RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra
12.7.2012 - (COM(2011)0599 – C7‑0306/2011 – 2011/0263(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Jörg Leichtfried
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra
(COM(2011)0599 – C7‑0306/2011 – 2011/0263(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0599),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0306/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7‑0237/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw il-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u għall-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana li kien hemm qbil dwaru mal-Amerika Ċentrali. |
(3) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri l-aktar adegwati biex jiggarantixxu l-applikazzjoni effikaċi ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw il-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u għall-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana li kien hemm qbil dwaru mal-Amerika Ċentrali. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti strumenti ta' salvagwardja xierqa biex tkun evitata ħsara gravi lill-kultivazzjoni tal-Unjoni tal-banana, settur li għandu importanza kbira fil-produzzjoni agrikola finali ta' ħafna reġjuni ultraperiferiċi. Il-kapaċità skarsa ta' diversifikazzjoni ta' dawn ir-reġjuni, konsegwenza tal-karatteristiċi naturali tagħhom, twassal biex is-settur tal-banana jkun settur partikolarment vulnerabbli. Għalhekk huwa essenzjali li jkunu previsti mekkaniżmi effikaċi minħabba l-importazzjonijiet preferenzjali minn pajjiżi terzi, sabiex tkun garantita ż-żamma tal-produzzjoni tal-banana tal-Unjoni f'kundizzjonijiet ottimali, billi jirrappreżenta settur ta' impjiegi kruċjali f'ċerti żoni, speċjalment fir-reġjuni ultraperiferiċi. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Dannu serju jew theddida ta' dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni jistgħu wkoll jiġu kkawżati bin-nuqqas ta' rispett tal-obbligi speċifiċi fl-ambitu tat-Titolu VIII "Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli" tal-Parti IV tal-Ftehim, b'mod partikolari rigward l-istandards tax-xogħol u ambjentali stabbiliti fih, li b'hekk tkun meħtieġa l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u b'tali kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 104 tal-Ftehim. |
(5) Miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u b'tali kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 104 tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fir-rigward tal-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, għandhom jiġu introdotti miżuri ta' salvagwardja malli importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott inkwistjoni jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw dannu lill-produtturi ta' prodotti simili jew prodotti direttament kompetittivi fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 104(2) tal-Ftehim. |
(6) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 104(2) tal-Ftehim. Għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi ta' salvagwardja meta l-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi jsibu ruħhom mhedda, skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-kompiti tat-twettiq ta' investigazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja għandhom isiru bl-aktar mod trasparenti possibbli. |
(7) Il-kompiti ta' segwitu u ta' rieżami tal-Ftehim u tat-twettiq ta' investigazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja għandhom isiru bl-aktar mod trasparenti possibbli. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif, inkluża l-evidenza disponibbli, mill-Istati Membri dwar kwalunkwe xejriet fl-importazzjonijiet li jkunu jistgħu jeħtieġu l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja. |
(8) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif, inkluża l-evidenza disponibbli, mill-Istati Membri u mill-partijiet interessati dwar kwalunkwe xejra fl-importazzjonijiet li jkunu jistgħu jeħtieġu l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 8a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Fil-każ li l-Parlament Ewropew jadotta rakkomandazzjoni biex jibda investigazzjoni ta' salvagwardja, il-Kummissjoni se teżamina bir-reqqa jekk ġewx sodisfatti l-kundizzjonijiet skont ir-Regolament għal inizjazzjoni ex officio. Fil-każ li l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet ma ġewx sodisfatti, hi se tippreżenta rapport lill-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew li jinkludi spjegazzjoni tal-fatturi kollha rilevanti għall-inizjazzjoni ta' tali investigazzjoni. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) F'xi każijiet, żieda fl-importazzjonijiet ikkonċentrata f'wieħed jew aktar minn fost ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni jew l-Istati Membri tista' tikkawża jew thedded li tikkawża dannu serju jew deterjorament serju fil-qagħda ekonomika tagħhom. Fil-każ li jkun hemm żieda fl-importazzjonijiet ikkonċentrata f'wieħed jew aktar minn fost ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni jew l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tintroduċi miżuri ta' sorveljanza preventivi. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Huwa wkoll meħtieġ, skont l-Artikolu 112 tal-Ftehim, li jiġu stabbiliti l-limiti ta' żmien għall-ftuħ tal-investigazzjonijiet u għall-kunsiderazzjonijiet dwar jekk il-miżuri humiex xierqa jew le, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn il-kunsiderazzjonijiet isiru malajr, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati. |
(12) Huwa wkoll meħtieġ, skont l-Artikolu 112 tal-Ftehim, li jiġu stabbiliti l-limiti ta' żmien għall-ftuħ tal-investigazzjonijiet u għall-kunsiderazzjonijiet dwar jekk il-miżuri humiex xierqa jew le, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn il-kunsiderazzjonijiet isiru malajr, sabiex tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati u jiġi garantit li l-miżuri jkunu effikaċi. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta' żmien massimu tal-miżuri ta' salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta' dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 105 tal-Ftehim. |
(14) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta' żmien massimu tal-miżuri ta' salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta' dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 105 tal-Ftehim. Meta dan jirrigwarda miżuri ta' salvagwardja mdaħħla biex jitħarsu l-produzzjoni u s-servizzi ekonomiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-monitoraġġ mill-qrib jiffaċilita kwalunkwe deċiżjoni f'waqtha dwar il-ftuħ possibbli ta' investigazzjoni jew l-impożizzjoni ta' miżuri. Il-Kummissjoni, għalhekk, għandha timmonitorja b'mod regolari l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet f'setturi sensittivi, fosthom dak tal-banana, mid-data ta' applikazzjoni tal-Ftehim. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 14b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14b) Jeħtieġ li ssir insistenza dwar l-importanza tar-rispett tal-istandards internazzjonali tax-xogħol imfassla u sorveljati mill-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol. Id-difiża tax-xogħol dinjituż għal kulħadd għandha tkun prijorità assoluta u l-banana impurtata mill-Amerika Ċentrali għandha tkun prodotta f'kundizzjonijiet salarjali, soċjali u ambjentali korretti, sabiex il-produtturi tal-Unjoni ma jkunux vittmi ta' dumping, żvantaġġ li ma jkunux jistgħu jikkumpensaw għalih u li jikkomprometti b'mod definittiv il-kompetittività tagħhom fis-suq dinji tal-banana. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim u dwar l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana, li għandu jkun fih l-istatistika aġġornata u affidabbli dwar l-importazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali u valutazzjoni tal-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet tas-suq, l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Unjoni u l-evoluzzjoni tas-settur produttiv tal-Unjoni, b'attenzjoni speċjali tingħata lill-produtturi u lill-kooperattivi ta' daqs żgħir. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilta biex tinkludi fih ukoll analiżi tal-impatt tal-Ftehim u ta' dan ir-Regolament dwar il-produzzjoni u l-konsum organiċi fl-Unjoni u l-flussi ta' Kummerċ Ġust bejn il-partijiet kollha tal-Ftehim. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 16b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) Il-Kummissjoni għandha tuża b'mod attent u effikaċi l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana bil-għan li tevita theddid ta' deterjorament serju jew deterjorament serju għall-produtturi fir-reġjuni ultraperiferiċi fl-Unjoni u, minn Jannar 2020, tuża strumenti eżistenti bħall-klawżola ta' salvagwardja jew, jekk neċessarju, tikkunsidra li tiżviluppa strumenti ġodda li jippermettu li tinżamm, f'każ ta' tfixkil gravi tas-suq, il-kompetittività tas-setturi produttivi fl-Unjoni u partikolarment fir-reġjuni ultraperiferiċi. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) "partijiet interessati" tfisser il-partijiet milquta mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat; |
(b) "partijiet interessati" tfisser il-partijiet milquta mill-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, fosthom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) "deterjorament serju" tfisser disturbi konsiderevoli f'settur jew f'industrija; "theddida ta' deterjorament serju" tfisser disturbi konsiderevoli li jkun imminenti b'mod ċar. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 2a |
|
Monitoraġġ |
|
1. Il-Kummissjoni timmonitorja l-evoluzzjoni tal-istatistika dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-prodotti tal-Amerika Ċentrali, partikolarment f'setturi sensittivi, fosthom dak tal-banana. Għaldaqstant, se tikkoopera u twettaq skambju ta' data b'mod regolari mal-Istati Membri u l-industrija tal-Unjoni u mal-partijiet interessati kollha. |
|
2. Fuq talba ġġustifikata kif xieraq mill-industriji kkonċernati, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-monitoraġġ għal setturi oħra. |
|
3. Il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali ta' monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar statistika aġġornata dwar l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-Amerika Ċentrali fis-setturi sensittivi u f'dawk is-setturi li għalihom ġie estiż il-monitoraġġ, inkluż dak tal-banana. |
|
4. Fir-rapport ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni tagħmel ħilta biex tinkludi r-rati ta' impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-produtturi tal-banana fl-Amerika Ċentrali bil-għan li jiġi evitati l-forom kollha ta' dumping. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Investigazzjoni għandha tinfetaħ fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5), li tiġġustifika tali ftuħ. |
1. Investigazzjoni għandha tinfetaħ fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, mill-Parlament Ewropew jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk il-Kummissjoni jidhrilha li hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5), li tiġġustifika tali ftuħ. |
|
Meta jkun xieraq, il-Parlament Ewropew jista' jikkonsulta u jirreferi għall-analiżi minn korpi indipendenti, bħat-trade unions, l-ILO, id-dinja akkademika jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. It-talba għall-ftuħ ta' investigazzjoni għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet biex tiġi imposta l-miżura ta' salvagwardja stipulata fl-Artikolu 2(1) ikunu ġew sodisfatti. It-talba għandha ġeneralment tinkludi t-tagħrif li ġej: ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjonijiet miżjuda, u l-bidliet fil-livelli ta' bejgħ, produzzjoni, produttività, użu tal-kapaċità, qligħ u telf, u impjiegi. |
2. It-talba għall-ftuħ ta' investigazzjoni għandha tinkludi evidenza li l-kundizzjonijiet biex tiġi imposta l-miżura ta' salvagwardja stipulata fl-Artikolu 2(1) ikunu ġew sodisfatti. It-talba għandha ġeneralment tinkludi t-tagħrif li ġej: ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud minn importazzjonijiet miżjuda, u l-bidliet fil-livelli ta' bejgħ, produzzjoni, produttività, użu tal-kapaċità, qligħ u telf, impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Investigazzjoni tista' tinfetaħ ukoll fil-każ li jkun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed jew f'għadd ta' Stati Membri, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ikunu ġew sodisfatti, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5). |
3. Investigazzjoni tista' tinfetaħ ukoll fil-każ li jkun hemm żieda qawwija tal-importazzjonijiet ikkonċentrati fi Stat Membru wieħed jew f'għadd ta' Stati Membri jew ta' reġjuni ultraperiferiċi, bil-kundizzjoni li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet għall-ftuħ ikunu ġew sodisfatti, kif stabbilit abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5). |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha titlob it-tagħrif kollu li jidhrilha li jkun meħtieġ biex tkun tista' tiddetermina dwar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), u, fejn jidhrilha li jkun xieraq, tfittex li tivverifika dan. |
4. Il-Kummissjoni għandha titlob it-tagħrif kollu li jidhrilha li jkun meħtieġ biex tkun tista' tiddetermina dwar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u tfittex li tivverifika dan. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, it-tibdil fil-livelli tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjiegi. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista' tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma il-ħażniet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandhom mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni. |
5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, it-tibdil fil-livelli tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjiegi. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista' tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma il-ħażniet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandhom mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, bħall-ilħuq tal-volumi limitu fil-qafas tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana, inklużi dawk inklużi fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dejta u l-istatistika kollha li jintużaw għall-investigazzjoni jkunu disponibbli, jinftiehmu, trasparenti u verifikabbli. |
7. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data u l-istatistika kollha li jintużaw għall-investigazzjoni jkunu disponibbli, jinftiehmu, trasparenti, aġġornati, affidabbli u verifikabbli. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Fil-każ li jkun hemm żieda qawwija fl-importazzjonijiet ta' prodotti li jidħlu fi ħdan is-setturi sensittivi kkonċentrati f'wieħed jew aktar minn fost l-Istati Membri jew ir-reġjuni ultraperiferiċi, il-Kummissjoni tista' tintroduċi miżuri ta' sorveljanza preventivi. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kull estensjoni skont il-paragrafu 3 għandha tiġi ppreċeduta minn investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 jkunu sodisfatti, abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5). |
4. Kull estensjoni skont il-paragrafu 3 għandha tiġi ppreċeduta minn investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, minn kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li tkun qed taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, minn partijiet interessati, mill-Parlament Ewropew, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jekk ikun hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 jkunu sodisfatti, abbażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 4(5). |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 11a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
Rapport |
|
1. Il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tar-Regolament. Ir-rapport jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri provviżorji u definittivi, miżuri ta' sorveljanza preventivi, miżuri ta' sorveljanza u ta' salvagwardja reġjonali, it-tmiem tal-investigazzjonijiet mingħajr miżuri u l-attivitajiet tad-diversi korpi responsabbli mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u tar-rispett tal-obbligi li ġejjin minnu, inkluża l-informazzjoni rċevuta mill-partijiet interessati. |
|
2. It-taqsimiet speċjali tar-rapport jittrattaw ir-rispett tal-obbligi skont it-Titolu VIII "Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli" tal-Parti IV tal-Ftehim u l-azzjoni meħuda f'dak ir-rigward mill-Amerika Ċentrali fl-ambitu tal-mekkaniżmi interni tagħha u mill-Forum għad-Djalogu mas-Soċjetà Ċivili. |
|
3. Ir-rapport jippreżenta wkoll sinteżi tal-istatistika u tal-evoluzzjoni tal-kummerċ mal-Amerika Ċentrali. |
|
4. Ir-rapport jinkludi statistika aġġornata u affidabbli dwar l-importazzjonijiet mill-Amerika Ċentrali tal-banana u l-impatt dirett u indirett tagħhom fuq l-evoluzzjoni tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur produttiv tal-Unjoni. |
|
5. Il-Parlament Ewropew jista', fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc tal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega xi kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta' dan ir-Regolament. |
|
6. Mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni tippubblika r-rapport. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Jekk l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura tiġi konkluża mingħajr riżultati meta, sat-terminu għall-preżentazzjoni tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi f'dan is-sens jew fuq talba tal-maġġoranza tal-membri tal-kumitat. |
Emenda 29 Proposta għal regolament KAPITOLU Ia - Artikolu 12a (ġdid)(ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kapitolu Ia |
|
Artikolu 12a |
|
12a. Id-dispożizzjoni applikabbli bl-għan li jiġu adottati r-regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tar-regoli inklużi fl-Appendiċi 2A tal-Anness II "Dwar il-Kunċett ta' "Prodotti Oriġinarji" u Metodi ta' Kooperazzjoni Amministrattiva" u l-Appendiċi 2 tal-Anness I "L-eliminazzoni tad-dazji doganali" tal-Ftehim, hija l-Artikolu 247a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana fl-ebda ċirkostanza ma timpedixxi l-attivazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-klawżola bilaterali ta' salvagwardja. |
Ġustifikazzjoni | |
Fit-test leġiżlattiv għandu jkun speċifikat li l-klawżola bilaterali ta' salvagwardja tista' tiġi applikata għall-banana indipendentement mill-fatt li l-ftehim dwar il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, li l-impatt tagħha se jkun limitat ħafna u fil-prattika tista' ma tkunx biżżejjed biex jiġi evitat tfixkil gravi għall-produtturi Ewropej. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Volum ta' importazzjoni annwali separat ta' skattar huwa stabbilit għall-importazzjonijiet minn pajjiż tal-Amerika Ċentrali għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 kif indikat fit-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkiem mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness III (Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti tal-oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Ladarba jintlaħaq il-volum tal-iskattar matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni, b'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tista' tissospendi temporanjament id-dazji doganali preferenzjali matul l-istess sena għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur, u li ma jmurx lil hinn minn tmiem is-sena kalendarja. |
2. Volum limitu ta' importazzjoni annwali separat ta' skattar huwa stabbilit għall-importazzjonijiet minn pajjiż tal-Amerika Ċentrali għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 kif indikat fit-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkiem mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness III (Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti tal-oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Ladarba jintlaħaq il-volum limitu matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni għandha tissospendi temporanjament id-dazji doganali preferenzjali matul l-istess sena għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur, u li ma jmurx lil hinn minn tmiem is-sena kalendarja. Is-sospensjoni tista' tkun attivata biss minħabba kawżi ta' forza maġġuri. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Volum ta' importazzjoni annwali separat ta' skattar huwa stabbilit għall-importazzjonijiet minn pajjiż tal-Amerika Ċentrali għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 kif indikat fit-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkiem mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness III (Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti tal-oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Ladarba jintlaħaq il-volum tal-iskattar matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni, b'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tista' tissospendi temporanjament id-dazji doganali preferenzjali matul l-istess sena għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur, u li ma jmurx lil hinn minn tmiem is-sena kalendarja. |
2. Volum limitu ta' importazzjoni annwali separat huwa stabbilit għall-importazzjonijiet minn pajjiż tal-Amerika Ċentrali għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 kif indikat fit-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkiem mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness III (Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti tal-oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Dan l-obbligu ta' preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni, madankollu, ma għandu jimplika għall-esportatur la piż amministrattiv akbar, la spejjeż addizzjonali u lanqas limitazzjonijiet kummerċjali. Ladarba jintlaħaq il-volum limitu matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni, b'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tista' tissospendi temporanjament id-dazji doganali preferenzjali matul l-istess sena għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur, u li ma jmurx lil hinn minn tmiem is-sena kalendarja. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-istatistika għall-importazzjonijiet tal-banana mill-Amerika Ċentrali. Ir-rati ta' impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll il-produzzjoni u l-konsum organiċi u l-flussi tal-Kummerċ Ġust jiffurmaw parti mill-proċess ta' monitoraġġ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tikkoopera u twettaq skambju ta' informazzjoni b'mod regolari mal-Istati Membri, mal-industriji tal-Unjoni u mal-partijiet interessati. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5b. Fuq talba motivata tal-Parlament Ewropew, ta' Stat Membru, tal-industrija tal-Unjoni, ta' kwalunkwe parti interessata, jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil kwalunkwe żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-banana li jiġu mill-Amerika Ċentrali, u jekk applikabbli, tadotta l-miżuri ta' sorveljanza preventivi, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5c. Il-miżuri ta' sorveljanza preventivi jiġu adottati mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2) ladarba l-volum limitu tal-mekkaniżmu jintlaħaq matul is-sena ta' kalendarju korrispondenti. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5e (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5e. Fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jistedinha għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli sabiex tippreżentalu u tispjegalu kwalunwke kwistjoni marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim li se tolqot is-settur tal-banana. |
NOTA SPJEGATTIVA
Fit-23 ta' April 2007 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tibda n-negozjati ma' ċerti pajjiżi tal-Amerika Ċentrali. Konklużi waqt is-Samit UE-Amerika Latina ta' Madrid f'Mejju 2010, in-negozjati wasslu għal Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali, inizjalat fit-22 ta' Marzu 2011 u ffirmat f'Tegucigalpa fid-29 ta' Ġunju 2012. Il-Kunsill adotta deċiżjoni fl-10 ta' Lulju 2012 dwar il-konklużjoni tiegħu u l-li ġiet differita uffiċjalment lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.
Il-ftehim jinkludi klawżola bilaterali ta' salvagwardja li tagħti lok għall-possibilità li terġa' tiddaħħal ir-rata ta' dazju doganali tan-nazzjon l-aktar iffavorit (MFN) meta, bħala konsegwenza tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ li tirriżulta mill-Ftehim, isiru importazzjonijiet bi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, u f'tali kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew kompetittivi. Il-Ftehim jipprevedi wkoll Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana skont liema jistgħu jiġu sospiżi d-dazji doganali preferenzjali jekk jintlaħaq ċertu volum annwali ta' importazzjonijiet u l-applikazzjoni tiegħu tiddekorri mill-1 ta' Jannar 2020. Biex isiru operattivi, jeħtieġ li t-tnejn li huma jiġu trasposti fid-dritt tal-UE u mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, mil-lat tal-proċeduri, il-klawżoli ta' salvagwardja nnegozjati ma' pajjiżi terzi u ma' reġjuni huma suġġetti għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
F'Ottubru 2011, il-Kummissjoni ttrażmettiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta li timmira li tintegra fid-dritt tal-UE l-klawżola bilaterali ta' salvagwadja u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana. Għaldaqstant, din il-proposta għal Regolament tikkostitwixxi l-istrument ġuridiku neċessarju biex jiġu implimentati tali miżuri u tingħata ċertezza tad-dritt lill-operaturi permezz tal-ħolqien ta' aspetti proċedurali differenti, definizzjonijiet u drittijiet u obbligi tal-partijiet, ilkom kemm huma meħtieġa biex tali miżuri jkunu operattivi u biex ifornu, b'mod effikaċi, ftuħ gradwali tas-swieq biex is-setturi kollha involuti jkunu jistgħu jadattaw gradwalment għas-sitwazzjoni l-ġdida, partikolarment dawk l-iktar vulnerabbli.
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet u tal-ispirtu tal-Ftehim, ir-rapporteur jawspika li jiġi garantit li kemm il-klawżola ta' salvagwardja kik ukoll il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana jkunu effikaċi u ġenwinament applikabbli billi jiġu pprovduti mezzi eżegwibbli biex jipprevjenu li d-dannu serju jkun ikkawżat lis-setturi li jistgħu jintlaqtu l-aktar fil-qasir żmien mill-applikazzjoni tal-Parti IV tal-Ftehim. Barra minn hekk jawspika wkoll il-monitoraġġ tat-twettiq tal-proċess ta' liberalizzazzjoni fir-rispett totali tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin fil-qasam tax-xogħol u tal-ambjent, li l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament issir bl-aktar mod trasparenti u li jkunu involuti l-Parlament Ewropew, il-partijiet interessati kollha, fosthom l-industrija, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, it-trade unions u oħrajn. Ir-rapporteur inkluda wkoll dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-monitoraġġ u r-rapporti, fosthom l-analiżi tal-effetti fuq l-impjieg, il-kundizzjonijiet ta' xogħol, il-produzzjoni organika, il-flussi tal-Kummerċ Ġust, l-impatt fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi, partikolarment fir-rigward tas-settur tal-banana, u l-istrutturi u l-kooperattivi produttivi ta' daqs żgħir.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (21.3.2012)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra
(COM(2011)0599 – C7‑0306/2011 – 2011/0263(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Gabriel Mato Adrover
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fit-22 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni Ewropea ffirmat ftehim ta' assoċjazzjoni ma' sitt pajjiżi tal-Amerika Ċentrali (il-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama). In-negozjati seħħew b'mod parallel mal-ftehim kummerċjali mal-Kolombja u l-Perù, b'karatteristiċi simili ħafna.
Iż-żewġ ftehimiet ikkonsolidaw xi konċessjonijiet mogħtija lil dawn il-pajjiżi mill-Unjoni Ewropea fil-qafas tas-"sistema għal aktar preferenzi ġeneralizzati", u lliberalizzaw totalment jew parzjalment il-kummerċ ta' xi prodotti agrikoli bejn il-Partijiet Kontraenti. Fil-prattika, dan se jeħtieġ suq aktar miftuħ tal-Unjoni Ewropea għall-importazzjonijiet prinċipalment ta' banana, zokkor u ċanga, u l-UE se tkun tista' ttejjeb il-kapaċità ta' esportazzjoni tagħha lejn dawn il-pajjiżi ta' prodotti agrikoli oħra bħall-prodotti tal-ħalib, taċ-ċereali, tal-majjal u tal-inbid. Il-ftehim mal-Kolombja u l-Perù u dal-ftehim, iffirmat mas-sitt pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, fihom kapitolu dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, li se jippermetti lill-UE tipproteġi kważi mitejn denominazzjoni.
Il-ftehimiet jinkludu klawsola ta' salvagwardja biex jiġi evitat tfixkil gravi fis-swieq rispettivi u din għandha tiġi trasposta fil-leġiżlazzjoni Ewropea.
Il-banana huwa prodott agrikolu ewlieni fl-esportazzjonijiet globali minn dawn il-pajjiżi lejn l-UE, prinċipalment mill-Kolombja u l-Kosta Rika u f'livell ħafna aktar baxx, mill-Panama, mill-Ħonduras, mill-Perù u mill-Gwatemala.
Il-ftehimiet jipprovdu għal tnaqqis ulterjuri fit-tariffi doganali applikati mill-Unjoni Ewropea fuq importazzjonijiet tal-banana, u jtejbu, għall-pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Amerika Latina, il-kundizzjonijiet għall-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Komunità.
L-importazzjonijiet ta' banana lejn l-Unjoni Ewropea huma soġġetti għal sistema ta' "dazju doganali uniku" li daħlet fis-seħħ fl-2006 u li ġabet fit-tmiem ir-reġim tal-kwoti tariffarji applikati sa mill-ħolqien fl-1993 tal-organizzazzjoni komuni tas-suq (OKS) tal-banana.
Madankollu, it-tilwim kummerċjali kostanti bejn l-UE u l-pajjiżi terzi dwar l-importazzjonijiet tal-banana ma waqfux fl-2006, minħabba li t-tilwima finali ngħalqet f'Diċembru 2009 quddiem l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) In-negozjati wasslu għal tnaqqis gradwali tad-dazju doganali fi żmien seba' snin, minn 176 euro kull tunnellata għal 114-il euro għal kull tunnellata fl-2017. Il-ftehim tad-WTO jipprovdi l-possibilità li jiffriża t-tariffa doganali għal 132 euro kull tunnellata fl-2013 jekk sa dik id-data n-negozjati multilaterali għall-liberalizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali li mexxew għal snin sħaħ l-organizzazzjoni dinjija ma jkunux konklużi.
Madankollu, dan il-ftehim, li permezz tiegħu l-UE rnexxielha ssolvi darba għal dejjem il-litigazzjonijiet varji mal-pajjiżi tal-Amerika Latina quddiem id-WTO, ġie mtejjeb sew permezz ta' żewġ ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, u l-Perù u l-Kolombja. It-tnaqqis ġdid tat-tariffi ffinalizzat mill-Kummissjoni ma' dawn il-pajjiżi ħoloq tħassib kbir fost il-produtturi tal-UE, li rabbew it-tama falza li fin-negozjati tad-WTO jaraw it-tmiem tal-ispirali ta' konċessjonijiet għall-esportaturi tal-banana. Fiż-żewġ ftehimiet bilaterali, it-tnaqqis tad-dazju doganali se jiġi estiż għal għaxar snin sal-2020, biex jilħaq il-75 euro għal kull tunnellata, ammont li jikkoinċidi, inċidentalment, mal-ammont applikat qabel l-2006 lill-kwota preferenzjali ta' qabel għall-importazzjoni ta' banana mill-Amerika Latina.
Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament Ewropew għandu s-setgħa tal-kodeċiżjoni f'dak li għandu x'jaqsam mar-regolamenti li jittrasponu fil-liġi tal-Unjoni il-klawsoli ta' salvagwardja kummerċjali nnegozjati ma' pajjiżi terzi.
Madankollu, dawn ir-regolamenti jirrepetu kważi b'mod kważi literali d-dispożizzjonijiet innegozjati qabel mill-Kummissjoni ma' pajjiżi terzi, u għalhekk il-marġni ta' manuvra tal-Parlament fil-mumemt tal-modifika tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet huwa limitat ħafna.
Ir-rapporteur jinsab imħasseb mill-poter limitat disponibbli fil-prattika għall-Parlament Ewropew biex jemenda l-kontenut tad-dispożizzjonijiet, u huwa għalhekk li jitlob għal involviment parlamentari akbar fin-negozjati nnifishom tal-ftehim kummerċjali.
Minbarra l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali, li tapplika għall-prodotti industrijali u agrikoli kollha marbuta mal-ftehimiet kummerċjali, huwa previst li jkun stabbilit "mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni" għall-banana li jikkonsisti f'sospensjoni tad-dazju doganali preferenzjali meta l-esportazzjonijiet ta' pajjiżi Latino-Amerikani lejn is-suq tal-UE jaqbżu l-limiti speċifikati. Madankollu, il-limiti stabbiliti fin-negozjati ma' dawn il-pajjiżi huma għolja wisq għal dan il-mekkaniżmu biex ikunu effikaċi fil-prattika.
Huwa biżżejjed għal dan il-għan li jiġu analizzati l-limiti stabbiliti għal dawn iż-żewġ esportaturi prinċipali tal-banana fi ħdan il-grupp tal-pajjiżi kontraenti, jiġifieri, il-Kolombja u l-Kosta Rika. Il-limitu previst għal tal-ewwel fl-2019 hu ta' 1.9 miljun tunnellata, kważi d-doppju tal-esportazzjonijiet ta' dan il-pajjiż fl-2010. Għall-Kosta Rika, il-limitu stabbilit fi tmiem il-perjodu tranżitorju huwa ta' madwar 1.5 miljun tunnellata, meta mqabbel mal-volum ta' esportazzjoni li ma qabiżx it-800,000 tunnellata fl-2010. Għandu jiġi sottolinjat ukoll li s-sospensjoni tat-tariffa se jkollha perjodu limitat ta' mhux aktar minn tliet xhur, li se jżid aktar l-ineffiċjenza ta' dan l-istrument ta' salvagwardja maħsub biex jipproteġi s-suq Ewropew tal-banana. Barra minn hekk, dan il-mekkaniżmu mhux se jkun fis-seħħ qabel l-2020.
Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni mhux se jkollu karattru awtomatiku, minħabba li l-Kummissjoni Ewropea se tkun ħielsa li tapplikah jew le. Għaldaqstant huwa possibbli li l-qbiż ta' limitu mhux se jkun biżżejjed biex joħloq stimolu. Ir-rapporteur għalhekk huwa favur limitu ta' xenarji eventwali li jistgħu jiżblukkaw nuqqas ta' azzjoni min-naħa tal-Unjoni Ewropea.
Il-klawsola ta' salvagwardja ġenerali prevista fil-ftehimiet se tkun, kif inhu l-każ għall-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, diffiċli biex tkun applikata. Dan il-mekkaniżmu ġenerali jista', fit-teorija, jwassal għas-sospensjoni tat-tnaqqis tat-tariffi doganali jew għaż-żieda fit-tariffi doganali jekk l-importazzjoni ta' prodott lejn l-UE tiżdied b'mod assolut jew relattiv (meta mqabbel mal-produzzjoni Ewropea) b'tali mod li toħloq jew tkun suxxettibbli li toħloq ħsara serja lis-setturi ekonomiċi kkonċernati. Ir-rapporteur iqis madankollu li l-fatturi provokanti se jkunu diffiċli li wieħed jarahom u se jagħtu lok għal medda wiesgħa ta' interpretazzjonijiet.
Ir-rapporteur iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex ma jeskludux il-possibbiltà li jawtorizzaw, jekk meħtieġ, il-Fond Ewropew għall-Aġġustament tal-Globalizzazzjoni sabiex jgħinu lill-produtturi Ewropej li jsibu ruħhom fil-qagħda li jkollhom jabbandunaw l-attività minħabba l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ mal-pajjiżi tal-Amerika Latina li huma firmatarji taż-żewġ ftehimiet.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu, u l-Artikolu 349 tiegħu, |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw il-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u għall-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana li kien hemm qbil dwaru mal-Amerika Ċentrali. |
(3) Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri l-aktar xierqa biex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw il-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u għall-applikazzjoni tal-Mekkaniżmu ta' Stabbilizzazzjoni għall-Banana li kien hemm qbil dwaru mal-Amerika Ċentrali. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti strumenti ta' salvagwardja xierqa biex tkun evitata ħsara gravi lill-kultivazzjoni Ewropea tal-banana, settur li għandu importanza kbira fil-produzzjoni agrikola finali ta' ħafna reġjuni mbiegħda. Il-kapaċità dgħajfa ta' diversifikazzjoni ta' dawn ir-reġjuni, konsegwenza tal-karatteristiċi naturali tagħhom, twassal biex is-settur tal-banana jkun settur produttiv vulnerabbli. Għalhekk huwa indispensabbli li jkunu previsti mekkaniżmi effettivi minħabba l-importazzjonijiet preferenzjali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, sabiex tkun garantita ż-żamma tal-attività tal-banana f'kundizzjonijiet ottimali; |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u b'tali kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 104 tal-Ftehim. |
(5) Miżuri ta' salvagwardja għandhom jitqiesu biss jekk il-prodott ikkonċernat jiġi importat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f'termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, u b'tali kundizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi tal-Unjoni ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta kif stabbilit fl-Artikolu 104 tal-Ftehim. Għall-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda għandhom jiġu stabbiliti miżuri ta' salvagwardja hekk kif il-prodott ikkonċernat, li jkun ġie impurtat fl-Unjoni, jikkawża jew jhedded li jikkawża ħsara lill-produtturi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Unjoni li jipproduċu prodotti simili jew prodotti li huma f'kompetizzjoni diretta, skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Monitoraġġ mill-qrib tal-importazzjonijiet tal-banana jiffaċilita t-teħid opportun ta' deċiżjonijiet rigward l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana, il-ftuħ ta' investigazzjoni jew l-impożizzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-monitoraġġ regolari tal-importazzjonijiet fis-settur tal-banana mid-data ta' applikazzjoni tal-Ftehim. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 104(2) tal-Ftehim. |
(6) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom ikunu minn fost dawk it-tipi msemmija fl-Artikolu 104(2) tal-Ftehim. Għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi ta' salvagwardja meta l-prodotti u s-setturi ekonomiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda jsibu rwieħom mhedda, skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif, inkluża l-evidenza disponibbli, mill-Istati Membri dwar kwalunkwe xejriet fl-importazzjonijiet li jkunu jistgħu jeħtieġu l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja. |
(8) Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni għandha tirċievi tagħrif, inkluża l-evidenza disponibbli, mill-Istati Membri u mis-setturi kkonċernati dwar kwalunkwe xejra fl-importazzjonijiet li jkunu jistgħu jeħtieġu l-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta' żmien massimu tal-miżuri ta' salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta' dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 105 tal-Ftehim. |
(14) Il-miżuri ta' salvagwardja għandhom jiġu applikati biss sa fejn, u għal tant żmien, kif jista' jinħtieġ biex ma jsirx dannu serju u jiġi ffaċilitat l-aġġustament. It-tul ta' żmien massimu tal-miżuri ta' salvagwardja għandu jkun iddeterminat u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni u r-reviżjoni ta' dawn il-miżuri, kif imsemmi fl-Artikolu 105 tal-Ftehim. Meta dan jirrigwarda miżuri ta' salvagwardja mdaħħla biex jitħarsu l-produzzjoni u s-servizzi ekonomiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, għandhom japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Jeħtieġ li ssir insistenza dwar l-importanza tar-rispett tar-regoli internazzjonali tax-xogħol imfassla u sorveljati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Id-difiża tax-xogħol dinjituż għal kulħadd għandha tkun prijorità assoluta u l-banana impurtata mill-Amerika Ċentrali trid tkun tkabbret f'kundizzjonijiet salarjali, soċjali u ambjentali korretti, sabiex il-produtturi tal-Unjoni ma jkunux vittmi ta' dumping li ma jkunux jistgħu jikkumpensaw għalih u li jikkomprometti b'mod definittiv il-kompetittività tagħhom fis-suq dinji tal-banana. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim, dwar miżuri ta' salvagwardja u dwar il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana, li jkun fih l-istatistika aġġornata dwar l-importazzjoni tal-banana li tkun ġejja mill-Amerika Ċentrali, u valutazzjoni tal-impatt tagħha fuq il-prezzijiet tas-suq, kif ukoll fuq l-impjiegi u fuq l-evoluzzjoni tas-settur tal-banana tal-Komunità. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana, huwa importanti li jinżammu mekkaniżmi suffiċjenti li jippermettu li tittieħed azzjoni f'każ ta' taqlib fis-suq wara l-2020, minħabba li l-miżuri ta' salvagwardja mhumiex biżżejjed biex jiggarantixxu d-dħul għall-produtturi tal-banana – u speċjalment dawk fir-reġjuni l-aktar imbiegħda – fis-sitwazzjonijiet ta' taqlib serju fis-suq. Ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-klawsola ta' salvagwardja bilaterali, jeħtieġ li l-proċedura kollha tiġi ssimplifikata minħabba li hija ferm kumplessa u ddum wisq, b'mod li hemm riskju reali li l-miżuri ta' salvagwardja jkunu ineffikaċi għall-produtturi tal-Unjoni minħabba li jkunu applikati tard wisq u wara li dawn il-produtturi jkunu diġà sofrew danni serji. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, it-tibdil fil-livelli tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjiegi. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista' tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma il-ħażniet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandhom mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni. |
5. Fl-investigazzjoni l-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-fatturi rilevanti kollha ta' natura oġġettiva u kwantifikabbli li għandhom influwenza fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni, b'mod partikolari, ir-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f'termini assoluti u relattivi, is-sehem tas-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, it-tibdil fil-livelli tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjiegi. Din il-lista mhix eżawrjenti u l-Kummissjoni tista' tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta' dannu serju jew theddida ta' dannu serju, bħalma huma l-ħażniet, il-prezzijiet, ir-redditu fuq il-kapital użat, il-likwidità, u fatturi oħra li jkunu qed jikkawżaw jew għandhom mnejn ikkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, bħall-fatt li jintlaħqu volumi ta' skattar previsti fil-qafas tal-mekkaniżmu tal-istabbilizzazzjoni għall-banana, inklużi dawk taħt il-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-volumi ta' skattar tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni huma għoljin ħafna meta mqabbla max-xejriet attwali tal-importazzjoni. Il-produzzjoni Ewropea tista' tintlaqat ħafna miż-żieda ta' dawn l-importazzjonijiet, anki qabel ma jintlaħqu l-kwantitajiet tal-iskattar. Is-sempliċi kisba ta' dawn il-volumi għandha titqies bħala sinjal ta' allarm fost il-fatturi differenti li l-Kummissjoni Ewropea għandha tanalizza sabiex tintroduċi l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali għall-każ speċifiku tal-banana. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim, huma previsti fondi addizzjonali u sostanzjali bil-għan li jiggarantixxu l-kompetittività tal-produzzjoni, tal-impriżi u s-setturi ekonomiċi li potenzjalment ikunu mhedda fir-reġjuni l-aktar imbiegħda. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana fl-ebda każ ma twaqqaf l-iskattar tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-klawsola ta' salvagwardja bilaterali. |
Ġustifikazzjoni | |
Fit-test leġiżlattiv għandu jkun speċifikat li l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali tista' tiġi applikata għas-settur tal-banana minkejja l-fatt li l-ftehim dwar il-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, li l-impatt tagħha se jkun limitat ħafna u li fil-prattika tista' ma tkunx biżżejjed biex jiġi evitat taqlib serju għall-produtturi Ewropej. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Volum ta' importazzjoni annwali separat ta' skattar huwa stabbilit għall-importazzjonijiet minn pajjiż tal-Amerika Ċentrali għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 kif indikat fit-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkiem mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness III (Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti tal-oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Ladarba jintlaħaq il-volum tal-iskattar matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni, b'konformità mal-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 12(3), tista' tissospendi temporanjament id-dazji doganali preferenzjali matul l-istess sena għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur, u li ma jmurx lil hinn minn tmiem is-sena kalendarja. |
2. Volum ta' importazzjoni annwali separat ta' skattar huwa stabbilit għall-importazzjonijiet minn pajjiż tal-Amerika Ċentrali għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 kif indikat fit-tabella fl-Anness ma' dan ir-Regolament. L-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata tad-dazju doganali preferenzjali għandha, flimkiem mal-prova tal-oriġini stabbilita fl-Anness III (Definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti tal-oriġini" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva) tal-Ftehim mal-Amerika Ċentrali, tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika tal-pajjiż tal-Amerika Ċentrali minn fejn jiġu esportati l-prodotti. Ladarba jintlaħaq il-volum tal-iskattar matul is-sena kalendarja korrispondenti, il-Kummissjoni, b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2), għandha tissospendi temporanjament id-dazji doganali preferenzjali matul l-istess sena għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx it-tliet xhur, u li ma jmurx lil hinn minn tmiem is-sena kalendarja. Huwa biss f'każ ta' sitwazzjoni ta' forza maġġuri li din is-sospensjoni ma tidħolx fis-seħħ. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-monitoraġġ mill-qrib tal-evoluzzjoni tal-istatistiċi fuq l-importazzjonijiet tal-banana li jiġu mill-Amerika ċentrali. Għaldaqstant, għandha tikkoopera u taqsam informazzjoni b'mod regolari mal-Istati Membri u l-industrija tal-Unjoni. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5b. Fuq rikjesta ġustifikata ta' Stat Membru, tal-industrija tal-Unjoni jew fuq inizjattiva proprja, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lil kull żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tal-banana li jiġu mill-Amerika Ċentrali u jekk applikabbli tadotta l-miżuri ta' sorveljanza preliminari, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5. |
Ġustifikazzjoni | |
Fit-test leġiżlattiv għandu jkun speċifikat li l-klawsola ta' salvagwardja bilaterali tista' tiġi applikata għas-settur tal-banana lil hinn mill-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni, u li l-impatt tagħha se jkun limitat ħafna u li fil-prattika tista' ma tkunx biżżejjed biex jiġi evitat taqlib serju għall-produtturi Ewropej. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5c. Il-miżuri ta' sorveljanza preliminari għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(2) ladarba l-volum tal-iskattar tal-mekkaniżmu jintlaħaq matul is-sena kalendarja korrispondenti. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5d. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport ta' monitoraġġ annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ibbażat fuq l-istatistiċi attwali tal-importazzjonijiet tal-banana mill-Amerika Ċentrali u l-impatt tagħhom fuq l-evoluzzjoni u l-impatt, dirett u indirett, tas-settur tal-produzzjoni Ewropea. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 5e (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5e. Fi żmien xahar wara l-pubblikazzjoni tar-rapport mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jistedinha għal laqgħa ad hoc tal-kumitat responsabbli sabiex tippreżentalu u tispjegalu kwalunwke kwistjoni li toħroġ mill-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-banana. |
PROĊEDURA
Titolu |
L-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali |
||||
Referenzi |
COM(2011)0599 – C7-0306/2011 – 2011/0263(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 12.10.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 12.10.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Gabriel Mato Adrover 23.11.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
29.2.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.3.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 9 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Liam Aylward, José Bové, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Iratxe García Pérez, Julie Girling, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Elisabeth Jeggle, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, Mariya Nedelcheva, James Nicholson, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Pilar Ayuso, Esther de Lange, Giovanni La Via, Astrid Lulling, Robert Sturdy |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
L-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja bilaterali u l-mekkaniżmu ta' stabbilizzazzjoni għall-banana tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali |
||||
Referenzi |
COM(2011)0599 – C7-0306/2011 – 2011/0263(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
3.10.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 12.10.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET 17.11.2011 |
AGRI 12.10.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AFET 14.11.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jörg Leichtfried 11.10.2011 |
|
|
|
|
Bażi legali kkontestata Data tal-opinjoni tal-JURI |
JURI 31.5.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
1.3.2012 |
27.3.2012 |
25.4.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
12.7.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 1 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, John Attard-Montalto, Maria Badia i Cutchet, Nora Berra, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle de Sarnez, Harlem Désir, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Iuliu Winkler |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Małgorzata Handzlik, Jörg Leichtfried |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Thomas Mann |
||||
Data tat-tressiq |
17.7.2012 |
||||