RAPPORT dwar ir-Rapport Annwali 2011 dwar l-attività tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet

17.7.2012 - (2011/2317(INI))

Kumitat għall-Petizzjonijiet
Rapporteur: Giles Chichester


Proċedura : 2011/2317(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0240/2012

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-Rapport Annwali 2011 dwar l-attività tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet

(2011/2317(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar id-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Tratta dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 24, 227, 228, 258 u 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 202(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0240/2012),

A. billi, soġġett għal Protokoll 30 tat-Trattat, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea saret legalment vinkolanti mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona[1]; billi l-istess Trattat jistabbilixxi wkoll il-bażi legali għall-UE biex taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll mal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea;

B.  billi r-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2012, u billi l-Parlament huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tas-smigħ pubbliku għal inizjattivi ta’ suċċess li jiżguraw aktar minn miljun firma minn minimu ta’ seba’ Stati Membri;

C. billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu d-dmir li jagħmel reviżjoni kostanti u, fejn hu possibbli, itejjeb ir-rwol tiegħu, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp ta’ prinċipji demokratiċi, bħal ma hija l-parteċipazzjoni miżjuda taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u ż-żieda fit-trasparenza u responsabilità; u billi fl-attività regolari tiegħu, il-Kumitat jaħdem mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-Ombudsman Ewropew u korpi oħra sabiex jiżgura li l-liġi tal-UE tkun għal kollox rispettata kemm fil-prattika kif ukoll fl-ispirtu;

D. jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu fir-rigward tal-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz maħsub għaċ-ċittadini li jkunu jixtiequ jiksbu informazzjoni jew jissottomettu talba jew ilment permezz tal-portal “Drittijiet tiegħek fl-UE” ,

E.  jilqa’ l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta għad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li fil-ġurisprudenza ERT tenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri huma marbuta wkoll mad-drittijiet fundamentali supremi tal-Unjoni, anke jekk iridu jillimitaw il-libertajiet fundamentali żgurati bit-TFUE permezz ta’ miżuri nazzjonali,

F.  billi ċ-ċittadini u r-residenti Ewropej għandhom aspettattivi leġittimi li l-kwistjonijiet li jqajmu mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistgħu jsibu soluzzjoni mingħajr dewmien żejjed fi ħdan il-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, li huma jistennew minnu li jirrispetta d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u b'mod partikolari li jiddefendi l-ambjent naturali, is-saħħa, il-moviment ħieles, id-dinjità u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom;

G. billi l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jipprovdu aktar informazzjoni u jkunu aktar trasparenti fir-relazzjonijiet tagħhom maċ-ċittadini Ewropej,

H. billi 998 petizzjoni ġiet iddikjarata ammissibbli, u minn dawk 649 tressqu quddiem il-Kummissjoni għal investigazzjoni ulterjuri skont l-Artikoli 258 u 260 tat-Trattat; u 416-il petizzjoni ġiet iddikjarata mhux ammissibbli;

I.   billi l-proċess tal-petizzjonijiet jista’ jikkumplimenta strumenti oħra Ewropej li huma disponibbli għaċ-ċittadini, bħall- possibilità li jippreżentaw l-ilmenti lill-Ombudsman Ewropew jew lill-Kummissjoni Ewropea;

J.   billi fl-2011 in-numru ta' petizzjonijiet mhux ammissibbli komplew ikunu sinifikanti, li għal darba oħra indika li l-Parlament għandu jżid l-isforzi tiegħu biex jinforma liċ-ċittadini dwar il-limiti tal-qasam ta' azzjoni tiegħu fir-rigward tad-dritt ta' petizzjoni; billi kkunsidra li individwi, komunitajiet lokali, u għaqdiet volontarji, tal-karità u professjonali qegħdin f’pożizzjoni tajba biex jivvalutaw l-effettività tal-leġiżlazzjoni Ewropea kif tapplika għalihom, u biex jissenjalaw liċ-ċittadini l-lakuni possibbli li jeħtieġu li jiġu analizzati sabiex tkun żgurata implimentazzjoni aħjar u aktar kumparabbli tal-liġi tal-UE fl-Istati Membri kollha;

K. billi, fir-rigward tal-analiżi statistika li hemm f’dan ir-rapport, iċ-ċittadini Ġermaniżi jibqgħu jissottomettu l-akbar numru ta’ petizzjonijiet, għalkemm dan qed jonqos b’mod proporzjonali, segwit minn petizzjonanti Spanjoli u Taljani;

L.  billi l-qasam ta' azzjoni, u l-modus operandi, tad-dritt ta' petizzjoni mogħti liċ-ċittadini u r-residenti kollha tal-UE, skont it-termini tat-Trattat, ivarjaw minn rimedji oħra disponibbli għaċ-ċittadini, bħal per eżempju t-tressiq ta' lmenti lill-Kummissjoni jew lill-Ombudsman, u billi l-Istati Membri, li jużaw il-kriżijiet bħala pretest, qegħdin dejjem aktar jagħżlu li jittraskuraw dan id-dritt, li huwa tħassib importanti għaċ-ċittadini Ewropej;

M. billi l-inkwiet ewlieni marbut mat-tema ġenerali tal-ambjent huwa l-applikazzjoni ħażina u ħafna drabi żgwidata mill-Istati Membri u l-entitajiet sottonazzjonali tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA)[2] u d-Direttiva Qafas dwar l-Iskart[3]; billi l-petizzjonijiet li jallegaw ksur tad-Direttivi tal-Għasafar u tal-Ħabitats ħafna drabi jqajmu tħassib ta’ telf serju ta’ bijodiversità bħala riżultat ta’ proġetti ewlenin ippjanati fis-siti tan-Natura 2000 u l-petizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-ilma żvelaw każijiet gravi ta’ tniġġis u qajmu wkoll tħassib dwar l-impatti possibbli ta' proġetti dwar is-sostenibilità u l-kwalità tar-riżorsi akkwatiċi;

N. billi d-Direttiva VIA qiegħda attwalment tiġi riveduta u li r-rapport mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ skart juri nuqqasijiet serji f’għadd ta’ Stati Membri, billi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tibqa' mhux suffiċjenti u billi din il-problema mhux se tkun solvuta b'reviżjoni imma b'kontroll aktar effettiv mill-Kummissjoni;

O. billi d-dritt taċ-ċittadini u residenti tal-Ewropa għall-proprjetà akkwistata b’mod leġittimu tagħhom tibqa’ kwistjoni ta’ sinifikanza kbira, għal ħafna eluf ta' nies, kif jidher mill-petizzjonijiet li għadhom qed jiġu rċevuti dwar dan is-suġġett, u billi mingħajr soluzzjoni ta' din il-problema mill-awtoritajiet kompetenti m'hemmx ċans ta' ċertezza legali tal-assigurazzjonijiet, jew fiduċja fl-istess assigurazzjonijiet li s-swieq tal-proprjetà transkonfinali se jieħdu r-ruħ, li joħolqu konsegwenzi serji għall-prospetti ta' rkupru ekonomiku, u billi b'mod partikolari fl-2011 kien hemm 70 petizzjoni pendenti relatati mal-Ley de Costas Spanjola, b'51 petizzjoni identifikabbli bħala tali ġejjin minn ċittadini Spanjoli jew gruppi ta' ċittadini Spanjoli u d-19 li kien baqa' minn ċittadini ta' nazzjonalitajiet oħra;

P.  billi fir-Rapport Annwali preċedenti tiegħu, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet apprezza bil-kbir il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-Ombudsman Ewropew fir-rigward tat-trattament ta' petizzjonijiet u lmenti, u billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ripetutament talab li jiġi infurmat mill-Kummissjoni bl-iżviluppi fil-proċeduri ta’ ksur pendenti, li s-suġġett tagħhom huwa kopert ukoll mill-petizzjonijiet;

Q. billi ħafna petizzjonijiet sostnew li l-fondi tal-UE intużaw ħażin jew b’mod illegali u oħrajn jallegaw funzjonament ħażin fl-amministrazzjoni tal-UE, inklużi kunflitti ta’ interess f’aġenziji influwenti, jew jitolbu li jsir tibdil fil-politiki tal-UE;

R.  billi n-nuqqasijiet u l-problemi li affrontaw in-nies minħabba t-tħaddim ħażin tas-suq intern, kif muri mill-petizzjonijiet, huma kkonfermati mir-Rapport Ewropew taċ-Ċittadinanza tal-2010 tal-Kummissjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-moviment ħieles taċ-ċittadini tal-UE u l-membri familjari tagħhom, sakemm dawn ikunu kompletament leġittimi, l-aċċess għal drittijiet tas-sigurtà soċjali, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, l-ostakli li jaffrontaw il-persuni b’diżabilità, kwistjonijiet ta’ liġi tal-familja u t-tkeċċijiet kollettivi fuq bażi ta’ oriġini etnika jew nazzjonali bħal dawk li qed jaffettwaw lir-Roma, inklużi wkoll kwistjonijiet ta’ tassazzjoni doppja;

S.  billi anke fl-2011 għadd sinifikanti ta’ petizzjonijiet ġew sottomessi minn ċittadini li indikaw l-importanza li jiġi evitat telf irreparabbli fil-bijodiversità, fir-rigward ta’ siti tan-Natura 2000, kif ukoll l-iżgurar tal-ħarsien ta’ żoni definiti taħt id-Direttiva tal-Habitats;

T.  billi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 fil-każ T-308/07 laqgħet l-ilment tal-petizzjonant kontra d-deċiżjoni tal-Kumitat li jiddikjara l-petizzjoni tiegħu inammissibbli, u b'dan l-għemil ħareġ ċar li meta l-petizzjonijiet jiġu ddikjarati inammissibbli, il-Parlament irid jagħti raġunijiet tajbin għal dan;

U. billi l-effiċjenza tal-ħidma tal-Kumitat hija, fil-parti l-kbira tagħha, ir-riżultat tar-ritmu u r-reqqa, imma dan jista’ jkompli jitjieb b’mod partikolari billi jiġi ottimizzat it-tul ta’ żmien tal-proċess tal-petizzjonijiet, u permezz ta’ sistematizzazzjoni tal-proċeduri għall-valutazzjoni tagħhom;

1.  Jinnota li l-petizzjonijiet irċevuti fl-2011 komplew jiffukaw fuq ksur allegat tal-liġi tal-UE fl-oqsma tal-ambjent, il-ġustizzja u s-suq intern, li jirriflettu l-opinjonijiet taċ-ċittadini dwar jekk il-leġiżlazzjoni Ewropea, kif inhi trasposta u implimentata mill-Istati Membri, hijiex attwalment qed twassal ir-riżultat mistenni u hijiex qed tagħti rispons għal-liġi tal-UE;

2.  Jinnota l-għadd li dejjem qed jiżdied ta’ petizzjonijiet u sottomissjonijiet oħra minn ċittadini li jfittxu rimedju legali u finanzjarju dwar kwistjonijiet li jaqgħu lil hinn mill-qasam ta’ kompetenza tal-UE skont l-Artikolu 227 tat-Trattat kif ukoll l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, bħal, pereżempju, talbiet li jiġi rivedut il-kalkolu tal-pensjonijiet nazzjonali, biex jiġu annullati deċiżjonijiet minn qrati nazzjonali, biex jiġu appoġġjati proposti ħalli jitfasslu mill-ġdid il-fruntieri Ewropej, biex bank jiġi mġiegħel jagħti self personali, eċċ.; jappoġġja bis-sħiħ l-azzjoni meħuda mid-Direttorati Ġenerali tal-Parlament sabiex tinstab soluzzjoni biex jiġu indirizzati dawn is-sottomissjonijiet minn ċittadini filwaqt li jiġu kkunsidrati l-obbligi tal-Parlament rigward il-korrispondenza tiegħu maċ-ċittadini;

3.  Jemmen li r-rwol u r-responsabilitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jitwettqu l-aħjar, u l-viżibilità, l-effiċjenza, ir-responsabilità, u t-trasparenza tiegħu jissaħħu l-aħjar, jekk il-mezzi li bihom jista' jressaq kwistjonijiet ta' importanza għaċ-ċittadini Ewropej fil-plenarja jkollhom jitjiebu, u jekk il-kapaċitajiet tiegħu li jsejjaħ xhieda, jagħmel investigazzjonijiet u jorganizza seduti ta' smigħ fuq il-post ikollhom jissaħħu;

4.  Ifakkar li, fir-rigward tal-proċeduri biex jiġu organizzati seduti ta' smigħ dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej ta' suċċess, kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament 211/2011(UE), il-Parlament iddeċieda li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa awtomatikament assoċjat ma' kull seduta ta' smigħ flimkien mal-Kumitat ewlieni bil-kompetenza leġiżlattiva għas-suġġett ikkonċernat; iqis li din hija konferma tar-rwol tiegħu bħala l-korp bl-akbar esperjenza ta' kuntatti diretti maċ-ċittadini, billi tiġi żgurata proċedura uniformi għall-Inizjattivi taċ-Ċittadini kollha ta' suċċess; jistieden il-Konferenza tal-Presidenti biex tapprova kjarifika tal-kompetenzi tal-Kumitat f'dan ir-rigward fl-Anness VII, punt XX tar-regoli ta' proċedura; fl-istess ħin jenfasizza li d-differenza bejn petizzjoni skont l-Artikolu 227 tat-TFUE u Inizjattiva taċ-Ċittadini trid tkun spjegata b'mod ċar lill-pubbliku;

5.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Parlament li jiżviluppa portal għall-petizzjonijiet ħafna aktar prattiku u viżibbli fuq is-sit tiegħu, li jiffaċilita, fil-limiti tal-Artikolu 227 tat-Trattat u l-Artikolu 202 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament u l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-aċċess għaċ-ċittadini għall-proċess tal-petizzjonijiet, jipprovdilhom l-informazzjoni u jippermettilhom li jibagħtu petizzjonijiet f’ambjent aktar faċli għall-utent u li jiffirmaw b’mod elettroniku favur il-petizzjonijiet; jikkunsidra li dan il-portal għandu jipprovdi wkoll links prattiċi għal forom oħra ta’ rimedji li huma disponibbli f’livell Ewropew u nazzjonali jew reġjonali, kif ukoll deskrizzjoni ġenerali komprensiva tal-kompetenza tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u għandu jistabbilixxi ċerti oqfsa ta’ proċedura għall-korpi tal-amministrazzjoni pubblika dwar il-mudell tal-CURIA, il-portal uffiċjali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

6.  Jikkonferma d-determinazzjoni tiegħu li jibqa’ jippromwovi u jiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini billi jagħmel użu mill-influwenza politika tiegħu fir-rigward ta’ każi ammissibbli li jistgħu jitqajmu mal-Kumitat, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet relevanti fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni;

7   Jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jeżamina l-effetti tal-ġurisprudenza ERT fuq l-affidabilità tal-petizzjonijiet u jkompli jinvestiga wkoll il-kwistjoni dwar liema huma l-ostakli attwali għaċ-ċittadini tal-UE li japplikaw għal deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea sabiex jiksbu interpretazzjonijiet affidabbli tal-kwistjonijiet ewlenin skont il-leġiżlazzjoni Ewropea f’kawżi legali quddiem il-qrati nazzjonali;

8.  Jikkunsidra li huwa importanti li tittejjeb il-kooperazzjoni mal-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri, fuq bażi ta’ reċiproċità, u, fejn hu meħtieġ, li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu inkoraġġiti sabiex jikkonformaw u japplikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE bi trasparenza sħiħa;

9.  Jinnota l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri iżda jiddispjaċih għad-dewmien żejjed min-naħa ta’ ċerti Stati Membri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-ambjent;

10. Iqis li l-proċedura tal-petizzjonijiet m’għandhiex tkun sfruttata jew użata għal finijiet politiċi mill-Istati Membri, iżda li din għandha, għall-kuntrarju, tkun oġġettiva u tirrifletti l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew;

11. Jilqa’ l-kooperazzjoni kostruttiva bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u s-servizzi tal-Ombudsman Ewropew u jafferma mill-ġdid id-determinazzjoni tiegħu sabiex jappoġġja lill-Ombusdman fl-identifikazzjoni tal-amministrazzjoni ħażina mill-istituzzjonijiet tal-UE u fl-azzjoni kontrihom;

12. Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet b’dettalji, u analiżi statistika, tal-ilmenti li tinvestiga minn ċittadini Ewropej, inkluzi r-riżultati miksuba u l-post ta’ oriġini ta' min jagħmel l-ilment;

13. Jemmen li, fir-rigward tal-funzjonament tal-proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 258 u 260 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li petizzjonijiet għall-Parlament u ilmenti għall-Kummissjoni huma ttrattati b’konsiderazzjoni ugwali;

14. Jemmen li regoli ta’ proċedura iktar preċiżi u miktuba dwar it-tħejjija interna tal-kumitat, l-eżekuzzjoni u b’mod partikolari l-evalwazzjoni sostantiva taż-żjarat tad-delegazzjonijiet jistgħu jagħtu kontribut għal iktar effiċjenza u koerenza fil-ħidma tal-Kumitat tal-Petizzjonijiet;

15. Jikkunsidra li l-implimentazzjoni korretta tad-Direttiva Qafas tal-Iskart fl-Istati Membri kollha hija tal-akbar importanza, u għalhekk jitlob lill-Istati Membri bi problemi ta’ ġestjoni tal-iskart sabiex jieħdu azzjoni b’mod deċiżiv u mingħajr dewmien;

16. Itenni t-talbiet numerużi tiegħu lill-Istati Membri sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom, taħt id-Direttiva dwar il-Moviment Ħieles 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom sabiex jiċċaqilqu u jgħixu b'mod ħieles fl-UE;

17. Jappoġġja bis-sħiħ l-objettiv sostantiv tal-Ley de Costas, jiġifieri li l-ambjent tal-kosta Spanjola jkun imħares minn żvilupp żejjed biex ikun preservat għal organiżmi selvaġġi u għall-ġenerazzjonijiet futuri; madankollu jinnota bi tħassib li l-kwistjoni ta' dik il-liġi tibqa’ problema għall-petizzjonanti, u għaċ-ċittadini Spanjoli b’mod partikolari; jappoġġja l-isforzi tal-petizzjonanti biex isolvu l-problemi li jikkonċernaw il-liġi u l-applikazzjoni tagħha, filwaqt li jinnota b'mod partikolari d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li jistabbilixxi grupp ta’ ħidma biex jikkunsidra l-kwistjoni iktar fil-fond;

18. Jikkunsidra li huwa fl-interess ekonomiku attwali ta’ kulħadd li jiġu riżolti l-inċertezzi legali li jiċċirkondaw il-proprjetajiet potenzjalment affettwati mil-Ley de Costas; jilqa’ l-avviż tal-Gvern Spanjol li bi ħsiebu jirrevedi l-Ley de Costas sabiex jirrikonċilja l-protezzjoni futura tal-kosta Spanjola mat-tkabbir ekonomiku, u b'hekk jipprovdi ċertezza legali akbar lis-sidien tal-proprjetà; iħeġġeġ lill-Gvern Spanjol sabiex jassigura l-interessi ta' dawk li jkunu akkwistaw proprjetà b’bona fide u ta' dawk il-komunitajiet li dejjem għexu f'koeżistenza sostenibbli mal-baħar; b'mod partikolari iħeġġiġhom jindirizzaw il-kwistjoni speċifika tal-applikazzjoni tal-liġi, sabiex din ma tħeġġiġx deċiżjonijiet li jkunu arbitrarji, retrospettivi jew asimetriċi, imma minflok tiżgura proċess ġust, dritt ta' appell, kumpens proprju u aċċess għall-informazzjoni;

19. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali tiġi msaħħa billi jkunu provduti parametri aktar ċari fir-rigward tal-indipendenza tal-istudju esperti, limiti tal-UE komuni, perjodu massimu għall-proċess, l-inklużjoni ta’ konsultazzjani pubblika effettiva, ir-rekwiżit li jkunu ġustifikati d-deċiżjonijiet, il-valutazzjoni obbligatorja ta’ alternattivi raġonevoli u mekkaniżmu għall-kontroll tal-kwalità;

20. Barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva tal-Habitats u tal-Għasafar min-naħa tal-Istati Membri kif ukoll li it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-cittadini tal-Unjoni u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri;

21. Ifakkar in-numru kbir ta’ petizzjonanti, li bl-ilmenti individwali tagħhom jindirizzaw lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fir-rigward tas-settur Ġermaniż għaż-żgħażagħ u l-familja b'mod ġenerali, u l-uffiċċji Ġermaniżi għall-benesseri taż-żgħażagħ b’mod partikolari, u jafferma d-determinazzjoni tal-Kumitat, biex fi ħdan il-qasam ta’ kompetenza tiegħu u tal-Unjoni Ewropea, jingħata kontribut kostruttiv għall-kjarifika tal-ilmenti bejn il-petizzjonanti u l-awtoritajiet; jinnota li f’dan ir-rigward, ma jistax jintervjeni fil-proċeduri interni awtonomi tal-amministrazzjoni tal-Istati Membri;

22. Huwa deċiż li l-proċedura tal-petizzjonijiet għandha tiġi organizzata b’mod iktar effiċjenti, trasparenti, imparzjali u b’mod li jiġu rrispettati d-drittijiet parteċipatorji tal-membri tal-PETI b’tali mod, li t-trattament tal-petizzjonijiet ikun jista’ jiflaħ għar-reviżjonijiet ġudizzjarji anke fil-passi proċedurali;

23. Jenfasizza l-ħtieġa li l-kontinwità fl-ipproċessar tal-petizzjonijiet għandha tingħata wkoll għall-perjodi differenti tal-leġiżlaturi u għall-bidla tal-persunal li tirriżulta minħabba f’hekk;

24. Jikkunsidra l-parteċipazzjoni tal-membri tal-Parlament fil-missjonijiet għal ġbir ta’ informazzjoni mhux biss bħala dritt ta’ involviment parlamentari, iżda wkoll bħala obbligu lejn il-petizzjonanti;

25. Jitlob, li sabiex tittejjeb il-ħidma tal-Kumitat, issir proċedura skont il-missjonijiet għal ġbir ta’ informazzjoni li, fuq naħa waħda, tiżgura d-dritt li l-membri kollha tal-missjoni għal ġbir ta’ informazzjoni jippreżentaw il-fatti skont il-fehma tagħhom, u fuq in-naħa l-oħra, tiżgura li l-Membri kollha tal-Kumitat ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-konklużjonijiet li jittieħdu mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

26. Jenfasizza li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, minbarra istituzzjonijiet u faċilitajiet oħra, bħall-kumitati ta’ inkjesta, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea u l-Ombudsman Ewropew, għandu jkollu rwol indipendenti u ddefinit b’mod ċar bħala l-punt ta’ kuntatt għal kull ċittadin individwali;

27. Jitlob biex il-Konferenza tal-Presidenti tikkunsidra kemm titqies xierqa emenda tar-Regoli ta’ Proċedura sabiex jiġu implimentati dawn ir-rekwiżiti formali għall-proċedura tal-petizzjonijiet;

28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen tagħhom jew lil entitajiet simili kompetenti.

  • [1]  ĠU C 306, 17.12.2007
  • [2]  Id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni), ĠU L 1, 26/1, 28.1.2012
  • [3]  Id-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart, ĠU L 312, 22.11.2008.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-fokus prinċipali tal-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul l-2011 kien l-ambjent u d-drittijiet fundamentali/ġustizzja. Dan mhux differenti minn snin oħra u għalhekk jikkonferma biss ix-xejriet. Il-prominenza ta’ dawn il-kwistjonijiet matul l-2011 tidher biċ-ċar fil-ħidma kollha tal-Kumitat: diskussjonijiet dwar petizzjonijiet fil-Kumitat, petizzjonijiet ġodda rċevuti, rapporti u seduti ta' smigħ u żjarat għal ġbir ta’ informazzjoni.

B’mod ġenerali, in-numru ta’ sottomissjonijiet ġodda żdied, filwaqt li n-numru ta’ petizzjonijiet irreġistrati naqas b’mod kostanti. Dan jista’ jiġi spjegat bi proċess ta’ filtrazzjoni introdott minn Ġunju 2011, li permezz tiegħu l-hekk imsejħa “nonpetizzjonijiet” ġew imwieġba minn servizzi oħra (ara hawn taħt).

 

Tabella 1

Rigward ‘ċittadinanza ta’ petizzjonanti’ u ‘pajjiż ikkonċernat’, l-indikaturi jimxu b’mod parallel. Kien hemm tnaqqis żgħir fil-petizzjonijiet minn ċittadini Ġermaniżi u tnaqqis aktar sinifikanti f’dawk li jikkonċernaw il-Ġermanja. Is-sitwazzjoni hija eżatt bil-kontra tal-Polonja, li rat żieda fin-numru ta’ petizzjonanti u ta’ allegazzjonijiet ta’ ksur ta’ drittijiet. Il-Bulgarija turi xejriet simili minkejja li mhux daqshekk qawwija.

 

Tabella 2

 

Tabella 3

Iż-żieda fin-numri ta’ petizzjonijiet li jikkonċernaw l-UE bħala entità sħiħa tista’ tkun preżunta li tikkorrelata maż-żieda qawwija fil-petizzjonijiet taħt l-intestatura ‘Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji’, relatati mal-kriżi tad-dejn attwali. Din is-suppożizzjoni hija kkorroborata mid-data dwar ‘temi’.

In-numru ta’ petizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kategorija dejqa ‘Drittijiet Fundamentali’ naqas. Iżda jekk inżidu l-kategoriji ta’ ‘Materja Personali’, ‘Proprjetà’, ‘Soċjetà tal-Informatika u Midja’ u ‘Ġustizzja’ ma’ definizzjoni aktar komprensiva ta’ ‘Drittijiet Fundamentali’- u jeżisti każ plawżibbli għal dan (ara hawn taħt) - il-maġġoranza vasta tal-petizzjonijiet jaqgħu f'din il-kategorija, anke jekk ikunu permessi bosta attribuzzjonijet. L-ambjent għandu sehem li qed jiżdied ta’ petizzjonijiet, filwaqt li s-Suq Intern jirrappreżenta ammont konsistenti.

 

Tabella 4

L-Ambjent

L-aġenda ta’ kważi kull laqgħa tal-Kumitat kienet iddominata minn petizzjonijiet li jikkonċernaw l-ambjent. Aktar minn hekk, dawn kienu jikkonċernaw id-Direttiva 2003/35/KE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u l-konsultazzjoni pubblika b’konnessjoni ma’ kull tip ta’ proġett f’oqsma sensittivi għall-ambjent. Ħafna kienu jikkonċernaw l-iskart, it-tieni sottokategorija l-aktar importanti, relatati ma’ “landfills” ippjanati iżda wkoll permessi tal-ippjanar għal irziezet tar-riħ u proġetti industrijali, bħal tħaffir għad-deheb fir-Rumanija u l-Bulgarija. Il-problemi dwar l-immaniġġjar tal-iskart ġenerali u l-konformità mad-Direttiva Qafas 2008/98/KE dwar l-Iskart fl-Italja u l-Greċja kienu partikolarment enfasizzati, flimkien ma’ problemi fil-Bulgarija, il-Litwanja, l-Irlanda, Franza, Spanja u r-Renju Unit.

Kien hemm żieda kostanti fin-numri ta’ petizzjonijiet ġodda rreġistrati dwar l-ambjent, minn 10% fl-2009 għal 16% fl-2011:

 

Tabella 5

Filwaqt li ssir riflessjoni fuq il-prominenza ta’ kwistjonijiet dwar l-iskart fil-ħidma tal-Kumitat u l-kontinwità tal-impenn tiegħu għall-petizzjonanti numerużi, Carlos José Iturgaiz Angulo inħatar Rapporteur għal rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-‘Kwistjonijiet imqajma minn petizzjonanti b’rabta mal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart u ta’ Direttivi relatati fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea’. Id-Dipartiment tal-Politika kkummissjona rapport tal-esperti dwar ‘L-Immaniġġjar tal-Iskart fl-Ewropa: problemi ewlenin u l-aħjar prattiki’[1] li indika l-problemi tal-proċedura tal-għoti ta’ permessi għas-siti tal-immaniġġjar tal-iskart ġodda, immaniġġjar mhux xieraq tas-siti eżistenti u defiċjenzi f’sistemi tal-immaniġġjar tal-iskart. Ir-rapport tal-Kumitat jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni, bil-gwida u l-assistenza tal-Kummissjoni, jirdoppjaw l-isforzi biex jikkonformaw mal-acquis dwar l-iskart. Ir-rapport ġie adottat fil-PETI f’Settembru 2011 u fis-Sessjoni Plenarja ta’ Frar 2012 wara dibattitu ta’ siegħa.

Il-Kumitat stieden lill-Kummissarju Potocnik għal-laqgħa tiegħu f’Novembru 2011. Hu rrikonoxxa li l-ambjent huwa l-qasam bl-ogħla numru ta’ petizzjonijiet u każijiet ta’ ksur, li jirrappreżentaw 20% tan-numru totali ta’ ksur (sa tmiem l-2009). Il-ħidma tal-Kumitat billi tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-benefiċċju tas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini hija l-alleat naturali tal-Kummissjoni, u l-Kummissarju f'dan ir-rigward ħares 'il quddiem b'mod pożittiv lejn kooperazzjoni tajba kontinwa. Hu wissa, madankollu, dwar il-kumplessità tal-kwistjonijiet legali u fattwali u d-diffikultà li jinstabu soluzzjonijiet sodisfaċenti sabiex tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini. Il-Kummissarju Potocnik issuġġerixxa strateġija ta’ informazzjoni u trasparenza.

L-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) hija frekwentament is-suġġett ta' petizzjonijiet. Kif inhi bħalissa, hija fil-biċċa l-kbira direttiva proċedurali, li tipprovdi l-qafas għall-Istati Membri biex jikkonsultaw lill-pubbliku. Il-Kumitat jenfasizza d-dmir tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jiżguraw li valutazzjoni tal-impatt tkun indipendenti u oġġettiv, u li ma jkun hemm ebda kunflitt ta’ interess bejn l-esperti u l-promoturi tal-proġett. Iċ-ċittadini spiss iressqu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat għall-Petizzjonijiet b’mod preventiv minħabba nuqqas ta’ fiduċja fil-proċedura jew fil-bona fede tal-awtoritajiet.

Attwalment id-Direttiva qed tiġi riveduta. Il-konsultazzjoni pubblika mwettqa mill-Kummissjoni wasslet għal 1365 risposta, li kważi 50% minnhom huma mill-Ġermanja. Bħala riżultat l-aħjar opzjoni tal-politika hija li jsiru xi emendi tekniċi f’direttiva kodifikata mfassla mill-ġdid jew emendata. Il-Kummissjoni qed timmira li tagħmel proposta fl-2012, biex tiġi adottata fl-2014, bi dħul fis-seħħ skedat għall-2016.

Il-Kumitat kultant jiddeċiedi li jwettaq Żjarat ta’ Ġbir ta’ Informazzjoni skont ir-Regola 202(5) tar-Regoli ta’ Proċedura, fejn grupp żgħir ta’ Membri jinvestiga fil-post kwistjonijiet partikolarment kumplessi, sabiex jintefa’ aktar dawl fuq petizzjonijiet diġà diskussi fil-Kumitat. Fl-2011 saru żewġ żjarat li ffokaw fuq kwistjonijiet ambjentali, waħda fil-Bulgarija, l-oħra fir-Rumanija:

L-iskop taż-żjara fil-Bulgarija fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 kien li jeżamina l-kompatibilità mal-kriterji ambjentali tas-sit tal-miżbla f’Suhodol u żewġ żviluppi turistiċi fil-muntanji Rila u Rhodope. Ir-rapport iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-iżviluppi fil-Bulgarija u tipprovdi lill-awtoritajiet bi gwida mill-qrib. L-awtoritajiet huma mistiedna jiżguraw trasparenza u responsabilità sħiħa tal-proċess amministrattiv, li jinvolvi liċ-ċittadini fil-livelli kollha, inklużi l-NGOs u rappreżentanti oħra tas-soċjetà ċivili b’mod aktar attiv.

Iż-żjara fir-Rumanija f’Novembru kienet ibbażata fuq żewġ suġġetti ewlenin li ppermettew lill-membri tad-delegazzjoni biex jevalwaw l-argumenti favur u kontra l-proġett ta’ tħaffir tal-minjieri fuq skala kbira f’Roșia Montană u jevalwaw l-impatt ta’ diversi proġetti ta’ rziezet tar-riħ li allegatament ifixklu l-koerenza tan-netwerk Natura 2000.

Drittijiet Fundamentali

Minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona, kwistjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza sar għandhom profil ħafna ogħla u x’aktarx li l-interess jiżdied. L-effett fuq iċ-ċittadini tal-inkorporazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fit-Trattat huwa suġġett li l-Kumitat eżamina ripetutament. Hemm ir-riskju li l-adeżjoni imminenti tal-UE għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem iżżid aktar konfużjoni. Filwaqt li qed isir dejjem aktar ċar li legalment hemm tibdil żgħir ħafna, il-Kumitat jeħtieġ li jirrifletti fuq ir-rwol politiku tiegħu li jiddefendi l-aspettattivi leġittimi taċ-ċittadini.

Il-porzjon globali ta’ petizzjonijiet li jirreferu għal ‘Drittijiet Fundamentali’ fis-sens wiesa’ għall-2009 u l-2010 kien ta’ madwar 35%, u niżel għal 28% fl-2011. Ir-raġuni għal dan it-tnaqqis hu spjegat mill-filtru ta’ “nonpetizzjonijiet” (ara hawn taħt) li affettwa partikolarment il-petizzjonijiet immarkati “Materja Personali” u “Ġustizzja”. Iż-żieda kbira fil-petizzjonijiet immarkati “Soċjetà tal-Informatika u l-Mezzi ta’ Komunikazzjoni”, li taħtha taqa’ l-libertà tal-istampa, x’aktarx li hi spjegata mill-problemi indikati fir-Rumanija u l-Ungerija matul l-2011.

 

Tabella 6

Il-Viċi President Viviane Redding attendiet għall-Kumitat għall-ewwel darba f’Ottubru 2010 u wkoll fi Frar 2011. Il-Kummissjoni tħares b’mod konservattiv lejn l-Artikolu 51, li jillimita l-applikazzjoni tiegħu għal “l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE…u għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplementaw il-liġi tal-Unjoni”. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet flimkien mad-DĠ Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea, organizza seduta ta’ smigħ fis-6 ta’ Ottubru 2011 fejn il-Kummissarju Reding reġgħet kienet preżenti. Il-Kummissarju Reding minnufih irrikonoxxiet li hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn l-aspettattivi taċ-ċittadini, imkebbsa permezz ta’ dikjarazzjonijiet ta’ rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE, u l-konsegwenzi realital-Karta.

Panel ta’ akkademiċi distinti u professjonisti legali investigaw jekk l-applikazzjoni tissodisfax l-għan ewlieni tal-Karta “li ssaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali”. Il-maġġoranza tagħhom iqisu li dan mhux il-każ. Jean-Paul Jacqué tal-Kulleġġ tal-Ewropa enfasizza li l-Karta żiedet il-kumplessità, aktar milli ssemplifikat il-pożizzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE. Elspeth Gould mis-CEPS użat il-każ tal-FRONTEX bħala eżempju biex turi l-kontradizzjonijiet, u l-Professur Giuseppe Tesauro mill-Qorti Kostituzzjonali Taljana tkellem dwar id-diżillużjoni min-naħa taċ-ċittadini, u l-periklu li din twassal għal skuntentizza ġenerali fir-rigward tal-proġett Ewropew. Il-Professur Van Erp tal-Università ta’ Maastricht kien tal-fehma li d-drittijiet tal-proprjetà huma tassew koperti mill-Karta fl-Artikolu 17.

Id-drittijiet tal-proprjetà fi Spanja, b’mod partikolari s-sottokategorija tal-proprjetajiet fi Spanja milquta mil-Liġi tal-Kosta tal-1988, minn żmien għal żmien, għal diversi snin ingħataw prominenza fil-ħidma tal-Kumitat:

· 70 petizzjoni, li jinvolvu l-komunitajiet awtonomi kostali kollha (15 minn 22 provinċja kostali):

Petizzjonijiet minn komunità awtonoma

23

Komunità ta' Valenzja 10 Valenzja (tmienja minnhom, Urb. La Casbah), 9 Alicante, 4 Castelló.

3

Asturias

11

Andalusia (l-aktar Almería)

3

Cantabria

10

Katalunja (kollha jirreferu għal żewġ Marinas f’Girona: Empuriabrava u Santa Margarita)

2

Il-Pajjiż Bask (it-tnejn jinkludu mtieħen storiċi fil-proprjetà)

9

Il-Gżejjer Baleariċi

2

Galizja

9

Il-Gżejjer Kanarji (l-aktar Tenerife u l-belt ta’ Candelaria)

1

Murcia

 

2

ilmenti ġenerali kontra l-Liġi tal-Kosta

· Tal-anqas 25 petizzjoni jirreferu għal proprjetajiet li kienu fil-pussess tal-petizzjonant qabel l-1988. Ħafna petizzjonijiet oħra jirreferu għal proprjetajiet mibnija qabel l-1988, iżda mixtrija l-aħħar wara l-1988.

· Il-petizzjonijiet jirrappreżentaw madwar 27,000 firma: Tliet petizzjonijiet waħedhom għandhom 26 000 firma, filwaqt li ħafna mill-petizzjonijiet (43) tressqu minn petizzjonant wieħed, li jirrappreżenta lilu nnifsu jew lill-familja tiegħu, u ħafna petizzjonijiet (20) għandhom bosta firem, li spiss jirrappreżentaw assoċjazzjoni jew pjattaforma. Huma ftit il-petizzjonijiet (4) li jirreferu għall-attivitajiet relatati mal-melħ u l-akkwakultura, f’isem kumpaniji.

· 51 petizzjoni tressqu minn ċittadini Spanjoli; l petizzjoni tressqu minn ċittadini ta’ pajjiżi oħra (18 UE, 1 Stati Uniti).

Il-petizzjonanti sar is-smigħ tagħhom f’Mejju. Sussegwentement, il-koordinaturi ddeċidew li jwaqqfu grupp ta’ ħidma biex jikkunsidraw il-passi li jmiss.

Il-Kummissjoni fetħet il-kawża C-306/08 kontra Spanja minħabba l-inkompatibilità ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp urban reġjonali ta’ Valenzja mar-regoli tal-akkwist tal-UE. Il-Qorti ddeċidiet li ma kien hemm ebda ksur tal-liġi Komunitarja. Il-proċeduri mressqa mill-Kummissjoni quddiem il-Qorti, u s-sentenza, iffukaw biss fuq l-aspetti tal-akkwist pubbliku tal-leġiżlazzjoni dwar l-art f’Valenzja. Ma kienx hemm referenza, la fil-proċeduri u lanqas fis-sentenza tal-Qorti, għal aspetti oħra ta’ dik il-leġiżlazzjoni, bħal pereżempju kwistjonijiet tal-esproprjazzjoni, l-impatt ambjentali, id-denominazzjoni tal-użu tal-art urbana, jew għall-adegwatezza tal-politika għall-iżvilupp tal-art reġjonali inġenerali. Xi 31 petizzjoni għadhom pendenti sakemm ikunu solvuti l-problemi enfasizzati fir-rapport Auken[2].

F’Novembru, l-Kumitat bagħat missjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni f’Berlin sabiex issegwi l-problema tal-‘Jugendamt’ li kienet is-suġġett ta’ numru kbir ta’ petizzjonijiet, segwiti mill-Kumitat għal diversi snin. Din tikkonċerna r-rwol tal-awtoritajiet Ġermaniżi biex jipproteġu l-aħjar interessi tat-tfal u d-drittijiet tal-ġenituri. L-għan taż-żjara kien li ssir laqgħa mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-Kumitat għall-Familja u ż-Żgħażagħ tal-Bundestag Ġermaniż. Id-delegazzjoni ddiskutiet ukoll il-kwistjoni ma’ rappreżentanti tal-Ministeru għall-Affarijiet tal-Familja u l-Ministeru tal-Ġustizzja. Il-membri kellhom l-opportunità jifhmu aħjar ir-regoli Ġermaniżi dwar is-superviżjoni tal-kura tat-tfal. Anke jekk in-numru ta’ petizzjonijiet li jindikaw allegati problemi relatati ma’ każijiet transkonfinali huwa sinifikanti, dan jibqa’ negliġibbli meta mqabbel man-numru kbir ħafna ta’ każijiet trattati mill-awtoritajiet b’mod assolut. Is-sigurtà legali hija żgurata bl-eżistenza ta’ mezzi għall-appell.

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, bħala Ko-Rapporteur mal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali skont l-Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura, abbozza opinjoni lejn tmiem l-2010 dwar il-proposta għal regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea. Il-Kumitat kien sodisfatt li s-suġġerimenti tiegħu li jiggarantixxi smigħ pubbliku għal inizjattivi ta’ suċċess u simplifikazzjoni tar-regoli dwar l-ammissibilità kienu adottati. Hu jiddispjaċih li l-proposta tiegħu li jelimina l-limitu tal-età għall-firmatarji ma ġietx aċċettata. Il-bidla fir-Regoli ta’ Proċedura dwar il-Kumitat li jkun prinċipalment responsabbli biex jorganizza s-smigħ fil-Parlament għal Inizjattivi ta’ suċċess għadha ma ġietx iċċarata.

Il-Kumitat jeħtieġ li jikkunsidra b’attenzjoni u jiddefinixxi r-rwol tiegħu fid-dawl tal-evoluzzjonijiet stabbiliti fit-Trattat ta’ Lisbona: il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropea, l-adeżjoni mill-UE mal-KEDB .

Is-Suq Intern

Il-libertà tal-moviment hija kważi meqjusa bħala fatt ovvju miċ-ċittadini tal-UE, u huma jilmentaw bid-dritt meta jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex igawdu d-drittijiet tagħhom. Madwar 15% tal-petizzjonijiet irreġistrati jaqgħu taħt it-temi ‘Suq Intern’, ‘Pensjoni’ ‘Tassazzjoni’ u ‘Servizzi Finanzjarji’ miġbura flimkien:

 

Tabella 7

Il-Kumitat iddeċieda li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja bl-isem “Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE” b’Adina-Ioana Vălean bħala Rapporteur. L-abbozz tar-rapport, ibbażat fuq ir-reazzjoni diretta li jipprovdu l-petizzjonijiet, jenfasizza l-problemi persistenti bl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom[3], l-aċċess għall-intitolamenti tas-sigurtà soċjali, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, l-ostakli li jiltaqgħu magħhom persuni b’diżabilità, il-kwistjonijiet relatati mal-liġi tal-familja u espulsjonijiet tal-massa abbażi tal-oriġini etnika jew nazzjonali li jaffettwaw ir-Roma. Ir-rapport jenfasizza l-importanza ta’ websajts ta’ informazzjoni u mekkaniżmi alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim u l-ħtieġa kontinwa għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

Kif indikat f’rapporti annwali preċedenti u fir-rapport dwar iċ-ċittadinanza tal-UE, il-websajts numerużi dwar informazzjoni alternattiva (i.a. L-Ewropa tiegħek), u mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, (SOLVIT, EC Pilot u CHAP, ECC-Net, eċċ) x’aktarx qed isiru magħrufa aħjar u jsolvu ċertu numru ta’ petizzjonijiet potenzjali. Madankollu, ċertu kwistjonijiet jibqgħu, pereżempju t-tassazzjoni doppja tad-dħul, li formalment/legalment ma taqax taħt il-kompetenza tal-UE iżda li tikkostitwixxi impediment għal-libertà tal-moviment. Il-Kumitat sema’ numru ta’ petizzjonanti dwar dan is-suġġett; iddeċieda li jikteb lill-Istati Membri, u jħeġġiġhom isibu soluzzjoni prattika.

Filtrazzjoni ta’ sottomissjonijiet - nonpetizzjonijiet

Proċedura ġdida introdotta f’Ġunju 2011 sabiex tiddirezzjona sottomissjonijiet ikkunsidrati bħala mhux relevanti biex ikunu imwieġba minn servizzi oħra. Total ta’ 647 sottomissjoni ġew iffiltrati u mhux irreġistrati bħala petizzjonijiet.

Ġew ittrattati kif ġej:

a)  Sottomissjonijiet li jinkludu talba għal informazzjoni dwar il-Parlament Ewropew u l-attivitajiet tiegħu => 57 referuti għall-Mistoqsijiet taċ-Ċittadini

b)  Sottomissjonijiet li jinkludu biss kummenti jew osservazzjonijiet dwar politiki tal-UE, dikjarazzjonijiet mingħajr talba ulterjuri, jew li huma qosra jew bla sinifikat jew li jinkludu lingwaġġ offensiv => 468 (2010: 91) imwieġba minn DĠ PRES

c)  Sottomissjonijiet li ma jidħlux fil-qasam tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea jew li ma jaffettwawx liċ-ċittadin direttament => 122 imwieġba mis-segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet.

L-għan ta’ din il-proċedura ta’ filtrazzjoni kien li jitnaqqas l-ammont ta’ xogħol tal-kumitat. Dan wassal għal tnaqqis kbir fil-petizzjonijiet irreġistrati bħala "Materja Personali" (2010: 234; 2011; 74) u ‘Ġustizzja’ (2010: 125; 2011: 45). Kif imsemmi qabel, dawn is-sottomissjonijiet jistgħu globalment jiġu kategorizzati bħala li jaqgħu taħt l-intestatura ‘Drittijiet Fundamentali’

B’mod ġenerali, għandu jiġi nnutat li ħafna petizzjonijiet taħt l-intestatura ġenerali ‘Drittijiet Fundamentali’, inklużi l-hekk imsejħa nonpetizzjonijiet, huma bbażati fuq nuqqas ta’ fehim min-naħa taċ-ċittadini. Huma għandhom l-impressjoni li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem taqa’ taħt l-awtorità tal-UE jew inkella jqisu bi żball lill-Parlament Ewropew bħala ġudizzjarju jew qorti tal-appell meta l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunux taw ir-riżultat li ċ-ċittadini jistennew jew jixtiequ. Dan żgur li mhux b’sorpriża, meta wieħed jikkunsidra l-aspettattivi li qajmu l-politiċi waqt it-tħejjija tat-Trattat ta’ Lisbona, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jipprevedi li l-UE tiffirma l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Kumitat iddeċieda li se jkompli jikkunsidra bħala ammissibbli, u jinvestiga, allegazzjonijiet ta’ ksur ta’ drittijiet fundamentali meta jkun ġustifikat bil-ħsieb li jinstabu rimedji mhux ġudizzjarji jew soluzzjonijiet politiċi. Mill-banda l-oħra, il-Kumitat ma jikkuntestax il-fehma tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kompetenza proprja tagħha bħala għassiesa tat-Trattat li żżommu milli jintervjeni.

Is-Servizz Legali ġie mitlub jagħti opinjoni dwar id-definizzjoni ta’ ammissibilità tal-petizzjonijiet. Fit-tweġiba tiegħu, hu jikkonferma li ‘qasam ta’ attività’ kif inkluż fit-Trattat, ‘jista’ jiġi kkunsidrat bħala aktar wiesa’ milli biss is-somma tal-kompetenzi eżerċitati mill-Unjoni’. Fost l-implikazzjonijiet li jirriżultaw minn dan, il-fatt li l-Kummissjoni (li spiss twettaq investigazzjonijiet preliminari dwar petizzjonijiet ammissibbli fuq talba tal-Kumitat) taġixxi biss ‘fi ħdan il-kompetenzi tal-Unjoni’ ifisser li l-interpretazzjoni tagħha ta’ petizzjonijiet spiss tkun inqas wiesgħa mil-lok għal interpretazzjoni ta’ petizzjonijiet offrut lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu. Il-parametri ewlenin identifikati mis-Servizz Legali jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 dwar l-għanijiet tal-Unjoni, moqrija flimkien mal-Artikoli 2 sa 6 TFUE. Is-Servizz Legali jiġbor dan kif ġej; "Is-somma ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti f’dawn l-Artikoli tat-Trattati toħloq kategorija ta’ attivitajiet usa’ minn dawk li huma biss il-kompetenzi tal-Unjoni".

Irrispettivament minn dan, huwa importanti li l-petizzjonanti jirċievu risposta motivata kif xieraq u possibilment gwida dwar ir-rikors alternattiv għall-ilment tagħhom. It-Tribunal tal-UE ta sentenza fl-14 ta’ Settembru 2011[4] fejn laqa’ l-ilment tal-petizzjonant kontra d-deċiżjoni tal-Kumitat li jiddikjara l-petizzjoni tiegħu mhux ammissibbli. Il-qorti ġġudikat li l-Kumitat kien naqas milli jirrispetta d-dmir tiegħu li jiġġustifika kif xieraq id-deċiżjoni tiegħu u ma kienx wieġeb l-allegazzjoni tal-petizzjonant dwar ksur possibbli tat-Trattat.

Informazzjoni

Kulħadd jaqbel dwar il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi sabiex tkun ipprovduta informazzjoni aħjar li tiddirezzjona t-tħassib taċ-ċittadini lejn l-interlokutur adattat u li jkunu spjegati l-kompetenzi ta’ livelli differenti ta’ gvern u ta’ amministrazzjoni pubblika. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jirrepeti s-sejħa għal titjib fil-portal tal-web tiegħu fuq il-websajt tal-Parlament Ewropew kull sena. L-isforzi għandhom jitħaffu konsiderevolment.

Madankollu, fl-2011 sar pass sinifikanti ‘l quddiem sabiex ikunu milħuqa ċ-ċittadini; Is-segretarjat issa għandu membru tal-persunal iddedikat għall-informazzjoni u r-riżultat hu kif ġej:

a)  Seba’ edizzjonijiet tal-fuljett PETI-Journal ġew ippubblikati u distribwiti lil madwar 1000 persuna. Madwar 50% ta’ dawk li rċevewh jaħdmu mal-Parlament, xi 25% huma bbażati f’istituzzjonijiet oħra Ewropej u l-25% li jibqa’ huma membri tal-pubbliku ġenerali.

b)  Il-paġna tal-Facebook u l-posts tat-Twitter tal-Kumitat PETI huma segwiti, jingħoġbu, huma sindakalizzati u jsiru kummenti fuqhom minn udjenza ta’ madwar 1000 persuna, prinċipalment membri tal-pubbliku ġenerali.

L-għan huwa li l-portal tal-web għall-petizzjonijiet jkun iddisinjat mill-ġdid, marbut mill-qrib mal-preżenza tal-Kumitat fuq il-midja soċjali u attivitajiet editorjali.

Minn mindu l-proċedimenti tal-Kumitat bdew jiġu trasmessi fuq l-Internet, il-Kumutat għall-Petizzjonijiet qed jiġi segwit ferm aktar mill-oħrajn. Iċ-ċittadini jistgħu jsegwu d-diskussjoni dwar il-petizzjoni tagħhom qegħdin fejn qegħdin.

Aktar minn hekk, l-attendenza għal-laqgħat taċ-ċittadini u l-awtoritajiet baqgħet stabbli matul it-tliet snin li għaddew, għalkemm is-sehem tal-petizzjonanti żdied b’mod sinifikanti fl-2011. L-ispiża għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għaċ-ċittadini li jattendu l-laqgħat għadha baxxa.

 

2009

totali

2010

totali

2011

totali

Total ta’ persuni li attendew

245

 

243

 

242

 

Petizzjonanti ewlenin li attendew

86

 

89

 

148

 

Rimborżati

24

€10.665

12

€5.710

12

€6.513

  • [1]  PE 453.194
  • [2]  N. billi l-Parlament iqis li ċ-ċessjoni obbligata ta’ proprjetà privata akkwistata b’mod leġittimu, mingħajr proċess kif suppost u kumpens xieraq u l-obbligu li jitħallsu l-ispejjeż arbitrarji ta’ żvilupp infrastrutturali mhux mitlub u spiss bla siwi, tikkostitwixxi ksur tad-dritt fundamentali tal-individwu skont l-ECHR u fid-dawl tal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ara, pereżempju, Aka v. it-Turkija1),
    18. Jemmen, madankollu, li n-nuqqas ta’ ċarezza, preċiżjoni u ċertezza dwar id-drittijiet tal-individwi għall-proprjetà fil-liġijiet fis-seħħ, u n-nuqqas ta’ applikazzjoni xierqa u konsistenti tal-liġi ambjentali, huma l-għerq ta’ ħafna problemi marbuta mal-urbanizzazzjoni u li dawn, magħduda ma’ ċerta laxkezza fil-proċess ġuridiku, mhux biss ikkumplikaw il-problema iżda ħolqu wkoll forma endemika ta’ korruzzjoni li l-vittma ewlenija tagħha huwa għal darb’oħra ċ-ċittadin tal-UE, u li kkawżat ukoll telf sostanzjali lill-Istat Spanjol;
  • [3]  Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri ([2004] ĠU L158/77).
  • [4]  Każ T-308/07

ANNESS TAL-ISTATISTIKA

Tabella 1. Ħarsa ġenerali: numru ta' sottomissjonijiet, petizzjonijiet reġistrati, ir-riżultat tas-SIR;

 

2009

%

2010

%

2011

%

Sottomissjonijiet totali

1924

100,00%

1746

100,00%

2091

100,00%

ittra standard DĠ PRES

 

 

91

 

468

 

CITES

 

 

 

 

57

 

Tweġiba tal-PETI

 

 

 

 

122

 

Numru totali ta' petizzjonijiet reġistrati

1924

100,00%

1655

94,80%

1414

67,60%

Total ammissibbli

1108

57,59%

989

59,76%

998

70,58%

li minnhom intemmu bi tweġiba diretta

424

38,27%

405

40,95%

315

31,56%

referuti quddiem il-KE għal opinjoni

710

64,08%

607

61,38%

649

65,03%

referuti quddiem ħaddieħor għal opinjoni

29

2,62%

26

2,63%

26

2,61%

referuti quddiem ħaddieħor għal informazzjoni

211

19,04%

184

18,60%

162

16,23%

Inammissibbli

816

42,41%

667

40,30%

416

29,42%

Tabella 2. Nazzjonalità tal-petizzjonant

Nazzjonalità

2009

%

2010

%

2011

%

Il-Ġermanja

496

25,8%

409

24,7%

315

22,3%

Spanja

237

12,3%

261

15,8%

204

14,4%

L-Italja

219

11,4%

215

13,0%

166

11,7%

Il-Polonja

129

6,7%

94

5,7%

125

8,8%

Ir-Rumanija

152

7,9%

101

6,1%

102

7,2%

Ir-Renju Unit

122

6,3%

91

5,5%

80

5,7%

Franza

79

4,1%

78

4,7%

78

5,5%

Il-Bulgarija

54

2,8%

40

2,4%

49

3,5%

Il-Greċja

78

4,1%

69

4,2%

49

3,5%

L-Ungerija

17

0,9%

31

1,9%

26

1,8%

L-Awstrija

38

2,0%

25

1,5%

24

1,7%

Il-Portugall

32

1,7%

25

1,5%

24

1,7%

Il-Pajjiżi l-Baxxi

44

2,3%

18

1,1%

23

1,6%

Il-Belġju

27

1,4%

29

1,8%

22

1,6%

L-Irlanda

31

1,6%

27

1,6%

16

1,1%

L-Isvezja

13

0,7%

11

0,7%

12

0,8%

Il-Finlandja

26

1,4%

25

1,5%

12

0,8%

Id-Danimarka

13

0,7%

17

1,0%

11

0,8%

Ir-Repubblika Ċeka

6

0,3%

9

0,5%

10

0,7%

Is-Slovakkja

14

0,7%

4

0,2%

7

0,5%

Is-Slovenja

10

0,5%

4

0,2%

7

0,5%

Il-Litwanja

8

0,4%

12

0,7%

6

0,4%

Malta

11

0,6%

11

0,7%

6

0,4%

Ċipru

8

0,4%

8

0,5%

4

0,3%

Il-Lussemburgu

2

0,1%

0

0,0%

4

0,3%

Il-Latvja

11

0,6%

8

0,5%

3

0,2%

L-Estonja

3

0,2%

2

0,1%

3

0,2%

Mhux tal-UE

44

2,3%

31

1,9%

26

1,8%

 

1924

100,0%

1655

100,0%

1414

100,0%

Table 3. Il-pajjiż ikkonċernat

Il-pajjiż ikkonċernat

2009

 

2010

 

2011

 

L-Unjoni Ewropea

404

21,0%

285

17,2%

311

22,0%

Spanja

279

14,5%

288

17,4%

216

15,3%

Il-Ġermanja

299

15,5%

273

16,5%

183

12,9%

L-Italja

177

9,2%

183

11,1%

138

9,8%

Ir-Rumanija

143

7,4%

102

6,2%

106

7,5%

Il-Polonja

100

5,2%

66

4,0%

104

7,4%

Franza

73

3,8%

62

3,7%

64

4,5%

Ir-Renju Unit

83

4,3%

66

4,0%

60

4,2%

Il-Bulgarija

56

2,9%

36

2,2%

52

3,7%

Il-Greċja

74

3,8%

71

4,3%

48

3,4%

Il-Portugall

37

1,9%

26

1,6%

30

2,1%

L-Ungerija

25

1,3%

36

2,2%

23

1,6%

L-Irlanda

37

1,9%

27

1,6%

22

1,6%

Il-Pajjiżi l-Baxxi

35

1,8%

12

0,7%

20

1,4%

L-Awstrija

34

1,8%

36

2,2%

18

1,3%

Ir-Repubblika Ċeka

13

0,7%

15

0,9%

15

1,1%

Id-Danimarka

14

0,7%

25

1,5%

14

1,0%

L-Isvezja

17

0,9%

16

1,0%

13

0,9%

Il-Belġju

30

1,6%

28

1,7%

12

0,8%

Il-Finlandja

20

1,0%

26

1,6%

11

0,8%

Ċipru

13

0,7%

18

1,1%

10

0,7%

Malta

9

0,5%

13

0,8%

9

0,6%

Il-Litwanja

14

0,7%

7

0,4%

8

0,6%

Is-Slovakkja

19

1,0%

7

0,4%

8

0,6%

Is-Slovenja

12

0,6%

6

0,4%

7

0,5%

Il-Lussemburgu

4

0,2%

3

0,2%

4

0,3%

L-Estonja

4

0,2%

7

0,4%

3

0,2%

Il-Latvja

11

0,6%

7

0,4%

3

0,2%

 

1924

105,8%

1655

105,6%

1414

106,9%

Table 4. Temi

Tema

2009

 

2010

 

2011

 

L-Ambjent

201

10,4%

214

12,9%

227

16,1%

Ambjent- Skart

18

0,9%

24

1,5%

25

1,8%

Il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali

40

2,1%

43

2,6%

26

1,8%

Is-subtotal tad-Drittijiet Fundamentali

679

35,3%

600

36,3%

394

27,9%

Id-Drittijiet Fundamentali

165

8,6%

152

9,2%

123

8,7%

Kwistjoni Personali

216

11,2%

234

14,1%

74

5,2%

Proprjetà

106

5,5%

63

3,8%

21

1,5%

Is-Soċjetà tal-Informazzjoni & il-Midja

33

1,7%

26

1,6%

131

9,3%

Il-Ġustizzja

159

8,3%

125

7,6%

45

3,2%

Is-subtotal tas-Suq Intern

276

14,3%

273

16,5%

221

15,6%

Is-Suq Intern

138

7,2%

123

7,4%

98

6,9%

Il-Pensjoni

51

2,7%

68

4,1%

52

3,7%

It-Tassazzjoni

61

3,2%

63

3,8%

48

3,4%

Is-Servizzi Finanzjarji

26

1,4%

19

1,1%

23

1,6%

It-Trasport

101

5,2%

101

6,1%

69

4,9%

Id-Drittijiet tal-Konsumaturi

96

5,0%

84

5,1%

55

3,9%

L-affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

27

1,4%

26

1,6%

53

3,7%

L-Impjiegi

105

5,5%

64

3,9%

45

3,2%

L-Enerġija

30

1,6%

24

1,5%

43

3,0%

Il-Kultura & l-Wirt

57

3,0%

48

2,9%

42

3,0%

Il-Benessri tal-Bhejjem

37

1,9%

34

2,1%

36

2,5%

L-Istituzzjonijiet

36

1,9%

30

1,8%

30

2,1%

Is-Saħħa

104

5,4%

83

5,0%

28

2,0%

L-Iżvilupp Urban

77

4,0%

35

2,1%

28

2,0%

L-Affarijiet Kostituzzjonali

26

1,4%

27

1,6%

26

1,8%

Il-Frodi u l-Korruzzjoni

22

1,1%

32

1,9%

25

1,8%

L-Agrikoltura

22

1,1%

21

1,3%

21

1,5%

L-Industrija & l-Intrapriża

45

2,3%

33

2,0%

21

1,5%

L-Immigrazzjoni

38

2,0%

37

2,2%

17

1,2%

Ir-Relazzjonijiet Esterni

38

2,0%

18

1,1%

16

1,1%

Oħrajn

146

7,6%

93

5,6%

69

4,9%

 

1924

 

1655

 

1414

 

Table 5. L-istatus; petizzjonijiet miftuħa mill-1997 sa tmiem l-2011

 

Miftuħa

%

Magħluqa

%

Totali

2011

565

39,96%

849

60,04%

1414

2010

224

13,50%

1432

86,50%

1655

2009

178

9,30%

1746

90,70%

1924

2008

141

7,50%

1745

92,50%

1886

2007

120

8,00%

1386

92,00%

1506

2006

45

4,40%

976

95,60%

1021

2005

31

3,05%

985

96,95%

1016

2004

16

1,60%

986

98,40%

2002

2003

7

0,50%

1308

99,50%

1315

2002

5

0,30%

1596

99,70%

1601

2001

0

0,00%

1132

100,00%

1132

2000

1

0,10%

907

99,90%

908

1999

1

0,10%

933

99,90%

934

1998

2

0,20%

1125

99,80%

1127

1997

1

0,10%

1305

99,90%

1306

Table 6. Attendenza għal-laqgħat

 

2009

2010

2011

Total ta’ persuni li attendew

245

243

242

Petizzjonanti ewlenin li attendew

86

89

148

Rimborżati

24

12

12

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

12.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Victor Boştinaru, Philippe Boulland, Giles Chichester, Nikolaos Chountis, Iliana Malinova Iotova, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lena Kolarska-Bobińska, Erminia Mazzoni, Willy Meyer, Chrysoula Paliadeli, Nikolaos Salavrakos, Jarosław Leszek Wałęsa, Rainer Wieland

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zoltán Bagó, Birgit Collin-Langen, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu, Petru Constantin Luhan, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Franck Proust, Renate Sommer, Hermann Winkler