Proċedura : 2011/0206(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0239/2012

Testi mressqa :

A7-0239/2012

Dibattiti :

PV 21/11/2012 - 17
CRE 21/11/2012 - 17

Votazzjonijiet :

PV 22/11/2012 - 13.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0446

RAPPORT     ***I
PDF 889kWORD 536k
17.7.2012
PE 487.805v01-00 A7-0239/2012

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan miltiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

(COM(2011)0470 – C7‑0220/2011 – 2011/0206(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur għal opinjoni: Marek Józef Gróbarczyk

EMENDI
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan miltiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

(COM(2011)0470 – C7‑0220/2011 – 2011/0206(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0470),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0220/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0239/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha sustanzjalment jew tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, telenka s-salamun bħala speċi ta’ interess għall-Unjoni Ewropea u l-miżuri meħuda għandhom jitfasslu skont din id-Direttiva sabiex ikun żgurat li l-isfruttar tagħhom ikun kompatibbli ma’ status favorevoli ta’ konservazzjoni. Għalhekk hemm il-ħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-miżuri biex ikun protett is-salamun, li jittieħdu skont dan ir-Regolament, ikunu konsistenti u koordinati ma’ dawk meħuda skont id-Direttiva msemmija.

(4) Id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, telenka s-salamun bħala speċi ta’ interess għall-Unjoni Ewropea u l-miżuri meħuda għandhom jitfasslu skont din id-Direttiva sabiex ikun żgurat li l-isfruttar tagħhom ikun kompatibbli ma’ status favorevoli ta’ konservazzjoni. Għalhekk hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-miżuri biex ikun protett is-salamun, li jittieħdu skont dan ir-Regolament, ikunu konsistenti u koordinati ma’ dawk meħuda skont id-Direttiva msemmija. Il-projbizzjoni tas-sajd tal-konz bl-imrejkba huwa wkoll mod importanti kif jittejbu l-istokkijiet tas-salamun, peress li hekk jitnaqqas ir-rimi ta' salamun żgħir.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni maqbul waqt is-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg fl-2002 jiddikjara li l-istokkijiet kummerċjali kollha għandhom jerġgħu jinġiebu għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015. L-ICES jikkunsidra li għall-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar tal-Baltiku dan il-livell jikkorrispondi għal livell ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) ta’ bejn 60 % u 75 % tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal xmajjar differenti tas-salamun selvaġġ. Dan il-parir xjentifiku għandu jikkostitwixxi l-bażi sabiex ikunu stabbiliti l-għanijiet u l-miri tal-pjan multiannwali.

(6) Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni maqbul waqt is-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg fl-2002 jiddikjara li l-istokkijiet kummerċjali kollha għandhom jerġgħu jinġiebu għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015. Dan kien rekwiżit ġuridiku skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar mill-1994. Il-HELCOM jikkunsidra li għall-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar tal-Baltiku dan il-livell jikkorrispondi għal livell ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) ta’ 80 % tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal xmajjar differenti tas-salamun selvaġġ. Dan il-parir xjentifiku għandu jikkostitwixxi l-bażi sabiex ikunu stabbiliti l-għanijiet u l-miri tal-pjan multiannwali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-kapaċità ta’ produzzjoni tas-smolt hija indikatur approssimattiv tal-kundizzjoni tas-saħħa tas-smolt fi kwanunkwe xmara individwali. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti numru ta’ regoli qabel ma jkun possibbli li l-produzzjoni tas-smolt tintuża bħala indikatur. Barra minn hekk, il-livell ta’ produzzjoni tas-smolt huwa affettwat minn numru ta’ fatturi li jagħmluha diffiċli tiżola l-korrelazzjoni bejn il-produzzjoni tas-smolt u l-kundizzjoni tas-saħħa tal-istokk tas-salamun. Il-livell ta’ salamun ta’ sess femminili li jirritorna lejn ix-xmajjar għandu għaldaqstant jintuża bħala indikatur sekondarju vijabbli tal-kundizzjoni tas-saħħa tal-istokk tas-salamun.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-parir xjentifiku jiddikjara li l-proċeduri tal-istokkjar jista’ jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti fuq id-diversità ġenetika tal-istokk tas-salamun tal-Baltiku u li hemm riskju li l-għadd kbir ta’ ħut imrobbi li jiġi rilaxxat fil-Baħar Baltiku kull sena jkun qed jaffettwa l-integrità ġenetika tas-salamun selvaġġ u għalhekk għandu jitneħħa gradwalment. Għalhekk, il-kundizzjoni tar-riliaxxi għandha tkun stabbilita f'dan il-pjan multiannwali.

(12) Il-parir xjentifiku jiddikjara li proċeduri mhux adegwati tal-istokkjar jista’ jkollhom implikazzjonijiet sinifikanti fuq id-diversità ġenetika tal-istokk tas-salamun tal-Baltiku. Hemm ukoll riskju li l-għadd kbir ta’ ħut imrobbi li jiġi rilaxxat fil-Baħar Baltiku kull sena jista’ jaffettwa l-integrità ġenetika tal-popolazzjonijiet tas-salamun selvaġġ. Għaldaqstant, l-istokkjar għandu jkun suġġett għal kontrolli aktar stretti. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ksib ta' materjal ġenetiku għat-tnissil u t-trobbija tal-materjal tal-istokkijar tas-salamun, kif ukoll il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-proċeduri tal-istokkjar, għandhom ikunu stabbiliti f’dan il-pjan multiannwali, sabiex jiġi żgurat li l-istokkjar ma jkollux effett ħażin fuq id-diversità ġenetika.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Madankollu, peress li r-rilaxxi tas-salamun bħalissa jistgħu jkunu obbligatorji f’ċerti Stati Membri, u sabiex l-Istati Membri jingħataw żmien biżżejjed biex jaġġustaw ruħhom għal dawn ir-rekwiżiti, ir-rilaxxi tas-salamun għajr l-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett għandhom jibqgħu awtorizzati matul perjodu tranżitorju ta’ seba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(14) Madankollu, ir-rilaxxi tas-salamun għajr l-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett ma għandhomx ikomplu jiġu awtorizzati wara perjodu ta’ għaxar snin jekk, sa tmiem dak il-perjodu, il-produzzjoni ta’ salamun żgħir selvaġġ tkun laħqet it-80% tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni tas-salamun żgħir (smolt) fi xmara partikolari. Jekk dik il-mira ma tintlaħaqx, ir-rilaxx tas-salamun għajr l-istokkjar u l-istokkjar mill-ġdid dirett jista’ jkompli jsir għal għaxar snin oħra ladarba l-Istat Membru kkonċernat ikun analizza u neħħa l-kawżi li jkunu wasslu sabiex il-mira ma ntlaħqitx. Huwa possibbli li r-rilaxx tas-salamum huwa fil-preżent mandatorju f’ċerti Stati Membri u jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw żmien biex jaġġustaw ruħhom għal dawn ir-rekwiżiti.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Bil-għan li jiġi rrealizzat sajd sostenibbli, il-fiduċja ta' bejn il-partijiet interessati u l-metodi li huma jużaw biex jikkomunikaw ma' xulxin trid tittejjeb.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Parti sostanzjali tal-bastimenti kostali li jistadu għas-salamun huma inqas minn 10 m fit-tul. Għal din ir-raġuni l-użu ta’ ġurnal ta’ abbord tas-sajd kif previst bl-Artikolu 14 u n-notifika minn qabel kif previst bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-bastimenti kollha.

(16) Parti sostanzjali tal-bastimenti kostali li jistadu għas-salamun huma inqas minn 10 m fit-tul. Għal din ir-raġuni l-użu ta’ ġurnal ta’ abbord tas-sajd kif previst bl-Artikolu 14 u n-notifika minn qabel kif previst bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-bastimenti kummerċjali tas-sajd u l-bastimenti tas-servizz kollha.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

L-Istati Membri għandhom isaħħu s-sistemi ta’ kontroll u ta’ notifika minn qabel għall-bastimenti rikreattivi li jintużaw għas-sajd bil-qasba u tipi oħra ta’ sajd, bil-għan li jiżguraw sistema sempliċi u effettiva u biex jippromwovu s-sajd sostenibbli

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)

Għandu jiġi stabbilit daqs minimu tal-ħut biex jitniżżel l-art fir-rigward tat-trota tal-baħar (Salmo trutta) u s-salamun (Salmo salars), fis-subdiviżjonijiet 22-32 tal-ICES, bħala deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005 u l-Anness IV tal-imsemmi Regolament1.

 

_________________

 

ĠU 349, 31.12.2005, p. 1.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-parir xjentifiku reċenti juri li s-sajd rikreattiv għas-salamun fil-baħar għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tas-salamun, anke jekk il-kwalità tad-dejta f’dan ir-rigward mhix ta’ livell ta’ preċiżjoni għoli. B’mod partikolari, is-sajd rikreattiv imwettaq abbord bastimenti mħaddma minn impriżi li joffru s-servizzi tagħhom għall-gwadann jista’ potenzjalment ikun responsabbli għal parti importanti tal-qbid tas-salamun tal-Baltiku. Għalhekk, huwa xieraq għall-funzjonament tal-pjan multiannwali li jiġu introdotti ċerti miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni għall-kontroll ta’ tali attivitajiet.

(19) Il-parir xjentifiku reċenti juri li s-sajd rikreattiv għas-salamun għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tas-salamun, anke jekk il-kwalità tad-dejta f’dan ir-rigward mhix ta’ livell ta’ preċiżjoni għoli. Għalhekk, huwa xieraq għall-funzjonament tal-pjan multiannwali li jiġu introdotti ċerti miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni għall-kontroll ta’ tali attivitajiet ta’ sajd rikreattiv.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

L-istabbiliment ta’ sistemi ta’ rappurtar ibbażati fuq l-Internet fi ħdan l-Istati Membri jew bejniethom għandu jiġi inkuraġġit u appoġġjat sabiex ir-rappurtar isir jerġa’ eħfef. L-informazzjoni dwar qabdiet rappurtati għandha tkun pubblikament disponibbli. Madankollu, iż-żoni tas-sajd speċifiċi tal-qabda m’għandhomx jiġu żvelati, sabiex jiġi evitat li l-inċentivi għas-sajjieda jimmiraw għal din iż-żona tas-sajd speċifika.

Emenda  12

Proposta għal regolament

PREMESSA 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri amministrattivi u l-passi kriminali meħtieġa biex jindirizzaw b’mod organizzat u deċiżiv il-kwestjoni tas-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) sajd kummerċjali fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar magħqudin miegħu fit-territorju tal-Istati Membri (minn hawn’il quddiem imsejħa l-Istati Membri kkonċernati);

(a) sajd kummerċjali u sajd rikreattiv fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar magħqudin miegħu fit-territorju tal-Istati Membri (minn hawn’il quddiem imsejħa “l-Istati Membri kkonċernati”);

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sajd rikreattiv għas-salamun fil-Baħar Baltiku fejn tali sajd jitwettaq permezz ta’ bastimenti tas-servizz.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikoku 3 - paragrafu 2 - ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) “sajd rikreattiv” tfisser, bħala deroga mill-Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) 1224/20091, suriet ta’ sajd li mhumiex kummerċjali li jutilizzaw kwalunkwe tip ta’ bastiment tas-sajd u rkaptu tas-sajd għal finijiet kemm kummerċjali u kemm mhumiex;

 

_________________

 

1 ĠU L 343, 22.12.2009, p.1.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 5 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li jkunu laħqu l-50% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tilħaq il-75 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li jkunu laħqu l-50% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tilħaq it-80% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara fi żmien seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) selvaġġ għandha tilħaq il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara fi żmien ħames snin u 75 % fi żmien għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) selvaġġ għandha tilħaq il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara fi żmien ħames snin u 80 % fi żmien tnax-il sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Wara għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tinżamm f’livell ta’ mill-inqas 75 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) f’kull xmara tas-salamun selvaġġ.

3. Wara tnax-il sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tinżamm f’livell ta’ mill-inqas 80 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) f’kull xmara tas-salamun selvaġġ.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jistabbilixxu, għal kull xmara tas-salamun selvaġġ, miri oħra aktar stretti.

4. L-Istati Membri kkonċernati jistgħu jistabbilixxu, għal kull xmara tas-salamun selvaġġ, miri oħra aktar stretti, bħalma huma dawk ibbażati fuq il-għadd ta’ ħut li jferragħ li jerġa’ lura.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jipprovdu u jippubblikaw rapporti bid-data tas-salamun ta’ sess femminili li jerġa’ lura lejn ix-xmara tiegħu.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull tliet snin il-kompattibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu abbażi tal-għanijiet u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull sena l-kompattibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu abbażi tal-għanijiet u l-miri stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu tal-kwota nazzjonali mill-bastimenti tas-servizz

L-użu tal-kwota nazzjonali fil-kuntest ta’ attivitajiet ta’ sajd rikreattiv

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-salamun li jinqabad mill-baħar permezz ta’ bastimenti tas-servizz għandu jingħadd mal-kwota nazzjonali.

Is-salamun li jinqabad fil-baħar f’attivitajiet ta’ sajd rikreattiv u minn żoni ta' sajd tal-kosta u tax-xmajjar rikreattiv għandu jingħadd mal-kwota nazzjonali.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu l-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni.

1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu l-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu, iżommu u, jekk meħtieġ, itejbu l-miżuri tekniċi nazzjonali eżistenti ta' konservazzjoni sa ...*.

 

_________________

 

* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-linji gwida tal-Għajnuna mill-Istat bil-ħsieb li tiffaċilita l-possibilitajiet li l-Istati Membri jikkumpensaw għall-ħsara kkawżata mill-foki u l-marguni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Kapitolu IVa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu IVa (ġdid)

 

Daqs minimu tas-salamun u t-trota tal-baħar biex jitnizzel l-art

 

Bħala deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2187/2005, id-daqs minimu tas-salamun biex jitniżżel l-art għandu jkun ta’ 60 cm u d-daqs minimu tat-trota tal-baħar biex jitniżżel l-art għandu jkun ta’ 50 cm, f’kull waħda mis-subdiviżjonijiet tal-ICES imsemmija fl-Artikolu 3(2)(a).

 

_________________

 

1 ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull tliet snin il-kompattibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikoli 9 u 10, b’mod partikolari fejn ix-xmajjar tas-salamun selvaġġ jgħaddu minn diversi Stati Membri, abbażi tal-miri u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull sena l-kompattibbiltà u l-effikaċja tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikoli 9 u 10, b’mod partikolari fejn ix-xmajjar tas-salamun selvaġġ jgħaddu minn diversi Stati Membri, abbażi tal-miri u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-istokkjar tas-salamun jista’ jsir biss fi xmara tas-salamun selvaġġ. L-għadd ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jiġi rilaxxat m’għandux jaqbeż il-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali stmata tas-salamun żgħir tax-xmara.

1. L-istokkjar tas-salamun jista’ jsir biss fi xmajjar tas-salamun selvaġġ meta dan ikun meħtieġ biex tiġi pprevenuta l-qerda kompleta tal-istokk lokali.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-istokkjar għandu jsir b’tali mod li tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jkunu kkunsidrati il-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib filwaqt li jittieħed il-massimu tal-effett tal-istokkjar.

2. L-istokkjar għandu jsir b’tali mod li tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika u l-varjabilità tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib filwaqt li jiġu massimizzati l-effetti tal-istokkjar. Is-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar għandu jiġi mill-eqreb xmara ta' salamun selvaġġ possibbli.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Is-salamun żgħir li jgħaddi għal ġol-baħar li jkun maħsub għall-istokkjar għandu jiġi mmarkat billi l-ġwienaħ imxaħħmin tiegħu jiġu kklippjati.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu billi timplimenta atti adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(2).

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni ...*, u b’hekk tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ix-xmara jkollha passaġġi tal-ilma migratorji ħielsa, kwalità ta’ ilma xierqa u ħabitat adattat għall-produzzjoni u t-tkabbir tas-salamun;

(a) ix-xmara jew it-tributarji tagħha jkollhom passaġġi tal-ilma migratorji ħielsa, kwalità ta’ ilma xierqa u ħabitat adattat għar-riproduzzjoni u t-tkabbir tas-salamun;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Oriġini tal-ħut matur u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt)

 

Il-ħut matur u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandhom joriġinaw mill-istess xmara tas-salamun selvaġġ jekk ikun possibbli, jew jekk dan mhuwiex possibbli, mill-eqreb baċin ta’ xmara tas-salamun selvaġġ possibbli.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) L-istokkjar għandu jsir b’tali mod li jsalvagwardja d-diversità ġenetika tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib, filwaqt li jiġi mmassimizzati l-effetti tal-istokkjar.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) Is-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jkun maħsub għall-istokkjar għandu jiġi mmarkat billi l-ġwienaħ imxaħħmin tiegħu jiġu kklippjati.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istokkjar mill-ġdid dirett skont il-paragrafu 1 għandu jiġi kkunsidrat bħala miżura ta’ konservazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd.

Il-Prinċipju ta’ Min Iniġġes Iħallas għandu jkun il-prinċipju gwida fir-riabilitazzjoni tal-passaġġi tal-ilma. L-istokkjar mill-ġdid dirett skont il-paragrafu 1 għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala miżura ta’ konservazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 38(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rilaxxi tas-salamun għajr dawk magħmula skont l-Artikoli 12 u 13 jistgħu jissuktaw sa 7 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ir-rilaxxi tas-salamun għajr dawk magħmula skont l-Artikoli 12 u 13 jistgħu jissuktaw sa ...*, u għandhom jiġu vvalutati b’attenzjoni. Għat tmiem gradwali għandu jintuża aproċċ li jqis kull xmara individwalment. Dan għandu jiġi amministrat mill-aġenziji lokali, reġjonali u/jew nazzjonali tal-Istati Membri u għandu jinvolvi wkoll il-partijiet interessati lokali u jagħmel użu mill-kompetenza tagħhom fir-rigward tar-ristawr tal-ħabitat u ta’ miżuri oħra. Id-deċiżjonijiet nazzjonali legalment vinkolanti dwar l-użu ta’ rikorsi ekonomiċi użati attwalment għall-istokkjar mill-ġdid, għandhom jiġu diretti mill-ġdid biex jappoġġjaw lis-sajjieda li potenzjalment jintlaqtu ħażin mill-effetti negattivi ta’ tmiem gradwali.

 

* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Barra minn hekk, l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/20091, kif ukoll l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1224/20092, għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sajd rikreattiv kollu tas-salamun fil-Baħar Baltiku.

 

________________

 

ĠU L 343, 22.12.2009, p.1.

 

2 ĠU L 112, 22.12.2009, p.1.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea ta’ kwalunkwe tul li jkollhom permess tas-sajd għas-salamun għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord għall-operazzjonijiet kollha tagħhom skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

B’deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea ta’ kwalunkwe tul li jkollhom permess tas-sajd għas-salamun, kif ukoll il-kaptani ta' bastimenti tas-servizz użati għal sajd bil-qasba jew għal tipi oħra ta' sajd, għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord għall-operazzjonijiet kollha tagħhom skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mis-sentenza introduttorja tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea ta’ kwalunkwe tul li jkollhom abbord salamun u/jew trota tal-baħar għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, immedjatament wara t-tlestija tal-operazzjoni tas-sajd, bl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

B’deroga mis-sentenza introduttorja tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea ta’ kwalunkwe tul, kif ukoll tal-bastimenti tas-servizzi, li jkollhom abbord salamun u/jew trota tal-baħar għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, immedjatament wara t-tlestija tal-operazzjoni tas-sajd, bl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dikjarazzjoni tal-qbid

Id-dikjarazzjonijiet tal-qbid għall- attivitajiet ta’ sajd rikreattiv

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kaptan tal-bastiment tas-servizz għandu jimla d-dikjarazzjoni tal-qbid skont l-Anness III u jippreżentaha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-servizz sal-aħħar jum ta’ kull xahar.

1. It-tipi kollha ta’ attivitajiet ta’ sajd rikreattiv għandhom jimlew dikjarazzjoni tal-qbid u jirrapportaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera sal-aħħar jum ta’ kull xahar.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni rreġistrata fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid permezz ta’ spezzjonijiet tal-ħatt l-art. Dawn l-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom ikopru spezzjoni ta’ mill-inqas 10 % tal-għadd totali tal-ħatt l-art li jsir.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni rreġistrata fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid permezz ta’ spezzjonijiet tal-ħatt l-art. Dawn l-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom ikopru spezzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-għadd totali tal-ħatt l-art li jsir. L-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għandha twettaq kontrolli effettivi u għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu spezzjonijiet aktar iffukati u b’miri speċifiċi fiż-żoni fejn huwa ssuspettat jew fejn ġie rrappurtat li qed isir is-sajd IUU.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Kontroll tas-sajd rikreattiv

 

L-arranġamenti għall-kontroll tal-attivitajiet ta’ sajd rikreattiv għall-finijiet tar-Regolament preżenti għandhom ikunu msejsa b'mod partikolari fuq l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fuq l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament (UE) Nru 404/2011.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) il-konformità mar-regoli dwar l-użu tal-kwoti, l-awtorizzazzjoni għall-attività u d-dikjarazzjoni tal-qbid mill-bastimenti tas-servizz;

b) il-konformità mar-regoli dwar l-użu tal-kwoti, l-awtorizzazzjoni għall-attività u d-dikjarazzjoni tal-qbid mill-bastimenti tas-servizz, u sajd rikreattiv li juża kull tip ta' rkaptu;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw kundizzjonijiet dettaljati għat-tmexxija tal-attività ta’ elettrosajd abbażi tal-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

Sa mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati tal-istudji xjentifiċi li jkunu saru dwar l-influwenza tal-predaturi, b'mod partikolari l-foki u l-marguni, fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji għandhom ifornu l-bażi ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-popolazzjonijiet tal-predaturi li jkollhom influwenza fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku, li l-Kummissjoni għandha tfassal u li għandu jidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-2016.

 

___________________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 22b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sa mhux aktar tard minn ...*, il-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-riżultati tar-riċerka xjentifika li tkun twettqet fir-rigward tar-rimi u l-qabdiet inċidentali tas-salamun fl-attivitajiet tas-sajd kollha tal-Baħar Baltiku kkonċernati.

 

___________________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 23 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni adottati skont il-Kapitolu V u dwar jekk laħqux l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 fit-tielet sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad kull tliet snin.

1. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni adottati skont il-Kapitolu V u dwar jekk laħqux l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 fi ... * u mbagħad kull sena wara din id-data.

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ta’ sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 23 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-kisba tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5 fis-sitt sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad kull sitt snin. Ir-rapport tal-Istat Membru għandu jipprovdi b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

2. 2. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-kisba tal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5 fit-tielet sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u mbagħad kull tielet sena. Ir-rapport tal-Istat Membru għandu jipprovdi b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta Stat Membru kkonċernat ma jistabbilixxix jew ma jippubblikax, sad-data ta’ skadenza stabbilita, il-miżuri stipulati fl-Artikoli 6 jew 11, jew fejn miżuri bħal dawn jitqiesu bħala mhux adegwati u/jew mhux effettivi wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 6.4 u 11.1, l-għoti tas-setgħa lill-Istat Membru kkonċernat imsemmija fl-Artikoli 6 jew 11 għandha tiġi rrevokata mill-Kummissjoni. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard li tkun speċifikata fiha.

Meta l-Istati Membri kkonċernati ma jistabbilixxux jew ma jippubblikawx, sad-data ta’ skadenza stabbilita, il-miżuri stipulati fl-Artikoli 6 jew 11, jew fejn miżuri bħal dawn jitqiesu bħala mhux adegwati u/jew mhux effettivi wara l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 6.4 u 11.1, l-għoti tas-setgħa lill-Istat Membru kkonċernat imsemmija fl-Artikoli 6 jew 11 għandha tiġi rrevokata mill-Kummissjoni. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1)

ĠU C 68, 6.3.2012, p. 47.


NOTA SPJEGATTIVA

The multiannual plan for conserving Baltic salmon is a vital part of the management of marine resources in the context of the CFP reform. As part of the assessment of the impact on salmon stock levels in the Baltic Sea, wide-ranging consultations have been held with stakeholders, including fishermen, non-governmental organisations, anglers, advisory bodies, such as the Baltic Sea Regional Advisory Council (BS RAC) and the International Council for the Exploration of the Sea (ICES), government and local authority representatives from the various countries involved, the Committee of the Regions, etc. Many detailed questions have been put to the Commission on issues of controversy among interested parties, on subjects such as recreational fishing or the allocation of fishing quotas among the individual countries. The information obtained through this process highlights the lack of much essential data, which made this report more difficult to compile. Il-pjan multiannwali għall-konservazzjoni tas-salamun tal-Baltiku huwa parti vitali mill-ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar fil-kuntest tar-riforma tal-PKS. Bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt fuq il-livelli tal-istokkijiet tas-salamun fil-Baħar Baltiku, tmexxew konsultazzjonijiet wiesgħa mal-partijiet interessati, li jinkludu s-sajjieda, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-sajjieda bil-qasba, il-korpi konsultattivi bħalma huma l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku (BS RAC) u l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), ir-rappreżentanti tal-gvernijiet u tal-awtoritajiet lokali mid-diversi pajjiżi involuti, il-Kumitat tar-Reġjuni, eċċ. Għadd kbir ta’ mistoqsijiet dettaljati ġew indirizzati lill-Kummissjoni dwar xi punti li kienu s-suġġett ta’ kontroversji fost il-partijiet interessati, u li kienu jikkonċernaw suġġetti bħalma huma s-sajd rikreattiv jew l-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd fost il-pajjiżi differenti. It-tagħrif miksub permezz ta’ dan il-proċess jenfasizza n-nuqqas ta’ ħafna data essenzjali, sitwazzjoni li rrendiet il-kumpilazzjoni tar-rapport preżenti aktar diffiċli.

Sajd rikreattiv

Is-sajd rikreattiv huwa wieħed mill-attivitajiet li għandhom impatt kbir fuq il-livell tal-istokkijiet tal-salamun tal-Baltiku, impatt li mhuwiex ivvalutat b’mod korrett minħabba n-nuqqas ta’ kontroll adegwat jew minħabba l-fatt li l-Istati Membri ma jwettqux l-obbligu tagħhom li jgħaddu t-tagħrif lill-partijiet ikkonċernati. Din is-sitwazzjoni ġabet żvilupp bla kontroll tas-sajd rikreattiv li, bl-introduzzjoni ta’ ismijiet ta’ entitajiet speċifiċi bħalma hu “bastiment tas-servizz”, ma jistax jiġi kkontrollat, ħaġa li tikkontribwixxi għaż-żieda tal-qabdiet mhux iddikjarati tas-salamun tal-Baltiku. Hemm irrapportat ukoll li tagħmir tas-sajd bl-aħħar teknoloġija qed jiġi utilizzat għas-sajd rikreattiv, bħalma huma x-xbieki rmunkati, jew li dak li jkun jimblokka l-passaġġ tas-salamun fix-xmajjar permezz ta’ għeżula tal-wiċċ ta’ tul li jilħaq il-100 metru. Dan huwa għalkollox kuntrarju għall-kunċett tas-sajd rikreattiv li, skont id-definizzjoni tiegħu, għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ kultura tas-sajd sostenibbli, b'tali mod li jtejjeb l-attrazzjoni turistika ta' reġjuni li jiddependu minn din il-fergħa ta' attivitajiet. Is-sajd fuq skala żgħira għandu rwol partikolarment importanti xi jwettaq fil-promozzjoni tas-suriet kollha ta' sajd sostenibbli u responsabbli, billi jmexxi 'l quddiem fost oħrajn is-sajd rikreattiv tas-salamun filwaqt li jistrieħ fuq prinċipji ta’ kontroll li jiġu applikati b'mod ċar u trasparenti.

Bħalissa aħna affrontati minn nuqqas ġenerali ta’ data u għalhekk minn nuqqas ta’ għarfien xjentifiku fuq l-ambitu tas-sajd rikreattiv u dwar l-impatt li għandu fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku fil-pajjiżi differenti. Ir-rapport preżenti għandu l-għan li jippreżenta regoli ċari li jkunu jippermettu li jiġu unifikati l-prinċipji ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jirrigwardaw is-sajd rikreattiv. Ir-rapporteur iqis li l-attivitajiet ta’ sajd rikreattiv eżerċitati kif għandu jkun jikkontribwixxu bil-kbir għall-iżvilupp ta' suriet alternattivi ta' sajd, filwaqt li jġibu magħhom tkabbir sostenibbli tar-reġjuni li jiddependu mis-sajd.

Parir tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Baħar Baltiku

F’konformità mal-prattika attwali, il-Kummissjoni, għall-pjanifikazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea, għandha tagħti kont tal-pariri tal-kunsilli konsultattivi reġjonali. Jeħtieġ għalhekk li jiġi nnutat li l-parir tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku rigward il-ġestjoni tal-istokkijiet tal-salamun tal-Baltiku huwa definit b’mod ċar, dwar ċerti punti essenzjali, mill-pjan ta’ ġestjoni ppreżentat mill-Kummissjoni. Id-differenzi prinċipali għandhom x’jaqsmu mal-valuri speċifikati għall-istokkijiet tas-salamun selvaġġ tax-xmajjar, ir-rata ta’ mortalità mis-sajd għall-istokkijiet tas-salamun fil-baħar, l-abbandun progressiv tal-istokkjar li ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost, kif ukoll l-eżiġenzi relatati maż-żamma ta' ġurnali ta’ abbord jew ukoll in-notifika minn qabel. Il-kwestjonijiet imsemmija hawn fuq jikkostitwixxu l-bażi tal-pjan ta’ ġestjoni tal-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku. F’dan il-kuntest, ir-rapporteur jixtieq jenfasizza li l-pożizzjoni diverġenti tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku fir-rigward ta’ dawn il-kwestjonijiet tista’ ġġib konflitti jew ċaħda tal-komunità fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni. Dan jikkonferma l-ħtieġa li wieħed jipproċedi sistematikament għal konsultazzjonijiet wiesgħa tal-partijiet interessati waqt li jkunu qed jiġu mfassla l-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd fl-Unjoni Ewropea, bl-objettiv li jinstabu soluzzjonijiet ta’ kompromess li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ambjent u għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd.

Influwenza tal-predaturi fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku

Waqt it-tfassil tar-rapport preżenti, sar sforz doppju biex issir valutazzjoni tal-influwenza li għandhom il-predaturi, b'mod partikolari l-foki u l-marguni, fuq l-istokkijiet tas-salamun Baltiku. Mill-analiżi tad-dokumenti ppubblikati dwar is-suġġett joħroġ li hemm nuqqas ta’ studji affidabbli u fattwali dwar il-kwestjoni. Għadd kbir ta’ għejun jindikaw li l-predaturi għandhom influwenza maġġuri fuq il-livell ta’ tnissil tas-salamun, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-għadd ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li hemm fix-xmajjar. Ir-rapporteur iqis li jeħtieġ li jsiru studji xjentifiċi ta' reqqa kbira biex jiġi vvalutat il-għadd, it-tip u l-influwenza tal-ispeċijiet differenti ta’ predaturi fuq l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku.

Punti prinċipali tar-rapport

Riproduzzjoni

Ir-rapporteur iqis li l-livell ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandu jiġi ffissat għal 80% tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni tas-smolt fix-xmajjar differenti li joffru ħabitat lis-salamun selvaġġ, f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-HELCOM. Dan il-livell jikkostitwixxi l-bażi tat-tnissil naturali, u jikkawża konsegwentement iż-żieda tal-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku. Il-proposta li jiġi limitat l-istokkjar li mhux kopert mill-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament, fis-sitwazzjonijiet fejn hemm nuqqas ta’ data adegwata dwar is-suġġett jew meta l-popolazzjoni tas-salamun tonqos, jista’ jkollha effetti dannużi u twassal biex ikompli jonqos l-istokk ta’ din l-ispeċi.

Dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Ir-rapporteur iqis li jeħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jitwessa’ b’tali mod li jiġbor fih ukoll is-suriet kollha ta’ sajd rikreattiv.

Kontrolli

Ir-rapporteur huwa favur li jsir kontroll aktar strett tal-qabdiet u jipproponi għalhekk li tal-anqas 50% tal-qabdiet li jitniżżlu l-art f'kull Stat Membru jiġu ssorveljati. Wieħed mill-elementi essenzjali tar-rapport hu l-introduzzjoni ta’ kontroll sħiħ u totali fuq it-tipi kollha ta’ sajd rikreattiv u l-obbligu li jiġu ddikjarati l-qabdiet li jsiru fil-kuntest ta' dan it-tip ta' sajd. Mill-analiżi tar-rapporti ta’ kontroll tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd rigward il-pajjiżi Baltiċi joħroġ li l-livell ta’ kontroll mhuwiex biżżejjed, fatt li jista’ jagħti lok għal għadd konsiderevoli ta’ qabdiet mhux iddikjarati. Ir-rapporteur, f’konformità mal-parir tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku, iqis li l-bastimenti tas-sajd li ma jaqbżux it-12-il metru m’għandhomx jiġu sottomessi għall-obbligu li jżommu ġurnali ta’ abbord u l-anqas għall-obbligu li jinnotifikaw lill-awtoritajiet minn qabel. Fid-dawl ta’ dan li ntqal hawn fuq, jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lill-utilizzazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-qabdiet u liż-żieda tal-għadd ta' kontrolli fil-portijiet bħala mezzi biex isir kontribut għar-rikostituzzjoni tal-istokkijiet tas-salamun.

Revoka tad-delega tas-setgħat mogħtija lill-Istati Membri mill-Kummissjoni

Jeħtieġ li jiġi innutat li, fil-proposta tagħha għal regolament dwar l-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku, il-Kummissjoni tiddelega lill-Istati Membri setgħat f’dik li hija regolamentazzjoni ta’ ċerti oqsma li huma meqjusa li jirriżultaw mill-kompetenza esklussiva tal-Unjoni (konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar). Il-Kummissjoni tesprimi b’hekk l-appoġġ tagħha għar-reġjonalizzazzjoni u għad-deċentralizzazzjoni tal-ġestjoni fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd. Hija tirriżerva madankollu d-dritt li tintervjeni fil-każ fejn Stat Membru ma jweġibx għall-eżiġenzi, li jinsabu fir-Regolament, maħsuba biex iwasslu għar-rikostituzzjoni tal-istokkijiet ta’ salamun tal-Baltiku. Jeħtieġ li l-atti ddelegati jitqiesu bħala element pożittiv tal-unifikazzjoni tal-PKS, li jkun jippermetti lill-Kummissjoni, fil-qafas tar-Regolament preżenti, teżerċita kontroll aħjar u taġixxi b'mod aktar effikaċi f’dak li jirrigwarda d-delega ta’ setgħat lill-Istati Membri kkonċernati.

Ir-rapporteur jemmen, madankollu, li r-revoka tad-delega tas-setgħat mogħtija lill-Istati Membri kkonċernati mill-Kummissjoni għandha ssir f’konformità mal-proċedura definita fl-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (3.5.2012)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan miltiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

(COM(2011)0470 – C7‑0220/2011 – 2011/0206(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Carl Schlyter

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Is-salamun jipproduċi, jew kien jipproduċi, f'ħafna xmajjar madwar il-Baltiku, u kull tip għandu popolazzjoni ġenetika unika. Matul is-snin, ħafna minn dawn il-popolazzjonijiet li jistgħu jipproduċu naqsu drammatikament jew spiċċaw għal kollox. Filwaqt li hemm diversi xmajjar li għad għandhom popolazzjonijiet vijabbli, il-biċċa l-kbira tas-salamun selvaġġ (għall-kuntrarju tas-salamun imkabbar biex jiġi stokkjat) jiġi miż-żoni tat-Tramuntana, speċjalment mix-xmajjar tat-Tramuntana tal-Isvezja u tal-Finlandja fil-Golf ta' Bothnia. Band'oħra, it-tniġġis, il-qerda tal-ħabitat, digi idroelettriċi u problemi oħra maħluqa mill-bniedem kienu responsabbli għat-tnaqqis fl-abbundanza tal-popolazzjoni tagħhom.

Is-salamun fil-Baħar Baltiku jinqabad fil-baħar stess, fl-ilmijiet kostali u f'uħud mix-xmajjar. F'ħafna każi, il-popolazzjonijiet tax-xmajjar jiżdiedu minħabba li l-friegħ tas-salamun jinqabad hemm, l-aktar minħabba li x-xmajjar ikunu ġew imblukkati mid-digi idroelettriċi jew minħabba xi degradazzjoni oħra.

L-ICES tagħti pariri dwar is-salamun u preżentement qed tagħti stampa pjuttost pessimista.

· ftit xmajjar għad għandhom popolazzjonijiet vijabbli li jipproduċu;

· is-sopravvivenza taż-żgħar kienet baxxa wisq għal ħafna snin u dan għal raġunijiet mhux magħrufa;

· is-sajd għal kull tip ta' ħut lil hinn mill-kosta jaqbad kull tip ta' stokk, anke dawk li huma dgħajfa, u għalhekk jagħmilha diffiċli li s-salamun jerġa' jidħol fix-xmajjar f'ħabitat adattat;

· reċentement ġew stabbiliti qabdiet totali permessi f'livelli ogħla mill-parir xjentifiju;

· l-isforz lil hinn mill-kosta naqas fl-2008 minħabba l-projbizzjoni fuq id-driftnet għalkemm il-qabdiet bil-konz minn dak iż-żmien żdiedu;

· hemm wisq rappurtar mhux korrett fejn is-salamun jiġi rrapurtat bħala trota tal-baħar.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal pjan multiannwali hi għalhekk ferm milqugħa. Ċertament, il-proposta se twassal għal titjib sinifikanti fil-ġestjoni tas-sajd tas-salamun fil-Baltiku li ħafna jqisu li ilu li wasal żmienha. Il-fażi ta' tneħħija gradwali biex jerġa jikber l-istokk, minbarra f'xi sitwazzjonijiet partikolari, hi ta' min ifaħħarha.

Madankollu, il-pjan jeħtieġ li jissaħħaħ f'għadd ta' punti, speċjalment dwar is-sajd rikreattiv. Kull tip ta' sajd mhux kummerċjali tas-salamun (xbieki fissi, nases, sajd bil-qasba eċċ.) qed jiżdied fil-Baħar Baltiku u issa jammonta għal madwar kwart tal-qabdiet irrappurtati. Hu ferm importanti li dawn it-tipi ta' qabdiet ikunu sorveljati sew u jkunu parti mill-kwoti totali.

Hu kkalkulat li hemm ammonti kbar ta' qabdiet li mhumiex irrappurtati, u, skont l-aħħar informazzjoni tal-ICES, dan ilaħħaq għal nofs il-qabdiet irrapurtati fuq għadd ta' snin. Saru emendi biex jissaħħu l-kontrolli, b'mod partikolari billi jiżdiedu r-rekwiżiti ta' rappurtar u jiġi impost daqs minimu għas-salamun u t-trota tal-baħar ta' 65 cm; din il-miżura saret biex jonqos ir-rappurtar mhux korrett ta' salamun bħala trota tal-baħar.

Is-salamun jipproduċi fi xmajjar individwali f'popolazzjonijiet ġenetiċi distinti. Il-qbid tagħhom lil hinn mix-xtut, f'żoni tas-sajd għal kull tip, ma jippermetti l-ebda tip ta' selettività fir-rigward tas-salamun, minħabba li ħut minn diversi baċini tax-xmajjar, u għalhekk popolazzjonijiet differenti ta' ħut, jinqabdu flimkien. Dan iħalli impatti negattivi, minħabba li ħut minn popolazzjonijiet fil-periklu, jew salamun li qed jerġa' jkun introdott fi xmajjar, jinqabad flimkien ma' tipi ta' ħut vijabbli u li kapaċi jipproduċi lilu nnifsu. L-aħjar mod biex jiġi mmaniġġjat sew is-salamun hu li dan il-ħut jinqabad meta jidħol fix-xmajjar biex jipproduċi, u hekk tista' ssir għażla preċiża tal-ħut.

Saru emendi biex jintroduċu fażi li fiha jispiċċa s-sajd f'żoni lil hinn mix-xtut. Minħabba li dan jaffettwa s-sajd ta' xi Stati Membri aktar minn ta' oħrajn, qed nipproponu fażi ta' tnaqqis ta' tmin snin u, fl-aħħar ta' dak il-perjodu, is-sajd jista' jsir biss fil-linji ta' bażi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Skont l-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha l-kompetenza esklussiva għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Peress li s-salamun huwa speċi anadroma, il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-baħar tas-salamun tal-Baltiku ma tistax tinkiseb fin-nuqqas ta’ miżuri li jittieħdu sabiex ikunu mħarsa dawn l-istokkijiet matul il-ħajja tagħhom fix-xmara. Ghaldaqstant, dawn il-miżuri huma koperti wkoll bil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni sabiex jiżguraw il-konservazzjoni effettiva tal-ispeċijiet tal-baħar matul iċ-ċiklu migratorju kollu tagħhom u għandhom jiġu indirizzati fil-pjan multiannwali.

(3) Skont l-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha l-kompetenza esklussiva għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar. Peress li s-salamun huwa speċi anadroma, il-konservazzjoni tal-istokkijiet tas-salamun tal-Baltiku ma tistax tinkiseb mingħajr tneħħija gradwali ta' sajd ta' stokkijiet imħallta ta' salamun, lanqas ma tista' tinkiseb fin-nuqqas ta’ miżuri li jittieħdu sabiex ikunu mħarsa dawn l-istokkijiet matul il-ħajja tagħhom fix-xmara. Ghaldaqstant, dawn il-miżuri huma koperti wkoll bil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni sabiex jiżguraw il-konservazzjoni effettiva tal-ispeċijiet tal-baħar matul iċ-ċiklu migratorju kollu tagħhom u għandhom jiġu indirizzati fil-pjan multiannwali.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, telenka s-salamun bħala speċi ta’ interess għall-Unjoni Ewropea u l-miżuri meħuda għandhom jitfasslu skont din id-Direttiva sabiex ikun żgurat li l-isfruttar tagħhom ikun kompatibbli ma’ status favorevoli ta’ konservazzjoni. Għalhekk hemm il-ħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-miżuri biex ikun protett is-salamun, li jittieħdu skont dan ir-Regolament, ikunu konsistenti u koordinati ma’ dawk meħuda skont id-Direttiva msemmija.

(4) Id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, telenka s-salamun bħala speċi ta’ interess għall-Unjoni Ewropea u l-miżuri meħuda għandhom jitfasslu skont dik id-Direttiva sabiex ikun żgurat li l-isfruttar tagħhom ikun kompatibbli ma’ status favorevoli ta’ konservazzjoni. Għalhekk hemm il-ħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-miżuri biex ikun protett is-salamun, li jittieħdu skont dan ir-Regolament, ikunu konsistenti u koordinati ma’ dawk meħuda skont id-Direttiva msemmija. Sabiex ikun hemm tkabbir sostenibbli ta' stokkijiet ta' salamun, jeħtieġ li jitneħħa gradwalment is-sajd għal stokkijiet imħallta ta' salamun u dan jiġi sostitwit b'sajd separat għal kull stokk. Il-projbizzjoni ta' sajd tal-konz bl-imrejkba hu mod tajjeb ferm biex itejjeb l-istokkijiet tas-salamun, għaliex dan inaqqas ir-rimi ta' salamun żgħir.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni maqbul waqt is-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg fl-2002 jiddikjara li l-istokkijiet kummerċjali kollha għandhom jerġgħu jinġiebu għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015. L-ICES jikkunsidra li għall-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar tal-Baltiku dan il-livell jikkorrispondi għal livell ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) ta’ bejn 60 % u 75 % tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal xmajjar differenti tas-salamun selvaġġ. Dan il-parir xjentifiku għandu jikkostitwixxi l-bażi sabiex ikunu stabbiliti l-għanijiet u l-miri tal-pjan multiannwali.

(6) Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni maqbul waqt is-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg fl-2002 jiddikjara li l-istokkijiet kummerċjali kollha għandhom jerġgħu jinġiebu għal livelli li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015. Dan ilu rekwiżit legali mill-1994 skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. L-ICES jikkunsidra li għall-istokkijiet tas-salamun tax-xmajjar tal-Baltiku dan il-livell jikkorrispondi għal livell ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) ta’ bejn 60 % u 75 % tal-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal xmajjar differenti tas-salamun selvaġġ. Dan il-parir xjentifiku għandu jikkostitwixxi l-bażi sabiex ikunu stabbiliti l-għanijiet u l-miri tal-pjan multiannwali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Id-diversità ġenetika tas-salamun fil-Baħar Baltiku hija kkonservata l-aħjar billi s-sajd ikun permess biss meta s-salamun ikun ħalla l-baħar u beda miexi 'l fuq fix-xmara biex jipproduċi. L-għeluq tal-Baħar Baltiku għas-sajd joħloq problemi sinifikanti għal uħud mill-Istati Membri u għal xi setturi tal-industrija, u għalhekk is-sajd għas-salamun fil-baħar għandu jitneħħa b'mod gradwali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Sabiex ikun evitat ir-riskju ta' rappurtar mhux korrett ta' qabdiet tat-trota tal-baħar u tas-salamun, għandu jiġi stabbilit daqs minimu tal-ħut għaż-żewġ speċijiet.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Sabiex ikun hemm sajd sostenibbli, għandhom jissaħħu l-fiduċja kif ukoll il-metodi ta' komunikazzjoni bejn il-partijiet interessati.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Parti sostanzjali tal-bastimenti kostali li jistadu għas-salamun huma inqas minn 10 m fit-tul. Għal din ir-raġuni l-użu ta’ ġurnal ta’ abbord tas-sajd kif previst bl-Artikolu 14 u n-notifika minn qabel kif previst bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-bastimenti kollha.

(16) Parti sostanzjali tal-bastimenti kostali li jistadu għas-salamun huma inqas minn 10 m fit-tul. Għal din ir-raġuni l-użu ta’ ġurnal ta’ abbord tas-sajd kif previst bl-Artikolu 14 u n-notifika minn qabel kif previst bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 għandhom jiġu estiżi biex ikopru l-bastimenti kummerċjali tas-sajd u tas-servizz kollha użati għas-sajd bil-qasba u tipi oħra ta' sajd.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-parir xjentifiku reċenti juri li s-sajd rikreattiv għas-salamun fil-baħar għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tas-salamun, anke jekk il-kwalità tad-dejta f’dan ir-rigward mhix ta’ livell ta’ preċiżjoni għoli. B’mod partikolari, is-sajd rikreattiv imwettaq abbord bastimenti mħaddma minn impriżi li joffru s-servizzi tagħhom għall-gwadann jista’ potenzjalment ikun responsabbli għal parti importanti tal-qbid tas-salamun tal-Baltiku. Għalhekk, huwa xieraq għall-funzjonament tal-pjan multiannwali li jiġu introdotti ċerti miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni għall-kontroll ta’ tali attivitajiet.

(19) Il-parir xjentifiku reċenti juri li s-sajd rikreattiv għas-salamun għandu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tas-salamun, anke jekk il-kwalità tad-dejta f’dan ir-rigward mhix ta’ livell ta’ preċiżjoni għoli. Għalhekk, huwa xieraq għall-funzjonament tal-pjan multiannwali li jiġu introdotti ċerti miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni għall-kontroll ta’ tali attivitajiet ta’ sajd rikreattiv.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) sajd kummerċjali fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar magħqudin miegħu fit-territorju tal-Istati Membri (minn hawn’il quddiem imsejħa l-Istati Membri kkonċernati);

(a) sajd kummerċjali u bastimenti tas-servizz fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar magħqudin miegħu fit-territorju tal-Istati Membri (minn hawn’il quddiem imsejħa l-Istati Membri kkonċernati);

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sajd rikreattiv għas-salamun fil-Baħar Baltiku fejn tali sajd jitwettaq permezz ta’ bastimenti tas-servizz.

(b) sajd rikreattiv għas-salamun fil-Baħar Baltiku u fi xmajjar fit-territorji tal-Istati Membri li jiżbukkaw fil-Baltiku;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sajd rikreattiv għas-salamun fil-Baħar Baltiku fejn tali sajd jitwettaq permezz ta’ bastimenti tas-servizz.

(b) sajd rikreattiv għas-salamun fil-Baħar Baltiku u fl-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "stokk tas-salamun tal-Baltiku" tfisser l-istokkijiet kollha tas-salamun fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar tal-Baltiku, kemm selvaġġi kif ukoll dawk imrobbija;

(c) "stokkijiet tas-salamun tal-Baltiku" tfisser l-istokkijiet kollha tas-salamun fil-Baħar Baltiku u fix-xmajjar tal-Baltiku, kemm selvaġġi kif ukoll dawk imrobbija;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li jkunu laħqu l-50% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tilħaq il-75 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li jkunu laħqu l-50% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tilħaq il-80% tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) selvaġġ għandha tilħaq il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara fi żmien ħames snin u 75 % fi żmien għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) selvaġġ għandha tilħaq il-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għal kull xmara fi żmien ħames snin u 80 % fi żmien għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Wara għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tinżamm f’livell ta’ mill-inqas 75 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) f’kull xmara tas-salamun selvaġġ.

3. Wara għaxar snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-produzzjoni tas-salamun żgħir selvaġġ li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandha tinżamm f’livell ta’ mill-inqas 80 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) f’kull xmara tas-salamun selvaġġ.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Is-sajd għas-salamun li jseħħ fil-baħar lil hinn mil-linji ta' bażi għandu jitneħħa gradwalment. Għandu jitnaqqas b’50% sa ...* u jkun ipprojbit sa ...**.

 

______________

 

* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data sitt snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

**ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data tmien snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Sabiex il-popolazzjoni tas-salamun selvaġġ tkun tista' tikber lil hinn mil-livelli tar-rendimenti massimi sostenibbli, il-qbid tas-salamun fil-perjodu ta' riproduzzjoni għandu jiġi pprojbit fiż-żoni naturali ta' riproduzzjoni tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu tal-kwota nazzjonali mill-bastimenti tas-servizz

L-użu tal-kwota nazzjonali mill-bastimenti tas-servizz u s-sajd rikreattiv

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-salamun li jinqabad mill-baħar permezz ta’ bastimenti tas-servizz għandu jingħadd mal-kwota nazzjonali.

Is-salamun li jinqabad mill-baħar permezz ta’ bastimenti tas-servizz u minn sajd rikreattiv fil-kosta jew max-xmajjar għandu jingħadd mal-kwota nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Is-sajd rikreattiv mhuwiex inkluż fil-kalkolu tal-kwota tas-sajd attwali u dan għandu wkoll ikun rappurtat u regolat fil-livell nazzjonali.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Daqs minimu tal-ħut għas-salamun u t-trota tal-baħar

 

Id-daqs minimu mal-ħatt kemm għas-salamun kif ukoll għat-trota tal-baħar għandu jkun ta' 65 cm.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu l-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni.

1. Għax-xmajjar tas-salamun selvaġġ li ma jkunux laħqu l-50 % tal-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali tas-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) sal-mument li fih jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu, iżommu u, jekk meħtieġ, itejbu l-miżuri tekniċi nazzjonali eżistenti ta' konservazzjoni sa ...*.

 

_________________

 

* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-istokkjar tas-salamun jista’ jsir biss fi xmara tas-salamun selvaġġ. L-għadd ta’ salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) li jiġi rilaxxat m’għandux jaqbeż il-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali stmata tas-salamun żgħir tax-xmara.

1. L-istokkjar tas-salamun jista’ jsir biss fi xmajjar tas-salamun selvaġġ u, matul perjodu tranżitorju stabbilit b’konformità mal-paragrafu 3, meta jkun meħtieġ biex tiġi evitata l-isterminazzjoni tal-istokk lokali, fl-estwarji. L-għadd ta’ ħut li għadu kif faqqas li jiġi rilaxxat m’għandux jaqbeż il-kapaċità tal-produzzjoni potenzjali stmata tas-salamun żgħir tax-xmara.

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni obbligatorja ta' stokkjar fiha nnifisha ma ssolvix il-problema tal-istokkijiet tal-ħut, għaliex m'hemm x'juri li l-istokkjar tas-salamun jikkawża problemi sinifikanti lill-pool tal-ġeni tas-salamun selvaġġ. Miżuri altenattivi għall-istokkjar, bħal passaġġi għall-ħut u kumpens obbligatorju, għandhom jiġu żviluppati aktar, u fuq perjodu twil ta' żmien għandu jkun possibbli li l-istokkjar jiġi sostitwit b'dawn il-miżuri alterattivi.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-istokkjar għandu jsir b’tali mod li tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jkunu kkunsidrati il-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib filwaqt li jittieħed il-massimu tal-effett tal-istokkjar.

2. L-istokkjar għandu jsir b’tali mod li tiġi salvagwardjata d-diversità ġenetika tal-istokkijiet differenti tas-salamun tax-xmajjar, filwaqt li jkunu kkunsidrati il-komunitajiet eżistenti ta’ ħut fix-xmara stokkjata u fix-xmajjar fil-qrib filwaqt li jittieħed il-massimu tal-effett tal-istokkjar. Il-ħut matur u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandhom joriġinaw mill-istess xmara tas-salamun selvaġġ jekk ikun possibbli, jew jekk mhuwiex possibbli, mill-eqreb baċin tax-xmara tas-salamun selvaġġ possibbli.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ix-xmara jkollha passaġġi tal-ilma migratorji ħielsa, kwalità ta’ ilma xierqa u ħabitat adattat għall-produzzjoni u t-tkabbir tas-salamun;

(a) ix-xmara, jew il-partijiet rispettivi tagħha, jkollhom passaġġi tal-ilma migratorji ħielsa, kwalità ta’ ilma xierqa u ħabitat adattat għall-produzzjoni u t-tkabbir tas-salamun;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Oriġini tal-ħut matur u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt)

 

Il-ħut matur u s-salamun żgħir li jgħaddi għall-ilma baħar (smolt) għandhom joriġinaw mill-istess xmara tas-salamun selvaġġ jekk ikun possibbli, jew jekk mhuwiex possibbli, mill-eqreb baċin tax-xmara tas-salamun selvaġġ possibbli.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Barra minn hekk, l-Artikolu 55(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, kif ukoll l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 20091 jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1224/20091, għandhom japplikaw mutatis mutandis għas-sajd rikreattiv kollu tas-salamun fil-Baħar Baltiku.

 

________________

 

1ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea ta’ kwalunkwe tul li jkollhom permess tas-sajd għas-salamun għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord għall-operazzjonijiet kollha tagħhom skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

B’deroga mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea ta’ kwalunkwe tul li jkollhom permess tas-sajd għas-salamun, kif ukoll kaptani ta' bastimenti tas-servizz użati għal sajd bil-qasba jew għal tipi oħra ta' sajd, għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord għall-operazzjonijiet kollha tagħhom skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mis-sentenza introduttorja tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea ta’ kwalunkwe tul li jkollhom abbord salamun u/jew trota tal-baħar għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, immedjatament wara t-tlestija tal-operazzjoni tas-sajd, bl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

B’deroga mis-sentenza introduttorja tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea u l-kaptani tal-bastimenti tas-servizz użati għas-sajd bil-qasba u tipi oħra ta’ sajd, ta’ kwalunkwe tul, li jkollhom abbord salamun u/jew trota tal-baħar għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, immedjatament wara t-tlestija tal-operazzjoni tas-sajd, bl-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

imħassar

Id-dikjarazzjoni tal-qbid

 

1. Il-kaptan tal-bastiment tas-servizz għandu jimla d-dikjarazzjoni tal-qbid skont l-Anness III u jippreżentaha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment tas-servizz sal-aħħar jum ta’ kull xahar.

 

2. Sal-15-il jum ta’ kull xahar l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirreġistraw l-informazzjoni rreġistrata fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid għax-xahar ta’ qabel fid-dejtabejż elettronika tagħhom stabbilita skont l-Artikolu 116(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 kif ukoll fis-sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata tagħhom imsemmija fl-Artikolu 109 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Id-dejta elettronika u d-dikjarazzjonijiet tal-qbid għandhom jinżammu għal perjodu ta’ 3 snin.

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

imħassar

L-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art

 

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jivverifikaw il-preċiżjoni tal-informazzjoni rreġistrata fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid permezz ta’ spezzjonijiet tal-ħatt l-art. Dawn l-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art għandhom ikopru spezzjoni ta’ mill-inqas 10 % tal-għadd totali tal-ħatt l-art li jsir.

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) il-konformità mar-regoli dwar l-użu tal-kwoti, l-awtorizzazzjoni għall-attività u d-dikjarazzjoni tal-qbid mill-bastimenti tas-servizz;

(b) il-konformità mar-regoli dwar l-użu tal-kwoti, l-awtorizzazzjoni għall-attività u d-dikjarazzjoni tal-qbid mill-bastimenti tas-servizz, u sajd rikreattiv li juża kull tip ta' rkaptu;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – subparagrafu ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw kundizzjonijiet dettaljati għall-attività ta’ elettrosajd abbażi tal-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 28.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS III

imħassar

DIKJARAZZJONIJIET TAL-QBID

 

Kull Stat Membru kkonċernat għandu joħroġ formola uffiċjali li trid timtela bħala dikjarazzjoni tal-qbid għall-bastimenti tas-servizz tiegħu. Din il-formola għandu jkollha bħala minimu l-informazzjoni li ġejja:

 

a) In-numru ta’ referenza tal-awtorizzazzjoni tal-attività speċjali maħruġa skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament;

 

b) L-isem tal-persuna fiżika jew ġuridika li jkollha l-awtorizzazzjoni tal-attività speċjali maħruġa skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament;

 

c) L-isem u l-firma tal-kaptan tal-bastiment tas-servizz;

 

d) Id-data u l-ħin tat-tluq u l-wasla lejn il-port u t-tul ta' żmien tal-vjaġġ tas-sajd;

 

e) Il-post u l-ħin tal-ħatt l-art skont il-vjaġġi tas-sajd;

 

f) L-irkaptu użat mill-operazzjonijiet tas-sajd;

 

g) Il-kwantitajiet ta’ ħut li nħatt l-art skont l-ispeċi u l-vjaġġ tas-sajd;

 

h) Il-kwantitajiet ta’ ħut skartat skont l-ispeċi u l-vjaġġ tas-sajd;

 

i) Iż-żoni tal-qbid skont il-vjaġġ tas-sajd espressi bħala rettangoli statistiċi tal-ICES.

 

PROĊEDURA

Titolu

Pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

Referenzi

COM(2011)0470 – C7-0220/2011 – 2011/0206(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.9.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Carl Schlyter

29.9.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

56

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vicky Ford, Jacqueline Foster, Julie Girling, Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, Vittorio Prodi, Michèle Rivasi, Renate Sommer, Struan Stevenson, Anna Záborská, Andrea Zanoni


PROĊEDURA

Titlu

Pjan multiannwali għall-istokk tas-salamun tal-Baltiku u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk

Referenzi

COM(2011)0470 – C7-0220/2011 – 2011/0206(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

4.8.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

13.9.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.9.2011

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Marek Józef Gróbarczyk

13.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.11.2011

23.4.2012

31.5.2012

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Alain Cadec, Chris Davies, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Marek Józef Gróbarczyk, Ian Hudghton, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Isabelle Thomas, Nils Torvalds, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Jean Louis Cottigny, Diane Dodds, Barbara Matera, Nikolaos Salavrakos, Antolín Sánchez Presedo

Data tat-tressiq

17.7.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza