ lill-konsumaturi li jippruvaw isolvu t-tilwim tagħhom ma’ negozjant permezz tal-pjattaforma tal-ODR. Punti ta’ kuntatt tal-ODR għandhom jgħinu fit-tressiq tal-ilment u jipprovdu informazzjoni ġenerali rigward proċeduri għas-soluzzjoni online għat-tilwim. punti ta’ kuntatt tal-ODR m’għandhomx ikunu obbligati li jittraduċu xi dokumenti jew obbligati li jsolvu t-tilwim direttament.

Ġustifikazzjoni

Huwa ta’ ripetizzjoni bla bżonn li jiġu speċifikati punti ta’ kuntatt tal-ODR u faċilitaturi tal-ODR. Ikun aħjar jekk jiġu stabbiliti l-funzjonijiet tal-punti ta’ kuntatt tal-ODR u l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu kif l-aħjar jissodisfaw dawn il-funzjonijiet. Ikun utli wkoll li jiġi ċċarat x’tip ta’ assistenza għandha tiġi pprovduta.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Id-dritt għal rimedju effikaċi u d-dritt għal proċess ġust huma drittijiet fundamentali garantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċeduri ta' soluzzjoni online għat-tilwim ma jistgħux jitfasslu biex jissostitwixxu l-proċeduri fil-qorti u ma għandhomx iċaħħdu lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom li jfittxu rimedju quddiem il-qorti. Ir-regolament preżenti ma għandu jkollu ebda element li jista’ jċaħħad lill-partijiet milli jipprattikaw id-dritt ta’ aċċess tagħhom għas-sistema ġudizzjarja.

(19) Id-dritt għal rimedju effikaċi u d-dritt għal proċess ġust huma drittijiet fundamentali garantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-proċeduri ta' soluzzjoni online għat-tilwim mhumiex maħsuba u ma jistgħux jitfasslu biex jissostitwixxu l-proċeduri fil-qorti u lanqas ma għandhom iċaħħdu lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom li jfittxu rimedju quddiem il-qorti. Ir-regolament preżenti ma għandu jkollu ebda element li jista’ jċaħħad lill-partijiet milli jipprattikaw id-dritt ta’ aċċess tagħhom għas-sistema ġudizzjarja.

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom fil-pjattaforma tal-ODR, u d-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dak l-ipproċessar, permezz ta' avviż tal-privatezza komprensiva li għandu jkun disponibbli pubblikament mill-Kummissjoni u li jispjega, b'mod ċar u sempliċi, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-atturi varji tal-pjattaforma, f'konformità mal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u mal-leġislazzjoni nazzjonali adottata skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

(21) Is-suġġetti tad-data għandhom jiġu infurmati u jagħtu l-kunsens tagħhom dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom fil-pjattaforma tal-ODR, u d-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dak l-ipproċessar, permezz ta' avviż tal-privatezza komprensiva li għandu jkun disponibbli pubblikament mill-Kummissjoni u li jispjega, b'mod ċar u sempliċi, l-operazzjonijiet tal-ipproċessar imwettqa taħt ir-responsabbiltà tal-atturi varji tal-pjattaforma, f'konformità mal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u mal-leġislazzjoni nazzjonali adottata skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġu suplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li ilmentatur għandu jipprovdi fil-formola tal-ilmenti elettronika magħmula disponibbli fuq il-pjattaforma tal-ODR. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(23) Sabiex jiġu suplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tal-pjattaforma tal-ODR, il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt u tat-tip ta' informazzjoni li ilmentatur għandu jipprovdi fil-formola tal-ilmenti elettronika magħmula disponibbli fuq il-pjattaforma tal-ODR, kif ukoll il-modalitajiet tal-formola elettronika tal-ilmenti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni online għat-tilwim għal tilwim transkonfinali onlne, irregolati minn regoli komuni, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(25) Billi l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni online għat-tilwim għal tilwim transkonfinali u domestiku online, irregolati minn regoli komuni, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern, u b'mod partikolari għad-dimensjoni diġitali tiegħu, u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur billi jipprovdi pjattaforma li tiffaċilita s-soluzzjoni extraġudizzjarja imparzjali, trasparenti, effettiva u ġusta għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti online.

L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament effikaċi tas-suq intern, u b'mod partikolari għad-dimensjoni diġitali tiegħu, u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur billi jipprovdi pjattaforma online li tiffaċilita s-soluzzjoni extraġudizzjarja indipendenti, imparzjali, trasparenti, effettiva u ġusta għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti online.

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extraġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ transkonfinali online ta' oġġetti jew mill-forniment ta' servizzi bejn il-konsumaturi u n-negozjanti permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li tikkonforma mad-Direttiva [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] u li tinvolvi l-użu ta' pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni online għat-tilwim.

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extraġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ transkonfinali online ta' oġġetti jew mill-forniment ta' servizzi bejn il-konsumaturi u n-negozjanti permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li hu stabbilit fuq bażi fit-tul, jikkonforma mal-kriterji ta' kwalità stipulati fil-Kapitoli II tad-Direttiva …./../UE [id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi], tkun innotifikata lill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 17(2) ta' dik id-Direttiva u li tinvolvi l-użu ta' pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni online għat-tilwim.

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "negozjant" ifisser persuna fiżika jew persuna legali, irrispettivament minn jekk ikunx ta' pussess privat jew pubbliku, li jaġixxi, inkluż permezz ta' persuna li taġixxi f'ismu jew għalih, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu;

(b) "negozjant" ifisser persuna fiżika jew persuna legali, irrispettivament minn jekk ikunx ta' pussess privat jew pubbliku, li jaġixxi, inkluż permezz ta' persuna li taġixxi f'ismu jew għalih, għal skopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tiegħu;

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ‘bejgħ online ta' oġġetti jew forniment ta' servizzi" tfisser transazzjoni għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-forniment ta' servizzi fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi fuq sit elettroniku jew b'mezzi elettroniċi oħrajn u l-konsumatur ikun ordna tali oġġetti jew servizzi fuq dak is-sit elettroniku jew b'mezzi elettroniċi oħrajn;

(c) "bejgħ online ta' oġġetti jew forniment ta' servizzi" tfisser transazzjoni għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-forniment ta' servizzi koperti mid-Direttiva .../.../ UE [id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi] fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi fuq sit elettroniku jew b'mezzi elettroniċi oħrajn u l-konsumatur ikun ordna tali oġġetti jew servizzi fuq dak is-sit elettroniku jew b'mezzi elettroniċi oħrajn"

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi ċċarat li dan ir-Regolament ikopri biss kuntratti transkonfinali li huma koperti wkoll bid-Direttiva tal-ADR.

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – punt d – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– servizzi li għandhom kontenut materjali anke jekk ikunu provduti b'mezzi elettroniċi bħall-magni awtomatiċi li jagħtu l-flus jew il-biljetti (karti tal-flus, biljetti tal-ferrovija), l-aċċess għan-netwerks tat-toroq, postijiet fejn jipparkjaw il-karozzi, li jieħdu l-flus għall-użu, anke jekk ikun hemm mezzi elettroniċi fid-dħul jew il-ħruġ li jikkontrollaw l-aċċess u/jew li jiżguraw li l-ħlas ikun sar tajjeb;

– servizzi sakemm ikunu provduti b'mezzi elettroniċi bħall-magni awtomatiċi li jagħtu l-flus jew il-biljetti (karti tal-flus, biljetti tal-ferrovija), l-aċċess għan-netwerks tat-toroq, postijiet fejn jipparkjaw il-karozzi, li jieħdu l-flus għall-użu, anke jekk ikun hemm mezzi elettroniċi fid-dħul jew il-ħruġ li jikkontrollaw l-aċċess u/jew li jiżguraw li l-ħlas ikun sar tajjeb;

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – punt d – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– servizzi li mhumiex provduti permezz ta' sistemi elettroniċi tal-ipproċessar/inventarju bħas-servizzi tat-telefonija bil-leħen, is-servizzi tat-telefaks jew it-telex, is-servizzi provduti permezz tat-telefonija bil-leħen jew il-faks; il-konsultazzjoni fuq it-telefon jew it-telefax ma' tabib; il-konsultazzjoni fuq it-telefon jew it-telefax ma' avukat; il-kummerċjalizzazzjoni diretta bit-telefon jew it-telefax.

– servizzi li mhumiex provduti permezz ta' sistemi elettroniċi tal-ipproċessar/inventarju bħas-servizzi tat-telefonija bil-leħen, is-servizzi tat-telefaks jew it-telex, is-servizzi provduti permezz tat-telefonija bil-leħen jew it-telefax;

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) "bejgħ domestiku online ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" ifisser il-bejgħ online ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi fejn, meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi, il-konsumatur ikun residenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit in-negozjant;

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – punt g – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim" (aktar 'il quddiem "il-proċedura tal-ADR") ifisser proċedura għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tiġbor il-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni amikevoli;

(g) "proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim" (aktar 'il quddiem "il-proċedura tal-ADR") ifisser proċedura għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tiġbor il-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni amikevoli, kif stipulat fl-Artikolu 2 tad-Direttiva ..../../UE [id-Direttiva dwar l_ADR tal-Konsumaturi] li ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) ta' dik id-Direttiva;

Emenda  29

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt g – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli mis-soluzzjoni għat-tilwim huma impjegati esklużivament min-negozjant, il-proċeduri quddiem sistemi għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant, in-negozjati diretti bejn il-konsumaturi u n-negozjant, sew jekk ikunu rappreżentati kemm jekk le, u l-isforzi li jsiru minn imħallef biex isolvu tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jirrigwarda dak it-tilwim ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri tal-ADR;

Il-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli mis-soluzzjoni għat-tilwim huma impjegati esklużivament min-negozjant ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri tal-ADR sakemm dawn l-entitajiet ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet ġenerali tal-Kapitolu II tad-Direttiva .../.../UE u b'mod partikolari skont l-Artikolu 17, u jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:

 

- il-persuni fiżiċi inkarigati mis-soluzzjoni tat-tilwim ikunu ġerarkimanrt indipendenti min-negozjant u ma jistgħux ikunu soġġetti għal istruzzjonijiet mogħtija min-negozjant;

 

- ir-remunerazzjoni tal-persuni fiżiċi inkarigati mis-soluzzjoni tat-tilwim ma tkunx soġġetta għall-eżitu tal-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim;

 

- il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim m’għandhomx ikunu ħadmu għan-negozjant ikkonċernat matul it-tliet snin qabel li ħadu l-kariga;

 

- l-entita tas-soluzzjoni tat-tilwim tkun soġġetta għal evalwazzjoni annwali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita rigward l-ottemperanza mal-prinċipji stipulati f’din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

Il-medjazzjoni pprovduta min-negozjanti jew medjazzjoni "interna" m’għandhiex tiġi eskluża, peress li tikkostitwixxi parti importanti mill-mekkaniżmi għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Ir-Rakkomandazzjoni 98/257/KE ma teskludix din it-tip ta’ medjazzjoni jekk ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati. il-medjazzjoni “interna” tista’ tħalli valur miżjud reali għas-soluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim, minħabba li tiżgura għarfien tekniku/konkret u tippermetti l-iżvilupp ta’ medjazzjoni ta’ qrubija li hija ta’ valur għall-partijiet.

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) "entità tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim", (aktar 'il quddiem "l-entità tal-ADR") ifisser entità koperta mill-Artikolu 4(e) tad-Direttiva [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) ta' dik id-Direttiva;

(h) "entità tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim", (aktar 'il quddiem "l-entità tal-ADR") ifisser entità elenkata bi qbil mal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva .../.../UE [id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi].

Ġustifikazzjoni

Huwa aktar xieraq li entità tal-ADR tiġi ddefinita skont dawk elenkati skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva tal-ADR, għall-kuntrarju tal-Artikolu 4(e) tad-Direttiva tal-ADR peress li l-fornituri tal-ADR għandhom jitqiesu biss bħala entitajiet tal-ADR jekk Awtorità Kompetenti taċċetta li dawn jissodisfaw l-istandards ta’ kwalità meħtieġa.

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni online għat-tilwim (minn hawn 'il quddiem "il-pjattaforma tal-ODR").

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni online għat-tilwim (minn hawn 'il quddiem "il-pjattaforma tal-ODR"), u li tkun aċċessibbli ukoll permezz tal-pjattaforma tematika tal-websajt tal-ODR tal-portal L-Ewropa Tiegħek u għandha tipprovdi rabtiet prominenti mal-pjattaforma li ukoll jinsabu fuq websajts oħra tal-Kummissjoni li joffru informazzjoni għall-konsumatur, bħall-websajt tal-ECC Net.

Emenda  32

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun sit elettroniku interattiv li jkun aċċessibbli elettronikament u bla ħlas bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun punt uniku ta' dħul għall-konsumaturi u n-negozjanti li jkunu qed ifittxu soluzzjoni extraġudizzjarja għat-tilwim li huwa kopert minn dan ir-Regolament.

2. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun sit elettroniku interattiv li jkun aċċessibbli elettronikament u bla ħlas bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun punt uniku ta' dħul għall-konsumaturi u n-negozjanti li jkunu qed ifittxu li jressqu tilwim lill-entitajiet tal-ADR notifikati lill-Kummissjoni Ewropea kif stioulat fid-Direttiva .../.../UE [id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi].

Emenda  33

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 - paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tipprovdi inormazzjoni dwar is-soluzzjoni extr-ġudizzjarja ta’ tilwim kuntrattwali li jirriżulta mill-bejgħ ta’ oġġetti jew mill-forniment ta’ servizzi online bejn konsumaturi u negozjanti.

Emenda  34

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) tinforma lin-negozjant dwar l-ilment imressaq kontrih;

Emenda  35

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tipproponi, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fil-formola tal-ilmenti elettronika, entità kompetenti tal-ADR waħda jew aktar lill-partijiet u tipprovdi informazzjoni dwar il-miżati tagħhom, jekk japplika, il-lingwa jew il-lingwi li bihom se titmexxa l-proċedura, it-tul approssimattiv tal-proċeduri jew tinforma lill-persuna li tressaq l-ilment li fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa, ma setgħet tiġi identifikata l-ebda entità tal-ADR kompetenti;

(b) tidentifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fil-formola tal-ilmenti elettronika, entità tal-ADR waħda jew aktar li huma kompetenti biex jitrattaw l-ilment u tipprovdi informazzjoni lill-partijiet dwar l-ispejjeż tal-proċedura tagħhom, jekk japplika, ir-regoli proċedurali, jekk applikabbli, rigward limiti u skadenzi, il-lingwa jew il-lingwi li bihom se titmexxa l-proċedura, it-tul medju tal-proċedura u n-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tal-eżitu tagħha;

Emenda  36

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jekk ma tkun tista’ tiġi identifikata ebda entità kompetenti tal-ADR, tinforma lill-persuna li tressaq l-ilment li fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa, ebda entità tal-ADR ma setgħet tiġi identifikata;

Emenda  37

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) tistieden lill-persuna li twieġeb, jekk tkun negozjant, biex tiddikjara jekk hix obbligata jew impenjatx ruħha li tuża ċerta entità tal-ADR għas-soluzzjoni għat-tilwim kopert minn dan ir-Regolament;

Emenda  38

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc) tistieden lill-partijiet biex jaqblu dwar liema entità tal-ADR kompetenti se jużaw biex isolvu t-tilwim tagħhom jew, jekk tkun ġiet identifikata aktar minn entità tal-ADR waħda, jistedinhom jaqblu dwar waħda mill-entitajiet tal-ADR kompetenti identifikati;

Emenda  39

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tirreferi l-ilmenti lill-entità tal-ADR li l-partijiet ikunu qablu li jużaw;

(c) tittrażmetti l-ilmenti lill-entità tal-ADR li l-partijiet ikunu qablu li jużaw;

Emenda  40

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tippermetti lill-partijiet u lill-entità tal-ADR imexxu l-proċedura ta' soluzzjoni għat-tilwim online;

(d) toffri, mingħajr ħlas, għodda elettronika ta’ ġestjoni tal-każijiet tat-tilwim li tippermetti lill-partijiet u lill-entità tal-ADR imexxu l-proċedura ta' soluzzjoni għat-tilwim online permezz tal-pjattaforma;

Emenda  41

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) tipprovdi l-possibilià ta’ traduzzjoni elettronika għall-partijiet u l-entità tal-ADR;

Emenda  42

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) tipprovdi formola elettronika li permezz tagħha l-entitajiet tal-ADR għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(c);

(e) tipprovdi formola elettronika li permezz tagħha l-entitajiet tal-ADR għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9;

Emenda  43

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) tippubblika informazzjoni dwar l-entitajiet tal-ADR innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament;

(g) tippubblika informazzjoni dwar l-entitajiet tal-ADR innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [d-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi] li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament; L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u mhux ambigwu, tkun aċċessibbli faċilment b’mezzi elettroniċi u tinżamm aġġornata;

Emenda  44

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) tippubblika informazzjoni dwar punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri u l-punti ta’ kuntatt rispettivi tas-soluzzjoni għat-tilwim kif imsemmi fl-Artikolu 6, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt;

Emenda  45

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim bħala mezz ta' soluzzjoni extraġudizzjarja għat-tilwim;

(h) tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u tippromwoviha bħala mezz ta' soluzzjoni extra-ġudizzjarja għat-tilwim;

Emenda  46

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb) tipprovdi informazzjoni dwar drittijiet tal-konsumatur b’mod ġenerali f’format ċar, komprensiv u li jinftiehem, inklużi “Mistoqsijiet Frekwenti” dwar l-aktar kwistjonijiet li jista' jkollhom il-konsumaturi, jekk ikun xieraq billi jintużaw strumenti interattivi;

Emenda  47

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-informazzjoni pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi u n-negozjanti li huma interessati fil-funzjonijiet tal-pjattaforma, irrispettivament minn jekk l-interess tagħhom huwiex relatat mat-tressiq ta’ ilment jew le.

Emenda  48

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-entitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li ġew notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] u li skont l-elementi meħtieġa biex tiġi stabbilita l-kompetenza tagħhom, kif notifikat skont l-Artikolu 16(1)(g) tad-…./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)], li, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fil-formola tal-ilmenti elettronika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3, huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jirreġistraw b'mod elettroniku mal-pjattaforma tal-ODR.

4. L-entitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li ġew notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi] u li skont l-elementi meħtieġa biex tiġi stabbilita l-kompetenza tagħhom, kif notifikat skont l-Artikolu 16(1)(g) ta’ dik id-Direttiva …./…/UE li, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fil-formola tal-ilmenti elettronika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3, huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jirreġistraw b'mod elettroniku mal-pjattaforma tal-ODR.

Emenda  49

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-pjattaforma tal-ODR fir-rigward tal-iżvilupp, it-tħaddim, iż-żamma tagħha u fir-rigward tas-sigurtà tad-dejta.

5. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-pjattaforma tal-ODR fir-rigward tal-iżvilupp u t-tħaddim, inklużi l-funzjonalitajiet kollha ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, iż-żamma tagħha, il-finanzjament tagħha u tas-sigurtà tad-dejta. L-iżvilupp, it-tħaddim, il-faċilità tal-użu għall-utent u ż-żamma tal-pjattaforma jirrispettaw il-prinċipji ta’ "privacy by design" (ir-rispett tal-ħajja privata mit-tfassil tagħha) u, safejn ikun possibbli, fit-tfassil universali (l-użu minn kulħadd, inklużi l-persuni vulnerabbli, mingħajr il-ħtieġa ta’ adattament speċjali).

Emenda  50

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tikkonċerna l-eżistenza u l-karatteristiċi tal-proċeduri tal-ADR li jinstabu fil-pjattaforma tal-ODR huma korretti u aġġornati.

Emenda  51

Proposta għal Regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti fil-paragrafu 3 permezz tal-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati, bi qbil mal-Artikolu 16,dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti fil-paragrafu 3.

Emenda  52

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni online għat-tilwim

Netwerk ta' punti ta’ kuntatt tas-soluzzjoni online għat-tilwim

Emenda  53

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt tal-ODR wieħed u jikkomunika ismu u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-responsabbiltà għall-punti ta' kuntatt tal-ODR liċ-ċentri tagħhom tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur, lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew lil kwalunkwe korp ieħor. Kull punt ta' kuntatt tal-ODR għandu jospita mill-inqas żewġ faċilitaturi tas-soluzzjoni online għat-tilwim (aktar 'il quddiem "il-faċilitaturi tal-ODR").

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar iċ-ċentru rispettiv tiegħu tan-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur bħala punt ta' kuntatt u jikkomunika ismu u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu lill-Kummissjoni. Kull punt ta' kuntatt tal-ODR għandu jospita mill-inqas żewġ punti ta’ kuntatt.

Emenda  54

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-faċilitaturi tal-ODR għandhom jipprovdu appoġġ għas-soluzzjoni ta' tilwim relatat ma' lmenti mressqa permezz tal-pjattaforma billi jissodisfaw il-funzjonijiet li ġejjin:

2. Il-punti ta’ kuntatt għandhom jipprovdu appoġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma' ilmenti mressqa permezz tal-pjattaforma billi jissodisfaw il-funzjonijiet li ġejjin:

Emenda  55

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jekk meħtieġ, jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-partijiet u l-entità tal-ADR kompetenti;

(a) jekk mitlub, jassistu lill-partijiet u jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejniethom u l-entità tal-ADR kompetenti. Dan jista’ jinkludi, b’mod partikolari:

Emenda  56

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(i) jassistu t-tressiq tal-ilment u, fejn xieraq, id-dokumentazzjoni rilevanti,

Emenda  57

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ii) jipprovdu lill-partijiet u lill-entitajiet tal-ADR informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-konsumatur b’rabta mal-bejgħ ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi li japplikaw fl-Istat Membru tal-punt ta’ kuntatt li jospita l-punti ta’ kuntatt ikkonċernati;

Emenda  58

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a – punt iii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

jipprovdu informazzjoni dwar il-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR;

Emenda  59

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 - paragrafu 2 – punt a – sottopunt iv a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iv) jipprovdu lill-partijiet spjegazzjonijiet dwar ir-regoli ta’ proċedura applikati mill-entitajiet tal-ADR identifikati;

Emenda  60

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jinformaw lill-konsumaturi dwar mezzi oħra ta' rimedju meta tilwim ma jkunx jista' jiġi solvut permezz tal-pjattaforma, pereżempju meta n-negozjant ma jaqbilx mal-użu tal-ADR;

(b) jinformaw lill-persuna li tressaq l-ilment dwar mezzi oħra ta' rimedju meta tilwim ma jkunx jista' jiġi solvut permezz tal-pjattaforma tal-ODR, pereżempju meta l-partijiet ma jaqblux mal-użu tal-ADR, fejn l-ebda entità kompetenti tal-ADR ma tkun tista’ tiġi identifikata jew l-entità tal-ADR ma tkunx kapaċi tittratta l-ilment fuq il-bażi tar-regoli ta’ proċedura tagħha;

Emenda  61

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) iressqu, fuq il-bażi tal-esperjenza prattika miksuba mill-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom, rapport annwali tal-attività lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri;

(c) iressqu, fuq il-bażi tal-esperjenza prattika miksuba mill-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħhom, rapport tal-attività annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri;

Emenda  62

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni online għat-tilwim (aktar 'il quddiem "in-netwerk ta' faċilitaturi tal-ODR") li tippermetti l-kooperazzjoni bejn il-faċilitaturi tal-ODR u tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi netwerk ta' punti ta’ kuntatt (aktar 'il quddiem ”in-netwerk tal-punti ta’kuntatt”) li tippermetti l-kooperazzjoni bejn il-punti ta’ kuntatt u tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Emenda  63

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tipprovdi taħriġ xieraq għall-punti ta’ kuntatt għat-tilwim għall-konsumaturi sabiex jiksbu l-għarfien neċessarju biex jaqdu dmirijiethom skont il-paragrafu 2.

Emenda  64

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tal-inqas darba fis-sena torganizza laqgħa tal-membri tan-netwerk tal-faċilitaturi tal-ODR sabiex tippermetti li jkun hemm skambju tal-aħjar prattika, u diskussjoni ta' kwalunkwe problema rikorrenti li tkun inqalgħet fit-tħaddim tal-pjattaforma tal-ODR.

4. Il-Kummissjoni għandha mill-inqas darbtejn fis-sena torganizza laqgħa tal-membri tan-netwerk tal-punti ta’ kuntatt sabiex tippermetti li jkun hemm skambju tal-aħjar prattika, u diskussjoni ta' kwalunkwe problema rikorrenti li tkun inqalgħet fit-tħaddim tal-pjattaforma tal-ODR.

Emenda  65

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta r-regoli dwar il-modalitajiet tal-kooperazzjoni bejn il-faċilitaturi tal-ODR permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(3).

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 li jikkonċerna r-regoli għall-modalitajiet tal-kooperazzjoni bejn il-punti ta’kuntatt.

Emenda  66

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-pjattaforma tal-ODR tpoġġi online gwida maħsuba biex tipprovdi għajnuna lill-persuna li qed tressaq l-ilment sabiex timla l-formola elettronika tal-ilment.

Emenda  67

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni li għandha titressaq mill-parti li tressaq ilment għandha tkun biżżejjed biex tiġi determinata l-entità tal-ADR kompetenti. Din l-informazzjoni hija deskritta fl-Anness.

2. L-informazzjoni li għandha titressaq mill-parti li tressaq ilment għandha tkun biżżejjed biex tiġi determinata l-entità tal-ADR kompetenti. Dik l-informazzjoni għandha tiddaħħal fil-formola elettronika ta' lment, li l-mudell tagħha huwa deskritt fl-Anness.

Emenda  68

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex taddatta l-informazzjoni elenkata fl-Anness, filwaqt li tqis il-kriterji li bihom l-entitajiet tal-ADR notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament jiddefinixxu l-kampijiet ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex taddatta l-informazzjoni elenkata fl-Anness, filwaqt li tqis il-kriterji li bihom l-entitajiet tal-ADR notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi] li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament jiddefinixxu l-kampijiet ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom.

Emenda  69

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-modalitajiet tal-formola tal-ilmenti elettronika permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tistabbilixxi l-modalitajiet tal-formola tal-ilmenti elettronika, filwaqt li tikkunsidra l-progress tekniku. Qabel ma tadotta dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda  70

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ilment imressaq lill-pjattaforma għandu jiġi pproċessat jekk il-formola tal-ilmenti tkun mimlija kompletament.

1. Ilment imressaq lill-pjattaforma tal-ODR għandu jiġi pproċessat jekk l-elementi kollha meħtieġa tal-formola tal-ilmenti jkunu ġew mimlija kompletament. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-pjattaforma tal-ODR għandha tinforma lill-persuna li qed tressaq l-ilment dwar dan ir-rifjut u dwar ir-raġunijiet għal dan. Il-pjattaforma tipproponi wkoll lill-persuna li tressaq l-ilment, jekk din tkun tixtieq, is-servizzi ta’ punt ta’ kuntatt biex timla l-formola elettronika ta’ lment tagħha. Jekk dan ikun il-każ, il-faċilitatur għandu jikkuntattja lill-persuna li tressaq l-ilment għal dan il-għan.

Emenda  71

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta tasal il-formola tal-ilmenti mimlija kompletament, il-pjattaforma tal-ODR għandha tikkomunika lill-persuna li qed tressaq l-ilment, bil-lingwa tal-ilmentat, u tibgħat permezz tal-posta elettronika lill-persuna li twieġeb, bil-lingwa tal-kuntratt, l-informazzjoni li ġejja permezz tal-posta elettronika:

2. Meta tasal il-formola tal-ilmenti mimlija kompletament, il-pjattaforma tal-ODR għandha tittrażmetti b’mod li jinftiehem faċilment u mingħajr dewmien lill-persuna li twieġeb, bil-lingwa tal-kuntratt jew websajt, dan li ġej:

Emenda  72

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-informazzjoni li l-partijiet għandhom jaqblu fuq entità tal-ADR kompetenti waħda sabiex l-ilment ikun jista’ jitressaq lilha;

(a) l-informazzjoni li l-partijiet għandhom jaqblu fuq entità tal-ADR kompetenti waħda sabiex l-ilment ikun jista' jitressaq lilha u li billi jagħżlu dik l-entità tal-ADR huma jaqblu li jibdew proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim;

Emenda  73

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) f’każ li l-persuna li twieġeb tkun negozjant, stedina lill-persuna li twieġeb biex tiddikjara, fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi l-komunikazzjoni, jekk hix obbligata mil-liġi nazzjonali jew jekk intrabtitx li tuża entità tal-ADR speċifika u, jekk ikun applikabbli, jekk hix lesta li tuża entità tal-ADR oħra mniżżla fil-lista msemmija f’(c);

Emenda  74

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) f’każ li l-persuna li twieġeb tkun konsumatur, stedina lill-persuna li twieġeb biex tagħżel, fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi l-komunikazzjoni, entità waħda jew aktar tal-ADR mil-lista pprovduta, u tispeċifika li ma hemm ebda obbligu fuq il-konsumatur biex jagħmel tali għażla;

Emenda  75

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) f’każ li l-persuna li twieġeb tkun konsumatur u n-negozjant bħala l-parti li tressaq l-ilment ikun iddikjara fil-formola għall-ilmenti li hu obbligat bil-liġi nazzjonali jew obbliga ruġu li juża entità speċifika tal-ADR, stedina lill-persuna li twieġeb biex taqbel, fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi l-komunikazzjoni, li tuża din l-entità speċifika tal-ADR, u tispeċifika li ma hemm ebda obbligu fuq il-konsumatur li jieħu din id-deċiżjoni;

Emenda  76

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ad (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ad) l-informazzjoni li f’każ li l-konsumatur jagħżel entità tal-ADR in-negozjant hu obbligat, intrabat jew jinsab lest biex juża, il-pjattaforma għandha awtomatikament tibgħat l-ilment lil dik l-entità tal-ADR;

Emenda  77

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) lista tal-entitajiet tal-ADR kompetenti kollha, jekk jiġu identifikati xi wħud;

(c) lista tal-entitajiet tal-ADR kompetenti kollha, jekk jiġu identifikati xi wħud. Il-lista għandha tinkludi deskrizzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin ta’ kull entità:

Emenda  78

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c – punt i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(i) l-isem u l-indirizz tas-sit elettroniku tal-entità tal-ADR;

Emenda  79

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c – punt ii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ii) l-ispiża tal-proċedura, jekk applikabbli;

Emenda  80

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c – punt iii (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iii) il-lingwa jew il-lingwi li bihom se titmexxa l-proċedura;

Emenda  81

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c – punt iv (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iv) it-tul medju tal-proċedura tal-ADR;

Emenda  82

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c – punt v (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(v) in-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tal-eżitu tal-proċedura;

Emenda  83

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c – punt vi (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(vi) ir-raġunijiet li għalihom l-entità tal-ADR tista’ tirrifjuta li tittratta tilwima speċifika f’konformità mal-Artikolu 5(4) u (5) tad-Direttiva .../.../UE ;

Emenda  84

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) stedina lill-konsumatur biex jagħżel entità tal-ADR waħda jew aktar mil-lista provduta, filwaqt li jiġi speċifikat li ma hemm ebda obbligu għall-konsumatur li jagħmel tali għażla;

imħassar

Emenda  85

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) stedina lin-negozjant biex jagħżel entità tal-ADR waħda jew aktar mil-lista provduta, f'każ li ebda waħda minn dawk l-entitajiet ma tikkorrispondi għal entità li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża f'konfomità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)];

imħassar

Emenda  86

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-informazzjoni f'każ li l-konsumatur jagħżel entità tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża f'konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)], il-pjattaforma għandha titrasmetti awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

imħassar

Emenda  87

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi deskrizzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin ta' kull entità:

imħassar

(a) il-miżati tagħhom, jekk japplika;

 

(b) il-lingwa jew il-lingwi li bihom ser titmexxa l-proċedura;

 

(c) it-tul approssimattiv tal-proċedura;

 

(d) il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika;

 

(e) in-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tal-eżitu tal-proċedura.

 

Emenda  88

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Mal-wasla mill-persuna li twieġeb tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u mingħajr dewmien il-pjattaforma għandha b’mod li jinftiehem faċilment, fil-lingwa tal-ilment, tikkomunika lill-persuna li tressaq l-ilment dan li ġej:

 

(a) l-informazzjoni li l-partijiet għandhom jaqblu fuq entità tal-ADR kompetenti waħda sabiex l-ilment ikun jista’ jitressaq lilha;

 

(b) l-informazzjoni li f’każ li l-konsumatur bħala l-persuna li twieġeb tkun għażlet entità tal-ADR in-negozjant hu obbligat, intrabat jew jinsab lest biex juża, il-pjattaforma għandha awtomatikament tibgħat l-ilment lil dik l-entità tal-ADR;

 

(c) l-informazzjoni li jekk il-partijiet ma jaqblux dwar entità tal-ADR kompetenti jew jekk ma tiġi identifikata ebda entità tal-ADR kompetenti, l-ilment ma jkomplix jiġi pproċessat;

 

(d) l-entità tal-ADR jew, jekk ikun applikabbli, l-entitajiet tal-ADR li l-persuna li twieġeb tkun għażlet f’konformità mal-paragrafu 2, inkluża deskrizzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin ta’ dik l-entità jew, jekk ikun applikabbli, kull waħda minn dawk l-entitajiet:

 

(i) l-isem u l-indirizz tas-sit elettroniku tal-entità tal-ADR;

 

(ii) l-ispejjeż għall-proċedura, jekk applikabbli;

 

il-lingwa jew il-lingwi li bihom se titmexxa l-proċedura;

 

(iv) it-tul medju tal-proċedura tal-ADR;

 

(v) in-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tal-eżitu tal-proċedura;

 

(vi) ir-raġunijiet li għalihom l-entità tal-ADR tista’ tirrifjuta li tittratta tilwima speċifika f’konformità mal-Artikolu 5(4) u (5) tad-Direttiva;

 

(e) stedina lill-persuna li tressaq l-ilment biex taċċetta, fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi l-komunikazzjoni, l-entità tal-ADR magħżula mill-persuna li twieġeb jew, jekk applikabbli, biex tagħżel waħda mill-entitajiet tal-ADR magħżula mill-persuna li twieġeb skont il-paragrafu 2, li tispeċifika li m’hemm l-ebda obbligu fuq il-konsumatur li jagħmel tali għażla;

 

(f) l-informazzjoni li f’każ li l-persuna li tressaq l-ilment tagħżel entità kompetenti tal-ADR identifikata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, li l-pjattaforma għandha awtomatikament tibgħat l-ilment lill-imsemmija entità tal-ADR;

 

(g) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-punt ta’ kuntatt tal-ODR fil-post fejn joqgħod il-konsumatur u fil-post fejn huwa stabbilit in-negozjant, kif ukoll deskrizzjoni qasira tal-funzjonijiet imsemmija fl-[Artikolu 6(2)(a), (b) u (d)].

Emenda  89

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) F’każ li l-persuna li tressaq l-ilment tagħżel entità kompetenti tal-ADR identifikata skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, il-pjattaforma għandha awtomatikament tibgħat l-ilment lil dik l-entità tal-ADR;

Emenda  90

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk il-partijiet ma jweġbux lill-pjattaforma jew ma jaqblux dwar entità tal-ADR kompetenti, l-ilment ma jkomplix jiġi pproċessat. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat bil-possibbiltà li jikkuntattja faċilitatur tal-ODR għal informazzjoni dwar mezzi oħra għat-tfittxija ta' rimedju.

4. Jekk il-partijiet ma jweġbux lill-pjattaforma jew ma jaqblux fuq entità tal-ADR kompetenti fi żmien 20 jum, l-ilment ma jiġix ipproċessat aktar.

Emenda  91

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-għażla tal-konsumatur tikkorrispondi għal entità tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża f'konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)], jew jekk il-partijiet jagħżlu l-istess entità tal-ADR fit-tweġibiet tagħhom, il-pjattaforma għandha tittrasmetti awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

5. Meta l-għażla tal-konsumatur tikkorrispondi għal entità tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża f'konformità mal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi], jew jekk il-partijiet jagħżlu l-istess entità tal-ADR fit-tweġibiet tagħhom, il-pjattaforma tal-ODR għandha tittrasmetti awtomatikament u mingħajr dewmien l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

Emenda  92

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. F'każ li l-partijiet jaqblu dwar aktar minn entità tal-ADR waħda, il-konsumatur għandu jintalab jagħżel waħda mill-entitajiet tal-ADR li jkunu qablu dwarha. Il-pjattaforma għandha tibgħat awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

6. F'każ li l-partijiet jaqblu dwar aktar minn entità tal-ADR waħda, il-konsumatur għandu jintalab jagħżel waħda mill-entitajiet tal-ADR li jkunu qablu dwarha. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

Emenda  93

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk, wara n-notifika tat-tilwim lill-partijiet, il-partijiet jaqblu li jibdew il-proċedimenti quddiem l-entità, jiksbu l-konklużjoni tal-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim fi żmien 30 jum minn meta jkunu bdew il-proċedimenti. Fil-każ ta' tilwim kumpless, l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-limitu ta' żmien;

(b) jekk, wara n-notifika tat-tilwim lill-partijiet, il-partijiet jaqblu li jibdew il-proċedimenti quddiem l-entità, normalment jiksbu l-konklużjoni tal-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim fi żmien 90 jum kalendarju mid-data minn meta l-entità tirċievi il-fajl komplut tal-ilment. Fil-każ ta' tilwim kumpless jew tekniku, l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-limitu ta' żmien sabiex tiggarantixxi soluzzjoni għat-tilwim ta’ kwalità għolja;

Emenda  94

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) mingħajr dewmien jittrażmetti l-informazzjoni li ġejja lill-pjattaforma tal-ODR:

 

(i) id-data li fiha jkun wasal l-ilment u s-suġġett tat-tilwim;

 

(ii) kwalunkwe talba għal informazzjoni jew traduzzjoni addizzjonali rigward id-dokumenti rilevanti li huma meħtieġa mingħand il-partijiet;

 

id-data tal-konklużjoni tal-proċedura ta’ soluzzjoni tat-tilwim u r-riżultat ta' dik il-proċedura.

Emenda  95

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) mingħajr dewmien jibagħtu l-informazzjoni li ġejja lill-pjattaforma tal-ODR:

imħassar

(i) id-data li fiha wasal it-tilwim u s-suġġett tiegħu;

 

(ii) id-data tan-notifika tat-tilwim lill-partijiet;

 

(III) id-data tal-konklużjoni u r-riżultat tal-proċedura.

 

Emenda  96

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-pjattforma tal-ODR għandha tittrażmetti mingħajr dewmien, l-informazzjoni rilevanti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, lill-partijiet tat-tilwim u lill-entità kompetenti tal-ADR.

Emenda  97

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Jekk il-lingwa tal-proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwim tkun l-istess bħal dik tal-persuna li qed tressaq l-ilment, l-entità tal-ADR tistà tagħżel li ma twettaqx dik il-proċedura permezz tal-pjattaforma tal-ODR. Fit-tali każijiet l-Artikolu 9(1a) ma japplikax.

Emenda  98

Proposta għal Regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tistabbilixxi u żżomm bażi ta' data elettronika li fiha għandha żżomm l-informazzjoni pproċessata f'konfomità mal-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 9(c).

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tistabbilixxi u żżomm bażi ta' dejta elettronika li fiha żżomm l-informazzjoni pproċessata skont l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 9(1)(b).

Emenda  99

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-aċċess għall-informazzjoni, inkluża d-data personali, relatata ma' tilwim u miżmuma fil-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 10, għandu jingħata għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 9, lill-entità tal-ADR biss li lilha jkun ġie trasmess it-tilwim f'konfomità mal-Artikolu 8. L-aċċess għall-istess informazzjoni għandu jingħata wkoll lill-faċilitaturi tal-ODR għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(3).

1. L-aċċess għall-informazzjoni, inkluża d-data personali, relatata ma' tilwim u miżmuma fil-bażi ta' data msemmija fl-Artikolu 10, għandu jingħata għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 9, lill-entità tal-ADR biss li lilha jkun ġie trasmess it-tilwim f'konfomità mal-Artikolu 8. L-aċċess għall-istess informazzjoni għandu jingħata wkoll lill-punti ta’ kuntatt, sa fejn ikun meħtieġ, għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(3).

Emenda  100

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni pproċessata f'konformità mal-Artikolu 9 sabiex timmonitorja l-użu u l-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR u tfassal ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu 17. Hija għandha tipproċessa d-data personali tal-utenti tal-pjattaforma sa fejn ikun meħtieġ għat-tħaddim u ż-żamma tal-pjattaforma, inkluż għall-finjiet tal-monitoraġġ tal-użu tal-pjattaforma mill-entitajiet tal-ADR u l-faċilitaturi tal-ODR.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni pproċessata f'konformità mal-Artikolu 9 sabiex timmonitorja l-użu u l-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR u tfassal ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu 17. Hija għandha tipproċessa d-data personali tal-utenti tal-pjattaforma sa fejn ikun meħtieġ għat-tħaddim u ż-żamma tal-pjattaforma, inkluż għall-finjiet tal-monitoraġġ tal-użu tal-pjattaforma mill-entitajiet tal-ADR u l-punti ta’ kuntatt.

Emenda  101

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dejta personali relatata ma' tilwim għandha tinżamm fil-bażi ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-iskopijiet li għalihom inġabret u sabiex jiġi żgurat li s-suġġetti tad-dejta jkunu jistgħu jaċċessaw id-dejta personali tagħhom sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u għandha titħassar awtomatikament, l-aktar tard, sitt xhur wara d-data tal-konklużjoni tat-tilwim li ntbagħat lill-pjattaforma tal-ODR skont l-Artikolu 9(c)(iii). Il-perjodu ta' żamma msemmi hawn fuq għandu wkoll japplika għad-dejta personali li tinżamm fil-fajls nazzjonali mill-entità tal-ADR jew il-faċilitatur tal-ODR li ħa ħsieb it-tilwim ikkonċernat, għajr jekk ir-regoli ta' proċedura applikati mill-entità tal-ADR jew kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-liġi nazzjonali tipprevedi żmien itwal.

3. Id-dejta personali relatata ma' tilwim għandha tinżamm fil-bażi ta' dejta msemmija fil-paragrafu 1 biss għaż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-iskopijiet li għalihom inġabret u sabiex jiġi żgurat li s-suġġetti tad-dejta jkunu jistgħu jaċċessaw id-dejta personali tagħhom sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, u għandha titħassar awtomatikament, l-aktar tard, sitt xhur wara d-data tal-konklużjoni tat-tilwim li ntbagħat lill-pjattaforma tal-ODR skont l-Artikolu 9(c)(iii). Il-perjodu ta' żamma msemmi hawn fuq għandu wkoll japplika għad-dejta personali li tinżamm fil-fajls nazzjonali mill-entità tal-ADR jew il-punt ta’ kuntatt li ħa ħsieb it-tilwim ikkonċernat, għajr jekk ir-regoli ta' proċedura applikati mill-entità tal-ADR jew kwalunkwe dispożizzjoni speċifika tal-liġi nazzjonali tipprevedi żmien itwal.

Emenda  102

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull faċilitatur tal-ODR u kull entità tal-ADR għandhom jitqiesu bħala kontrollur, skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE, fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom stess tal-ipproċessar tad-dejta skont dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li dawn l-attivitajiet jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħha skont dan ir-Regolament u l-ipproċessar tad-data personali involut fih, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur f'konformità mal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

4. Kull punt ta’ kuntatt u kull entità tal-ADR għandhom jitqiesu bħala kontrollur, skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE, fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom stess tal-ipproċessar tad-dejta skont dan ir-Regolament u għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw li dawn l-attivitajiet jikkonformaw mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva 95/46/KE. Fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħha skont dan ir-Regolament u l-ipproċessar tad-data personali involut fih, il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur f'konformità mal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda  103

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-partijiet għal ADR gwida li fiha informazzjoni ċara u speċifika dwar l-operazzjonijiet tat-trattament tad-dejta personali tagħhom mill-pjattaforma ODR, skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti adottata skont tal-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE, kif ukoll id-drittijiet relatati tagħhom f’dan ir-rigward.

Emenda  104

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-faċilitaturi tal-ODR u l-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tas-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta' kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(1) Il-punti ta’ kuntatt għandhom ikunu soġġetti għar-regoli tas-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-punt ta' kuntatt tal-ODR tagħhom.

 

L-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu soġġetti għal regoli ta’ segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra ta’ kunfidenzjalità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn huma jkunu bbażati.

Emenda  105

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex tiżgura s-sigurtà tal-informazzjoni pproċessata skont dan ir-Regolament, inkluż kontroll xieraq tal-aċċess għad-data, pjan ta' sigurtà u ġestjoni tal-inċidenti tas-sigurtà, f'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex tiżgura s-sigurtà tal-informazzjoni pproċessata skont dan ir-Regolament, inkluż kontroll xieraq tal-aċċess għad-dejta, pjan ta' sigurtà, valutazzjoni tal-impatt dwar il-privatezza u ġestjoni tal-inċidenti tas-sigurtà, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda  106

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. In-negozjanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni li jagħmlu bejgħ transkonfinali online ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR u dwar l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli faċilment, direttament, prominentement u permanentement fuq il-websajt tan-negozjanti u, jekk l-offerta ssir permezz tal-posta elettronika jew permezz ta' messaġġ bit-test ieħor trażmess b'mezzi elettroniċi, f'dak il-messaġġ. Hija għandha tinkludi link elettroniku għall-homepage tal-pjattaforma tal-ODR. In-negozjanti għandhom ukoll jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR meta l-konsumatur iressaq ilment lin-negozjant, lil sistema għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant jew lil ombudsman tal-kumpannija.

1. In-negozjanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni li jagħmlu bejgħ transkonfinali online ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom u dwar l-eżistenza tal-pjattaforma tal-ODR u jipprovdu link elettronika għall-website. Din l-informazzjoni għandha tkun imsemmija b’mod ċar u komprensibbli. Hija għandha tinkludi link elettroniku għall-homepage tal-pjattaforma tal-ODR. In-negozjanti għandhom ukoll jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR meta l-konsumatur iressaq ilment lin-negozjant, lil sistema għall-ġestjoni tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant jew lil ombudsman tal-kumpannija.

Emenda  107

Proposta għal Regolament

Artikolu 13 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-informazzjoni għall-konsumatur stipulatat f'dan l-Artikolu għandha tiġi miġbura fl-istess post bħall-websajts tan-negozjanti sabiex il-konsumaturi jitħallew ikollhom viżjoni ġenerali tad-drittijiet kollha rispettivi tagħhom f'dan ir-rigward.

Emenda  108

Proposta għal Regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti ta’ implimentazzjoni

imħassar

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Fejn l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-mexxej tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

 

Emenda  109

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata għal perijodu ta' żmien indeterminat mill-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal l-istess data bħal dik fl-Artikolu 18(1) = id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(6), 6(5) u 7(4) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat. * .

 

_____________

 

* OJ: Jekk joġgħbok daħħal iddata tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  110

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħat li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 7(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

3. Id-delega ta’ setgħa hemm referenza għaliha fl-Artikoli 5(6), 6(5) u 7(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard li tkun speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda  111

Proposta għal Regolament

Artikolu 16 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Pieni

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

Emenda  112

Proposta għal Regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull tliet snin u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għall-adattament għal dan ir-Regolament.

Kull sentejn u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn ...* wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b’mod partikolari fil-livell ta’ aċċettazzjoni tal-pjattaforma ta’ sinjalazzjoni online u l-prattikabilità tal-formola tal-ilment u l-possibilità ta’ ħtiġijiet li l-informazzjoni elenkata lfl-Anness tiġi adattata, b’kunsiderazzjoni tal-kriterji li permezz tagħhom l-entitajiet tal-ADR notifikati lill-Kummissjoni bi qbil mal-Artikolu 17(2) tad-Direttiva .../.../UE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) li jitrattaw tilwim kopert minn dan ir-Regolament jiddefinixxi l-ambiti rispettivi tal-applikazzjoni, kif ukoll il-possibilitajiet ta’ żvilupp ulterjuri ta’ mezzi interattivi ta’ Komunikazzjoni.. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għall-adattament għal dan ir-Regolament.

 

_______________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Emenda  113

Proposta għal Regolament

Anness – intestatura 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni li għandha tiġi provduta meta timtela l-formola tal-ilmenti elettronika

Mudell tal-formola tal-ilmenti elettronika.

Emenda  114

Proposta għal Regolament

Anness – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Isem, indirizz u, jekk applikabbli, l-indirizz elettroniku u l-indirizz tas-sit elettroniku tal-parti li qed tressaq l-ilment;

(1) Jekk il-parti li qed tressaq l-ilment hijiex konsumatur jew negozjant*;

Emenda  115

Proposta għal Regolament

Anness – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Jekk il-parti li tressaq l-ilmenti hijiex konsumatur jew negozjant;

(2) Isem, indirizz elettroniku u l-indirizz ġeografiku tal-konsumatur;

Emenda  116

Proposta għal Regolament

Anness – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Isem, indirizz u, jekk applikabbli, l-indirizz elettroniku u l-indirizz tas-sit elettroniku tal-parti li twieġeb;

(3) Isem, indirizz, l-indirizz elettroniku u l-indirizz ġeografiku u l-websajt tan-negozjant;

Emenda  117

Proposta għal Regolament

Anness – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jekk il-parti li twieġeb hijiex konsumatur jew negozjant;

(4) Tip ta' prodotti jew servizzi li l-bejgħ jew il-provvista tagħhom huma s-suġġett tal-ilment*;

 

(*) għandhom jintgħażlu minn lista proposta

Emenda  118

Proposta għal Regolament

Anness – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Tip ta' oġġetti jew servizzi li l-bejgħ jew il-forniment tagħhom huma s-suġġett tal-ilment;

(5) Lingwa tal-konsumatur**

 

(**) għandha tintgħażel minn lista elettronika bil-possibilita li tintgħażel aktar minn lingwa waħda mill-istess lista

Emenda  119

Proposta għal Regolament

Anness – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-raġunijiet li fuqhom huwa bbażat l-ilment;

(6) Il-metodu ta' komunikazzjoni li bih ġew offruti l-oġġetti jew is-servizzi u l-metodu ta' komunikazzjoni li bih saret l-ordni*;

Emenda  120

Proposta għal Regolament

Anness – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-post fejn joqgħod il-konsumatur fiż-żmien meta ġew ordnati l-oġġetti jew is-servizzi;

(7) Jekk applikabbli, meta saret l-offerta tan-negozjant jew meta ġew konsenjati jew suppost ġew konsenjati l-oġġetti jew is-servizzi mill-operazzjonijiet ta' fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, il-post fejn tinsab dik il-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment ieħor;

Emenda  121

Proposta għal Regolament

Anness – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-metodu ta' komunikazzjoni li bih ġew offruti l-oġġetti jew is-servizzi u l-metodu ta' komunikazzjoni li bih saret l-ordni;

(8) Il-lingwa tal-kuntratt jew, jekk mhux magħrufa, il-lingwa użata fuq il-websajt;

Emenda  122

Proposta għal Regolament

Anness – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jekk applikabbli, meta saret l-offerta tan-negozjant jew meta ġew konsenjati jew suppost ġew konsenjati l-oġġetti jew is-servizzi mill-operazzjonijiet ta' fergħa, aġenzija jew stabbiliment ieħor, il-post fejn tinsab dik il-fergħa, l-aġenzija jew l-istabbiliment ieħor;

(9) L-entitajiet tal-ADR li n-negozjant hu obbligat li juża [jekk ikunu magħrufa].

Emenda  123

Proposta għal Regolament

Anness – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-lingwa tal-kuntratt;

(10) Raġunijiet li fuqhom hu bbażat l-ilment [Deskrizzjoni tal-ilment f'mhux aktar minn 1000 kelma]

Emenda  124

Proposta għal Regolament

Anness – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-entitajiet tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] jekk ikunu magħrufa.

(11) Partijiet imwaħħla mal-irkaptu

  • [1]  Għadha ma ġietx ippublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Dan l-abbozz ta’ proposta tal-Kummissjoni għandu l-għan li jistabbilixxi pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni online għat-tilwim "Pjattaforma tal-ODR". Il-pjattaforma għandha tkun websajt interattiva li toffri lill-konsumaturi u lin-negozjanti punt uniku ta' kuntatt għas-soluzzjoni tat-tilwim barra mill-qorti - tilwim kuntrattwali minħabba bejgħ transkonfinali online ta' oġġetti jew l-għoti ta' servizzi min negozjant ibbażat fi Stat Membru partikulari lil konsumatur residenti fi Stat Membru ieħor. Il-pjattaforma għandha tkun mingħajr ħlas u disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

Il-proposta għandha titqies flimkien mal-abbozz ta' proposta għal direttiva dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għal tilwim tal-konsumaturi (Direttiva ADR). Dan l-abbozz ta' Direttiva għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rimedju għall-konsumaturi billi jiżgura li l-ilmenti kollha tal-konsumaturi jkunu jistgħu jitressqu quddiem entità tal-ADR (pereżempju medjatur, konċiljant, ombudsman jew bord għall-ilmenti) għal soluzzjoni barra mill-qorti.

Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun kapaċi tidentifika komponent tal-entità tal-ADR skont id-Direttiva tal-ADR u għandha tikkomunika informazzjoni essenzjali dwar l-entità (miżati, lingwa(i) tal-proċedura, natura vinkolanti/non-vinkolanti tal-eżitu tal-proċedura eċċ) lill-partijiet. meta jintlaħaq ftehim bejn il-partijiet li fuqhom l-ADR għandha tittratta l-ilment, il-pjattaforma għandha awtomatikament tittrażmetti l-ilment lil dik l-entità tal-ADR, li għandha tfittex li ssolvi t-tilwim fi żmien 30 ġurnata, bl-applikazzjoni tar-regoli ta' proċedura proprji. Il-ftehim li n-negozjant li juża l-ADR għandu jiġi preżunt abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni tal-konsumatur fid-Direttiva tal-ADR, jekk skont il-websajt tal-entità jkun impenja ruħu li juża l-entità partikulari.

Il-pjattaforma għandha tippermetti lill-partijiet u lill-entità tal-ADR iwettqu l-proċedura ta' soluzzjoni online għat-tilwim; Għandu jiġi stabbilit netwerk ta' faċilitaturi tal-ODR biex jassisti s-soluzzjoni għat-tilwim li għandhom jiġu trażmessi permezz tal-pjattforma tal-ODR.

L-Ambitu tar-Regolament

Ir-rapporteur hi favur il-prinċipju bażiku ta’ disponibilità ta’ sistemi tal-ADR f'kull settur ekonomiku biex ikun ffaċilitat ir-rimedju għal-konsumatur.

Ir-rapporteur tilqa' l-fatt li l-abbozz ta' regolament ma japplikax biss għall-ilmenti reġistrati mill-klijenti iżda ukoll min-negozjanti. Filwaqt li r-rapporteur taqbel li, f'termini ta' statistika, ħafna ilmenti ser jitressqu mill-klijenti, hu importanti li dan l-istrument ikun disponibbli ukoll għall-ilmenti min-negozjanti f'każijiet ta', pereżempju, nuqqas ta' pagament jew ir-rifjut li tiġi aċċettata l-konsenja tal-prodotti. Dan hu importanti aktar fid-dawl tal-fatt li s-sistema tal-ADR stipulata mill-abbozz ta' Direttiva hi volontarja u għaldaqstant hu essenzjali li l-leġiżlazzjoni tistipula inċentivi għan-negozjanti biex dawn jimpenjaw ruħhom għall-ADR.

Madankollu r-rapporteur tiddeplora l-fatt li l-abbozz ta' regolament japplika biss għal tilwim li ġej minn bejgħ transkonfinali ta' oġġetti jew l-għoti ta' servizzi min-negozjant stabbilit fi Stat Membru lil konsumatur residenti fi Stat Membru ieħor.

Ir-rapporteur tħeġġeġ lill-Membri isibu soluzzjoni aktar ambizzjuża minn dik inkluża fl-abbozz ta' regolament u tipproponi li l-ambitu tagħha jiġi estiż biex jinkludi tilwim domestiku online peress li spiss ikun diffiċli għall-konsumaturi li jiddistingwu jekk humiex qegħdin jixtru prodotti u servizzi abbażi transkonfinali meta jagħmlu tranżazzjonijiet online.

Barra minn hekk, peress li l-ekonomija tal-Internet hi regolata minn l-hekk imsejjaħ l-effett tan-netwerk (jiġifieri aktar ma' tintuża għodda bħall-Google jew il-Facebook, akbar huma l-vantaġġi għall-utenti); aktar ma jkun l-ammont ta' tilwim imressaq mill-utenti lill-pjattaforma tal-ODR, akbar ikun l-inċentiv għall-entitajiet tal-ADR u għan-negozjanti biex jikkooperaw miegħu, biex b’hekk jinħoloq ċirku pożittiv li għandu jkun ta' benefiċċju għall-konsumaturi, jippromwovi l-kummerċ elettroniku u jtejjeb il-funzjonament tas-Suq kummerċjali intern. Peress li l-ispejjeż fissi għall-ħolqien tal-pjattaforma għandhom jibqgħu l-istess irrispettivament mill-ambitu tagħha, dan il-benefiċċju tan-netwerk għandu jinkiseb mingħajr żieda qawwija fin-nefqa totali għat-tħaddim ta' pjattaforma akbar.

Ir-rwol tal-faċilitaturi

Ir-rapporteiur tinnota li r-rwol tan-netwerk tal-faċilitaturi tal-ODR (li r-rapporteur beħsiebha ssemmi "konsulenti għall-konsumaturi") hu kemmxejn limitat fl-abbozz ta' regolament. Hu previst li dawn il-konsulenti għall-konsumaturi tal-ODR għandhom jintervjenu biss bħala l-aħħar għażla biex il-konsumaturi jiġu informati dwar mezzi oħrajn ta' rimedju meta ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni għat-tilwim permezz tal-pjattaforma. Għandhom ukoll, meta jintalbu biss, jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-partijiet u l-entità tal-ADR kompetenti. Barra minn hekk, għandhom ifasslu rapport ta’ attività annwali dwar l-operat tal-pjattaforma.

Din hi konsegwenza diretta ta' kontradizzjoni inerenti fl-abbozz ta' regolament – li l-pjattaforma għandha tkun għodda ta' IT mħaddma mill-Kummissjoni Ewropea minn Brussel, iżda l-faċilitaturi għandhom ikunu bbażati fl-Istati Membru.

Ir-rapporteur titlob rwol akbar tal-konsulenti għall-konsumaturi, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fi kwalunkwe mument tal-proċess ta' soluzzjoni tal-ilment. Għandu jkollhom rabta mill-qrib mal-operat tal-pjattaforma u għandhom ikunu disponibbli biex jgħinu lill-konsumaturi mill-mument li timtela' l-formola tal-ilment. Il-konsulenti tal-konsumaturi għandhom jgħinu lill-partijiet fl-għażla tal-entità tal-ADR, f’każ li l-pjattaforma tal-ODR tidentifika aktar minn waħda. Jistgħu jgħinu ukoll fis-soluzzjoni ta’ problemi ta' lingwa u traduzzjoni jekk it-tilwim ikun ta' natura transkonfinali. Barra milli jgħinu lil dawk li qegħdin iressqu lment jużaw il-pjattaforma tal-ODR, il-konsulenti għall-konsumaturi għandhom jipprovdu informazzjoni ġenerali lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom u għandhom jissuġġerixxu metodi ta' azzjoni oħrajn, bħal kuntatt man-negozjant, it-tnedija ta' proċedimenti ġudizzjarji eċċ. Jekk ma tkunx tista' tiġi identifikata l-ebda entità kompetenti għas-soluzzjoni għat-tilwim, il-konsulenti tal-konsumaturi għandhom ukoll iservu bħala l-aħħar għażla tal-partijiet billi jgħinuhom isibu soluzzjoni amikevoli.

Ir-Rwol taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi

L-abbozz ta' regolament jistipula li l-Istati Membri jistgħu jassenjaw ir-responsabilità għat-twettiq tal-kompiti assenjati lill-faċilitaturi lin-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi, lil assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew lil kull entità oħra. Ir-rapporteur tixtieq ukoll tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ECCs jissemmew fid-Deċiżjoni tal-PE u tal-Kunsill 1926/2006 li tistabbilixxi il-programm ta' politika tal-konsumatur għall-2007-2013 u li dawn diġà jagħtu informazzjoni u assistenza lill-konsumaturi biex jgħinuhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu aċċess għal soluzzjoni xierqa tat-tilwim.

Abbażi ta' dan, jidher li hu tajjeb li l-abbozz ta' regolament jiġi emendat biex jiġi stipulat li l-konsulenti tal-konsumaturi jiġu bbażati fl-ECCs. Dan it-tisħiħ tar-rwol tal-ECCs ser jgħin biex ikun stabbilit punt uniku ta' servizz għall-ilmenti kollha minn ċittadini tal-UE. Sabiex dan jinkiseb, ir-rapporteur tipproponi li l-ODR tinżamm fil-portal operat mill-Kummissjoni Ewropea "L-Ewropa Tiegħek" li toffri għajnuna u konsulenza prattika dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE.

Skadenzi

Ir-rapporteur tixtieq tfakkar il-prinċipju "dewmien tal-ġustizzja hi ġustizzja miċħuda" (delayed justice is justice denied) u jinnota li d-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar u t-trażmissjoni tal-ilmenti ma jistupulax skadenzi għall-perjodu ta' żmien mill-mili tal-formola tal-ilment fil-pjattaforma tal-ODR u l-anqas għas-sottomissjoni tal-ilment mill-pjattaforma lill-entità tal-ADR partikulari jew, f'każ ta’ nuqqas ta' ftehim bejn il-konsumatur u n-negozjant, li din il-kwistjoni tiġi riferuta, fil-mument li fih l-ilment ma jkunx jista' jiġi pproċessat aktar. Għalhekk qiegħed jiġi propost limitu ta' żmien ta' sebat ijiem ta' xogħol mill-ipproċessar tal-ilment mill-pjattaforma. Dan it-tibdil propost hu akkumpanjat minn modifiki oħrajn biex ikun iċċarat u allinjat il-fluss ta' ħidma tal-pjattaforma tal-ODR.

Abbażi ta’ dan, ir-rapporteur temmen li għandha tiġi emendata l-iskadenza massima ta' 30 ġurnata għas-soluzzjoni tat-tilwim mill-entità tal-ADR. Minflok, qiegħed jiġi propost li l-iskadenza għas-soluzzjoni tat-tilwim, tiġi estiża b'90 ġurnata skont id-dispożizzjonijeit tad-direttiva tal-ADR. Dan il-perjodu ta' żmien għandu jibda ladarba t-tilwima tintlaqa' mill-entità tal-ADR.

Protezzjoni tad-dejta

Ir-rapporteur tixtieq ukoll ifakkar l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tilqa' l-fatt li prinċipji ta' protezzjoni tad-dejta ġew inklużi fit-test, b'mod partikulari fir-rigward tal-iskop u l-limitazzjoni ta' aċċess, il-limitazzjoni tal-perjodu ta' retenzjoni u l-miżuri ta' sigurtà stipulati fl-Artikolu 11. B'żieda ma' dan, ir-rapporteur tipproponi li d-dejta tingħata lil konsulenti għall-konsumaturi oħrajn abbażi ta' “bżonn li tkun taf” u li l-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-privatezza.

Atti ta' implimentazzjoni u atti ddelegati

Ir-rapporteur tifhem li l-Kummissjoni għandha bżonn flessibilità ta’ azzjoni biex toħloq dan l-istrument il-ġdid u biex timplimentah b’mod prattiku.

Madankollu sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew iwettaq ir-rwol tiegħu ta' sorveljanza għall-benefiċċju tal-konsumaturi, qiegħed jiġi propost li s-setgħat ta' implimentazzjoni mitluba mill-Kummissjoni fir-rigward tal-(i) funzjonijiet tal-pjattaforma, (ii) il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-faċilitaturi tal-ODR u (iii) il-modalitajiet tal-formola tal-ilment elettronika, jinbidlu b'atti ddelegati.

B'mod partikulari, ir-rapporteur tinsab imħassba dwar il-ħiliet ta' traduzzjoni tal-pjattaforma tal-ODR u tixtieq tiżgura li din taħdem b'mod korrett f'kull kombinazzjoni ta' lingwaTixtieq tiżgura ukoll li l-interfaċċja bejn il-konsumaturi u l-pjattaforma (jiġifieri, il-formola elettronika tal-ilment) tkun faċli biex tintuża mill-konsumatur u ma’ toħolqilhom l-ebda diffikultà.L-aħjar mod biex jinkisbu dawn l-objettivi hu li jiġi żgurat li l-Parlament imantni d-dritt ta' veto fuq il-proposti tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (21.6.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni online għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)
(COM(2011)0794 – C7‑0453/2011 – 2011/0374(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Luigi Berlinguer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi, minħabba li din se tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern u ttejjeb il-kopertura tal-ADR, peress li l-ADR jista’ jkun oneruż minħabba ostakli tal-lingwa, proċeduri mhux familjari eċċ.

Madankollu, huwa jemmen bis-sħiħ li s-sistema proposta tista’ tilħaq dawn l-għanijiet biss jekk tkun komprensiva (tinkludi tranżazzjonijiet domestiċi u transkonfinali kif ukoll onlajn u offlajn), tkun konformi ma’ standards għolja (protezzjoni tal-konsumatur ta’ livell għoli, imparzjalità, effiċjenza, trasparenza), tkun faċli biex tużaha, twassal għal riżultati effiċjenti u tippreżerva l-aċċess għall-ġustizzja, jiġifieri b’mod partikolari ma ċċaħħadx lill-konsumaturi mid-dritt tagħhom li jfittxu rimedju quddiem il-qrati.

L-emendi proposti għandhom l-għan li jagħmlu dan, b’mod partikolari billi:

· jestendu l-ambitu kemm għal tranżazzjonijiet transkonfinali kif ukoll għal dawk domestiċi, peress li m’hemmx raġuni (u ħafna drabi ebda possibbiltà prattika) biex issir distinzjoni bejn dawk iż-żewġ tipi ta’ tranżazzjonijiet; għall-istess raġuni, l-ambitu għandu jinkludi wkoll tilwim li jinqala’ minħabba tranżazzjonijiet offlajn;

· jibdlu l-isem tal-pjattaforma għal “pjattaforma ta’ tabelli onlajn”, sabiex jiddeskrivu l-funzjoni tagħha b’mod aktar espliċitu (“it-tqegħid ta’ tabelli”) u l-ambitu tagħha (li bħala strument onlajn tkopri kemm it-tranżazzjonijiet onlajn kif ukoll dawk offlajn);

· jiżguraw li l-pjattaforma ta’ tabelli onlajn fil-fatt tgħin lill-konsumaturi biex jiksbu l-akbar benefiċċju mill-ADR: billi tinkludi aċċess għas-servizzi tal-ilmenti tan-negozjanti fil-pjattaforma, billi tipprovdi informazzjoni komprensiva disponibbli pubblikament rigward proċeduri tal-ADR u entitajiet tal-ADR lill-partijiet interessati kollha; billi l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-faċilitaturi ssir disponibbli fuq il-pjattaforma; billi jipprovdu għajnuna lill-konsumaturi, flimkien mal-punti ta’ kuntatt u l-faċilitaturi, fil-mili tal-formola għall-ilmenti u sabiex jagħżlu l-aktar entità tal-ADR adattata, u billi jgħinu, permezz ta’ mekkaniżmu ad hoc magħmul minn faċilitaturi kompetenti, f’każ li ebda entità kompetenti komuni tal-ADR ma tkun tista’ tiġi identifikata minn konsumatur u negozjant fl-ewwel pass;

· jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-pjattaforma onlajn bl-aktar mod ċar possibbli;

· jippromwovu ADR u użu ta’ strumenti onlajn bi prezz baxx, billi jinfurmaw lill-konsumaturi bl-aktar mod komplut u kmieni kemm jista’ jkun dwar aspetti bħal miżati u l-ħtieġa għall-preżenza fiżika, u billi jinkludu l-aspett tal-komunikazzjoni onlajn b’mod speċifiku fil-klawsola ta’ reviżjoni;

· jiddefinixxu b’mod ċar l-iskadenza tal-entità kompetenti tal-ADR u li fiha għandu jiġi solvut it-tilwim;

· jorganizzaw mill-ġdid l-attribuzzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni u ta’ atti delegati mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni, bl-għan li jiġu riflessi aħjar l-objettivi tal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjattaforma onlajn għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-Suq Intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi. Sabiex il-konsumaturi jkollhom fiduċja fid-dimensjoni diġitali tas-Suq Intern u jibbenefikaw minnu, huwa meħtieġ li dawn ikollhom aċċess għal modi faċli u irħas biex isolvu t-tilwim li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi. Dan huwa partikolarment importanti meta l-konsumaturi jixtru bejn il-fruntieri.

(2) Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-Suq Intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi. Sabiex il-konsumaturi jkollhom fiduċja fis-Suq Intern u jibbenefikaw minnu, huwa meħtieġ li dawn ikollhom aċċess għal modi faċli u irħas biex isolvu t-tilwim li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi. Dan huwa ovvjament importanti meta l-konsumaturi jixtru bejn il-fruntieri, iżda wkoll għal tranżazzjonijiet domestiċi. Jista’ jkun diffiċli wkoll li ssir distinzjoni bejn tranżazzjonijiet transkonfinali u domestiċi minn naħa waħda u bejn transazzjonijiet onlajn u offlajn min-naħa l-oħra. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika għal tranżazzjonijiet transkonfinali u domestiċi kif ukoll għal tranżazzjonijiet onlajn u offlajn.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Is-Suq Intern huwa realtà għall-konsumaturi fil-ħajja ta' kuljum tagħhom, meta jivvjaġġaw, jixtru u jħallsu. Il-konsumaturi huma atturi ewlenin fis-Suq Intern u għalhekk għandhom ikunu fil-qofol tiegħu. Id-dimensjoni diġitali tas-Suq Intern qed isir essenzjali kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti. Il-konsumaturi aktar u aktar qed jagħmlu x-xiri tagħhom bl-internet u għadd dejjem jiżdied ta' negozjanti jbigħu onlajn. Il-konsumaturi u n-negozjanti għandhom iħossuhom kunfidenti li jwettqu tranżazzjonijiet f'ambjent diġitali.

(5) Is-Suq Intern huwa realtà għall-konsumaturi fil-ħajja ta' kuljum tagħhom, meta jivvjaġġaw, jixtru u jħallsu. Il-konsumaturi huma atturi ewlenin fis-Suq Intern u għalhekk għandhom ikunu fil-qofol tiegħu. Il-konsumaturi u n-negozjanti għandhom iħossuhom kunfidenti li jwettqu tranżazzjonijiet fis-suq intern.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-fatt li jkunu jistgħu jfittxu soluzzjoni faċli u rħisa għat-tilwim jista' jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-suq diġitali. Madankollu, il-konsumaturi u n-negozjanti xorta għadhom jiffaċċjaw ostakoli meta jkunu qed ifittxu soluzzjonijiet extra-ġudizzjarji b'mod partikolari għat-tilwim tagħhom li jinqala' minn tranżazzjoni transkonfinali onlajn. Għalhekk, tali tilwim attwalment ta' spiss jibqa' mhux solvut.

(6) Il-fatt li jkunu jistgħu jfittxu soluzzjoni faċli u rħisa għat-tilwim jista' jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozjanti fis-suq intern. Madankollu, il-konsumaturi u n-negozjanti xorta għadhom jiffaċċjaw ostakoli meta jkunu qed ifittxu soluzzjonijiet extra-ġudizzjarji għat-tilwim tagħhom. Għalhekk, it-tilwim attwalment ta' spiss jibqa' mhux solvut.

 

(Din l-emenda (it-tħassir ta’ “transkonfinali” u t-tħassir ta’ “tranżazzjoni onlajn”) tapplika tul it-test kollu. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim toffri soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi u rħisa għat-tilwim li jinqala' minn tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn. Madankollu, attwalment hemm nuqqas ta' mekkaniżmi li jippermettu lill-konsumaturi u lin-negozjanti jsolvu tali tilwim permezz ta' mezzi elettroniċi. Dan iwassal għal żvantaġġ għall-konsumaturi, jaġixxi bħala ostakolu għat-tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn, joħloq sitwazzjoni żbilanċjata għan-negozjanti u għalhekk ifixkel l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku.

(7) Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim toffri soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi u rħisa għat-tilwim. Madankollu, attwalment hemm nuqqas ta' mekkaniżmi li jippermettu lill-konsumaturi u lin-negozjanti jsolvu t-tilwim permezz ta' mezzi elettroniċi. Dan iwassal għal żvantaġġ għall-konsumaturi, jaġixxi bħala ostakolu għat-tranżazzjonijiet, joħloq sitwazzjoni żbilanċjata għan-negozjanti u għalhekk ifixkel l-iżvilupp tas-suq intern.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja tat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ onlajn ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi minn negozjanti bejn il-fruntieri. Ma għandux japplika għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ onlajn ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi jekk mill-inqas wieħed minnhom mhuwiex stabbilit jew ma joqgħodx fi Stat Membru tal-Unjoni meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi, jew jekk in-negozjant u l-konsumatur huma stabbiliti jew joqgħodu fl-istess Stat Membru.

(8) Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja tat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi minn negozjanti. Ma għandux japplika għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi jekk mill-inqas wieħed minnhom mhuwiex stabbilit jew ma joqgħodx fi Stat Membru tal-Unjoni meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi. Dan ir-Regolament għandu jiġi llimitat għall-ilmenti mressqa mill-konsumaturi kontra n-negozjanti.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tiżgura l-konsistenza mal-emendi għal proposta ta' Direttiva dwar l-ADR tal-Konsumatur.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Id-definizzjoni ta' "bejgħ onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" għandha tkopri tranżazzjoni għall-bejgħ onlajn ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi permezz ta' websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn u l-konsumatur ikun ordna tali oġġetti jew servizzi fuq dik il-websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn. Dan għandu wkoll ikopri l-każijiet fejn il-konsumatur ikun aċċessa l-websajt jew servizz ieħor ta' informazzjoni tas-soċjetà permezz ta' mezz elettroniku li jista' jinġarr bħal pereżempju telefown ċellulari.

imħassar

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ transkonfinali ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi offlajn. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tilwim bejn in-negozjanti.

(12) Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-tilwim bejn in-negozjanti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Dan ir-Regolament għandu l-għan li joħloq pjattaforma ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim ("ODR") f'livell Ewropew. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tieħu l-għamla ta' websajt interattiv li joffri punt ta' dħul wieħed lill-konsumaturi u lin-negozjanti li qed jipprovaw isolvu tilwim b'mod extra-ġudizzjarju li jkun inqala' minn tranżazzjoni transkonfinali tal-kummerċ elettroniku. Għandha tippermetti lill-konsumaturi u lin-negozjanti jressqu ilmenti billi jimlew formola tal-ilmenti elettronika li tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u tressaq l-ilmenti lil entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ("ADR") li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim ikkonċernat. Il-pjattaforma għandha toffri lill-entitajiet tal-ADR u lill-partijiet il-possibbiltà li l-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim titmexxa permezz tal-pjattaforma.

(14) Dan ir-Regolament għandu l-għan li joħloq pjattaforma ta’ tabelli onlajn f'livell Ewropew. Il-pjattaforma għandha tieħu l-għamla ta' websajt interattiv li joffri punt ta' dħul wieħed lill-konsumaturi u lin-negozjanti li qed jipprovaw isolvu tilwim b'mod extra-ġudizzjarju. Għandha tippermetti lill-konsumaturi u lin-negozjanti jressqu ilmenti billi jimlew formola tal-ilmenti elettronika li tkun disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u tressaq l-ilmenti lil entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ("ADR") li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim ikkonċernat. Il-pjattaforma għandha toffri lill-entitajiet tal-ADR u lill-partijiet il-possibbiltà li l-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim titmexxa permezz tal-pjattaforma.

 

(Din l-emenda (“pjattaforma ta’ tabelli onlajn”) tapplika tul it-test kollu. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, tiżviluppa, u tiżgura t-tħaddim tal-pjattaforma, b’mod partikolari billi tipprovdi l-finanzjament u l-kompetenza meħtieġa.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) Għandu jitqies ukoll li, minkejja l-kontroversja, l-Istati Membri li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tmur lil hinn mir-rekwiżiti ewlenin tad-Direttiva dwar il-Medjazzjoni jidher li kisbu riżultati importanti fil-promozzjoni tat-trattament mhux ġudizzjarju tat-tilwim f’materji ċivili u kummerċjali; u li r-riżultati miksuba, b'mod partikolari fl-Italja, il-Bulgarija u r-Rumanija, juru li l-medjazzjoni tista' twassal għal soluzzjoni ekstraġudizzjarja mħaffa u effettiva tat-tilwim permezz ta' proċessi li huma mfassla skont il-bżonnijiet tal-partijiet u s-salvagwardja tal-konsumaturi, li għandha rilevanza partikolari f'każijiet ta' akkwisti elettroniċi.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sistema ta' ODR f'livell Ewropew għandha tibni fuq entitajiet eżistenti ta' ADR fl-Istati Membri u tirrispetta t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. L-entitajiet tal-ADR li lilhom ikun tressaq ilment permezz tal-pjattaforma tal-ODR għalhekk għandhom japplikaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom stess, inklużi r-regoli dwar l-ispiża. Madankollu, dan ir-Regolament huwa maħsub biex jistabbilixxi xi regoli komuni li jkunu applikabbli għal dawk il-proċeduri li jissalvagwardjaw l-effikaċja tagħhom. Dawn għandhom jinkludu regoli li jiżguraw li tali soluzzjoni għat-tilwim titwettaq malajr.

(15) Sistema ta' ODR f'livell Ewropew għandha tibni fuq entitajiet eżistenti ta' ADR fl-Istati Membri u tirrispetta t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri. L-entitajiet tal-ADR li lilhom ikun tressaq ilment permezz tal-pjattaforma ta’ tabelli onlajn għalhekk għandhom japplikaw ir-regoli ta' proċedura tagħhom stess, inklużi r-regoli dwar l-ispiża. Għandu jiġi mfakkar f’dan il-kuntest li, skont l-Artikolu 8(c) tad-Direttiva …./…/UE [= id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi] l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta’ referenza], l-ispejjeż għall-konsumaturi għandhom ikunu moderati. Madankollu, dan ir-Regolament huwa maħsub biex jistabbilixxi xi regoli komuni li jkunu applikabbli għal dawk il-proċeduri li jissalvagwardjaw l-effikaċja tagħhom. Dawn għandhom jinkludu regoli li jiżguraw li tali soluzzjoni għat-tilwim titwettaq malajr.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Sabiex jiġi promoss l-ipproċessar ta’ ilment permezz tal-pjattaforma, meta l-partijiet ma jaqblux rigward entità kompetenti waħda tal-ADR, il-konsumatur għandu jkollu l-possibbiltà li jikkuntattja faċilitatur mill-post ta’ residenza tiegħu, li għandu jipprova jidentifika entità tal-ADR bil-qbil taż-żewġ partijiet.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim għandu jipprovdi appoġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim relatat ma' ilmenti li tressqu permezz tal-pjattaforma tal-ODR. Dan in-netwerk għandu jkun magħmul minn punti ta' kuntatt għall-ODR fl-Istati Membri li jospitaw faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim.

(18) Netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni għat-tilwim għandu jipprovdi appoġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim permezz tal-pjattaforma tat-tabelli onlajn. Dan in-netwerk għandu jkun magħmul minn punti ta' kuntatt fl-Istati Membri li jospitaw faċilitaturi.

 

(Din l-emenda (“tħassir ta’ “onlajn”/“ODR” f’dak li jirrigwarda l-faċilitaturi u l-punti ta’ kuntatt) tapplika tul it-test kollu. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Sabiex ma jimmultiplikawx il-punti ta’ aċċess għall-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom, l-ewwel nett, jagħtu r-responsabbiltà għall-punti ta’ kuntatt liċ-ċentri tagħhom tan-Netwerk Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumaturi. Il-faċilitaturi għandhom jipprovdu appoġġ għas-soluzzjoni għat-tilwim permezz tal-pjattaforma, b’mod partikolari billi jassistu u jinfurmaw lill-konsumaturi. Peress li l-suċċess tal-pjattaforma għalhekk se jiddependi wkoll fuq il-kapaċitajiet u l-kompetenza tal-faċilitaturi, dawn għandhom jiġu mħarrġa b’mod adegwat mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) In-negozjanti għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi fuq il-websajts tagħhom dwar il-pjattaforma tal-ODR u jipprovdu link elettroniku għall-homepage tagħha. Għandhom jipprovdu wkoll tali informazzjoni meta konsumatur iressaq ilment lin-negozjant, lil sistema għall-immaniġġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant jew lil ombudsman tal-kumpanija. Dan l-obbligu għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 10(1)-(3) tad-Direttiva .…/…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta' referenza] li tikkonċerna l-għotja ta' informazzjoni lill-konsumaturi min-negozjanti dwar il-proċeduri tal-ADR li bihom huma koperti dawk in-negozjanti u dwar jekk jimpjenjawx ruħhom jew le li jużaw il-proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex isolvu t-tilwim mal-konsumaturi. Barra minn hekk, dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6(1)(t) u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi. Barra minn hekk, dan l-obbligu għandu jkun mingħajr ħsara għall-Artikoli 6(1)(t) u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi. L-Artikolu 6(1)(t) tad-Direttiva 2011/83/UE jistipula li għall-kuntratti tal-konsumaturi konklużi mill-bogħod jew barra l-bini, n-negozjant għandu jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-possibbiltà li jirrikorri għal mekkaniżmu extra-ġudizzjarju tal-ilmenti u rimedji li jkun soġġett għalih in-negozjant, u l-metodi li bihom il-konsumatur ikollu aċċess għalihom, qabel ma dan tal-aħħar ikun marbut bil-kuntratt.

(22) In-negozjanti għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi fuq il-websajts tagħhom dwar il-pjattaforma b’mod ċar u faċilment aċċessibbli u jipprovdu link elettroniku għall-homepage tagħha. Għandhom jipprovdu wkoll tali informazzjoni meta konsumatur iressaq ilment lin-negozjant, lil sistema għall-immaniġġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant jew lil ombudsman tal-kumpanija. Dan l-obbligu għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 10(1)-(3) tad-Direttiva .…/…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta' referenza]. Barra minn hekk, dan l-obbligu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6(1)(t) u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi. Barra minn hekk, dan l-obbligu għandu jkun mingħajr ħsara għall-Artikoli 6(1)(t) u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi. L-Artikolu 6(1)(t) tad-Direttiva 2011/83/UE jistipula li għall-kuntratti tal-konsumaturi konklużi mill-bogħod jew barra l-bini, n-negozjant għandu jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-possibbiltà li jirrikorri għal mekkaniżmu extra-ġudizzjarju tal-ilmenti u rimedji li jkun soġġett għalih in-negozjant, u l-metodi li bihom il-konsumatur ikollu aċċess għalihom, qabel ma dan tal-aħħar ikun marbut bil-kuntratt. L-obbligu li jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-eżistenza tal-pjattaformi ta’ tabelli onlajn m’għandux joħloq piżijiet amministrattivi eċċessivi għall-intrapriżi żgħar u mikro skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361 tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju1. L-intrapriżi żgħar u mikro għandhom jittrażmettu lill-konsumaturi l-informazzjoni rilevanti kollha meta jikkonfrontaw problema partikolari.

 

___________

 

1 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġu suplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li ilmentatur għandu jipprovdi fil-formola tal-ilmenti elettronika magħmula disponibbli fuq il-pjattaforma tal-ODR. Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż f'livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(23) Sabiex jiġu suplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li ilmentatur għandu jipprovdi fil-formola tal-ilmenti elettronika magħmula disponibbli fuq il-pjattaforma ta’ tabelli onlajn, kif ukoll il-modalitajiet tekniċi rigward it-tressiq ta’ ilment. Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u b'mod partikolari mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonament tal-pjattaforma tal-ODR, il-modalitajiet għat-tressiq ta' ilment u l-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-faċilitaturi tal-ODR. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni relatati mal-formola tal-ilmenti elettronika minħabba n-natura purament teknika tagħha. Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tar-regoli li jikkonċernaw il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-faċilitaturi tal-ODR tan-netwerk ta' faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim.

(24) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonament tal-pjattaforma ta’ tabelli onlajn u l-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-faċilitaturi. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tar-regoli li jikkonċernaw il-modalitajiet għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tal-pjattaforma ta’ tabelli onlajn.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern, u b'mod partikolari d-dimensjoni diġitali tiegħu, u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur billi jipprovdi pjattaforma li tiffaċilita s-soluzzjoni extra-ġudizzjarja imparzjali, trasparenti, effettiva u ġusta għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti onlajn.

L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur billi jipprovdi pjattaforma onlajn li tiffaċilita s-soluzzjoni extra-ġudizzjarja imparzjali, trasparenti, effettiva u ġusta għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ transkonfinali onlajn ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi bejn il-konsumaturi u n-negozjanti permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li tikkonforma mad-Direttiva [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] u li tinvolvi l-użu ta' pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim.

Dan ir-Regolament għandu japplika għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi bejn il-konsumaturi u n-negozjanti u riferuta mill-konsumaturi lil entità ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li tikkonforma mad-Direttiva [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] u li tinvolvi l-użu ta' pjattaforma onlajn Ewropea ta' soluzzjoni għat-tilwim.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "bejgħ onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" ifisser tranżazzjoni għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fejn in-negozjant, jew l-intermedjarju tan-negozjant, ikun offra oġġetti jew servizzi fuq websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn u l-konsumatur ikun ordna tali oġġetti jew servizzi fuq dik il-websajt jew b'mezzi elettroniċi oħrajn.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) "bejgħ transkonfinali onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi" ifisser bejgħ onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi fejn, meta l-konsumatur jordna tali oġġetti jew servizzi, il-konsumatur ikun residenti fi Stat Membru għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit in-negozjant;

imħassar

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt g – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim" (aktar 'il quddiem "il-proċedura tal-ADR") ifisser proċedura għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tiġbor il-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni amikevoli;

(g) "proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim" (aktar 'il quddiem "il-proċedura tal-ADR") ifisser proċedura għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim fejn il-partijiet involuti jippruvaw isolvu l-kunflitt tagħhom permezz tal-intervent ta' entità ta' soluzzjoni għat-tilwim li tadotta deċiżjoni vinkolanti jew non-vinkolanti għall-partijiet jew tiġbor il-partijiet flimkien bl-għan li tilħaq ftehim aċċettabbli b'mod reċiproku;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt g – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim huma impjegati esklussivament min-negozjant, il-proċeduri quddiem sistemi tal-immanniġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant, in-negozjati diretti bejn il-konsumaturi u n-negozjant, kemm jekk ikunu rappreżentati kemm jekk le, u l-isforzi li jsiru minn imħallef biex isolvu tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri tal-ADR;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni u l-ambitu tal-ADR huma stipulati fl-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi. M'hemmx bżonn li tiddaħħal f'dan ir-Regolament.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) "persuna li tressaq ilment" ifisser il-konsumatur jew in-negozjant li ressaq ilment lill-pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-emendi dwar l-ambitu tar-Regolament u d-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi. Il-persuna li tressaq l-ilment tista' tkun biss il-konsumatur.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) "persuna li twieġeb" ifisser il-konsumatur jew in-negozjant li tressaq ilment kontrih permezz tal-pjattaforma Ewropea ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-emendi dwar l-ambitu tar-Regolament u d-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi. Il-parti li twieġeb tista' jkun biss in-negozjant.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun websajt interattiv li jkun aċċessibbli elettronikament u bla ħlas bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-pjattaforma tal-ODR għandha tkun punt uniku ta' dħul għall-konsumaturi u n-negozjanti li jkunu qed ifittxu soluzzjoni extra-ġudizzjarja għat-tilwim li huwa kopert minn dan ir-Regolament.

2. Il-pjattaforma ta’ tabelli onlajn għandha tkun websajt interattiv li jkun aċċessibbli elettronikament u bla ħlas bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-pjattaforma ta’ tabelli onlajn għandha tkun punt uniku ta' dħul għall-konsumaturi u n-negozjanti li jkunu qed ifittxu informazzjoni dwar soluzzjoni extra ġudizzjarja għat-tilwim kuntrattwali li jirriżulta minn bejgħ ta’ oġġetti jew mill-provvista ta’ servizzi bejn konsumaturi u negozjanti u/jew li jkunu qed ifittxu soluzzjoni extra-ġudizzjarja għat-tilwim li huwa kopert minn dan ir-Regolament.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tipprovdi formola tal-ilmenti elettronika li tista' timtela mill-persuna li tressaq ilment;

(a) tipprovdi formola tal-ilmenti elettronika li tista' timtela mill-konsumatur;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-emendi dwar l-ambitu tar-Regolament u d-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi. Il-persuna li tressaq l-ilment tista' tkun biss il-konsumatur. Din l-emenda tapplika għat-test kollu.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tipproponi, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fil-formola tal-ilmenti elettronika, entità kompetenti tal-ADR waħda jew aktar lill-partijiet u tipprovdi informazzjoni dwar il-miżati tagħhom, jekk japplika, il-lingwa jew il-lingwi li bihom se titmexxa l-proċedura, it-tul approssimattiv tal-proċeduri jew tinforma lill-persuna li tressaq l-ilment li fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa, ma setgħet tiġi identifikata l-ebda entità tal-ADR kompetenti;

(b) fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fil-formola tal-ilmenti elettronika,

 

(i) tidentifika entità kompetenti tal-ADR waħda jew aktar lill-partijiet u tipprovdi informazzjoni dwar il-miżati tagħhom, jekk japplika, il-lingwa jew il-lingwi li bihom se titmexxa l-proċedura, it-tul approssimattiv tal-proċeduri, jekk applikabbli, il-ħtieġa għall-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, il-parteċipazzjoni volontarja jew obbligatorja fil-proċeduri ADR u n-natura vinkolanti jew mhux vinkolanti tal-eżitu tal-proċedura, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, rispettivament; jew

 

(ii) tinforma lill-konsumatur li fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa, ma setgħet tiġi identifikata l-ebda entità tal-ADR kompetenti;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) tippubblika informazzjoni dwar punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri u l-faċilitaturi rispettivi tas-soluzzjoni għat-tilwim kif imsemmi fl-Artikolu 6, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim bħala mezz ta' soluzzjoni extra-ġudizzjarja għat-tilwim;

(h) tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tippromwoviha bħala mezz ta' soluzzjoni extra-ġudizzjarja għat-tilwim;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1– punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) tipprovdi informazzjoni dwar l-aktar metodoloġiji li jintużaw, kif ukoll dejta statistika maqsuma skont is-suġġetti differenti koperti;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb) tipprovdi informazzjoni dwar drittijiet tal-konsumatur b’mod ġenerali f’format ċar, komprensiv u li jinftiehem, inklużi “Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss” dwar l-aktar kwistjonijiet li jista' jkollhom il-konsumaturi, jekk ikun xieraq billi jintużaw strumenti interattivi;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-informazzjoni pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi u n-negozjanti li huma interessati fil-funzjonijiet tal-pjattaforma, irrispettivament minn jekk l-interess tagħhom huwiex relatat mat-tressiq ta’ ilment jew le.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-pjattaforma tal-ODR fir-rigward tal-iżvilupp, it-tħaddim, iż-żamma tagħha u fir-rigward tas-sigurtà tad-dejta.

5. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-pjattaforma tat-tabelli onlajn fir-rigward tal-iżvilupp, it-tħaddim, iż-żamma tagħha, b’mod partikolari billi tipprovdi finanzjament u kompetenza suffiċjenti, u fir-rigward tas-sigurtà tad-dejta.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt tal-ODR wieħed u jikkomunika ismu u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-responsabbiltà għall-punti ta' kuntatt tal-ODR liċ-ċentri tagħhom tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur, lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew lil kwalunkwe korp ieħor. Kull punt ta' kuntatt tal-ODR għandu jospita mill-inqas żewġ faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim (aktar 'il quddiem "il-faċilitaturi tal-ODR").

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt wieħed ta’ soluzzjoni għat-tilwim (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “punt ta’ kuntatt”) u jikkomunika ismu u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu lill-Kummissjoni.

 

1a. L-Istati Membri għandhom, l-ewwelnett, jagħtu r-responsabbiltà għall-punti ta' kuntatt liċ-ċentri tagħhom tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur. Jekk in-Netwerk Ewropew għaċ-Ċentri tal-Konsumaturi rispettiv ma jkunx disponibbli għal dan il-kompitu, l-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu r-responsabbiltà lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew lil kwalunkwe korp ieħor. L-Istati Membri għandhom fi kwalunkwe każ jagħtu preferenza lill-istrutturi eżistenti meta jallokaw din ir-responsabbiltà.

 

1b. Kull punt ta' kuntatt għandu jospita mill-inqas żewġ faċilitaturi tas-soluzzjoni għat-tilwim (aktar 'il quddiem "il-faċilitaturi"). Il-punti ta’ kuntatt għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkunu jistgħu jikkuntattjaw lill-faċilitaturi permezz tal-pjattaforma ta’ tabelli onlajn.

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ xieraq lill-faċilitaturi sabiex jiżguraw li dawn ikollhom il-kompetenza meħtieġa sabiex jissodisfaw il-funzjonijiet tagħhom skont il-paragrafu 2.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex taddatta l-informazzjoni elenkata fl-Anness, filwaqt li tqis il-kriterji li bihom l-entitajiet tal-ADR notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament jiddefinixxu l-kampijiet ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont l-Artikolu 16 sabiex taddatta l-informazzjoni elenkata fl-Anness, filwaqt li tqis il-kriterji li bihom l-entitajiet tal-ADR notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jindirizzaw it-tilwim kopert minn dan ir-Regolament jiddefinixxu l-kampijiet ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-modalitajiet tal-formola tal-ilmenti elettronika permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tistabbilixxi l-modalitajiet tal-formola tal-ilmenti elettronika, filwaqt li tikkunsidra l-progress tekniku. Qabel ma tadotta dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Mal-wasla ta’ formola tal-ilmenti mimilija kompletament, il-pjattaforma ta’ tabelli onlajn għandha tipproċessa l-ilment kif ġej:

 

(a) il-pjattaforma għandha tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3, b’mod partikolari lista tal-entitajiet kompetenti kollha tal-ADR, fejn ikun hemm minnhom li jiġu identifikati;

 

(b) il-konsumatur jista’ jagħżel entità waħda jew iktar minn waħda mil-lista pprovduta;

 

(c) in-negozjant jista’ jagħżel entità waħda jew iktar minn waħda mil-lista pprovduta jekk ma jkunx diġà intrabat li juża waħda minnhom skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva … / .../ UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)];

 

(d) il-pjattaforma għandha tagħżel b’mod awtomatiku jekk tibgħatx l-ilment jew le

 

(i) lil entità tal-ADR identifikata skont il-paragrafi 1b jew 1c; jew

 

(ii) lil faċilitatur għall-finijiet tal-paragrafu 1s;

 

jew jekk tkomplix tipproċessa l-ilment jew le skont il-paragrafu 1e.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Meta l-għażla tal-konsumatur tikkorrispondi għal entità tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)], jew jekk il-partijiet jagħżlu l-istess entità tal-ADR fit-tweġibiet tagħhom, il-pjattaforma għandha titrażmetti awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

(Ara l-emenda għall-Artikolu 8(5))

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Jekk il-partijiet jaqblu fuq aktar minn entità tal-ADR waħda, il-konsumatur għandu jiġi mitlub jagħżel waħda mill-entitajiet tal-ADR li jkunu qablu fuqha. Il-pjattaforma għandha tibgħat awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

(Ara l-Emenda tal-Artikolu 8(6)).

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Meta l-partijiet ma jaqblux dwar entità tal-ADR kompetenti waħda, il-pjattaforma għandha tinforma lill-konsumatur li jista’ jikkuntattja lil faċilitatur wieħed mill-post ta’ residenza tiegħu, li għandu jipprova jidentifika entità tal-ADR li l-partijiet jistgħu jaqblu dwarha. Jekk dan it-tentattiv ma jirnexxix, l-ilment għandu jkompli jiġi ttrattat skont il-paragrafu 1e.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e. Meta ma tiġi identifikata l-ebda entità kompetenti tal-ADR jew meta l-partijiet ma jirrispondux għall-pjattaforma, l-ilment m’għandux jiġi pproċessat iktar. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat bil-possibbiltà li jikkuntattja faċilitatur għal informazzjoni dwar mezzi oħra għat-tfittxija ta' rimedju.

(Ara l-emenda għall-Artikolu 8(4); it-test ġie adattat.).

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta tasal il-formola tal-ilmenti mimlija kompletament, il-pjattaforma tal-ODR għandha tikkomunika lill-persuna li qed tressaq l-ilment, bil-lingwa tal-ilmentat, u tibgħat permezz tal-posta elettronika lill-persuna li twieġeb, bil-lingwa tal-kuntratt, l-informazzjoni li ġejja permezz tal-posta elettronika:

2. Meta tasal il-formola tal-ilmenti mimlija kompletament, il-pjattaforma tat-tabelli onlajn għandha tikkomunika lill-konsumatur, bil-lingwa tal-ilmentat, u tibgħat permezz tal-posta elettronika lin-negozjant, bil-lingwa tal-kuntratt, l-informazzjoni li ġejja permezz tal-posta elettronika:

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-emendi dwar l-ambitu. Il-persuna li twieġeb tista' tkun biss in-negozjant.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-informazzjoni li jekk il-partijiet ma jaqblux fuq entità tal-ADR kompetenti jew jekk ma tiġi identifikata l-ebda entità tal-ADR kompetenti, l-ilment ma jiġix ipproċessat aktar;

(b) l-informazzjoni li jekk il-partijiet ma jirrispondux għall-pjattaforma jew jekk ma tiġi identifikata l-ebda entità tal-ADR kompetenti, l-ilment ma jiġix ipproċessat aktar;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-informazzjoni li fil-każ li l-partijiet ma jaqblux dwar entità tal-ADR kompetenti waħda, l-ilment għandu jintbagħat fuq talba tal-konsumatur lil faċilitatur wieħed mill-post ta’ residenza tal-parti li ressqet l-ilment, li għandu jipprova jidentifika entità tal-ADR li l-partijiet jistgħu jaqblu dwarha;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-punt ta' kuntatt tal-ODR fil-post fejn joqgħod il-konsumatur u fil-post fejn huwa stabbilit in-negozjant, kif ukoll deskrizzjoni qasira tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a), (b) u (d);

(d) l-isem u d-dettalji tal-kuntatt tal-punt ta' kuntatt, inkluż il-faċilitaturi, fil-post fejn joqgħod il-konsumatur u fil-post fejn huwa stabbilit in-negozjant, kif ukoll deskrizzjoni qasira tal-funzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2)(a), (b) u (d);

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-miżati tagħhom, jekk japplika;

(a) il-miżati tagħhom;

Ġustifikazzjoni

L-infiq u l-ispejjeż relatati mal-proċedura għandhom ikunu ċari għal kwalunkwe konsumatur li jixtieq jagħti bidu għaliha.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika;

(d) il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika, u indikazzjoni dwar jekk tinstabx soluzzjoni għat-tilwima mingħajr ma l-partijiet jew ir-rappreżentati tagħhom ikunu preżenti f'każijiet fejn il-postijiet ta' residenza jew ta' residenza abitwali tal-partijiet jinsabu fi Stati Membri differenti;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Ilment lil entità tal-ADR kompetenti għandu jintbagħat mill-pjattaforma fi żmien 30 jum.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk il-partijiet ma jweġbux lill-pjattaforma jew ma jaqblux fuq entità tal-ADR kompetenti, l-ilment ma jiġix ipproċessat aktar. Il-konsumatur għandu jiġi infurmat bil-possibbiltà li jikkuntattja faċilitatur tal-ODR għal informazzjoni dwar mezzi oħra għat-tfittxija ta' rimedju.

imħassar

(Ara l-emenda tal-Artikolu 8(1e)(ġdid)).

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-għażla tal-konsumatur tikkorrispondi għal entità tal-ADR li n-negozjant ikun impenja ruħu li juża skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)], jew jekk il-partijiet jagħżlu l-istess entità tal-ADR fit-tweġibiet tagħhom, il-pjattaforma għandha titrażmetti awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

imħassar

(Ara l-emenda tal-Artikolu 8(1b)(ġdid)).

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk il-partijiet jaqblu fuq aktar minn entità tal-ADR waħda, il-konsumatur għandu jiġi mitlub jagħżel waħda mill-entitajiet tal-ADR li jkunu qablu fuqha. Il-pjattaforma għandha tibgħat awtomatikament l-ilment lil dik l-entità tal-ADR.

imħassar

(Ara l-emenda tal-Artikolu 8(1c)(ġdid)).

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk, wara n-notifika tat-tilwim lill-partijiet, il-partijiet jaqblu li jibdew il-proċedimenti quddiem l-entità, jiksbu l-konklużjoni tal-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim fi żmien 30 jum minn meta jkunu bdew il-proċedimenti. Fil-każ ta' tilwim kumpless, l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-limitu ta' żmien;

(b) jekk, wara n-notifika tat-tilwim lill-partijiet, il-partijiet jaqblu li jibdew il-proċedimenti quddiem l-entità, jiksbu l-konklużjoni tal-proċedura tas-soluzzjoni għat-tilwim fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-ilment ikun ġie notifikat lill-partijiet skont l-Artikolu 8(ca) tad-Direttiva …/…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbu jinkludi n-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim għal tilwim tal-konsumaturi u li temenda d-Direttiva 2009/22/KE (Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)]. Meta t-tilwim ikun ta' natura kumplessa jew teknika ħafna l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-perjodu ta' żmien. Kwalunkwe estensjoni għandha tiġi notifikata lill-partijiet, flimkien mat-tul ta' żmien mistenni għall-konklużjoni tat-tilwim.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-aċċess għall-informazzjoni, inkluża d-dejta personali, relatata ma' tilwim u miżmuma fil-bażi ta' dejta msemmija fl-Artikolu 10, għandu jingħata għall-iskopijiet imsemmijin fl-Artikolu 9, lill-entità tal-ADR li lilha ġie trażmess it-tilwim skont l-Artikolu 8 biss. L-aċċess għall-istess informazzjoni għandu jingħata wkoll lill-faċilitaturi tal-ODR għall-iskopijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(3).

1. L-aċċess għall-informazzjoni, inkluża d-dejta personali, relatata ma' tilwim u miżmuma fil-bażi ta' dejta msemmija fl-Artikolu 10, għandu jingħata għall-iskopijiet imsemmijin fl-Artikolu 9, lill-entità tal-ADR li lilha ġie trażmess it-tilwim skont l-Artikolu 8 biss. L-aċċess għall-istess informazzjoni għandu jingħata wkoll lill-faċilitaturi li lilhom tressaq l-ilment għall-finijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(2) u 6(3).

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Avviż komprensiv ta’ privatezza għandu jkun disponibbli fuq il-pjattaforma tat-tabelli onlajn li permezz tagħha s-soġġetti tad-data jiġu informati dwar l-ipproċessar tad-data personali tagħhom, kif ukoll dwar id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dak l-ipproċessar. L-istqarrija tal-privatezza għandha tiddikjara biċ-ċar l-operazzjonijiet ta' ipproċessar mwettaq skont ir-responsabilità tal-parteċipanti differenti tal-pjattaforma.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-proposta għall-premessa 21.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. In-negozjanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni li jagħmlu bejgħ transkonfinali onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR u dwar l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli faċilment, direttament, prominentement u permanentement fuq il-websajt tan-negozjanti u, jekk l-offerta ssir permezz tal-posta elettronika jew permezz ta' messaġġ bit-test ieħor trażmess b'mezzi elettroniċi, f'dak il-messaġġ. Għandha tinkludi link elettroniku għall-homepage tal-pjattaforma tal-ODR. In-negozjanti għandhom ukoll jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR meta l-konsumatur iressaq ilment lin-negozjant, lil sistema għall-immaniġġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant jew lil ombudsman tal-kumpanija.

1. In-negozjanti stabbiliti fi ħdan l-Unjoni li jagħmlu bejgħ transkonfinali onlajn ta' oġġetti jew provvista ta' servizzi għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tat-tabelli onlajn u dwar l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli b’mod ċar u faċilment fuq il-websajt tan-negozjanti u, jekk l-offerta ssir permezz tal-posta elettronika jew permezz ta' messaġġ bit-test ieħor trażmess b'mezzi elettroniċi, f'dak il-messaġġ. Għandha tinkludi link elettroniku għall-homepage tal-pjattaforma tat-tabelli onlajn. In-negozjanti għandhom ukoll jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tat-tabelli onlajn meta l-konsumatur iressaq ilment lin-negozjant, lil sistema għall-immaniġġjar tal-ilmenti tal-konsumaturi mħaddma min-negozjant jew lil ombudsman tal-kumpanija.

2. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10 tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jikkonċernaw l-informazzjoni tal-konsumaturi min-negozjanti dwar il-proċeduri tal-ADR li bihom dawk in-negozjanti huma koperti u dwar jekk in-negozjanti jimpenjawx ruħhom jew le li jużaw proċedura ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex isolvu t-tilwim mal-konsumaturi.

2. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 10 tad-Direttiva …./…/UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)].

3. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar l-informazzjoni għall-konsumatur għall-kuntratti magħmula mill-bogħod u barra l-bini.

3. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar l-informazzjoni għall-konsumatur għall-kuntratti magħmula mill-bogħod u barra l-bini fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi1 u l-Artikolu 185 tad-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2008 dwar il-bidu u l-insegwiment tan-negozju ta' l-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni – (Solvenza II)2.

 

3a. L-obbligu li jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-eżistenza tal-pjattaformi ta’ tabelli onlajn fil-messaġġi bit-test kollha skont il-paragrafu 1 m’għandux japplika jekk in-negozjant ikun intraptiża żgħira jew mikro skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361 tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju3. F’dak il-każ, in-negozjant għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-pjattaforma ta’ tabelli onlajn biss ladarba l-konsumatur ikun ressaq l-ilment għandu.

 

1 ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

 

2 ĠU L 335, 17.12.2008, p. 1.

 

3 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

imħassar

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal l-istess data bħal dik fl-Artikolu 18(1) = id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4) u (5) għandha tingħata għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal l-istess data bħal dik fl-Artikolu 18(1) = id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 7(4) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 7(4) u (5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa l-ebda oġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 7(4) u (5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa l-ebda oġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak iż-żmien, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi 3 xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull tliet snin u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għall-adattament ta' dan ir-Regolament.

Kull sentejn u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill., b’mod partikolari l-livell ta’ aċċettazzjoni tal-pjattaforma ta’ tabelli onlajn u l-prattikabbiltà tal-formola tal-ilmenti, il-ħtiġijiet possibbli li l-informazzjoni elenkata fl-Anness tiġi adattata, b’kunsiderazzjoni li kriterji li bihom l-entitajiet tal-ADR innotifikaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tad-Direttiva … / ... / UE [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal in-numru tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim, għal tilwim tal-konsumatur u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)] li jittrattaw ilmenti koperti b’dan ir-Regolament jiddefinixxu l-ambiti ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom, kif ukoll il-possibbiltajiet ta’ żvilupp ulterjuri ta’ mezzi interattivi ta’ komunikazzjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti għall-adattament ta' dan ir-Regolament.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-Regolament għandu japplika minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data = 6 xhur wara ż-żmien ta' skadenza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi kif għandha tiddaħħal f'dik id-Direttiva skont l-Artikolu 22(1) ta' dik id-Direttiva], għajr l-Artikolu 5(1), (4), (5) u (6), l-Artikolu 6(1), (2) u (6), l-Artikolu 7(4) u (5), l-Artikolu 10, l-Artikolu 15 u l-Artikolu 16 li għandhom japplikaw mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

2. Ir-Regolament għandu japplika minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data = 6 xhur wara ż-żmien ta' skadenza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi kif għandha tiddaħħal f'dik id-Direttiva skont l-Artikolu 22(1) ta' dik id-Direttiva], għajr l-Artikolu 5(1), (4), (5) u (6), l-Artikolu 6(1), (1a), (1b), (2) u (5), l-Artikolu 7(4) u (5), l-Artikolu 10, l-Artikolu 15 u l-Artikolu 16 li għandhom japplikaw mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

PROĊEDURA

Titolu

Soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)

Referenzi

COM(2011)0794 – C7-0453/2011 – 2011/0374(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Luigi Berlinguer

19.12.2011

Eżami fil-kumitat

1.3.2012

25.4.2012

30.5.2012

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Cristian Silviu Buşoi, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Patrice Tirolien

PROĊEDURA

Titlu

Online dispute resolution for consumer disputes (Regulation on consumer ODR)

Referenzi

COM(2011)0794 – C7-0453/2011 – 2011/0374(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.12.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.12.2011

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

30.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.12.2011

28.2.2012

29.2.2012

8.5.2012

 

20.6.2012

9.7.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Jürgen Creutzmann, María Irigoyen Pérez, Emma McClarkin, Sabine Verheyen, Anja Weisgerber

Data tat-tressiq

17.7.2012