RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni
16.8.2012 - (COM(2011)0609 – C7‑0318/2011 – 2011/0270(COD)) - ***I
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Jutta Steinruck
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
- OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
- OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
- PROĊEDURA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni
(COM(2011)0609 – C7‑0318/2011 – 2011/0270(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0609),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 46(d), l-Artikolu 149, l-Artikolu 153(2)(a) u t-l-Artikolu 175(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0318/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Svediż, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Frar 2012[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0241/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss proposta għall-awtorità baġitarja u li ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq ftehim rigward ir-regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM);
3. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li huma meħtieġa biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-QFM li jmiss biex l-Unjoni tkun tista' twettaq il-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u l-kompiti l-ġodda provduti fit-Trattat ta' Lisbona, notevolment l-inklużjoni soċjali, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; jirrimarka li l-Parlament talab, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: qafas Finanzjarju Multiannwali Ġdid (QFM) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva", għal żieda fil-livell ta' riżorsi għall-QFM li jmiss ta' mill-inqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni |
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Progress Soċjali, l-Innovazzjoni u l-Impjiegi u li temenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) B’mod konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Baġit għall-Ewropa 2020’, li tirrakkomanda r-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni u l-irfinar tal-enfasi tagħhom kemm fuq il-valur miżjud kif ukoll fuq l-impatti u r-riżultati tal-Unjoni, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Programm’) sabiex jipprovdi għall-kontinwazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet imwettqa fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress, ir-Regolament Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE tat-23 ta’ Diċembru 2002 li timplimenta r-Regolament Nru 1612/1968 dwar l-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2010 li tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (minn hawn ’il quddiem ‘il-Faċilità’). |
(1) B’mod konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Baġit għall-Ewropa 2020’, li tirrakkomanda r-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-Unjoni u l-irfinar tal-enfasi tagħhom kemm fuq il-valur miżjud kif ukoll fuq l-impatti u r-riżultati tal-Unjoni, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Progress Soċjali, l-Innovazzjoni u l-Impjiegi (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Programm’) sabiex jipprovdi għall-kontinwazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet imwettqa fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress, ir-Regolament Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE tat-23 ta’ Diċembru 2002 li timplimenta r-Regolament Nru 1612/1968 dwar l-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għall-impjieg u d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2010 li tistabbilixxi l-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (minn hawn ’il quddiem ‘il-Faċilità’). |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) B’mod konformi mal-Artikolu 148(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill adotta linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi fil-21 ta’ Ottubru 2010, li, flimkien mal-linji gwida wiesgħa għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni adottati b’mod konformi mal-Artikolu 121 tat-Trattat, jinkludu l-linji gwida integrati tal-Ewropa 2020. Il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-linji gwida integrati tal-Ewropa 2020, u b’mod partikolari l-Linji Gwida 7, 8 u 10, filwaqt li jagħtu appoġġ l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin, b’rabta speċjali mal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi u Żgħażagħ fl-Azzjoni. |
(3) B’mod konformi mal-Artikolu 148(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill adotta linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi fil-21 ta’ Ottubru 2010, li, flimkien mal-linji gwida wiesgħa għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni adottati b’mod konformi mal-Artikolu 121 tat-Trattat, jinkludu l-linji gwida integrati tal-Ewropa 2020. Il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-ilħiq tal-miri tal-Ewropa 2020, u b’mod speċjali l-objettivi tagħha għat-tnaqqis tal-faqar u għall-impjiegi kif definiti fil-Linji Gwida dwar l-Impjiegi. Għal dak il-għan, il-Programm għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin, b’rabta speċjali mal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi u Żgħażagħ fl-Azzjoni, kif ukoll l-Inizjattiva ta’ Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-inizjattivi ewlenin tal-Innovazzjoni tal-Unjoni jidentifikaw l-innovazzjoni soċjali bħala għodda b’saħħitha sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali li joriġinaw mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-faqar, il-qgħad, il-mudelli ġodda tax-xogħol u l-istili tal-ħajja, u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-ġustizzja soċjali, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Il-Programm għandu jagħti appoġġ lil azzjoni sabiex tiġi intensifikata l-innovazzjoni soċjali fl-oqsma tal-politika li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tiegħu fis-settur pubbliku, f'dak privat u fit-tielet settur, waqt li jitqies kif dovut ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali. B’mod partikolari, għandu jgħin l-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni u ż-żieda ta’ soluzzjonijiet u prattiċi innovattivi permezz tal-esperimentazzjoni soċjali sabiex jassisti lill-Istati Membri b’mod aktar effettiv biex jirriformaw is-swieq tax-xogħol u l-politiki tal-protezzjoni soċjali tagħhom. Għandu jaġixxi wkoll bħala katalist għal sħubijiet u netwerking transnazzjonali bejn l-atturi tas-settur pubbliku, privat u t-tielet settur kif ukoll jagħti appoġġ fl-involviment tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda fl-indirizzar ta’ ħtiġijiet u sfidi soċjali urġenti. |
(4) Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-inizjattivi ewlenin tal-Innovazzjoni tal-Unjoni jidentifikaw l-innovazzjoni soċjali bħala għodda b’saħħitha sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali li joriġinaw mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-faqar, il-qgħad, il-mudelli ġodda tax-xogħol u l-istili tal-ħajja, u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-ġustizzja soċjali, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Il-Programm għandu jagħti appoġġ lil azzjoni sabiex tiġi intensifikata l-innovazzjoni soċjali bħala reazzjoni għall-bżonnijiet soċjali li ma jiġux issodisfati jew jiġu ssodisfati b’mod insuffiċjenti, f’termini tal-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, il-promozzjoni ta’ impjiegi b’livell għoli ta’ kwalità u sostenibbli, bil-garanzija ta’ ħarsien soċjali adegwat u li jipprevjeni l-faqar, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-ttijib tal-aċċess għall-kura tas-saħħa u t-taħriġ għall-persuni vulnerabbli, waqt li jitqies kif dovut ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali.. Għandu jaġixxi wkoll bħala katalist għal sħubijiet u netwerking transnazzjonali bejn l-atturi tas-settur pubbliku, privat u t-tielet settur kif ukoll jagħti appoġġ fl-involviment tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda fl-indirizzar ta’ ħtiġijiet u sfidi soċjali urġenti. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) B’mod partikolari, il-Programm għandu jgħin biex jidentifika, janalizza u jespandi soluzzjonijiet innovattivi kif ukoll l-implimentazzjoni prattika tagħhom permezz ta’ sperimentazzjoni tal-politika soċjali biex, fejn ikun meħtieġ, jgħin lill-Istati Membri jkabbru l-effiċjenza tas-swieq tax-xogħol tagħhom u jtejbu aktar il-politiki tagħhom dwar il-ħarsien soċjali u l-inklużjoni L-isperimentazzjoni tal-politika soċjali tirreferi għall-ittestjar fil-post ta’ innovazzjonijiet soċjali abbażo ta’ proġetti. Tippermetti l-ġbir ta’ evidenza dwar il-fattibilità tal-innovazzjonijiet soċjali. Ideat tajbin għandhom jiġu segwiti fuq skala ikbar b’appoġġ finanzjarju mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) kif ukoll sorsi oħra. L-esperjenza turi li l-proġetti ta’ esperimentazzjoni tal-politika soċjali ġieli jdumu bejn tliet snin u ħames snin u jinkludu varjetà kbira ta' atturi tad-daqsijiet kollha. Ċentri ta’ informazzjoni nazzjonali għall-isperimentazzjoni tal-politika soċjali, fejn ikunu stabbiliti, iservu bħala post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-partijiet interessati kollha u bħala appoġġ tal-ħolqien u l-iżvlupp ta’ netwerks u sħubijiet. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) Il-metodu miftuħ ta’ koordinament, filwaqt li ta prova tal-flessibilità u tal-effikaċja operazzjonali tiegħu fl-oqsma tal-politika soċjali, imissu jiġi utilizzat b’mod olistiku fl-oqsma li huma ta’ interess għall-Istati Membri. Għalhekk għandu jiġi utilizzat aktar, mhux l-anqas bil-għan li jtejjeb il-Programm u jagħmlu aktar effikaċi. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 4c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4c) Il-progress lejn żvilupp sostenibbli mil-lat soċjali u dak ambjentali fl-Ewropa se jeħtieġ li jiġu antiċipati u żviluppati ħiliet u kompetenzi ġodda, li jwasslu għat-titjib tal-kundizzjonijiet għall-ħolqien tal-impjiegi, tal-kwalità tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol permezz ta' politiki assoċjati dwar l-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol u l-politiki soċjali bi rbit mat-trasformazzjoni tal-industriji u s-servizzi. Il-Programm għandu għalhekk jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi 'green collar' u 'white collar' ta' kwalità għolja u sostenibbli, l-antiċipazzjoni u l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi ġodda għal impjieg ġdid ta' kwalità għolja billi l-impjiegi u l-politiki soċjali jintrabtu mal-politiki industrijali u strutturali li jappoġġaw tranżizzjoni favur ekonomija effiċjenti f'termini ta' riżorsi u b'karbonju baxx. B'mod partikolari, il-Programm għandu jaġixxi bħala katalist biex jiġi studjat il-potenzjal tal-ħolqien tal-impjieg ta' investimenti ambjentali u soċjali mmexxija mis-settur pubbliku u tal-inizjattivi tal-impjieg lokali u reġjonali. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 4d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4d) Il-Programm għandu jagħti attenzjoni partikolari għad-dimensjoni territorjali tal-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni, u speċjalment għall-inugwaljanzi li qed jiżdiedu fir-reġjuni u bejniethom, bejn iż-żoni rurali u l-bliet kif ukoll fil-bliet. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 4e (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4e) Il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-intrapriża u fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-isferi tal-ekonomija u tal-kummerċ hija fattur li, bil-provi, jtejjeb il-kompetittività, il-produttività u l-innovazzjoni. Rapporti reċenti ppreżentati mill-Kummissjoni nfisha dwar il-livell ta’ konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll studji dwar il-governanza u s-sostenibilità li saru mill-Bank Dinji u min-Nazzjonijiet Uniti, juru li l-inkorporazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u, b’mod partikolari, l-ugwaljanza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi, jinkoraġġixxu t-trasparenza u l-parteċipazzjoni u jnaqqsu l-korruzzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Istrateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2010-2015, l-Unjoni jmissha tagħmel użu aħjar tal-potenzjal tan-nisa, u b’hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet ekonomiċi u soċjali ġenerali tal-Unjoni billi ddaħħal aktar nisa fis-suq tax-xogħol u f'impjiegi ta' kwalità tajba. B'mod partikolari r-rati ta’ okkupazzjoni ta' nisa ta' età ikbar, ġenituri waħedhom, nisa b'diżabilità, nisa migranti u nisa minn minoranzi etniċi għadhom relattivament baxxi u għalhekk hemm il-ħtieġa li d-diskrepanzi li għad hemm bejn is-sessi jitnaqqsu kemm f'dik li hi kwantità kif ukoll f’dik li hi kwalità. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 4f (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4f) Jeħtieġ li jiġu kkonsolidati d-dimensjonijiet soċjali tas-suq uniku. Fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq uniku u l-moviment liberu tas-servizzi b'rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema, jeħtieġ li jiġi żgurat status ugwali għad-dritt kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-intraprendituri għal-libertà ta' moviment fit-territorju tal-Unjoni. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) B’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti kbar b'valur miżjud ċar tal-UE sabiex jilħaq il-massa kritika u jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun jista' jaqdi lill-fornituri ta’ mikrofinanzjament fil-ħtiġijiet kollha relatati tagħhom, billi jipprovdi finanzjament għall-mikrokreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Finalment, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
(5) B’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar, filwaqt li jżomm quddiem għajnejh l-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti, irrispettivament mid-daqs tagħhom, b’valur miżjud ċar tal-UE. Biex inaqqas il-piżijiet amministrattivi, il-Programm għandu jairfed il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ netwerks u sħubijiet. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità waqt li fl-istess ħin jiżgura t-trasparenza tal-proċedimenti. Il-Programm għandu jkun lok fejn, fil-livell tal-Unjoni, jista' jaqdi lill-fornituri ta’ mikrofinanzjament fil-ħtiġijiet kollha relatati tagħhom, billi jipprovdi finanzjament għall-mikrokrediti u l-intraprenditorija soċjali, jiffaċilita l-aċċess għas-self u jagħti l-assistenza teknika. Fi ħdan l-ambitu limitat tiegħu, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali, b’rispett sħiħ tal-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Fil-qies tal-fondi limitati disponibbli għall-programm u l-preallokazzjoni ta' dawn il-fondi għad-diversi assi, il-prijorità tal-finanzjament għandha tingħata lill-iżvilupp ta' strutturi b'effett multiplikatur ċar li jkunu ta' benefiċċju għal aktar attivitajiet u inizjattivi. Għandhom jiddaħħlu fis-seħħ ukoll miżuri xierqa sabiex tiġi evitata kull possibilità ta' sovrappożizzjoni u/jew finanzjament doppju ma' fondi jew programmi oħrajn, b'mod partikolari mal-Fond Soċjali Ewropew. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5b) L-objettivi estensivi u l-importanza kbira mogħtija lil dan il-programm jikkontradixxu l-mezzi finanzjarji limitati ħafna allokati, ħaġa li tista' potenzjalment tiddiżappunta l-aspettattivi tal-partijiet interessati rigward dan il-programm. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-Unjoni għandha tipprovdi lilha nnifisha b’bażi analitika soda sabiex tappoġġja t-tfassil tal-politika fil-qasam tal-impjiegi u soċjali. Tali bażi ta’ evidenza żżid il-valur għal azzjoni nazzjonali billi tiġi provduta dimensjoni tal-Unjoni u tqabbil għall-ġbir ta’ dejta u l-iżvilupp ta’ għodod u metodi statistiċi u indikaturi komuni bil-ħsieb li tiġi mfassla stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fl-oqsma tal-impjiegi, il-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol madwar l-Unjoni u tiġi żgurata l-evalwazzjoni ta’ kwalità għolja tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-programmi u l-politiki. |
(6) L-Unjoni għandha titgħammar b’bażi analitika soda sabiex tappoġġa t-tfassil tal-politika fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali, b’attenzjoni speċjali għall-impatt tal-kriżi finanzjarja u ekonomika. Tali bażi ta’ evidenza żżid il-valur għal azzjoni nazzjonali billi tiġi provduta dimensjoni tal-Unjoni u tqabbil għall-ġbir ta’ dejta u l-iżvilupp ta’ għodod u metodi statistiċi u indikaturi komuni bil-ħsieb li tiġi mfassla stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fl-oqsma tal-impjiegi, il-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol madwar l-Unjoni u tiġi żgurata l-evalwazzjoni ta’ kwalità għolja tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-programmi u l-politiki, bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni unika sabiex tipprovdi pjattaforma tal-Unjoni għal skambji ta’ politika u tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri fl-oqsma tal-impjiegi u soċjali. Għarfien tal-politiki applikati f’pajjiżi oħra u tar-riżultati tagħhom iwessa’ l-firxa ta’ opzjonijiet disponibbli għal persuni li jfasslu l-politika, jiskatta żviluppi ta’ politika ġodda u jinkoraġġixxi riforma nazzjonali. |
(7) L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni unika sabiex tipprovdi pjattaforma tal-Unjoni għal skambji ta’ politika u tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri fl-oqsma tal-impjiegi, tal-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-intraprenditorija soċjali. Għarfien tal-politiki applikati f’pajjiżi oħra u tar-riżultati tagħhom, inklużi dawk milħuqa permezz ta’ sperimentazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, iwessa’ l-firxa ta’ opzjonijiet disponibbli għal persuni li jfasslu l-politika, biex b’hekk jiskatta żviluppi ġodda ta’ politika. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Hija karatteristika ewlenija tal-politika soċjali Unjoni li jiġi żgurat li l-istandards minimi jkunu fis-seħħ u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jittejbu kostantament fl-Unjoni. L-Unjoni għandha rwol importanti kemm sabiex tiżgura li l-qafas leġiżlattiv huwa adattat, b’mod konformi mal-prinċipji tar-‘Regolamentazzjoni Intelliġenti’, fl-iżvilupp ta’ mudelli tax-xogħol u riskji ġodda tas-saħħa u s-sigurtà kif ukoll fil-finanzjament ta’ miżuri sabiex tiżdied il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema. |
(8) Hija karatteristika ewlenija tal-politika soċjali tal-Unjoni li jiġi żgurat, fl-Unjoni, li l-istandards minimi jkunu fis-seħħ u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jittejbu kostantament u jkunu applikati b’mod effikaċi. Dan it-titjib jista’ jiġi identifikat, pereżempju, b’tikketta soċjali. L-Unjoni għandha rwol importanti kemm sabiex tiżgura li l-qafas leġiżlattiv ikun adattat, b’mod konformi mal-prinċipji ta' 'xogħol deċenti', fl-iżvilupp ta’ mudelli tax-xogħol u riskji ġodda tas-saħħa u s-sigurtà kif ukoll fil-finanzjament ta’ miżuri sabiex tiżdied il-konformità mal-istandards tax-xogħol tal-ILO, l-Aġenda tan-NU u tal-ILO dwar 'Xogħol Deċenti' u mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Il-Programm għanduu jqis il-fatt li t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jinvolvi wkoll li s-sigħat tax-xogħol u s-suriet ta' impjiegi jsiru aktar flessibbli, fejn jinħolqu servizzi biex jappoġġjaw il-ħajja tal-familja, itejbu l-kundizzjonijiet tal-liv u mekkaniżmi oħra biex jingħata appoġġ lill-ġenituri li jaħdmu. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 8b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8b) Għandha tittieħed azzjoni wkoll biex jiġi promoss l-investiment fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u fil-faċilitajiet soċjali bil-ħsieb li mhux sempliċement jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni imma wkoll biex jitrawmu t-tkabbir, il-benesseri u l-iżvilupp fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u sħab soċjali attivi f’diversi livelli jista’ jkollhom rwol importanti fl-issodisfar tal-objettivi tal-Programm, billi jipparteċipaw fil-proċess tat-tfassil tal-politika u billi jikkontribwixxu għall-innovazzjoni soċjali. |
(9) Sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi s-sħab soċjali għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-impjiegi ta’ kwalità u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar kif ukoll fil-ġlieda kontra l-qgħad, u għandhom ikunu assoċjati mill-qrib fl-azzjonijiet kollha mfassla biex jilħqu l-objettivi tal-Programm, inkluża l-innovazzjoni soċjali. Għalhekk, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jipparteċipaw fl-iżvilupp, l-evalwazzjoni, l-ittestjar fil-post u t-tixrid ta’ politiki ġodda. Sħubijiet ta’ kwalità għolja għandhom jissawru fil-livelli kollha. Il-prinċipju ta’ sħubija għandu jissaħħaħ u jiġi estiż bħala l-prinċipju ta’ gwida għas-sezzjonijiet kollha tal-Programm. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) L-Unjoni hija kommessa li ssaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni billi tippromwovi xogħol diċenti u standards tax-xogħol internazzjonalment, jew direttament vis-à-vis pajjiżi terzi jew indirettament permezz ta’ kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu żviluppati relazzjonijiet xierqa ma’ pajjiżi terzi li mhumiex qed jipparteċipaw fil-Programm sabiex jgħinuha tilħaq l-objettivi tagħha, wara li tikkunsidra kwalunkwe ftehimiet rilevanti bejn dawn il-pajjiżi u l-Unjoni. Dan jista’ jinvolvi l-attendenza ta’ rappreżentanti ta’ dawn il-pajjiżi terzi f’avvenimenti ta’ interess reċiproku (bħal konferenzi, workshops u seminars) li jsiru f’pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni għandha tiġi żviluppata mal-organizzazzjonijiet internazzjonali konċernati, u b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi(OECD), bil-ħsieb li jiġi implimentat il-Programm b’mod li jqis ir-rwol ta’ dawn l-organizzazzjonijiet. |
(10) L-Unjoni hija kommessa li ssaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-globalizzazzjoni u tiġġieled kontra d-dumping soċjali billi tippromwovi xogħol diċenti u standards tax-xogħol, mhux biss fl-Istati Membri tagħha iżda wkoll internazzjonalment, jew direttament vis-à-vis pajjiżi terzi jew indirettament permezz ta’ kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu żviluppati relazzjonijiet xierqa ma’ pajjiżi terzi li mhumiex qed jipparteċipaw fil-Programm sabiex jgħinuha tilħaq l-objettivi tagħha, wara li tikkunsidra kwalunkwe ftehimiet rilevanti bejn dawn il-pajjiżi u l-Unjoni. Dan jista’ jinvolvi l-attendenza ta’ rappreżentanti ta’ dawn il-pajjiżi terzi f’avvenimenti ta’ interess reċiproku (bħal konferenzi, workshops u seminars) li jsiru f’pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni għandha tiġi żviluppata mal-organizzazzjonijiet internazzjonali konċernati, u b’mod partikolari l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u korpi oħra relevanti tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi(OECD), bil-ħsieb li jiġi implimentat il-Programm b’mod li jqis ir-rwol ta’ dawn l-organizzazzjonijiet. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) B’mod konformi mal-Artikoli 45 u 46 tat-Trattat, Regolament (UE) Nru 492/2011 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jinkiseb il-moviment ħieles għall-ħaddiema billi jiżgura l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. EURES għandu jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobilità ġeografika transnazzjonali tal-ħaddiema, jipprovdi akbar trasparenza fuq is-suq tax-xogħol, jiżgura l-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol u jappoġġja attivitajiet fl-oqsma tas-servizzi tar-reklutaġġ, pariri u konsulenza fil-livell nazzjonali u transkonfinali, b’hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
(11) B’mod konformi mal-Artikoli 45 u 46 tat-TFUE, Regolament (UE) Nru 492/2011 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jinkiseb il-moviment ħieles għall-ħaddiema billi jiżgura l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. EURES għandu jippromwovi l-funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobilità ġeografika transnazzjonali volontarja tal-ħaddiema, jipprovdi trasparenza akbar fuq is-suq tax-xogħol, u jiżgura t-trattament ugwali għal ħaddiema transkonfinali kemm f'terminu soċjali kif ukoll f'dak relatat mat-taxxa, jiżgura t-trattament ugwali għall-ħaddiema transnazzjonalisew f’termini sew soċjali kif ukoll relatati mat-taxxi u jappoġġja attivitajiet fl-oqsma tas-servizzi ta’ pariri, konsulenza u ppustjar f’impiegi fil-livell nazzjonali u transkonfinali għall-ħaddiema mobbli u għal min iħaddem, u b’hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Madankollu, il-Kummissjoni nnifisha m’għandhiex taġixxi bħala servizz ta’ impjiegi. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-ambitu ta’ EURES għandu jitwessa’ sabiex jiżviluppa u jappoġġja skemi ta’ mobilità mmirati fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li jimtlew postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol. B’mod konformi mal-Artikolu 47 tat-Trattat, l-iskema għandha tiffaċilita l-mobilità fost ħaddiema żgħażagħ. |
(12) L-ambitu ta’ EURES għandu jitwessa’ sabiex jinkludi l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ skemi ta’ mobilità mmirati fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li jimtlew postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol u biex jiżviluppa ulterjorment u jkattar l-għadd ta' proġetti transkonfinal ita' sħubija EURES. Fid-dawl ta' livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u b’mod konformi mal-Artikolu 47 tat-Trattat, l-iskema għandha tiffaċilita l-mobilità volontarja fost ħaddiema żgħażagħ fl-Unjoni. Skemi mmirati tal-mobilità, bħalma hija 'L-ewwel xogħol EURES tiegħek', għandhom jagħmluha aktar faċli għaż-żgħażagħ li jaċċessaw opportunitajiet tal-impjieg u jsibu xogħol fi Stat Membru ieħor, kif ukoll iħeġġu lil min iħaddem biex joħloq pożizzjonijiet tax-xogħol għal ħaddiema żgħażagħ mobbli. Madankollu, skemi tal-mobilità m’għandhomx jiskoraġġixxu lill-Unjoni u lill-Istati Membri milli jgħinu liż-żgħażagħ isibu l-ewwel xogħol tagħhom f’pajjiżhom. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) F’bosta reġjuni mal-fruntieri, is-sħubijiet transfruntiera tal-EURES għandhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ suq tax-xogħol tassew Ewropew. Kull wieħed mis-sħubijiet transfruntiera tal-EURES jinvolvu tal-inqas żewġ Stati Membri jew Stat Membru u pajjiż parteċipanti ieħor, u konsegwentement għandhom natura orizzontali ċara u valur miżjud fil-livell tal-Unjoni. Sħubijiet transfruntiera tal-EURES għandhom għalhekk jibqgħu jiġu appoġġjati permezz ta’ attivitajiet orizzontali tal-Unjoni, li jistgħu jiġu kkumplimentati minn riżorsi nazzjonali jew mill-FSE. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 12b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12b) L-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-EURES għandha tqis kriterji kwalitattivi u kwantitattivi. Għalhekk il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżviluppaw indikaturi komuni biex jevalwaw il-kwalità tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fir-rigward tal-impjiegi EURES. Peress li impjiegi fi Stat Membru wieħed ifisser li impjiegi qed jibdew fi Stat Membru ieħor, skont is-sitwazzjonijiet tas-suq tax-xogħol li qed jinbidlu u mudelli tal-mobilità relatati, il-fokus tal-evalwazzjoni m’għandux ikun biss fuq l-impjiegi li qed jibdew u li qed jintemmu f’pajjiżi individwali iżda speċjalment fuq iċ-ċifri aggregati fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-konsulenza ma tirriżultax neċessarjament f’mobilità li titkejjel jew f'impjiegi. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozju, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. Sforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiżdiedu sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuha l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu, ekwità jew kważi ekwità huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozju, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. Sforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiżdiedu sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament, jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-self u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuha l-aktar, u b’mod partikolari n-nies qiegħda, in-nisa u l-persuni vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bl-istess mod, l-impriżi żgħar u l-mikroimpriżi jiffurmaw il-maġġoranza tal-kumpaniji li għadhom kif twaqqfu fl-Unjoni Ewropea, u għandu jkun possibbli li l-mikrokreditu joffri mezz li, bil-ħeffa, iħalli valur miżjud u riżultati konkreti. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. Għandhom jittejbu l-ativitajiet ta’ komunikazzjoni dwar opportunitajiet ta’ mikrofinanzjament fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri, ħalli jilqu aktar lil dawk li jeħtieġu l-mikrofinanzjament. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-mikfrofinanzjament u l-appoġġ għall-intraprenditorija soċjali għandu jkollhom impatt dejjiemi u għandhom jilħqu ‘l benefiċjarji potenzjali. Għandhom jikkontribwixxu għal livell għoli ta’ impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli, u jaqdu ta’ katalizzaturi sew għall-politiki ekonomiċi kif ukoll għal dawk tal-iżvilupp lokali. Bil-għan li jimmassimizzaw l-opportunitajiet għall-ħolqien ta’ mikroimpriżi vijabbli, l-azzjonijiet li jinvolvu l-mikrofinanzjament u l-intraprenditorija soċjali għandu jkollhom magħhom programmi ta’ mentoring u taħriġ li għandhom jiġu aġġornati regolarment u jsiru aċċessibbli permezz ta’ punti ta’ informazzjoni ċentralizzati. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li parti adegwata tal-baġit tkun assenjata għal tali miżuri. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Sabiex il-mikrofinanzjament ikun aktar disponibbli fis-suq tal-mikrofinanzjament ġdid tal-Unjoni jeħtieġ li l-kapaċità istituzzjonali tal-fornituri tal-mikrofinanzjament, u b’mod partikolari istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament mhux bankarji, tiżdied b’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikro kreditu’. |
(15) Sabiex il-mikrofinanzjament ikun aktar disponibbli fis-suq tal-mikrofinanzjament ġdid tal-Unjoni jirrikjedi li l-kapaċità istituzzjonali tal-fornituri tal-mikrofinanzjament, u b’mod partikolari ta’ istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament mhux bankarji, tiżdied b’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikro kreditu' u r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Promozzjoni tal-Innovaturi Nisa u tal-Intraprenditorija tan-Nisa (Promotion of Women Innovators and Entrepreneurship). It-titjib tad-disponibbiltà u tal-aċċessibbiltà tal-mikrofinanzjament fis-suq tal-Unjoni jirrikjedi wkoll li r-regoli dwar l-operazzjonijiet transfruntiera tal-fornituri tal-mikrofinanzjament ikunu stabbiliti b’tali mod li jiffaċilitaw il-mikrofinanzjament fi ħdan is-suq uniku. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Intrapriżi soċjali huma l-bażi tal-ekonomija soċjali tas-suq pluralistika tal-Ewropa. Dawn jistgħu jaġixxu bħala l-forzi tal-bidla soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi, ugħalhekk jagħmlu kontribuzzjoni siewja sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-programm għandu jtejjeb l-aċċess għal intrapriżi soċjali sabiex jiffinanzjaw u b’hekk jikkontribwixxu għall-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali mnedija mill-Kummissjoni. |
(16) L-intrapriżi soċjali huma l-bażi tal-ekonomija soċjali tas-suq pluralistika tal-Ewropa, u għandhom rwol importanti biex jiżguraw konverġenza soċjali akbar fl-Ewropa. Dawn jistgħu jaġixxu bħala l-forzi tal-progress soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi, u għalhekk jagħmlu kontribuzzjoni siewja sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll jippromwovu swieq tax-xogħol inklussivi u servizzi soċjali li jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Fl-ambitu limitat tiegħu, il-programm għandu jtejjeb l-aċċess għal intrapriżi soċjali sabiex jiffinanzjaw u b’hekk jikkontribwixxu għall-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali mnedija mill-Kummissjoni. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Sabiex tiġi kapitalizzata l-esperjenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, u b’mod partikolari l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, azzjoni li tinvolvi l-mikrofinanzjament u l-intraprenditorija soċjali għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni b’mod indirett billi tagħmel lill-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli mill-kompiti relatati mal-implimentazzjonijiet tal-baġit skont ir-regolament finanzjarju. L-użu tar-riżorsi tal-Unjoni jikkonċentra l-ingranaġġ minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u investituri oħra, jgħaqqad l-approċċi u b’hekk itejjeb l-aċċess għal finanzi għal mikrointrapriżi, inklużi l-ħaddiema għal rashom, u intrapriżi soċjali. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għalhekk tassisti fl-iżvilupp tas-settur tan-negozju soċjali emerġenti u s-suq tal-mikrofinanzjament fl-Unjoni u tinkoraġġixxi l-attivitajiet transkonfinali. |
(17) Sabiex tiġi kapitalizzata l-esperjenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, u b’mod partikolari l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, azzjoni li tinvolvi l-mikrofinanzjament u l-intraprenditorija soċjali għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni b’mod indirett billi tagħmel lill-istituzzjonijiet finanzjarji responsabbli mill-kompiti relatati mal-implimentazzjonijiet tal-baġit skont ir-regolament finanzjarju. L-użu tar-riżorsi tal-Unjoni jikkonċentra l-ingranaġġ minn istituzzjonijiet finanzjarji u investituri oħra, joħloq sinerġiji bejn l-Istati Membri u l-azzjoni tal-Unjoni, jgħaqqad l-approċċi u b’hekk itejjeb l-aċċess għal finanzjament ta’ gruppi partikolrment fir-riskju u ż-żgħażagħ, u t-twassil tal-mikrofinanzjament għalihom, kif ukoll l-aċċess għall-finanzjament ta’ intrapriżi soċjali. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għalhekk tassisti fl-iżvilupp tas-settur tan-negozju soċjali emerġenti u s-suq tal-mikrofinanzjament fl-Unjoni u tinkoraġġixxi l-attivitajiet transkonfinali. L-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkumplimentaw l-użu mill-Istati Membri tal-istrumenti finanzjarji għall-mikrofinanzi u l-intraprenditorija soċjali. L-entitajiet delegati bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet għandhom jiżguraw valur miżjud u jevitaw finanzjament doppju permezz ta’ riżorsi tal-Unjoni. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) Bi qbil mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu jittratta l-problema urġenti tal-qgħad fost iż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ Ewropej huma dawk li l-aktar ibatu mill-kriżi ekonomika; ir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huma għoljin f’bosta Stati Membri, u fi wħdu minnhom jilħqu aktar minn 40 %. Għalkemm is-sitwazzjoni fil-pajjiżi Ewropej tvarja ħafna, il-medja tar-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-UE hija ogħla mid-doppju tar-rata tal-qgħad fost l-adulti. Barra minn hekk, hemm disparitajiet reġjonali kbar. Speċjalment f'żoni rurali, il-qgħad fost iż-żgħażagħ qed jogħla. Żgħażagħ taħt il-25 sena għandhom għalhekk jingħataw futur u l-prospett li jkollhom rwol ewlieni biex jiżviluppaw is-soċjetà u l-ekonomija fl-Ewropa, ħaġa ta' importanza partikolari fi żmien ta' kriżi. |
(Konnessa mal-Assi Inizjattiva għaż-Żgħażagħ) | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 17b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17b) Permezz tal-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-prekarjetà tal-ħaddiema żgħażagħ għandu jkun possibbli li mhux biss jitnaqqsu l-ispejjeż soċjetali imma wkoll li tinġieb ‘il quddiem l-inklużjoni soċjali. Għalhekk, il-Programm għandu jiffoka b'mod speċjali fuq l-impjieg taż-żgħażagħ, billi jintroduċi assi ta' Inizjattiva għaż-Żgħażagħ li jfittex li jtejjeb it-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għal impjieg deċenti kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għaż-żgħażagħ, u li jnaqqas it-tluq bikri mill-iskola. |
(Konnessa mal-Assi Inizjattiva għaż-Żgħażagħ) | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 17c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17c) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għat-taħriġ u l-impjieg. L-aspett kwalitattiv ta' xogħol deċenti għaż-żgħażagħ, inkluża r-remunerazzjoni għal internships u apprendistati, m'għandux jiġi mhedded, u l-istandards tax-xogħol ewlenin u standards oħrajn relatati mal-kwalità tax-xogħol, bħalma huma l-ħinijiet tax-xogħol, il-paga, is-sigurtà soċjali, u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, għandhom ikunu kunsiderazzjonijiet ċentrali fl-isforzi li jsiru. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 17d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17d) L-azzjonijiet tal-Programm għandhom jappoġġaw lill-Istati Membri biex jinħolqu inċentivi effiċjenti għaż-żgħażagħ li jiggarantixxu għajxien u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti. Tali inċentivi għandhom iħeġġu lill-impjegaturi pubbliċi u privati biex iħaddmu u jħarrġu liż-żgħażagħ, jinvestu fil-ħolqien tal-impjiegi ta’ kwalità għaż-żgħażagħ, u fit-taħriġ u t-titjib kontinwu tal-ħiliet tagħhom matul l-impjieg, u sabiex jappoġġaw l-intraprenditorija bħala għażla fost iż-żgħażagħ. Il-Programm għandu juri wkoll ir-rwol u l-importanza speċjali tal-intrapriżi rigward taħriġ, kompetenza u għarfien tradizzjonali, kif ukoll jiġi żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess għall-mikrofinanzi. Il-Programm għandu jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri f'dawn l-oqsma kollha. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 17e (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-azzjonijiet tal-Programm għandhom jappoġġaw lill-Istati Membri u ‘l-atturi tas-suq tax-xogħol fl-implimentazzjoni tagħhom l-Garanzija għaż-Żgħażagħ biex ikun żgurat li ż-żgħażagħ ikunu sabu impjieg, jew qed jiġu edukati jew qed (jerġgħu) jitħarrġu fi żmien erba' xhur minn meta jħallu l-iskola, speċjalment għal dawk li jħallu l-edukazzjoni u t-taħriġ kmieni u żgħażagħ vulnerabbli oħrajn. Il-Programm għandu jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat, il-Programm għandu jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu. Minitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm. |
(18) B’mod konformi mal-Artikolu 3(3) tat-TUE u l-Artikolu 8 tat-TFUE, jeħtieġ li jkun żgurat li l-Programm jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-assi u fl-attivitajiet kollha tiegħu permezz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u, fejn ikun relevanti, l-azzjoni speċifika għall-promozzjoni tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali tan-nisa. Minitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 18a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Skont l-Artikolu 10 tat-TFUE, il-Programm għandu jiżgura li l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tiegħu tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, u tissodisfa l-obbligu taħt il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-edukazzjoni, ix-xogħol u l-impjieg u l-aċċessibilità. Monitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 18b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18b) L-ugwaljanza u l-antidiskriminazzjoni mhumiex biss kwistjonijiet legali iżda sfidi fundamentali għas-soċjetà. Il-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali – Progress (il-Programm Progress) inkluda taqsimiet dwar ‘l-Antidiskriminazzjoni u d-diversità’ u ‘l-Ugwaljanza bejn is-Sessi’ li għandhom ikomplu u jiġu żviluppati iktar taħt il-Programm tad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-Programm Progress enfasizza l-ħtieġa għal iktar sforzi u inizjattivi ġodda fir-rigward tal-ugwaljanza u l-anti-diskriminazzjoni. Għaldaqstant huwa tal-akbar importanza li jinżamm fokus qawwi fuq dawk il-kwistjonijiet fl-inizjattivi u l-azzjonijiet relevanti kolha koperi bil-Programm, speċjalment fil-qasam tat-titjib tal-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni ta’ bilanċ aħjar bejn il-ħajja tax-xogħol u dik privata. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Premessa 18c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18c) Skont l-Artikolu 3 tat-TUE u l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, il-Programm għandu jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat, il-Programm għandu jiżgura li r-rekwiżiti konnessi mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni. |
(19) Skont l-Artikolu 9 TFUE u l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu jikkontribwixxi biex jiżgura l-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. B'hekk, l-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju. Bil-għan li jinkiseb il-valur miżjud u l-impatt sostanzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, għandhom ikunu żviluppati sinerġiji mill-qrib bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali, speċjalment l-FSE. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Premessa 19b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19b) Il-Programm għandu jiġi implimentat b'tali mod li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Biex jiġi żgurata iktar effiċjenza fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji iktar b'saħħithom bejn l-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament se jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prioritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm ikunu relatati għall-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament. |
(20) Biex tiġi żgurata iktar effiċjenza fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji iktar b'saħħithom bejn l-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament se jikkontribwixxu wkoll biex jipprovdi informazzjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm ikunu relatati għall-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Premessa 20a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) Il-Programm għandu jkun immonitorjat, evalwat u aġġustat jew emendat fejn dan ikun f’loku. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Biex ikun żgurat li l-Programm ikun flessibbli biżżejjed biex jirrispondi għall-ħtiġijiet li jinbidlu u għall-prijoritajiet korrispondenti ta’ politika tul id-durata tiegħu, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun konferita lill-Kummissjoni fir-rigward al-allokazzjoni tal-fondi lit-taqsimiet tematiċi individwali fi ħdan l-assi tal-Programm, l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma annwali, [u d-definizzjoni ta’ oqsma għall-użu tal-fondi mhux allokati]. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, tas-sħab soċjaliu u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(Id-dispożizzjoni dwar l-użu ta’ fondi mhux allokati sejra tiġi ffinalizzata hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament Finanzjarju) | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġi konferiti lill-Kummissjoni bil-ħsieb li tiżgura li hemm kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt it-taqsimiet tal-EURES u Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali tal-Programm. |
imħassar |
Emenda 46 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Is-setgħat ta’ implimentazzjonirelatati mal-azzjonijiet imwettqa taħt it-taqsima Progress tal-Programm għandhom jiġu eżerċitati b’mod konformi mar-Regoloament (EU) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
(25) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’mod konformi mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Premessa 25a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25a) Fir-rigward tal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna, f'kapaċità konsultattiva, minn bord konsultattiv strateġiku ppresedut mill-Kummissjoni u magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħrajn, trejdunjins, organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u istituzzjonijiet li jiffinanzjaw, organizzati fil-livell tal-Unjoni, li jkunu involuti b'mod dirett jew indirett fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (minn hawn ’il quddiem ‘il-Programm’) li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-miri ewlenin tagħha u l-Linji-Gwida Integrati billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-għanijiet tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, u ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Progress Soċjali, l-Innovazzjoni u l-Impjiegi (minn hawn ’il quddiem 'il-Programm') li għandu l-għan li jikkontribwixxi, inkluż permezz ta’ azzjonijiet innovattivi, għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-miri ewlenin tagħha, l-inizjattivi ewlenin, il-Linji Gwida Integrati, l-inizjattivi emblematiċi u l-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-għanijiet tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi ta' kwalità għolja u sostenibbli, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u deċenti, ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u titjib fis-sitwazzjoni tal-impjiegi u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ‘Intrapriża soċjali’ tfisser intrapriża li l-għan ewlieni tagħha huwa li tikseb impatt soċjali minflok ma tiġġenera qligħ għas-sidien u l-partijiet interessati. Topera fis-suq permezz tal-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi b’mod intraprenditorjali u innovattiv u tuża l-qligħ primarjament sabiex tilħaq għanijiet soċjali. Hija ġestita b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi l-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet interessati affettwati mill-attività tan-negozju tagħha. |
(a) ‘Intrapriża soċjali’ tfisser intrapriża, irrispettivament mill-forma legali tagħha, li mhijiex kwotata f’suq regolat fit-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, u li: |
|
(i) bi qbil mal-Artikoli ta' Assoċjazzjoni, Statuti jew kwalunkwe dokument statutorju ieħor tagħha li jistabbilixxu n-negozju, għandha, bħala objettiv primarju, l-ilħiq ta' impatti soċjali pożittivi, u li jistgħu jitkejlu, aktar milli l-ġenerazzjoni ta' profitti għas-sidien, il-membri u l-partijiet interessati tagħha, fejn l-intrapriża: |
|
– tipprovdi servizzi jew prodotti innovattivi li jiġġeneraw rendiment soċjali għoli u/jew |
|
– timpjega metodu innovattiv ta’ produzzjoni ta’ oġġetti jew servizzi u dak il-metodu ta’ produzzjoni jsawwar l-objettiv soċjali tagħha; |
|
(ii) terġa' tinvesti l-profitti tagħha l-ewwel u qabel kollox biex tilħaq l-objettiv primarju tagħha u jkollha implimentati proċeduri u regoli predefiniti għal kwalunkwe ċirkostanza li fihom jitqassmu l-profitti lill-partijiet interessati jew lis-sidien, sabiex jiżguraw li kwalunkwe distribuzzjoni ta’ profitti ma timminax l-objettiv primarju; |
|
(iii) tkun immaniġjata b’mod intraprenditorjali, responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi lill-ħaddiema, klijenti u/jew partijiet interessati affettwati mill-attivitajiet ta’ negozju tagħha. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) ‘Mikrofinanzjament’ jinkludi garanziji, kontrogaranziji, mikrokreditu, ekwità u kważi-ekwità estiżi għal persuni u mikrointrapriżi. |
(d) ‘Mikrofinanzjament’ jinkludi garanziji, kontrogaranziji, mikrokreditu, ekwità u kważi-ekwità estiżi għal persuni u mikrointrapriżi li ma jkollhomx affidabbiltà ta’ kreditu jew ikollhom affidabbiltà ta’ kreditu insuffiċjenti |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) L-‘innovazzjoni soċjali’ tfisser inizjattivi jew proġetti soċjali innovattivi li huma soċjali kemm f’għanijiethom kif ukoll fil-mezzi li jużaw u li jipprovdu rrisposti iktar effikaċi, effiċjenti, sostenibbli u ġusti għall-bżonnijiet soċjali li ma jiġux sodisfatti jew li jiġu sodisfatti b’mod insuffiċjenti, bħalma huma l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, is-sejbien ta’ l-ewwel impjieg, il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi ta’ kwalità, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata li tipprevjeni l-faqar, il-garanzija tal-aċċess għall-kura tas-saħħa għan-nies vulnerabbli u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, u b’hekk jikkontribwixxu għall-progress soċjali. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt db (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) ‘L-isperimentazzjoni tal-politika soċjali’ tfisser l-ittestjar fil-post abbażi ta’ proġetti ta’ innovazzjonijiet soċjali sabiex tinġabar evidenza dwar l-effikaċja u l-fattibilità, fejn tali proġetti huma bi żmien limitat u jinkludu atturi varji. |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Programm għandu jkun magħmul mit-tliet assi ta' kumplimentarjetà li ġejjin: |
1. Il-Programm għandu jkun magħmul mill-erba’ assi ta' kumplimentarjetà li ġejjin: |
(Konnessa mal-Assi Inizjattiva għaż-Żgħażagħ) | |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) L-assi Progress, li għandu jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-impjiegi u soċjali tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u għandu jippromwovi t-tfassil ta’ politika bbażata fuq evidenza u l-innovazzjoni, bi sħubija mal-imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra; |
(a) L-assi Progress, li għandu jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-Unjoni fl-oqsma tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar kif ukoll il-leġiżlazzjoni f’dawk l-oqsma, u li għandu jippromwovi t-tfassil ta’ politika bbażata fuq evidenza, l-innovazzjoni soċjali, l-isperimentazzjoni fil-politika soċjali u l-progress soċjali, bi sħubija u kooperazzjoni mas-sħab soċjali, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u korpi pubbliċi u privati; |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) L-assi EURES, li għandu jappoġġja l-attivitajiet imwettqa min-netwerk EURES, jiġifieri s-servizzi speċjalizzati deżinjati mill-Istati Membri taż-ŻEE u l-Konfederazzjoni Svizzera, flimkien ma’ partijiet interessati oħra, għall-iżvilupp ta’ skambji u tixrid ta’ informazzjoni u forom oħra ta’ kooperazzjoni għall-promozzjoni tal-mobilità ġeografika tal-ħaddiema; |
(b) L-assi EURES, li għandu jappoġġja l-attivitajiet imwettqa min-netwerk EURES, flimkien ma’ sħab soċjali u partijiet interessati oħra, għall-iżvilupp ta’ skambji u tixrid ta’ informazzjoni u forom oħra ta’ kooperazzjoni, bħalma huma s-sħubijiet transfruntiera, kif ukoll il-konsulenza individwali u l-informazzjoni għal min qed ifittex ix-xogħol, ħaddiema mobbli u impjegaturi għall-promozzjoni tal-mobilità ġeografika volontarja għall-ħaddiema b’bażi ġusta u għall-kontribuzzjoni għal livell għoli ta’ impjieg ta’ kwalità u sostenibbli; |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali li għandha tiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għal imprendituri, speċjalment dawk l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol, u intrapriżi soċjali. |
(c) L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali li għandha tippromwovi l-aċċess għal, u tkattar id-disponibilità ta’, mikrofinanzjament għal negozji li jkunu qed jibdew speċjalment fir-rigward ta’ nies qiegħda, esklużi soċjalment u persuni vulnerabbli oħra, kif ukoll mikrointrapriżi u intrapriżi soċjali eżistenti. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) L-assi Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ għandu jtejjeb l-impjiegi u s-sitwazzjoni edukattiva taż-żgħażagħ, partikolarment dawk li mhumiex f’sitwazzjoni ta’edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET). |
(Konnessa mal-Assi Inizjattiva għaż-Żgħażagħ) | |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-dispożizzjonijiet komuni stabbiliti fl-Artikoli 1 sa 14 għandhom japplikaw għat-tliet assi stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, li għal kull waħda minnhom għandhom japplikaw ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi. |
2. Id-dispożizzjonijiet komuni stabbiliti fl-Artikoli 1 sa 14, u fit-Titolu IIa, għandhom, fejn dan ikun f’loku, japplikaw għall-erba' assi stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (ca) tal-paragrafu 1, li għal kull waħda minnhom għandhom japplikaw ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Isaħħaħ ir-responsabbiltà tal-objettivi tal-Unjoni fl-oqsma tal-impjegi, soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fost il-persuni ewlenin li jfasslu l-politika tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll partijiet interessati oħra sabiex jiġu implimentati azzjonijiet konkreti u koordinati kemm fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri; |
(a) Isaħħaħ ir-responsabbiltà ofost dawk li jfasslu l-politiki fil-livelli kollha, u jġib azzjonijiet konkreti u koordinati sew fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak tal-Istati Membri, fir-rigward tal-objettivi tal-Unjoni fl-oqsma tal-impjegi, il-ħarsien u l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, f’kollaborazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-korpi pubbliċi sabiex jintlaħqu l-objettivi soċjali tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni soċjali u swieq tax-xogħol adegwati, aċċessibbli u effiċjenti u jiffaċilita r-riforma tal-politika, billi ssir promozzjoni tal-governanza tajba, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali; |
(b) Jippromwovi l-governanza soċjali billi jimmira lejn aktar konverġenza soċjali u jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni soċjali u swieq tax-xogħol adegwati, diċenti, inklussivi, effiċjenti u ta’ kwalità għolja sabiex tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali u livell għoli ta' impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli u jiffaċilita r-riforma tal-politika fejn ikun hemm bżonn, billi jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-persuni vulnerabbli bħalma huma dawk li qed jesperjenzaw il-faqar, il-qgħad u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll jippromwovi x-xogħol deċenti, il-governanza tajba, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali; |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Jimmodernizza l-liġi tal-Unjoni b’mod konformi mal-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti u jiżgura li l-liġi tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tiġi applikata b’mod effettiv; |
(c) Jimmodernizza u jtejjeb il-liġi tal-Unjoni b’mod konformi mal-prinċipji tax-xogħol deċenti u jiżgura li l-liġi tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tiġi applikata b’mod effikaċi biex isir progress fuq l-ilħiq tal-miri tal-politika soċjali u tal-impjiegi tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) Jippromwovi l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli ‘ħodor’ u ‘bojod’ ta’ kwalità u l-antiċipazzjoni u l-iżvilupp ta’ ħiliet u kompetenzi ġodda b’dan il-għan, billi l-impjiegi u l-politiki soċjali jiġu konnessi ma’ politiki industrijali u strutturali li jappoġġjaw it-tranżizzjoni għal ekonomija b’użu effiċjenti tar-riżorsi u b’livell baxx ta’ karbonju u żvilupp ambjentali u soċjali sostenibbli; |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Jippromwovi l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u jsaħħaħ l-opportunitajiet tax-xogħol billi jiżviluppa s-swieq tax-xogħol tal-Unjoni li huma miftuħin u aċċessibbli għal kulħadd; |
(d) Jippromwovi l-mobilità ġeografika volontarja tal-ħaddiema fuq bażi ġusta, speċjalment il-mobilità transfruntiera, u jsaħħaħ l-opportunitajiet tax-xogħol, inkluż permezz ta’ inizjattivi dwar l-ewwel impjieg u dwar li n-nies qiegħda jitreġġgħu lura għax-xogħol, billi jiżviluppa swieq tax-xogħol tal-Unjoni ta’ kwalità għolja u inklussivi u li huma miftuħin u aċċessibbli għal kulħadd, filwaqt li jirrispetta u jiggarantixxi l-mobilità tal-ħaddiema u d-drittijiet tal-ħaddiema fl-Unjoni kollha kemm hi; |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) Jippromwovi postijiet tax-xogħol li joffru diversi possibilitajiet għall-ħaddiema li jiksbu bilanċ san bejn il-ħajja professjonali u dik privata; |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) Jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibilità tal-mikrofinanzjament għal gruppi vulnerabbli u mikrointrapriżi, u billi jagħti aċċess akbar għall-iffinanzjar għall-intrapriżi soċjali. |
(e) Jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibilità tal-mikrofinanzjament għal nies vulnerabbli li jkunu jixtiequ jibdew mikrointrapriża kif ukoll mikrointrapriżi eżistenti, u billi jagħti aċċess akbar għall-finanzjament għall-intrapriżi soċjali. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) Jiġġieled kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali billi jappoġġja l-attivitajiet tas-sħab soċjali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-impriżi soċjali u tal-korpi pubbliċi u privati, b’attenzjoni partikolari għall-innovazzjoni soċjali u l-isperimentazzjoni fil-politika soċjali; |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(eb) Itejjeb l-għarfien u l-fehim tas-sitwazzjoni prevalenti fl-Istati Membri u f’pajjiżi parteċipanti oħra permezz tal-analiżi, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ mill-qrib tal-politiki u tal-implimentazzjoni tagħhom. |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ec) Jiżgura tranżizzjoni tajba bejn l-edukazzjoni u impjieg deċenti, jevita t-tluq mill-iskola qabel iż-żmien u jippromwovi l-kwalità tat-taħriġ u l-apprentistat. |
(Konnessa mal-Assi Inizjattiva għaż-Żgħażagħ) | |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fit-twettiq ta’ dawn l-objettivi, il-Programm għandu jkollu l-għan li: |
2. Fit-twettiq ta’ dawn l-objettivi, il-Programm għandu: |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, l-oriġini tar-razza jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali; |
(a) Jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel billi jintegra l-aspett tal-ġeneru fl-assi u l-attivitajiet predominanti u jsarraf fil-prattika azzjoni pożittiva għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, jiġġieled id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, l-oriġini razzjali jew etnika, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, u jikkontribwixxi għall-qadi tal-obbligi taħt il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità rigward, inter alia, l-edukazzjoni, ix-xogħol, l-impjiegi u l-aċċessibbiltà; |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Jiżgura li r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali jiġu kkunsidrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni. |
(b) Fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, jippromwovi livell għoli ta’ impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u deċenti, jiġġieled kontra l-qgħad fit-tul u kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.
|
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Prinċipju tas-sħubija |
|
Biex jiżguraw li l-Programm jaqdi l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-benefiċjarji u jippromwovi l-governanza tajba, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sħubija tul iċ-ċiklu sħiħ ta’ ħajja fil-livelli kollha tal-Programm. B’dak il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk is-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrapreżentaw il-gruppi fil-mira tal-Programm jiġu kkonsultati regolarment u jkunu involuti f’deċiżjonijiet strateġiċi rigward l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm u tal-assi tiegħu. Għandu jiġi allokat ammont suffiċjenti ta’ riżorsi finanzjarji għall-applikazzjoni effikaċi tal-prinċipju tas-sħubija, kif ukoll għall-attivitajiet għat-tqawwija tal-kapaċità u tal-ħiliet tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonjiet tas-soċjetà ċivili li jkunu direttament jew indirettament imdaħħla fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm. |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Programm matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jammontaw għal EUR 958.19 miljun. |
1. Il-pakkett finanzjarju fit-tifsira tal-punt [] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u fuq il-ġestjoni finanzjarja soda, li jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-implimentazzjoni tal-Programm matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jammonta għal EUR [XXX miljun] fi prezzijiet attwali. |
____________ |
|
1 Fi prezzijiet attwali. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni u jiġi ffinalizzat ladarba jintlaħaq qbil rigward ir-regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali. | |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-persentaġġi indikattivi li ġejjin għandhom jiġu allokati għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3 (1): |
2. Matul il-perjodu sħiħ tal-Programm, it-tqassim finanzjarju allokat għall-assi stabbiliti fl-Artikolu 3 (1)(a), (b) u (c) għandu jkun: |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) 60 % għall-assi Progress, li minnhom mill-inqas 17 % għandhom jiġu allokati għall-promozzjoni tal-esperimentazzjoni soċjali bħala metodu għall-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-ħsieb li jiżdiedu proporzjonalment; |
(a) 60 % għall-assi Progress; |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) 15 % għall-assi EURES; |
(b) 18 % għall-assi EURES; |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-5 % li jifdal għandhom jitqassmu fost l-assi fuq bażi annwali b’mod konformi mal-prijoritajiet tal-politika. |
Sabiex isir użu effikaċi tal-fondi u biex ikun jista' jsir ċaqliq tal-fondi bejn l-assi skont il-prijoritajiet ta’ politika, it-2 % li jifdal għandhom jitqassmu fost l-assi fuq bażi annwali bla preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-baġit annwali. |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Minbarra l-approprjazzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, il-finanzjament għandu jkun provduti mill-assi Inizjattiva għaż-Żgħażagħ, li ġie stipulat fl-Artikolu 3 (1) (ca). Matul il-perjodu tal-Programm mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-approprjazzjonijiet finanzjarji ddedikati għal dan l-assi għandhom jammontaw għal [EUR XXX]. |
(Konnessa mal-Assi Inizjattiva għaż-Żgħażagħ) | |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġu indirizzati l-livelli inaċċettabilment għoljin tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, qed jiġi introdott assi ġdid ‘Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ’, sakemm il-finanzjament għal dan l-objettiv jista’ jkun żgurat fi ħdan il-QFM 2014-2020. | |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Approċċ li huwa sensittiv għall-ġeneru, inkluż baġitjar tal-ġeneru u valutazzjoni tal-impatt fuq il-ġeneru, għandu jitħaddem, fejn ikun f’loku, fl-allokazzjoni tal-fondi. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-appropriazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 għall-assistenza finanzjarja, teknika u/jew amministrattiva, b’mod partikolari b’rabta mal-awditjar, l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni, il-laqgħat tal-esperti, u l-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-benefiċċju reċiproku tal-Kummissjoni ul-benefiċjarji. |
3. Il-Kummissjoni tista’ tuża sa 3 % tal-approprjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex tiffinanzja l-assistenza teknika u/jew amministrattiva, b’mod partikolari b’rabta mal-awditjar, l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni, il-laqgħat tal-esperti, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-benefiċċju reċiproku tal-Kummissjoni u l-benefiċjarji, u biex issaħħaħ il-kontrolli fuq l-infiq. |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Il-ġbir ta’ dejta u statistiki kif ukoll l-iżvilupp ta’ metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, indikaturi u parametri referenzjarji komuni; |
(a) Il-ġbir ta’ dejta u statistika, b’kunsiderazzjoni ta’ kriterji sew kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, kif ukoll l-iżvilupp ta’ metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, indikaturi u parametri referenzjarji komuni, meta jkun f’loku maqsumin skont il-ġeneru u l-grupp tal-età; |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Stħarriġ, studji, analiżi u rapporti, inklużi permezz tal-finanzjament ta’ netwerks ta’ esperti; |
(b) Stħarriġiet, studji, analiżi u rapporti, inklużi permezz tal-finanzjament ta’ netwerks u l-iżvilupp ta’ għarfien espert fuq prijoritajiet tematiċi;
|
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt; |
(c) Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti u ta’ natura kwalitattiva u kwantitattiva mwettqa minn korpi sew pubbliċi kif ukoll privati, flimkien ma’ azzjonijiet meħtieġa biex isarrfu l-prattiki tajba u l-isperimentazzjoni f’politika soċjali ordinarja, inkluża valutazzjoni tal-effikaċja ta’ miżuri relatati mal-objettivi fl-oqsma tal-impjiegi u tal-koeżjoni soċjali; |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) Monitoraġġ tal-progress li jsir fl-Istati Membri u f’pajjiżi parteċipanti oħra rigward il-prijoritajiet ewlenin fl-oqsma tal-impjiegi, il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali, u l-ġlieda kontra l-faqar bi qbil mal-miri tal-Ewropa 2020 kif ukoll it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt db (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) Monitoraġġ tal-impatt tal-politiki implimentati fir-rigward tal-gruppi l-aktar vulnerabbli; |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt dc (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(dc) Monioraġġ tal-impatt tal-politiki implimentati fir-rigward tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) Tħejjija u implimentazzjoni tal-esperimentazzjoni soċjali bħala metodu għall-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-ħsieb li jiżdiedu proporzjonalment; |
(e) Tħejjija u implimentazzjoni tal-isperimentazzjoni fil-politika soċjali bħala metodu għall-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-ħsieb li jiżdiedu proporzjonalment; |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Skambji u tixrid ta’ prattika tajba, approċċi innovattivi u esperjenza, reviżjonijiet inter pares, valutazzjoni komparattiva u tagħlim reċiproku fil-livell Ewropew; |
(a) Skambji ffukati u strateġiċi, identifikazzjoni u tixrid ta’ prattika tajba, approċċi innovattivi u esperjenza, reviżjonijiet inter pares, valutazzjoni komparattiva u tagħlim reċiproku fil-livell Ewropew biex jittejjeb l-għarfien u jsir progress lejn l-ilħiq tal-miri tal-Unjoni rigward il-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u deċenti, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill; |
imħassar |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Taħriġ ta’ professjonisti legali u politiċi, u konsulenti tal-EURES; |
(c) Taħriġ ta’ professjonisti legali u politiċi, konsulenti tal-EURES u ta’ atturi tas-Sħubijiet transfruntiera tal-EURES; |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Abbozzar u pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal edukattiv; |
(d) Abbozzar u pubblikazzjoni ta’ gwidi, rapporti u materjal edukattiv u miżuri relatati mal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-kopertura medjatika dwar l-inizjattivi appoġġjati mill-Programm; |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) Sostenn għall-involviment attiv tal-atturi rilevanti kollha fis-segwitu ta’ prijoritajiet diġa maqbula tal-Unjoni, bħalma huma l-inklużjoni attiva, il-ġlieda kontra l-fenomenu ta’ nies bla dar u l-esklużjoni mill-akkommodazzjoni, il-faqar tat-tfal, il-faqar tal-enerġija u l-faqar fost il-migranti u l-minoranzi etniċi; |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fb) It-titjib tal-għarfien u l-ftehim fost min ifassal il-politika u azzjonisti oħra rigward l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki li jippromwovu l-impjiegi ta’ kwalità, il-kundizzjonijiet tajbin tax-xogħol, inklużi s-swieq tax-xogħol, il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u l-ġlied kontra l-faqar; |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt fc (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fc) It-trawwim tal-kultura tal-prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-promozzjoni tas-saħħa kemm mentali kif ukoll fiżika fi ħdan l-ambjent ta' xogħol. |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali u servizzi ta’ speċjalisti responsabbli mill-promozzjoni tal-mobilità ġeografika magħżula mill-Istati Membri u l-fornituri ta’ mikrokreditu |
(b) Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ amministrazzjonijiet u servizzi ta’ speċjalisti responsabbli mill-promozzjoni tal-mobilità ġeografika magħżula mill-Istati Membri, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-fornituri ta’ mikrokreditu u tal-fornituri tal-finanzjament għall-intrapriżi soċjali; |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi tal-ekonomija soċjali; |
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(bb) It-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-kosts operazzjonali ta’ sħubijiet transfruntiera tal-EURES; |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma tal-uffiċjali nazzjonali sabiex iwettqu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
(c) Organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma transnazzjonali tal-uffiċjali nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex iwettqu monitoraġġ tajjeb tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskambji bejn amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom ikunu ta' ġid għal-livelli kollha tal-gvernijiet peress li ħafna politiki pubbliċi huma kondiviżi u mhumiex il-kompetenza uniċi tal-amministrazzjonijiet nazzjonali. | |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 6 - paragrafu 1 – punt 3 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Netwerking u kooperazzjoni fost il-korpi speċjalizzati, l-awtoritajiet nazzjonali, u s-servizzi tal-impjiegi reġjonali u lokali fil-livell Ewropew; |
(d) Netwerking u kooperazzjoni fost il-korpi speċjalizzati u partijiet interessati relevanti oħra, l-awtoritajiet nazzjonali, u s-servizzi tal-impjiegi reġjonali u lokali fil-livell Ewropew; |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) Finanzjament ta’ osservatorji fil-livell Ewropew; |
(e) Finanzjament ta’ osservatorji fil-livell Ewropew, interreġjonali u transfruntiera , inkluż dwar prijoritajiet tematiċi ewlenin; |
Emenda 101 Proposta għal regolament Article 6 – paragraph 1 – point 3 – point f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) Skambju ta’ persunal bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali; |
(f) Skambju transnazzjonali ta’ persunal bejn l-amministrazzjonijiet reġjonali, lokali u nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE irid iqis ukoll il-kuntesti reġjonali u lokali u għandu, għaldaqstant, jinvolvi lir-rappreżentanti tal-gvernijiet reġjonali u lokali. | |
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Azzjonijiet għall-promozzjoni tal-mobilità ta’ individwi fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali multiannwali għall-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, u skemi ta’ mobilità mmirati sabiex jimlew il-postijiet battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew sabiex jgħinu gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema bħaż-żgħażagħ. |
4. Azzjonijiet għall-promozzjoni tal-mobilità volontarja ta’ individwi fl-Unjoni fuq bażi ġusta u għat-tneħħija ta’ ostakoli għall-mobilità: |
|
(a) L-għoti ta’ informazzjoni u konsulenza għal dawk li qed ifittxu xogħol, il-ħaddiema mobbli, il-ħaddiema transfruntiera, kif ukoll l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tagħhom, u l-impjegaturi; |
|
(b) Żvilupp tal-pjattaforma diġitali multilingwi għall-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, u skemi ta’ mobilità mmirati sabiex jimlew il-postijiet battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew sabiex jgħinu gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema bħaż-żgħażagħ. |
Emenda 103 Proposta għal regolament Article 6 – paragraph 1 - point 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Appoġġ għall-mikrofinanzjament u l-intrapriżi soċjali b'mod partikolari permezz ta' strumenti finanzjarji5 Previst skont it-Titolu VIII tal-Parti I tar-Regolament XXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni, u għotjiet. |
5. Appoġġ għall-mikrofinanzjament u l-intrapriżi soċjali b'mod partikolari permezz ta' strumenti finanzjarji previsti skont ir-Regolament XXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni, u għotjiet. |
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 6a |
|
Innovazzjoni Soċjali u Sperimentazzjoni fil-Politika Soċjali |
|
1. Il-Programm għandu jirfed l-innovazzjoni soċjali u l-isperimentazzjoni fil-politika soċjali. Għandu jikkontribwixxi għall-identifikazzjoni, l-analiżi u t-tkabbir tal-iskala ta' soluzzjonijiet innovattivi u l-implimentazzjoni prattika tagħhom permezz ta’ sperimentazzjoni fil-politika soċjali. |
|
2. L-innovazzjoni soċjali għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u tax-xogħol. M’għandhiex tiġi ġġudikata primarjament abbażi ta’ kriterji ekonomiċi, iżda, aktar min hekk, abbażi tal-valur miżjud tagħha għas-soċjetà. |
|
3. L-isperimentazzjoni fil-politika soċjali għandha, meta dan ikun meħtieġ, timmira li tgħin lill-Istati Membri jkattru l-effiċjenza tas-swieq tax-xogħol tagħhom u jtejbu ulterjorment il-politiki tagħhom rigward il-ħarsien soċjali u l-inklużjoni. Għandu jkollha l-għan li ttejjeb il-ħajja tal-benefiċjarji permezz ta’ servizzi jew prodotti mfassla skont il-ħtiġijiet tal-klijenti u għandha tiġi żviluppata bl-involviment dirett tal-persuni interessati u l-benefiċjarji. |
|
Ir-riżultati tal-esperimenti għandhom jgħinu biex jiddeterminaw jekk u b’liema kundizzjonijiet l-innovazzjonijiet soċjali jistgħu jiġu implimentati fuq skala usa’. L-isperimentazzjoni fil-politika soċjali, għaldaqstant, għandu jkollha l-għan li tiżgura li approċċi effikaċi jiġu implimentati fi skala akbar, inkluż b’appoġġ mill-FSE. |
|
4. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita t-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-innovazzjoni soċjali, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ tat-tagħlim reċiproku, l-istabbiliment ta' netwerks, u t-tixrid tal-prassi tajba u tal-metodoloġiji. |
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, ser tiżgura li attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, huma kumplimentari għaliha u ma jirdoppjawhiex, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f’dawk l-oqsma bħal djalogu soċjali, ġustizzja u drittijiet fundamentali, edukazzjoni, taħriġ vokazzjonali u politika dwar iż-żgħażagħ, riċerka u innovazzjoni, intraprenditorija, saħħa, tkabbir u relazzjonijiet esterni, u politika ekonomika ġenerali. |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, bi qbil mal-prinċipju tas-sħubija, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm ikunu konsistenti u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Għandhom ikunu żgurati wkoll il-konsistenza u l-komplentarjetà ta’ dawk l-attivitajiet b’mod partikolari mal-Programm ta’ Drittijiet u Ċittadinanza, il-Programm “Erasmus għal Kulħadd”, il-programm ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ Orizzont 2020, u l-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u tal-impriżi żgħar u medji. |
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-attivitajiet għandhom ikunu konsistenti u komplementari ma’ azzjonijiet oħra tal-Unjoni f’oqsma bħalma huma d-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-opportunitajiet ugwali, l-ugwaljanza tal-ġeneru, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, id-drittijiet u l-benessri tat-tfal. L-attivitajiet għandhom ikunu konsistenti u komplementari wkoll ma’ politiki oħra tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-politika taż-żgħażagħ, il-politika tal-migrazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-tkabbir u r-relazzjonijiet barranin, u l-politika ekonomika ġenerali, kif ukoll il-ħtiġijiet tas-suq intern. |
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 8b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Il-Programm għandu jikkumplimenta programmi oħra tal-Unjoni, filwaqt li jirrikonoxxi li kull strument għandu jaħdem skont il-proċeduri speċifiċi tiegħu stess. L-istess spejjeż eliġibbli ma għandhomx jirċievu finanzjament doppju, u sinerġiji mill-qrib għandhom ikunu żviluppati bejn il-Programm, programmi oħrajn tal-Unjoni u l-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-FSE. |
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-attivitajiet appoġġjati mill-Programm għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż regoli dwar l-għajnuna tal-istat. |
2. L-attivitajiet appoġġjati mill-Programm għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż regoli dwar l-għajnuna tal-istat, u l-Konvenzjonijiet tal-ILO. |
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-azzjonijiet implimentati għandhom jikkonformaw ukoll mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. |
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. Il-konsistenza u l-komplementarjetà għandhom jiġu żgurati wkoll permezz ta’ impenn deċiżiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Programm. |
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kwalunkwe relazzjonijiet meħtieġa mal-kumitati li jittrattaw il-politiki, l-istrumenti u l-azzjonijiet rilevanti għall-Programm sabiex tiżgura li dawn ikunu informati regolarment u b’mod xieraq fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni tiegħu. |
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rabtiet meħtieġa mal-Kumitat tal-Impjiegi, il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema sabiex tiżgura li dawn ikunu kkonsultati u informati regolarment u b’mod xieraq fir-rigward tal-progress fl-implimentazzjoni tiegħu. |
|
Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll kumitati oħrajn li jittrattaw il-politiki, l-istrumenti u l-azzjonijiet rilevanti għall-Programm. |
|
Fejn ikun f’loku, il-Kummissjoni għandha twaqqaf kooperazzjoni regolari u strutturata bejn il-bord konsultattiv strateġiku msemmi fl-Artikolu 26g, il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 26i u l-kumitati ta’ monitoraġġ stabbiliti għal politiki, strumenti u azzjonijiet rilevanti oħrajn. |
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-riżultati tal-azzjonijiet implimentati taħt il-Programm għandhom jiġu komunikati u mxerrda b’mod xieraq sabiex jiġu massimizzati l-impatt, is-sostenibilità u l-valur miżjud tal-Unjoni. |
1. Ir-riżultati tal-azzjonijiet implimentati taħt il-Programm għandhom jiġu regolarment ikkomunikati u mxerrda b’mod xieraq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll lis-sħab soċjali u lill-pubbliku sabiex jiġu massimizzati l-impatt, is-sostenibilità u l-valur miżjud tal-Unjoni. |
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Attivitajiet tal-komunikazzjoni jikkontribwixxu wkoll biex jinkorporaw il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm ikunu relatati għall-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament. |
2. L-attivitajiet tal-komunikazzjoni għandhom ukoll jipprovdu informazzjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea sakemm ikunu relatati għall-għanijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Finanzjament b’somma f’daqqa u b’rata fissa jistgħu jintużaw fir-rigward tal-appoġġ mogħti lill-parteċipanti tal-programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskemi ta’ mobilità msemmija fl-Artikolu 6(4). |
2. Il-ftehim tal-għotja għandu jispeċifika liema parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun ibbażata fuq ir-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli, u liema parti se tkun ibbażata fuq rati fissi (inkluża l-iskala tal-ispejjeż unitarji) jew somom f'daqqa fir-rigward tal-appoġġ mogħti lill-parteċipanti tal-programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskemi ta’ mobilità msemmija fl-Artikolu 6(4). |
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafi 1 u 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa li jiżguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, billi jiġu rkuprati l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu u, fejn xieraq permezz ta’ penali effettivi, proporzjonali u ta’ deterrent, b’mod konformi mal-Artikolu 325 tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea u r-Regolament Finanzjarju. |
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa u twettaq kontrolli effikaċi li jiżguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra. |
|
1a. Jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu għandhom jiġu rkuprati primarjament permezz ta' tpaċija u, fejn xieraq, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod konformi mal-Artikolu 325 tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea u r-Regolament Finanzjarju tista’ tinkludi penali effikaċi, proporzjonati u ta’ deterrent. |
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, deċiżjonijiet, ftehimiet u kuntratti preċedenti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, inklużi l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu espressament intitolati jmexxu dawn il-verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu espressament intitolati permezz ta' deċiżjonijiet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jmexxu dawn il-verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post sa erba' snin wara l-ħlas finali. |
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport ta' monitoraġġ kwantitattiv u kwalitattiv inizjali wara l-ewwel sena u imbagħad rapporti kwantitattivi u kwalitattivi ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Ir-rapporti għandhom jiġu trażmessi, bħala informazzjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapporti ta' monitoraġġ għandhom ikopru l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Programm u r-riżultati milħuqa u għandu jkun fihom informazzjoni dwar l-impatt u s-sostenibilità tal-assi tiegħu, inklużi fejn hu xieraq, in-numru totali ta' nies megħjuna, li jkun instabilhom xogħol, u jekk ikun instabilhom xogħol, li jkunu għadhom impjegati, kif ukoll mikrointrapriżi u intrapriżi soċjali li n-negozju tagħhom ikun għadu miftuħ lejn tmiem il-perjodu ta' appoġġ, kif ukoll informazzjoni dwar il-kompatibilità ma' strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE. Ir-rapporti ta’ monitoraġġ għandhom ikopru wkoll sa liema punt il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni sistematika tal-ġeneru ġew irrispettati u l-kunsiderazzjonijiet tal-antidiskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiet tal-aċċessibilità, ikunu ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. Ir-rapporti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku biex tittejjeb it-trasparenza tal-Programm. |
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm għandha titwettaq sa tmiem l-2017 sabiex jitkejjel il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tiegħu, sabiex jiġi determinat jekk ir-riżorsi tiegħu ntużawx b’mod effiċjenti u sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu. |
1. Evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm, b'kooperazzjoni mal-Bord Strateġiku Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 26g, għandha titwettaq sa nofs l-2017 sabiex jitkejjel il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tiegħu, sabiex jiġi determinat jekk ir-riżorsi tiegħu ntużawx b’mod effiċjenti u sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu. Il-Bord Strateġiku Konsultattiv għandu jkun involut fil-proċess kollu ta’ evalwazzjoni. L-eżitu tal-evalwazzjoni jista' jitqies fit-tfassil ta' programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali. |
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Jekk kwalunkwe evalwazzjoni magħmula skont l-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE jew l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 283/2010/EU, jew l-evalwazzjoni msemmija f'Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tikxef nuqqasijiet prinċipali fil-Programm, il-Kummissjoni għandha tqis li tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, inklużi emendi xierqa għall-Programm. |
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Qabel kwalunkwe proposta għat-tiġdid tal-Programm lil hinn mill-2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni dwar is-saħħa u n-nuqqasijiet kunċettwali tal-programm 2014-2020 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni. |
Emenda 121 Proposta għal regolament Article 14 - paragraph 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Mhux aktar tard minn sentejn wara l-iskadenza tal-Programm, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex-post li tkejjel l-impatt tiegħu u l-valur miżjud tal-Unjoni u għandha tgħaddi rapport dwar dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni |
2. Mhux aktar tard minn sentejn wara l-iskadenza tal-Programm, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni indipendenti ex-post li tkejjel l-impatt tiegħu u l-valur miżjud tal-Unjoni u għandha tgħaddi rapport dwar dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Ir-rapporti għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
Emenda 122 Proposta għal regolament Titolu II | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dispożizzjonijiet Speċifiċi |
Dispożizzjonijiet Speċifiċi għall-Assi tal-Programm |
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 14a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Article 14a |
|
Taqsimiet tematiċi u finanzjament |
|
1. L-assi Progress għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b) u (c). Matul il-perjodu kollu tal-Programm, il-mod kif jinqasmu l-allokazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2)(a) bejn it-taqsimiet differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin: |
|
(a) l-impjiegi, li fihom tal-anqas 50 % tal-allokazzjoni għal din it-taqsima għandhom jintefqu biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ; 20 %; |
|
(b) il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-faqar: 50 %; |
|
(c) il-kundizzjonijiet tax-xogħol: 10 %. |
|
2. Fi ħdan l-attivitajiet fit-tliet taqsimiet tematiċi, tal-anqas 25% tal-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2)(a) għandhom jintefqu fuq l-esperimentazzjoni tal-politika soċjali matul il-perjodu kollu tal-programm. |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 26e, fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ fondi lil taqsimiet individwali fi ħdan l-assi. B’mod partikolari, dawk l-atti delegati jistgħu jnaqqsu b’sa 5 punti perċentwali l-allokazzjonijiet għat-taqsimiet (a), (b) u (c) msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi u l-prijoritajiet politiċi fl-oqsma koperti mill-assi Progress. |
|
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 26e, li jiddefinixxu t-taqsimiet tematiċi li għalihom fondi mhux allokati jistgħu jintużaw bi qbil mar-Regolament Finanzjarju. |
(Id-dispożizzjoni dwar l-użu ta’ fondi mhux allokati sejra tiġi ffinalizzata hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament Finanzjarju) | |
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Minbarra l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4, l-objettivi speċifiċi tal-assi Progress għandhom ikunu: |
1. Minbarra l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4, l-objettivi speċifiċi tal-assi Progress għandhom ikunu li jirfdu l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Linji Gwida Integrati u l-Inizjattivi Emblematiċi, u għal dak il-għan, li: |
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Żvilupp u tixrid ta’ għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jkunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fl-Istati Membri individwali u pajjiżi parteċipanti oħra; |
(a) Żvilupp u tixrid ta’ għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja sabiex jiġi żgurat li l-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluża inter alia l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u d-diskriminazzjoni multipla, il-ġlieda kontra l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni, il-ġlieda kontra l-qgħad taż-żgħażagħ u l-faqar fost iż-żgħażagħ, il-faqar fost il-migranti u l-minoranzi etniċi, il-faqar fost it-tfal u l-faqar fl-enerġija jkunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet soċjali tan-nies fl-Istati Membri individwali u pajjiżi parteċipanti oħra; |
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, tagħlim reċiproku u djalogu effettivi u inklużivi dwar il-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Unjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali u internazzjonali sabiex l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jiġu assistiti fl-iżvilupp tal-politiki tagħhom u fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
(b) Faċilitazzjoni ta' kondiviżjoni ta’ informazzjoni, tagħlim reċiproku u djalogu effikaċi u inklużivi, permezz tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi u l-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u bil-kuntatt bejn il-korpi speċjalizzati, inklużi s-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar il-politika tal-Unjoni inklużi inter alia l-oqsma tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u d-diskriminazzjoni multipla, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni mill-akkomodazzjoni, il-ħarsien tad-drittijiet u l-benessri tat-tfal, l-assistenza favur l-integrazzjoni tal-migranti u t-titjib tas-sitwazzjoni ta’ dawk li jkunu qed ifittxu l-asil, il-ġlieda kontra l-qgħad u l-faqar fost iż-żgħażagħ, u dwar il-leġiżlazzjoni f’dawk l-oqsma, fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali sabiex l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jiġu assistiti fl-iżvilupp tal-politiki tagħhom u fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Provvista ta’ appoġġ finanzjarju lil dawk li jfasslu l-politika sabiex jittestjaw ir-riformi tal-politika soċjali u tas-suq tax-xogħol, jibnu l-kapaċità tal-atturi ewlenin sabiex ifasslu u jimplimentaw esperimentazzjoni soċjali, u jagħmlu l-għarfien u l-kompetenzi rilevanti aċċessibbli; |
(c) Għoti ta’ appoġġ finanzjarju għall-ittestjar ta’ inovazzjonijiet fil-politika soċjali u tas-suq tax-xogħol, u fejn ikun jeħtieġ, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-atturi ewlenin sabiex ifasslu u jimplimentaw sperimentazzjoni fil-politika soċjali, u jagħmlu l-għarfien u l-kompetenzi rilevanti aċċessibbli, biex ikunu jistgħu aktar jantiċipaw u jiżviluppaw il-potenzjal ta’ ġolqien tal-impjiegi u l-ħiliet meħtieġa għal żvilupp sostenibbli mil-lat ambjentali u minn dak soċjali u jiżguraw protezzjoni soċjali adegwata u deċenti, inklużjoni soċjali, tnaqqis tal-faqar, livell għoli ta’ impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba. |
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Provvista ta’ appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom sabiex jiżviluppaw, jippromwovu u jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal- leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Unjoni. |
(d) Għoti ta’ appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi, u jippromwovu u jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni fl-oqsma tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar kif ukoll il-leġiżlazzjoni f'dawk l-oqsma. |
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 15a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 15a |
|
Azzjonijiet speċifiċi |
|
Minbarra t-tipi ta' azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6, l-azzjonijiet speċifiċi li ġejjin jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-assi Progress: |
|
(a) sostenn għall-iżvilupp ta’ strateġiji komuni biex jipproduċu titjib reali fl-oqsma tal-impjiegi, soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; |
|
(b) sostenn għas-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f’kull livell għal proġetti u riċerka fl-oqsma tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali; |
|
(c) sostenn għal inizjattivi maħsuba biex jindirizzaw skarsezzi tax-xogħol inkluża l-kooperazzjoni bejn skejjel u ċentri tat-taħriġ u servizzi tal-impjiegi; |
|
(d) sostenn għal inizjattivi li jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli; |
|
(e) sostenn għal inizjattivi li jinkoraġġixxu lil min iħaddem biex japplika standards soċjali aktar ambizzjużi mid-dispożizzjonijiet statutarji kurrenti, inkluża l-possibbiltà li jiżviluppa u jikseb deżinjazzjoni bħal tikketta soċjali; |
|
(f) sosten għat-trawwim ta’ kultura ta’ prevenzjoni fil-qasam tas-saħħa u tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-promozzjoni tas-saħħa sew mentali kif ukoll fiżika fi ħdan l-ambjent tax-xogħol; |
|
(g) sostenn għall-ġlieda kontra l-esklużjoni u l-faqar, mhux l-anqas billi dawk l-aktar żvantaġġati jingħataw il-fakultà li jiksbu jew iżommu aċċess għall-kura tas-saħħa; |
|
(h) sostenn għal netwerks ta’ inkubaturi tan-negozju li jipprovdu appoġġ tekniku u finanzjarju għal negozji li jkunu qed jibdew. |
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) Organizzazzjonijiet mhux governattivi, u b’mod partikolari dawk organizzati fil-livell tal-Unjoni; |
(e) Organizzazzjonijiet mhux governattivi organizzati sew fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-Unjoni; |
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-aġenziji tal-Unjoni li jittrattaw l-affarijiet soċjali, b’mod partikolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Istitut Ewropew għall-Ungwaljanza bejn is-Sessi. |
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD, l-ILO u l-Bank Dinji. |
3. Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD, l-ILO u korpi oħra tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-Bank Dinji. |
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma’ pajjiżi terzi li mhux qed jipparteċipaw fil-Programm. Ir-rappreżentanti ta’ dawn il-pajjiżi terzi jistgħu jattendu avvenimenti ta’ interess reċiproku (bħal konferenzi, workshops u seminars) li jsiru fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm u l-ispiża tal-attendenza tagħhom tista’ tkun koperta mill-Programm. |
4. Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma’ pajjiżi terzi li mhux qed jipparteċipaw fil-Programm. Ir-rappreżentanti ta’ dawn il-pajjiżi terzi jistgħu jattendu avvenimenti ta’ interess reċiproku (bħal konferenzi, workshops u seminars) li jsiru fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm u l-ispiża tal-attendenza tagħhom tista’ tkun kofinanzjata mill-Programm. |
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 17 |
imħassar |
Setgħat ta’ implimentazzjoni kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
1. Miżuri relatati ma’ dan li ġej u li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-assi Progress għandhom jiġu adotatti b’mod konformi mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(3): |
|
(a) il-pjanjijiet ta’ ħidma multiannwali li jistabbilixxu l-politika ta' terminu medju u l-prijoritajiet ta’ finanzjament; |
|
(b) l-pjanijiet ta’ ħidma annwali, inklużi l-kriterji għall-għażla tal-benefiċjarji wara sejħiet għall-proposti. |
|
2. Il-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-assi Progress għandhom jiġu adotatti b’mod konformi mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 18(2). |
|
(See amendment for Article 26 h.) | |
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 18 |
imħassar |
Kumitat |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
(See amendment for Article 26 i.) | |
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 19 |
imħassar |
Miżuri tranżitorji |
|
Azzjonijiet li jinbdew qabel l-1 ta’ Jannar 2014 fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 1672/2006/KE (Taqsimiet 1, 2 u 3 imsemmija fl-Artikolu 3 tagħha) għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn dik id-Deċiżjoni. Fir-rigward ta’ dawk l-azzjonijiet, il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 13 ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jiġi sostitwit mill-Kumitat previst fl-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(See amendment for Article 26 j.) | |
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 19a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 19a |
|
Taqsimiet tematiċi u finanzjament |
|
1. L-assi EURES għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b) u (c). Matul il-perjodu kollu tal-Programm, il-mod kif jinqasmu l-allokazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2)(b) bejn it-taqsimiet differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin: |
|
(a) Is-servizzi tal-informazzjoni, tal-konsulenza u għat-tqabbil tal-impjiegi għall-ħaddiema u impjegaturi mobbli: 20 %; |
|
(b) Skemi tal-mobilità mmirati bħal dawk għaż-żgħażagħ: 20 %; |
|
(c) Il-kooperazzjoni transnazzjonali, settorjali u transkonfinali: 40 %. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 26e, fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ fondi lil taqsimiet individwali fi ħdan l-assi. B’mod partikolari, dawk l-atti delegati jistgħu jnaqqsu b’sa 5 punti perċentwali l-allokazzjonijiet għat-taqsimiet (a), (b) u (c) msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi u l-prijoritajiet ta’ politika fl-oqsma koperti mill-assi EURES. |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 26e, li jiddefinixxu t-taqsimiet tematiċi li għalihom fondi mhux allokati jistgħu jintużaw bi qbil mar-Regolament Finanzjarju. |
(Id-dispożizzjoni dwar l-użu ta’ fondi mhux allokati sejra tiġi ffinalizzata hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament Finanzjarju) | |
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) L-iżgurar li postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol u kwalunkwe informazzjoni relatata huma trasparenti għall-applikanti u l-impjegaturi potenzjali; dan għandu jinkiseb permezz tal-iskambju u t-tixrid fil-livell transnazzjonali, interreġjonali u transkonfinali bl-użu ta’ formoli standard tal-interoperabilità; |
(a) L-iżgurar li l-informazzjoni u l-pariri dwar postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol u kwalunkwe informazzjoni relatata bħal dik dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol inklużi l-leġiżlazzjoni soċjali,dwar il-liġi tax-xogħol u l-ftehimiet kollettivi fis-seħħ, kif ukoll dwar l-opportunitajiet għall-ksib ta’ ħiliet ġodda jkunu trasparenti għall-applikanti u l-impjegaturi potenzjali; dan għandu jinkiseb permezz tal-iskambju u t-tixrid tagħhom fil-livell transnazzjonali, interreġjonali u transkonfinali bl-użu ta’ formoli standard tal-interoperabilità, kif ukoll permezz ta' konsulenza u mentoring individwali, speċjalment għal dawk bi kwalifiki baxxi; |
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Żvilupp ta’ servizzi għar-reklutaġġ u t-tqegħid ta’ ħaddiema fl-impjieg permezz tal-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol fil-livell Ewropew; dan għandu jkopri l-fażijiet kollha tat-tqegħid fl-impjieg, li jvaraw mit-tħejjija ta’ qabel ir-reklutaġġ għal assistenza ta’ wara t-tqegħid fl-impjieg bil-ħsieb tal-integrazzjoni b’suċċess tal-applikant fis-suq tax-xogħol; dawn is-servizzi għandhom jinkludu skemi ta’ mobilità fil-mira għall-mili ta’ postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew assistenza lil gruppi ta’ ħaddiema partikolari bħaż-żgħażagħ. |
(b) Jiżviluppaw servizzi għar-reklutaġġ, inklużi gwida u taħriġ minn post wieħed, u t-tqegħid ta’ ħaddiema f'impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli permezz tal-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet tax-xogħol fil-livell Ewropew; dan għandu jkopri l-fażijiet kollha tat-tqegħid fl-impjieg, li jvaraw mit-tħejjija ta’ qabel ir-reklutaġġ għal assistenza ta’ wara t-tqegħid fl-impjieg bil-ħsieb tal-integrazzjoni b’suċċess tal-applikant fis-suq tax-xogħol; dawn is-servizzi għandhom jinkludu skemi ta’ mobilità fil-mira għall-mili ta’ postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew assistenza lil gruppi ta’ ħaddiema partikolari bħaż-żgħażagħ. |
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 20a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 20a |
|
Azzjonijiet speċifiċi |
|
Minbarra t-tipi ta' azzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6, l-azzjonijiet speċifiċi skont l-assi EURES jistgħu jinkludu: |
|
(a) l-iżvilupp ta' sħubijiet transfruntiera, meta dawn jintalbu minn servizzi li jkunu territorjalment responsabbli għar-reġjuni tal-fruntiera; opportunitajiet ta' konsulenza u informazzjoni qabel, matul u wara l-esperjenza tal-mobilità għal dawk li qed ifittxu x-xogħol, ħaddiema mobbli, inklużi ħaddiema transfruntiera, ħaddiema staġjonali, ħaddiema migranti, ħaddiema stazzjonati, u impjegaturi, għall-promozzjoni ta’mobilità ġeografika volontarja fuq bażi ġusta u l-abbozzar u t-tixrid ta' materjal li jinforma lil dawk li qed ifittxu x-xogħol, il-ħaddiema mobbli, l-impjegaturi u l-konsulenti tal-EURES dwar il-liġi tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol f'reġjuni transfruntiera u fi Stati Membri oħra; |
|
(b) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ skemi tal-mobilità mmirati f’kooperazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema; |
|
(c) l-evalwazzjoni tal-attivitajiet u l-impjiegi ffaċilitati mill-EURES, b’qies kemm tal-kriterji kwalitattivi kif ukoll ta’ dawk kwantitattivi, b'fokus fuq l-impjiegi li qed jibdew u li qed jintemmu fi Stati Membri individwali kif ukoll iċ-ċifri tal-impjiegi aggregati fil-livell tal-Unjoni, b'tali mod li jitqiesu s-sitwazzjonijiet tas-suq tax-xogħol li qed jinbidlu u l-mudelli tal-mobilità relatati u jiġu żviluppati indikaturi b’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni għall-evalwazzjoni tal-kwalità tal-impjiegi u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fir-rigward tal-impjiegi tal-EURES. |
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 20b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 20b |
|
L-iskemi tal-mobilità mmirati |
|
1. Skemi mmirati ta' mobilità jistgħu jitfasslu għal gruppi speċifiċi ta' ħaddiema, setturi, xogħlijiet, pajjiżi jew grupp ta' pajjiżi kull meta tiġi identifikata ħtieġa ekonomika ċara u meta jkun hemm il-potenzjal ta’ reklutaġġ mill-Unjoni kollha biex iħalli valur miżjud, pereżempju fil-qasam ta' postijiet battala li għalihom m'hemmx ħaddiema biżżejjed (bottleneck) u postijiet battala 'niċċa' li għalihom ikunu ġew identifikati diffikultajiet ta' reklutaġġ. Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għandu jkun ikkonsultat regolarment fir-rigward tal-iskemi. |
|
2. Skemi tal-mobilità mmirati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-"mobilità ġusta", u għandhom jirrispettaw għal kollox l-istandards tax-xogħol applikabbli u r-rekwiżiti legali. Għalhekk, l-iskemi għandhom jiżguraw post tax-xogħol f'impjieg ta' kwalità u sostenibbli b'salarji adegwati u deċenti u b’kundizzjonijiet tax-xogħol abbażi ta' ftehimiet kollettivi u/jew pagi minimi. |
|
3. L-organizzazzjonijiet implimentattivi li jagħtu servizz lil dawk li qed ifittxu x-xogħol u lill-impjegaturi fil-qafas ta’ skemi tal-mobilità mmirati għandhom jintgħażlu b'sejħa għal proposti miftuħa li s-servizzi tal-impjiegi jistgħu japplikaw għaliha, sakemm ikunu kommessi favur il-prinċipju tal-mobilità ġusta. |
|
4. Bi qbil mal-Artikolu 11(2), is-sejħa għal proposti għandha tiddefinixxi t-tip ta' miżuri ta' sostenn offruti fl-iskemi tal-mobilità mmirati, u għandha tinkludi appoġġ finanzjarju limitat għal dawk li qed ifittxu x-xogħol u għall-impjegaturi, li jakkumpanja s-servizzi mogħtija taħt l-iskemi tal-mobilità mmirati. |
|
5. L-inċentivi finanzjarji għall-impjegaturi għandhom jintużaw għall-miżuri ta' integrazzjoni u ta' kwalifika għall-ħaddiema l-ġodda, filwaqt li l-inċentivi finanzjarji għall-ħaddiema għandhom jintużaw għal spejjeż ta' tranżizzjoni bħal ma huma l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-korsijiet tal-lingwa. |
|
6. Fir-rigward ta’ skemi mmirtai tal-mobilità, għandu jiġi żgurat li jkun hemm koordinazzjoni soda, kif ukoll rispett sħiħ għal-liġi tax-xogħol u l-istandards applikabbli. |
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 20c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Article 20c (ġdid) |
|
Il-Monitoraġġ tal-Eżodu tal-Imħuħ |
|
Sabiex tiġi identifikata l-mobilità ġeografika, kif ukoll jiġu evitati l-effetti negattivi tagħha fuq l-Istati Membri jew setturi ekonomiċi individwali, il-Kummissjoni għandha, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament 492/2011, timmoniterja regolarment ix-xejriet tal-mobilità, speċjalment dawk ta' ħaddiema kkwalifikati. Fil-każ tad-distorsjonijiet tas-suq tax-xogħol emerġenti, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex tibbilanċja dawn l-iżviluppi. |
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-assi EURES għandu jkun miftuħ għall-korpi, atturi u istituzzjonijiet kollha pubbliċi u privati deżinjati minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fin-netwerk EURES, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE. Dawn il-korpi u organizzazzjonijiet għandhom jinkludu b’mod partikolari: |
2. L-assi EURES għandu jkun miftuħ għall-korpi, atturi u istituzzjonijiet kollha deżinjati minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fin-netwerk EURES, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/8/KE. Dawn il-korpi u organizzazzjonijiet għandhom jinkludu b’mod partikolari: |
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Organizzazzjonijiet ta’ msieħba soċjali u partijiet interessati oħra. |
(c) Organizzazzjonijiet ta’ sħab soċjali u partijiet rilevanti, inklużi awtoritajiet reġjonali u lokali. |
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 21a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf sistema ta' akkreditazzjoni u monitoraġġ sabiex tiżgura li l-parteċipanti kollha jikkonformaw b'mod ġenerali mal-prinċipji tal-EURES u b'mod partikolari mal-prinċipju tal-mobilità ġusta. |
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 21a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 21a |
|
Taqsimiet tematiċi u finanzjament |
|
1. L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a) u (b). Matul il-perjodu kollu tal-Programm, il-mod kif jinqasmu l-allokazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2)(c) bejn it-taqsimiet differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin: |
|
(a) Il-mikrofinanzjament għal persuni vulnerabbli u mikrointrapriżi: 45 %; |
|
(b) L-intraprenditorija soċjali: 45 %. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 26e, fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ fondi lil taqsimiet individwali fi ħdan l-assi. B’mod partikolari, dawk l-atti delegati jistgħu jnaqqsu b’sa 5 punti perċentwali l-allokazzjonijiet għat-taqsimiet (a) u (b) msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi u l-prijoritajiet politiċi fl-oqsma koperti mill-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali. |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 26e, li jiddefinixxu t-taqsimiet tematiċi li għalihom fondi mhux allokati jistgħu jintużaw bi qbil mar-Regolament Finanzjarju. |
(Id-dispożizzjoni dwar l-użu ta’ fondi mhux allokati sejra tiġi ffinalizzata hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament Finanzjarju) | |
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – opunt 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) persuni li tilfu jew li huma fir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultà sabiex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, persuni f’riskju tal-esklużjoni soċjali u persuni vulnerabbli li huma f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali u li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi proprji tagħhom; |
(a) persuni vulnerabbli jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriża proprji tagħhom permezz ta’ xogħol għal rashom, u li tilfu jew li huma fir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultà sabiex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, jew li huma f’riskju tal-esklużjoni soċjali, jew li huma esklużi mis-soċjetà, u li huma f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali; |
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) mikrointrapriżi, speċjalment dawk li jimpjegaw persuni kif imsemmi fil-punt (a); |
(b) mikrointrapriżi sew fil-fażi tal-bidu kif ukoll tal-iżvilupp, speċjalment mikrointrapriżi li jimpjegaw persuni kif imsemmi fil-punt (a); |
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt 2 – punt 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Jappoġġjaw it-twaqqif u l-iżvilupp tal-mikrointrapriżi li jibbenefikaw mill-mikrofinanzjament, inter alia, billi jiżguraw li jkunu akkumpanjati minn mentoring u taħriġ. |
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Appoġġ għall-iżvilupp ta’ intrapriżi soċjali, b’mod partikolari billi jiġi faċilitat l-aċċess għal finanzi. |
3. Appoġġ għall-iżvilupp tas-suq tal-investiment soċjali u ffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għal intrapriżi soċjali li għandhom fatturat annwali li ma jqabiżx EUR 50 miljun, jew karta tal-bilanċ totali annwali ta’ mhux aktar minn EUR 43 miljun. |
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Sabiex jiżguraw il-komplimentarjetà, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fl-oqsma rispettivi ta’ kompetenza tagħhom, jikkoordinaw dawn l-azzjonijiet ma' dawk meħuda fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni. |
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) mikrofinanzjament għal persuni u mikrointrapriżi; |
(a) mikrofinanzjament għal persuni u mikrointrapriżi; u/jew |
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 23a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-assi tkun aċċessibbli, mingħajr diskriminazzjoni, għall-korpi pubbliċi u privati kollha fl-Istati Membri. |
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Sabiex jintlaħqu l-benefiċjarji finali u jinħolqu mikrointrapriżi, kompetittivi, vijabbli, korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-benefiċjarji finali tal-mikrokreditu u ma’ organizzazzjonijiet, b’mod partikolari dawk appoġġjati mill-FSE, li jipprovdu programmi ta’ mentoring u taħriġ għal dawn il-benefiċjarji finali. |
2. Sabiex jintlaħqu l-benefiċjarji finali u jinħolqu mikrointrapriżi, vijabbli, korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jirrappreżentaw l-interessi tal-benefiċjarji finali tal-mikrokreditu u ma’ organizzazzjonijiet, b’mod partikolari dawk appoġġjati mill-FSE, li jipprovdu programmi ta’ mentoring u taħriġ għal dawn il-benefiċjarji finali. |
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu li persuni u impriżi jkollhom dejn eċċessiv. |
3. Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu li persuni u impriżi jkollhom dejn eċċessiv ikkawżat minn self li jkun sarilhom b’rati ta’ mgħax għolja ħafna jew b’kundizzjonijiet li x’aktarx iwasslu għall-insolvenza tagħhom. |
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Minbarra fil-każ ta' azzjonijiet konġunti, l-appropriazzjonijiet finanzjarji allokati għall-assi Mikrofinanzjarji u ta' Intraprenditorja Soċjali għandhom ikopru l-kost kollha tal-azzjonijiet implimentati permezz ta' srumenti finanzjarja, inklużi l-obbligi ta' ħlas lejn intermedjarji finanzjarji, bħal telf minn garanziji, ħlasijiet ta' managiment għall-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li jimmaniġjaw il-kontribut tal-Unjoni u kwalunkwe kosts oħra eliġibbli. . |
1. Minbarra fil-każ ta' azzjonijiet konġunti, l-appropriazzjonijiet finanzjarji allokati għall-assi Mikrofinanzjarji u ta' Intraprenditorja Soċjali għandhom ikopru l-kost kollha tal-azzjonijiet implimentati permezz ta' srumenti finanzjarja, inklużi l-obbligi ta' ħlas lejn intermedjarji finanzjarji, bħal telf minn garanziji, ħlasijiet ta' managiment għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jimmaniġjaw il-kontribut tal-Unjoni u kwalunkwe kosts oħra eliġibbli. . |
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex jiġu implimentati l-instrumenti u l-għotjiet imsemmija fl-Artikolu 6(5), il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet mal-entitajiet elenkati fl-Artikolu 55(1) (b) (iii) u (iv) tar-Regolament XXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid tal-2012] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni, u b'mod partikolari mal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment. Dawn il-ftehimiet għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-kompiti fdati lil dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi dispożizzjonijiet li jispeċifikaw il-ħtieġa sabiex tiġi żgurata l-addizzjonalità u l-koordinazzjoni ma’ strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni u nazzjonali u sabiex ir-riżorsi jiġu distribwiti b’mod bilanċjat fost l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra. L-istrumenti finanzjarji bħal strumenti li jikkondividu r-riskju, l-istrumenti ta' ekwità u strumenti tad-dejn, jistgħu jiġu provduti permezz ta’ investiment fi strumenti dedikati ta’ investiment. |
1. Sabiex jiġu implimentati l-instrumenti u l-għotjiet imsemmija fl-Artikolu 6(5), il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet mal-entitajiet elenkati fl-Artikolu 55(1) (b) (iii) u (iv) tar-Regolament XXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid tal-2012] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni, u b'mod partikolari mal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment. Dawn il-ftehimiet għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-kompiti fdati lil dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji, inklużi dispożizzjonijiet li jispeċifikaw il-ħtieġa sabiex tiġi żgurata l-addizzjonalità u l-koordinazzjoni ma’ strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni u nazzjonali u sabiex ir-riżorsi jiġu distribwiti b’mod bilanċjat fost l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra. Strumenti finanzjarji – jiġifieri strumenti finanzjati li jikkondividu r-riskju, garanziji u kontragaranziji, strumenti ta' ekwità u strumenti tad-dejn – jistgħu jingħataw minn fond, li jista’ jkun kofinanzjat minn istituzzjonijiet finanzjarji, jew b’konverżjoni diretta tal-fondi tal-Programm fi strumenti finanzjarji bħalma huma garanziji. |
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-fond għandu jipprovdu self, strumenti li jikkondividu r-riskju u kapital ta' ekwità għall-intermedjarji jew finanzjament dirett għall-intrapriżi soċjali jew inkella t-tnejn li huma. Il-kapital ta' ekwità jista' jiġi pprovdut, inter alia, fil-forma ta' parteċipazzjoni miftuħa ta' ekwità, parteċipazzjoni bla vot (dormant holdings), self mill-azzjonisti, kif ukoll kombinazzjonijiet ta' tipi differenti ta' parteċipazzjonijiet ta' ekwità maħruġa lill-investituri. |
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Il-kundizzjonijiet, bħalma huma r-rati ta' interess, għal mikrokrediti appoġġjati, direttament jew indirettament, fil-qafas ta' dan l-assi għandhom ikunu raġonevoli u proporzjonati fir-rigward tar-riskji sottostanti u tal-ispejjeż reali relatati ma' kreditu. |
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevedu obbligu dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali sabiex jinvestu mill-ġdid ir-riżorsi u d-dħul, inklużi dividendi u rimborżi, f’azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(5) għal perjodu ta’ għaxar snin mid-data tal-bidu tal-Programm. |
2. Ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jipprevedu obbligu dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jinvestu mill-ġdid ir-riżorsi u d-dħul, inklużi dividendi u rimborżi, f’azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(5) għal perjodu ta’ għaxar snin mid-data tal-bidu tal-Programm. |
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Skont l-Artikolu 18(2) tar-[Regolament Finanzjarju], id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju. Għall-istrumenti finanzjarji li diġà huma implimentati fil-qafas finanzjarju multiannwali preċedenti, id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati mill-operazzjonijiet li bdew fil-perjodu preċedenti għandhom jiġu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu attwali |
3. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju, id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju, sakemm dak l-istrument finanzjarju jkun fis-seħħ. Għall-istrumenti finanzjarji li diġà huma implimentati fil-qafas finanzjarju multiannwali preċedenti, id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati mill-operazzjonijiet li bdew fil-perjodu preċedenti għandhom jiġu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu attwali |
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Mal-iskadenza tal-ftehimiet konklużi mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali jew wara t-terminazzjoni tal-perjodu ta’ investiment tal-istrument ta’ investiment speċjalizzat, id-dħul u l-bilanċ dovut lill-Unjoni għandhom jitħallsu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
4. Mal-iskadenza tal-ftehimiet konklużi mal-istituzzjonijiet finanzjarji jew wara t-terminazzjoni tal-perjodu ta’ investiment tal-istrument ta’ investiment speċjalizzat, id-dħul u l-bilanċ dovut lill-Unjoni għandhom jitħallsu fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u, fejn rilevanti, il-maniġers tal-fond għandhom jikkonkludu ftehimiet bil-miktub mal-korpi pubbliċi u privati msemmija fl-Artikolu 23. Dawn il-ftehimiet għandhom jistabbilixxu l-obbligi tal-fornituri pubbliċi u privati sabiex jużaw ir-riżorsi li ġew magħmula disponibbli taħt l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali b’mod konformi mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 22 u sabiex jipprovdu informazzjoni għall-abbozzar ta’ rapporti annwali previsti fl-Artikolu 26. |
5. L-istituzzjonijiet finanzjarji u, fejn rilevanti, il-maniġers tal-fond għandhom jikkonkludu ftehimiet bil-miktub mal-korpi pubbliċi u privati msemmija fl-Artikolu 23. Dawn il-ftehimiet għandhom jistabbilixxu l-obbligi tal-fornituri pubbliċi u privati sabiex jużaw ir-riżorsi li ġew magħmula disponibbli taħt l-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali b’mod konformi mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 22 u sabiex jipprovdu informazzjoni għall-abbozzar ta’ rapporti annwali previsti fl-Artikolu 26. |
Emenda 164 Proposta għal regolament Article 26 - paragraph 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u, fejn rilevanti, il-maniġers tal-fond għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti dwar l-implimentazzjoni annwali li jistabbilixxu l-attivitajiet li ingħataw appoġġ u li jkopru l-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom u l-allokazzjoni u l-aċċessibbiltà ta' finanzjament u investiment bis-settur u tip ta'benefiċjarju, applikazzjonijiet aċċettati jew miċħuda u kuntratti konklużi mill-korpi pubbliċi u privati konċernati, azzjonijiet iffinanzjati u r-riżultati, inklużi f’termini tal-impatt soċjali, il-ħolqien ta' impjiegi u sostenibbiltà tal-appoġġ mogħti lin-negozji. |
1. L-istituzzjonijiet finanzjarji u, fejn rilevanti, il-maniġers tal-fond għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti dwar l-implimentazzjoni annwali li jistabbilixxu l-attivitajiet li ingħataw appoġġ u li jkopru l-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom u l-allokazzjoni u l-aċċessibbiltà ta' finanzjament u investiment bis-settur, żona ġeografika u tip ta' benefiċjarju. Dawk ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni għandhom ukoll jiddeskrivu l-applikazzjonijiet aċċettati jew miċħuda rigward kull objettiv speċifiku u l-kuntratti konklużi mill-korpi pubbliċi u privati konċernati, l-azzjonijiet iffinanzjati u r-riżultati, inklużi f’termini tal-impatt soċjali tagħhom, il-ħolqien ta' impjiegi u sostenibbiltà tal-appoġġ mogħti lin-negozji Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk ir-rapporti lill-Parlament Ewropew għall-informazzjoni. |
Emenda 165 Proposta għal regolament Article 26 - paragraph 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-informazzjoni provduta f’dawn ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni biennali għandha tiddaħħal fir-rapporti dwar il-monitoraġġ annwali previsti fl-Artikolu 13. Dawn ir-rapporti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu r-rapporti annwali previsti fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE. |
2. L-informazzjoni provduta f’dawn ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni annwali għandha tiddaħħal fir-rapporti dwar il-monitoraġġ previsti fl-Artikolu 13. Dawn ir-rapporti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu r-rapporti annwali previsti fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE u informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni. |
Emenda 166 Proposta għal regolament Kapitolu IIIa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kapitolu IIIa (ġdid) |
|
Assi tal-Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ |
(Assi tal-Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ) | |
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 26a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26a |
|
Taqsimiet tematiċi u finanzjament |
|
1. L-assi "Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ" għall-persuni taħt il-25 sena għandu jappoġġja l-azzjonijiet f'waħda jew aktar mit-taqsimiet tematiċi mniżżla fil-punti (a), (b), (c) u (d). Matul il-perjodu kollu tal-Programm, il-mod kif jinqasmu l-allokazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2)(a) bejn it-taqsimiet differenti għandu jirrispetta l-perċentwali minimi li ġejjin: |
|
(a) Il-prevenzjoni tat-tħallija bikrija tal-iskola, speċjalment permezz tal-integrazzjoni mill-ġdid fit-taħriġ: 30 %; |
|
(b) L-iżvilupp ta' ħiliet li jkunu rilevanti għas-suq tax-xogħol sabiex l-isferi tal-impjieg, tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jinġiebu aktar qrib xulxin: 20 %; |
|
(c) Sostenn tal-aċċess għas-suq tax-xogħol permezz tal-ksib tal-ewwel impjieg u tat-taħriġ fix-xogħol stess biex iż-żgħażagħ jingħataw l-opportunità li jiksbu kemm il-ħiliet rilevanti kif ukoll esperjenza tax-xogħol: 20 %; |
|
(d) Titjib tal-kwalità tat-traineeships u l-apprendistati: 20 %; |
|
2. Fi ħdan l-attivitajiet fit-tliet taqsimiet tematiċi, tal-anqas 25 % tal-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2)(a) għandhom jintefqu fuq l-esperimentazzjoni tal-politika soċjali matul il-perjodu kollu tal-programm. |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 26e, fir-rigward tal-allokazzjoni ta’ fondi lil taqsimiet individwali fi ħdan l-assi. B’mod partikolari, dawk l-atti delegati jistgħu jnaqqsu b’sa 5 punti perċentwali l-allokazzjonijiet għat-taqsimiet (a), (b), (c) u (d) msemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis debitament il-ħtiġijiet speċifiċi u l-prijoritajiet ta’ politika fl-oqsma koperti mill-assi tal-Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ. |
|
4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b'konformità mal-Artikolu 26e, li jiddefinixxu t-taqsimiet tematiċi li għalihom fondi mhux allokati jistgħu jintużaw bi qbil mar-Regolament Finanzjarju. |
(Assi tal-Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ) | |
(Id-dispożizzjoni dwar l-użu ta’ fondi mhux allokati sejra tiġi ffinalizzata hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament Finanzjarju) | |
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 26b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26b |
|
Objettivi speċifiċi |
|
Minbarra l-objettivi ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4, l-objettivi speċifiċi tal-assi Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ għandhom ikunu: |
|
(a) Sostenn għall-ħolqien ta’ programmi innovattivi speċifiċi bil-għan li jiġġieldu kontra l-qgħad taż-żgħażagħ u jippromwovu l-mogħdija taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għal impjiegi deċenti b’mod partikolari f’żoni u reġjuni żvantaġġati b’qgħad eċċezzjonalment għoli fost iż-żgħażagħ, b’attenzjoni partikolari għal żgħażagħ b’anqas opportunitajiet, inklużi t-tfajliet, żgħażagħ li mhumiex fl-edukazzjoni, fix-xogħol jew fit-taħriġ (NEETs) u żgħażagħ minn minoranzi etniċi, li lkoll kemm huma jistgħu jiffaċċaw diskriminazzjni multipla; |
|
(b) Sostenn għall-iskambju tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku fil-qasam tal-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, inkluża l-possibilità li tiġi introdotta garanzija li toffri lil kull żagħżugħ fl-Ewropa impjieg, edukazzjoni ulterjuri jew taħriġ iffukat fuq ix-xogħol, mhux aktar tard minn erba' xhur wara li jħalli l-edukazzjoni jew wara li jisfa' qiegħed, u b’hekk ittejjeb il-kwalità tat-traineeships u l-apprendistati u tnaqqas it-tluq mill-iskola qabel iż-żmien; |
|
(c) L-għoti ta’ sostenn finanzjarju lil dawk li jfasslu l-politika sabiex jittestjaw l-istrateġiji tal-politiki soċjali u tas-suq tax-xogħol maħsuba biex jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, jippromwovu t-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għal impjieg diċenti, itejbu l-kwalità tat-traineeships u tal-apprendistati, inaqqsu t-tluq mill-iskola qabel iż-żmien u jagħmlu aċċessibbli l-għarfien u l-kompetenza esperta rilevanti; |
|
(d) L-għoti ta’ sostenn finanzjarju lil organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jippromwovu u jappoġġjaw attivitajiet biex jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, jippromwovu l-mogħdija taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għal impjieg diċenti, itejbu l-kwalità tat-traineeships u tal-apprendistati, inaqqsu t-tluq mill-iskola qabel iż-żmien u jagħmlu aċċessibbli l-għarfien u l-kompetenza esperta rilevanti. |
(Assi tal-Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ) | |
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 26c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26c |
|
Parteċipazzjoni |
|
1. Il-parteċipazzjoni fl-assi "Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ" għandha tkun miftuħa għall-pajjiżi li ġejjin: |
|
(a) l-Istati Membri; |
|
(b) il-pajjiżi membri tal-EFTA u taż-ŻEE, bi qbil mal-Ftehim taż-ŻEE; |
|
(c) il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, b’mod konformi mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fil-ftehimiet ta’ qafas konklużi magħhom dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi tal-Unjoni. |
|
2. L-assi tal-Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ għandu jkun miftuħ għall-korpi, atturi u istituzzjonijiet kollha pubbliċi u/jew privati, u b’mod partikolari: |
|
(a) l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali; |
|
(b) is-servizzi pubbliċi tal-impjiegi; |
|
(c) is-sħab soċjali; |
|
(d) l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħra fil-livelli kollha; |
|
(e) istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u istituti tar-riċerka; |
|
(f) esperti fl-evalwazzjoni u fil-valutazzjoni tal-impatt; |
|
3. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-assi "Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ", il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kooperazzjoni mal-Aġenziji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 16(2a). Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi wkoll kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 16(3) u ma' pajjiżi terzi li ma jipparteċipawx fil-Programm, kif stipulat fl-Artikolu 16(4). |
(Assi tal-Inizjattiva dwar iż-Żgħażagħ) | |
Emenda 170 Proposta għal regolament Titolu IIa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Titolu IIa |
|
Poteri delegati u ta' implimentazzjoni u d-dispożizzjonijiet finali |
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 26d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26d |
|
Pjanijiet tal-ħidma multiannwali u Pjanijiet tal-ħidma annwali |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26f li jistabbilixxi programmi ta’ ħidma multiannwali għall-Programm. Il-pjanjijiet ta’ ħidma multiannwali għandhom jistabbilixxu l-prijoritajiet ta’ politika u finanzjament għaż-żmien medju. |
|
2. il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, li jistabbilixxu programmi ta’ ħidma annwali għat-twettiq tal-pjanijiet ta’ ħidma multiannwali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 26i(3). |
|
3. Il-pjanijiet ta' ħidma multiannwali u l-programmi ta' ħidma annwali għandhom ikopru l-assi kollha tal-Programm. |
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 26e (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26e |
|
Allokazzjoni ta’ fondi lit-taqsiniet tematiċi individwali fi ħdan l-assi |
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 26f, rigward l-allokazzjoni ta’ fondi lit-taqsimiet tematiċi individwali fi ħdan l-assi kif stipulat fl-Artikoli 14a, 19a, 21a u 26a, [u d-definizzjoni ta’ oqsma għall-użu ta’ fondi mhux allokati bi qbil mar-Regolament Finanzjarju]. |
(Id-dispożizzjoni dwar l-użu ta’ fondi mhux allokati sejra tiġi ffinalizzata hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-Regolament Finanzjarju) | |
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 26f (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26f |
|
Eżerċizzju tad-delega |
|
1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
|
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 26d u 26e għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin minn ...*. |
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 26d u 26e tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. |
|
4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 26d u 26e għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjonijiet espressi la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika dwar l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
_______________ |
|
* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 26g (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26g |
|
Il-Bord Strateġiku Konsultattiv |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bord konsultattiv strateġiku biex, f'kapaċità konsultattiva, jagħtiha pariri dwar kif għandha ssir l-implimentazzjoni tal-Programm kif ukoll għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tiegħu. Fejn ikun meħtieġ, il-bord konsultattiv jista' jwaqqaf gruppi ta' ħidma dwar aspetti speċifiċi tal-Programm. |
|
2. Il-bord konsultattiv strateġiku u l-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu ppreseduti mill-Kummissjoni u jkunu magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħrajn, trejdunjins, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzati fil-livell tal-Unjoni, li jkunu involuti b'mod dirett jew indirett fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm. |
|
3. Kull Stat Membru, pajjiż parteċipanti ieħor u organizzazzjoni relevanti oħra tat-trejdjunjins, ta’ min iħaddem jew tas-soċjetà ċivili, li tkun organizzata fil-livell tal-Unjoni, għandu/ha jaħtar/taħtar rappreżentant u supplent biex jirrappreżentah(a) fuq il-bord konsultattiv strateġiku. Fin-nuqqas ta' membru wieħed, is-supplent għandu jkun intitolat awtomatikament li jieħu sehem fil-proċedimenti. |
|
4. Il-membri u s-supplenti għandhom jinħatru għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1(2). |
|
5. Fejn ikun f’loku, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex issejjaħ il-laqgħat tal-bord konsultattiv strateġiku flimkien mal-laqgħat tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 26i. |
|
6. Il-bord konsultattiv strateġiku u l-gruppi ta' ħidma għandhom: |
|
(a) jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozzi tal-pjanijiet ta' ħidma multiannwali; |
|
(b) jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozzi tal-programmi ta' ħidma annwali; |
|
(c) jagħtu pariri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm, kif stipulat fl-Artikoli 13 u 14 rispettivament. |
|
7. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-bord konsultattiv strateġiku dwar kwistjonijiet oħra apparti dawk imsemmija fil-Paragrafu 6. |
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 26h (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26h |
|
Setgħat ta’ implimentazzjoni kkonferiti lill-Kummissjoni |
|
1. Il-pjanijiet ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 26d għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 26i(3): |
|
2. Il-miżuri l-oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm għandhom jiġu adotatti b’mod konformi mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 26i(2). |
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 26i (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26i |
|
Proċedura tal-Kumitat |
|
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 26j (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26j |
|
Miżuri tranżitorji |
|
L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni Nru.1672/2006/KE, li jinbdew qabel l-1 ta' Jannar 2014 għandhom jibqgħu jiġu rregolati minn dik id-Deċiżjoni. Fir-rigward ta' dawk l-azzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 26i ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali speċifika tal-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali mhux aktar tard minn sena wara l-iskadenza tal-ftehimiet mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. |
2. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali speċifika tal-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali mhux aktar tard minn sena wara l-iskadenza tal-ftehimiet mal-istituzzjonijiet finanzjarji. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Programm għall-bidla soċjali u l-innovazzjoni, propost mill-Kummissjoni Ewropea, jgħaqqad flimkien tliet programmi diġà stabbiliti - Progress, EURES u l-faċilità ta' Mikrofinanzjament - fi programm uniku ġdid.
Permezz tal-istrument finanzjarju attwali Progress, qed jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-politika tal-UE fl-oqsma tal-impjiegi, il-ħarsien soċjali u l-integrazzjoni soċjali, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-programm Progress jiffinanzja attivitajiet analitiċi, attivitajiet fl-oqsma tat-tagħlim reċiproku, is-sensibilizzazzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni, kif ukoll benefiċċji għall-atturi prinċipali.
Il-programm EURES jiffoka fuq il-mobilità transfruntiera tal-ħaddiema. In-Netwerk EURES għandu l-kompitu joffri informazzjoni, pariri u medjazzjoni (koordinazzjoni tal-opportunitajiet ta' impjieg u t-tiftix tax-xogħol) għall-ħaddiema mobbli u għal min iħaddem kif ukoll għaċ-ċittadini kollha b'mod ġenerali, li jixtiequ jagħmlu użu mid-dritt għal-libertà ta' moviment. Il-programm EURES għandu rwol importanti partikolarment fir-reġjuni mal-fruntiera Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-medjazzjoni u l-appoġġ għas-soluzzjoni ta' kull xorta ta' problemi li jistgħu jinqalgħu għall-ħaddiema u min iħaddem fir-rigward ta' impjiegi transfruntiera.
Il-faċilità ta' mikrofinanzjament Progress ġiet stabbilita fl-2010 u tissimplifika l-aċċess għall-mikrokreditu għall-ħolqien u l-promozzjoni ta' impriżi żgħar. Din il-faċilità ma tiffinanzjax lill-mikroimprendituri nfushom, iżda tagħmilha aktar faċli lill-mikrokredituri esklużivi fl-UE jikkonċedu aktar self.
Bil-proposta tagħha li tgħaqqad it-tliet programmi mill-2014 'il quddiem, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda titlef l-objettiv korrett. Minflok tottimizza t-tliet programmi separati u torganizzahom b'mod aktar effettiv, l-objettivi u l-miżuri se jiċċajpru permezz tal-amalgamazzjoni. Mhux se titwettaq integrazzjoni tat-tliet strumenti fir-rigward tal-kontenut. Ċertament se jiġu fformulati dispożizzjonijiet komuni fl-ewwel parti, iżda fl-istess waqt se jkun hemm ukoll referenza espliċita għal tliet subprogrammi separati.
Ir-rapporteur taqbel mal-opinjoni li l-amalgamazzjoni tat-tliet programmi, apparti simplifikazzjoni fil-ġestjoni għall-Kummissjoni Ewropea, ma hija se toħloq l-ebda valur miżjud dirett għaċ-ċittadini Ewropej.
Minħabba l-aggruppament tal-objettivi u l-kontenuti tat-tliet subprogrammi, mal-ewwel daqqa t'għajn tinħoloq l-impressjoni li kontenuti fundamentali bħall-promozzjoni ta' livell ta' impjieg għoli, l-iżgurar ta' ħarsien soċjali adegwat, il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol m'għandhomx rwol ċentrali.
Barra minn hekk, ta' min jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni f'diversi każi hija estremament vaga, b'hekk il-Kummissjoni Ewropea qiegħda żżomm marġni wiesa' fl-implimentazzjoni u l-organizzazzjoni tal-programm. Skont ir-rapporteur, il-mili ta' dawn il-lakuni hija kwistjoni importanti. Għandu jkun ċar kif se jintużaw il-mezzi finanzjarji li jammontaw għal ftit inqas minn EUR 1 biljun u kif se jkunu magħmula l-programmi.
Barra minn hekk ir-rapporteur hija tal-fehma li l-proposta għal regolament għall-programm għandha tikkunsidra lista sħiħa ta' problemi partikolari, li se jiġu indikati hawn taħt.
1. Programm, li jappoġġa l-politika dwar l-impjiegi u dik soċjali fl-Istati tal-UE, għandu jkollu wkoll titolu adegwat. Programm għal bidla soċjali ma jilħaqx dan l-objettiv, għaliex ma jkun hemm l-ebda istruzzjoni direzzjonali. Il-bidla soċjali mhijiex kunċett b'ambitu pożittiv, billi hija kkaratterizzata kemm minn bidliet soċjali pożittivi u kif ukoll negattivi. L-objettivi tal-progress soċjali u tax-xogħol għandhom għaldaqstant ikunu diġà stabbiliti b'mod ċar fit-titolu.
2. Aspett prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni jikkonċerna l-innovazzjoni soċjali u l-isperimentazzjoni soċjali. Il-Kummissjoni saħansitra timpenja perċentwali ta' 17 % fis-subprogramm Progress għall-finanzjament tal-isperimentazzjoni soċjali. Madankollu la fil-każ tal-innovazzjoni soċjali u lanqas għall-isperimentazzjoni soċjali ma ngħataw definizzjonijiet ċari. Għalhekk ir-rapporteur tipproponi li jiġu definiti l-innovazzjoni soċjali u l-isperimentazzjoni soċjali fil-programm u tiġi stabbilita referenza ċara għat-temi tax-xogħol, l-integrazzjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar.
3. Programm għall-appoġġ tal-politika dwar l-impjiegi u dik soċjali għandu jinkludi lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livelli kollha. Għalhekk ir-rapporteur titlob li l-prinċipju tas-sħubija jiġi stabbilit b’mod sod. Fil-livell Ewropew, hija tipproponi t-tnedija ta' bord konsultattiv strateġiku. Dan il-bord, magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni, l-Istati Membri, is-sħab soċjali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, għandu jappoġġa lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni, il-kontroll u l-valutazzjoni tal-programm fil-livell tal-UE.
4. Dan il-programm huwa allokat EUR 958.1 miljun. B'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar qafas finanzjarju multiannwali ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva, ir-rapporteur tipproponi żieda fil-baġit totali ta' 5 %. Fi żminijiet ta' kriżi ekonomika u pressjonijiet għal konsolidazzjoni fl-Istati Membri Ewropej, programmi soċjali u dwar ix-xogħol jiksbu importanza prinċipali.
Sabiex it-taqsim tal-perċentwali fuq it-tliet subprogrammi jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali l-ġodda, ir-rapporteur tipproponi riallokazzjoni marġinali kif ukoll aspetti prinċipali konkreti.
Is-subprogramm Progress għandu jiżgura ulterjorment, li l-akbar parti tar-riżorsi finanzjarji tmur għall-integrazzjoni soċjali, il-ħarsien soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. Fid-dawl tal-problemi dejjem jikbru għaż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u qgħad dejjem jogħla fost iż-żgħażagħ, ir-rapporteur tipproponi barra minn dan, li allokazzjoni ta' mill-anqas 10 % tintuża għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ. Ir-rapporteur tilqa' l-fatt li l-Kummissjoni rriservat persentaġġ għall-isperimentazzjoni soċjali u tipproponi li dan il-persentaġġ jiżdied, sabiex jiġu ffinanzjati aktar proġetti konkreti.
Fir-rigward tas-subprogramm EURES għandu jiġi żgurat il-finanzjament ta' programmi mmirati għall-mobilità, is-sħubijiet transfruntiera kif ukoll it-taħriġ u l-kwalifika tal-persunal tal-EURES.
Fir-rigward tas-subprogramm mikrofinanzjament u intraprenditorija soċjali, għandu jiġi żgurat li ż-żewġ programmi jiġu ffinanzjati adegwatament.
5. Is-subprogramm Progress jikseb il-maġġorparti tar-riżorsi finanzjarji u għandu jappoġġa finanzjarjament l-ilħuq tal-miri tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali. Ir-rapporteur tipproponi għalhekk li r-referenza għat-temi tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħarsien soċjali, l-integrazzjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar ssir aktar ċara.
6. Fir-rigward tas-subprogramm EURES, il-Kummissjoni tipproponi innovazzjonijiet estensivi. Filwaqt li l-finanzjament ta' miżuri orizzontali huwa fl-ambitu tal-programm, fil-futur il-miżuri nazzjonali EURES għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-Fond Soċjali Ewropew.
Ir-rapporteur jiddispjaċiha li l-Kummissjoni fil-qasam tal-programm ma tipprevedix il-finanzjament tas-sħubijiet transfruntiera EURES. Proprju l-konsultazzjoni tal-ħaddiema mobbli u ta' min iħaddem fir-reġjuni transfruntiera għandha tingħata importanza dejjem akbar f'Ewropa dejjem aktar magħquda.
Sabiex il-finanzjament tas-sħubijiet transfruntiera jiġi garantit lil hinn mill-2013, ir-rapporteur tipproponi li s-sħubijiet transfruntiera jkunu inklużi fil-qasam promozzjonali EURES tal-programm. Fid-dawl tal-programmi ta' mobilità tal-Kummissjoni mmirati lejn gruppi speċifiċi li jirrappreżentaw kunċett mmirat skont il-provvista u d-domanda tal-aġenzija tax-xogħol fl-UE, għandhom japplikaw regoli ċari għal 'mobilità ġusta'.
7. Anki s-subprogramm ta' mikrofinanzjament u intraprenditorija soċjali nieqes minn definizzjoni konkreta. Ir-rapporteur tilqa' l-innovazzjoni proposta mill-Kummissjoni, li fil-futur ikunu disponibbli riżorsi finanzjarji għall-impriżi soċjali wkoll. Madankollu, għandhom japplikaw pjanijiet ta' azzjoni u regoli ċari għall-għoti ta' riżorsi finanzjarji fis-settur tal-intraprenditorija soċjali. Fl-għoti ta' mikrokreditu għall-membri ta' gruppi fir-riskju u impriżi żgħar, għandu jiġi żgurat li l-applikanti jingħatawlhom l-assistenza u s-superviżjoni neċessarji fi triqithom lejn l-awtonomija.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (5.6.2012)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni
(COM(2011)0609 – C7‑0318/2011 – 2011/0270(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Estelle Grelier
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 fil-ġlieda kontra l-qgħad u l-faqar, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi l-"Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni Soċjali", li ser jimplimenta tlieta mill-inizjattivi emblematiċi, jiġifieiri: "Żgħażagħ Attivi", "Aġenda għal ħiliet ġodda u impjiegi ġodda" u "l-Pjattaforma Ewropea kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali".
Il-programm ġdid għall-perjodu 2014-2020 huwa mistenni li jiġbor flimkien tliet strumenti eżistenti fil-perjodu 2007-2013: il-programm Progress, EURES, kif ukoll il-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress, li ilha teżisti biss mill-2010 'l hawn.
Permezz ta' dan ir-raggruppament, il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tilħaq l-objettivi tas-simplifikazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 billi tissimplifika l-aċċess tal-benefiċjarji għall-istrumenti, li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, li r-regoli finanzjarji ġġibhom uniformi, li tassigura livell għoli ta' flessibilità tal-implimentazzjoni u li tiffaċilita s-sinerġiji bejn l-assi differenti tal-programm u programmi oħra tal-UE (inkluż il-Fond Soċjali Ewropew).
Diversi artikoli proposti mill-Kummissjoni għalhekk għandhom is-simplifikazzjoni bħala l-għan tagħhom.
Barra minn hekk, ir-rikors aktar frekwenti għall-possibilitajiet ta' finanzjamenti b’somma unika jew b'rata fissa għandu jippermetti li jitħaffu l-piżijiet amministrattivi, kemm għas-servizzi ta' ġestjoni tal-Kummissjoni kif ukoll għall-benefiċjarji, l-iktar għat-tħaddim tal-programmi ta' mobilità.
Bl-istess mod, għandu jinħoloq "punt uniku ta' servizz" għall-entitajiet tal-mikrofinanzjament biex jiġu forniti bil-fondi neċessarji għall-mikrofinanzjament u għall-assistenza teknika u l-mezzi ta' tisħiħ tal-kapaċità tagħhom ("capacity building"); din għandha tiffaċilita l-azzjoni u l-iżvilupp ta' dawn l-entitajiet.
Madankollu, ir-raggruppament fi programm wieħed tat-tliet strumenti li jeżistu sal-lum, li l-objettivi, il-benefiċjarji finali, il-parteċipanti u l-funzjonament tagħhom huma differenti, iġorr miegħu r-riskju li jdgħajjef il-koerenza tal-proposta u l-flessibilità tal-istrument u jikkumplika l-objettiv ta' sinerġija bejn is-subprogrammi tiegħu u fondi oħrajn tal-UE. Għalhekk, ċerti suġġerimenti tal-Kummissjoni jeħtieġ li jiġu kkunsidrati mill-ġdid jew jiġu approfonditi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni adegwata tal-programm, biex jiġu mmassimizzati l-benefiċċji għall-benefiċjarji finali kif ukoll għall-parteċipanti intermedjarji, ikun xi jkun id-daqs ta' dawn tal-aħħar.
Huwa importanti li l-proġetti jiġu appoġġati skont il-valur miżjud Ewropew aktar milli skont id-daqs tagħhom. Proġetti "żgħar" tal-Unjoni jista' jkollhom valur miżjud Ewropew ġenwin kif wera l-funzjonament tal-faċilità ta' mikrokreditu.
Ir-rapporteur tipproponi kriterju ta' tqassim (f'termini ta' perċentwali) bejn it-tliet subprogrammi li huwa differenti minn dak ipproponut oriġinarjament mill-Kummissjoni Ewropea, iżda li hu konformi mal-proposti tar-rapporteur tal-kumitat responsabbli, bl-għan li jiġu żgurati l-mezzi meħtieġa għal kull wieħed minnhom u l-kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet rispettivi tagħhom.
Bl-istess mod, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-ammont totali allokat għall-infiq amministrattiv tal-Kummissjoni għal fini ta' ġestjoni tal-programm m'għandux jaqbeż it-2 % tal-approprjazzjonijiet totali.
Minkejja li r-rapporteur tilqa' bi pjaċir ir-riserva ta' 5 % li tippermetti li wieħed jadatta ruħu kull sena għall-prijoritajiet politiċi u għall-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet, tistma li madankollu huwa neċessarju li jiġu żgurati l-prerogattivi tal-awtorità baġitarja (Parlament u Kunsill) għall-implimentazzjoni ta' din ir-riserva.
Barra minn hekk, tinsab imħassba rigward is-sinerġija reali bejn il-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni Soċjali u l-azzjonijiet tal-UE l-oħra fil-qasam soċjali, b'mod partikolari dawk iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew, kif ukoll dawk tal-proġetti tal-programmi l-ġodda "Erasmus għal kulħadd" u "Drittijiet fundamentali u ċittadinanza", b'mod partikolari rigward il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, li tneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tas-subprogramm Progress.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-valutazzjoni tal-Programm, l-iktar waqt il-valutazzjoni trażmessa mill-Kummissjoni f'nofs l-2017, bl-għan li jiġu previsti l-modifiki li jkunu jridu jsiru waqt il-proċedura baġitarja 2018.
Ir-rapporteur tixtieq ukoll tiġbed l-attenzjoni dwar il-ħtieġa li jiġi appoġġat u kkonsolidat il-faċilità ta' mikrofinanzjament, wieħed mill-istrumenti finanzjarji innovattivi li l-Kummissjoni tixtieq timplimenta għall-perjodu 2014-2020. Il-ħtiġijiet tal-persuni qiegħda (b'mod partikolari dawk li huma l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol), tal-ħaddiema foqra u tal-mikroimprendituri li jixtiequ jiżviluppaw l-attività tagħhom sabiex jinkludu servizzi finanzjarji (mikrokreditu, mikroekwità, u safejn hu possibbli, il-mikroassikurazzjoni) u servizzi ta' akkumpanjament. Il-proposta tal-Kummissjoni tippermetti li jiġi żgurat, sa ċertu punt, l-aċċess għas-servizzi finanzjarji, iżda tinsa tagħmel il-konnessjoni neċessarja mas-servizzi ta' akkumpanjament, li ta' spiss jiġu ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.
Il-programm għandu jkun trasparenti kompletament; għal dak l-għan id-dħul u l-ħlasijiet iġġenerati minn strument finanzjarju partikolari, kif tipproponi l-Kummissjoni, għandhom ikunu riattribwiti lill-istess strument finanzjarju.
B'mod globali, il-Kummissjoni qisha qed tipproponi, b'riżerva ta' verifika, l-istabilità tal-finazjament allokat lil dan il-programm meta mqabbel mal-perjodu preċedenti, peress li taf li l-aspetti ta' "ugwaljanza tal-ġeneru u diskriminazzjoni" ser jiġu trattati fil-perjodu 2014-2020 fil-programm "Drittijiet fundamentali u ċittadinanza" (Intestatura 3). Barra minn hekk, meta jitqies l-istat attwali tad-diskussjonijiet bejn l-istituzzjonijiet rigward il-qafas finanzjarju multiannwali li jmis, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-votazzjoni dwar l-ammont li se jiġi attribwit lill-programm tiġi posposta sakemm il-ftehim ġenerali dwar l-QFM 2014-2020 ikun intemm. Madanakollu, f'paragrafu 163 tar-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva", il-Parlament jgħid li "huwa konvint li hija meħtieġa żieda ta' mill-inqas 5% tar-riżorsi għall-QFM li jmiss" "meta mqabbel mal-livell tal-2013". Għalhekk ser ikun meħtieġ li jiġu żgurati l-mezzi neċessarji għall-implimentazzjoni tajba tal-programm.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss proposta għall-awtorità baġitarja u li ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq ftehim rigward ir-regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM); |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 2 Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva Paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li huma meħtieġa biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-QFM li jmiss biex l-Unjoni tkun tista' twettaq il-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u l-kompiti l-ġodda provduti fit-Trattat ta' Lisbona, notevolment l-inklużjoni soċjali, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; jirrimarka li l-Parlament talab, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Ninvestu fil-ġejjieni: qafas Finanzjarju Multiannwali Ġdid (QFM) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva", għal żieda fil-livell ta' riżorsi għall-QFM li jmiss ta' mill-inqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013; jisfida lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, biex jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-valur miżjud Ewropew evidenti tagħhom; |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) B’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti kbar b’valur miżjud ċar tal-UE sabiex jilħaq il-massa kritika u jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-fornituri ta’ mikrofinanzjament, billi jipprovdi finanzjament għall-mikro-kreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Finalment, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
(5) B’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti żgħar, ta' daqs medju u kbar bl-istess mod b’valur miżjud ċar tal-UE u jappoġġa b'mod ugwali programmi illi mingħajr dan l-appoġġ ma jkunux iffinanzjati. Għandu jfittex li jiżgura li l-piż amministrattiv ikun kemm jista' jkun baxx kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-fornituri ta’ mikrofinanzjament, billi jipprovdi finanzjament għall-mikro-kreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Finalment, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali, filwaqt li jiġu rispettati kompletament il-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-baġit annwali, sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika u ċaqliq ta' fondi bejn l-assi tal-Programm jekk jitqies li jkun xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jiġi enfasizzat li l-infiq mir-riżerva se jiġi deċiż mill-awtorità baġitarja. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozju, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. Sforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiżdiedu sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuha l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu, ta' ekwità jew ta' kważi ekwità, huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozju, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. Sforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiżdiedu sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuha l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Intrapriżi soċjali huma l-bażi tal-ekonomija soċjali tas-suq pluralistika tal-Ewropa. Dawn jistgħu jaġixxu bħala l-forzi tal-bidla soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi, ugħalhekk jagħmlu kontribuzzjoni siewja sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-programm għandu jtejjeb l-aċċess għal intrapriżi soċjali sabiex jiffinanzjaw u b’hekk jikkontribwixxu għall-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali mnedija mill-Kummissjoni. |
(16) Intrapriżi soċjali għandhom irwol fl-ekonomija soċjali tas-suq pluralistika tal-Ewropa. Dawn jistgħu jaġixxu bħala l-forzi tal-bidla soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi, ugħalhekk jagħmlu kontribuzzjoni siewja sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-programm għandu jtejjeb l-aċċess għal intrapriżi soċjali sabiex jiffinanzjaw u b’hekk jikkontribwixxu għall-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali mnedija mill-Kummissjoni. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat, il-Programm għandu jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu. Minitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm. |
(18) B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat, il-Programm għandu jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu. Monitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm u l-infiq għas-sess u l-anti-diskriminazzjoni għandhom jibdew jagħmlu parti mill-Programm ta' Drittijiet u Ċittadinanza. |
Ġustifikazzjoni | |
Ma jidhirx li ċ-ċifra totali ta' EUR 958 miljun proposta fl-abbozz ta' regolament għall-2014 - 2020 hi akbar b'mod sinifikattiv min-nefqa attwali ta' madwar EUR 932 miljun għall-2007 - 2013. Madankollu, dik iż-żieda tista' tkun ferm aktar sostanzjali peress li l-infiq attwali ta' EUR 238 miljun għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Antidiskriminazzjoni taħt il-programm PROGRESS eżistenti, tqaċċat mill-programm il-ġdid propost u ċċaqlaq għal baġit differenti (il-Programm għad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza) - hemm bżonn li dan jiġi ċċarat. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 22 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-8 ta' Ġunju 2011 "Ninvestu fil-ġejjieni: qafas Finanzjarju Multiannwali Ġdid (QFM) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"1, "waħda mill-isfidi l-kbar li taffaċċja l-Unjoni Ewropea hija dik li żżomm il-kompetittività tagħha, iżżid it-tkabbir, tiġġieled il-livell għoli tal-qgħad, tiffoka fuq swieq tax-xogħol li jiffunzjonaw sew u fuq kundizzjonijiet soċjali biex titjieb il-prestazzjoni fl-impjiegi, tippromwovi x-xogħol diċenti, tiggarantixxi d-drittijiet tal-ħaddiema fl-Ewropa kollha kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-tnaqqis tal-faqar"; |
|
____________ |
|
1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (minn hawn ’il quddiem ‘il-Programm’) li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-miri ewlenin tagħha u l-Linji-Gwida Integrati billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-għanijiet tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, u ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (minn hawn ’il quddiem ‘il-Programm’) li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-miri ewlenin tagħha, l-inizjattivi ewlenin u l-Linji-Gwida Integrati billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-għanijiet tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, u ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
c) Jimmodernizza l-liġi tal-Unjoni b’mod konformi mal-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti u jiżgura li l-liġi tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tiġi applikata b’mod effettiv; |
(c) Jimmodernizza l-liġi tal-Unjoni b’mod konformi mal-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Intelliġenti u jiżgura li l-liġi tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tiġi applikata b’mod effettiv, filwaqt li tingħata importanza xierqa lid-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn il-leġislaturi u l-imsieħba soċjali; |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) Jibni u jippromwovi sistemi u regoli li jappoġġaw l-iżvilupp tas-settur tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Programm matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jammontaw għal EUR 958.19 miljun. |
1. Il-pakkett finanzjarju ta' referenza primarja, fit-tifsira tal-punt [...] tal-"Ftehim Interistituzzjonali ta' .../.... bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda", għall-implimentazzjoni tal-Programm matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandhom jammontaw għal EUR 958.19 miljun fi prezzijiet attwali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva huwa biss indikazzjoni u ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq ftehim rigward ir-regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-5 % li jifdal għandhom jitqassmu fost l-assi fuq bażi annwali b’mod konformi mal-prijoritajiet tal-politika. |
Sabiex l-użu tal-fondi jkun effettiv u biex ikun jista' jsir iċ-ċaqliq tal-fondi bejn l-assi li huma konformi mal-prijoritajiet politiċi, il-5 % li jifdal għandhom jitqassmu fost l-assi fuq bażi annwali filwaqt li jiġu rispettati kompletament il-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-baġit annwali. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-deċiżjoni dwar l-użu tal-marġni ta' 5 % għandha tittieħed mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-perċentwali indikattivi jistgħu jiġu modifikati għat-tieni nofs tal-perjodu ta' programmar, wara evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm mill-Kummissjoni, li għandha tiġi ppubblikata f'nofs l-2017. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-iżvilupp konkret fit-tliet assi ma jistax jiġi mbassar b'mod preċiż sal-2020, l-allokazzjoni globali fost l-assi għandha tiġi rieżaminata fl-2017. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 6 – sentenza introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu ffinanzjati taħt il-Programm: |
Ma taffettwax il-verżjoni Maltija |
Ġustifikazzjoni | |
Tiswija lingwistika fil-verżjoni Franċiża | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 6 – punt 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill; |
(b) Dawk l-avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill biss li jikkorrispondu direttament mal-objettivi tal-programm. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 6 – punt 3 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Netwerking u kooperazzjoni fost il-korpi speċjalizzati, l-awtoritajiet nazzjonali, u s-servizzi tal-impjiegi reġjonali u lokali fil-livell Ewropew; |
(d) Netwerking u kooperazzjoni fost il-korpi speċjalizzati, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali u s-servizzi tal-impjiegi fil-livell Ewropew; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm jistgħu jiġu implimentati b’mod konġunt ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn l-azzjonijiet jissodisfaw l-objettivi ta’ kemm il-Programm kif ukoll ta’ strumenti oħra konċernati. |
Azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm jistgħu jiġu implimentati b’mod konġunt ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn l-azzjonijiet jissodisfaw l-objettivi ta’ kemm il-Programm kif ukoll ta’ strumenti oħra konċernati. Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li jiġu stabbiliti linji ta' demarkazzjoni ċari bejn l-interventi taħt strumenti oħra (pereżempju, l- l-FSE jew il-FEŻR) u l-Programm sabiex jiġi evitat li l-appoġġ jiġi rduppjat u tiġi żgurata s-sinerġija. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f’dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), speċjalment biex tingħata assistenza lill-benefiċjarji tal-faċilità ta' mikrofinanzjament. Il-konsistenza u l-kumplimentarjetà għandhom ikunu wkoll assigurati f’dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, notevolment permezz tal-programm multiannwali 2014-2020 "Drittijiet u Ċittadinanza", u fl-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, notevolment permezz tal-rogramm multiannwali 2014-2020 "Erasmus għal kulħadd" u fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. |
Ġustifikazzjoni | |
Approċċ ta' innovazzjoni soċjali fir-rigward tal-mikrofinanza jsaħħaħ ir-rwol tas-sħubijiet u l-konnessjonijiet b'saħħithom tal-istituzzjonijiet tal-mikrofinanza mal-fornituri ta' servizzi ta' żvilupp tan-negozji u jiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom f'inizjattivi fil-qasam tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Programm, ir-riżultati miksuba u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiet relatati mal-aċċessibilità, ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm għandha titwettaq sa tmiem l-2017 sabiex jitkejjel il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tiegħu, sabiex jiġi determinat jekk ir-riżorsi tiegħu ntużawx b’mod effiċjenti u sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu. |
1. Evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm għandha titwettaq sa nofs l-2017 sabiex jitkejjel il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tiegħu, sabiex jiġi determinat jekk ir-riżorsi tiegħu ntużawx b’mod effiċjenti u sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu. Il-Kummissjoni tista', abbażi tal-evalwazzjoni, tippreżenta proposta dwar it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet bejn l-assi tal-Programm. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tkun tista' tittieħed deċiżjoni dwar bidliet fil-Programm għat-tieni nofs tal-QFM kif issuġġerit fl-Emenda 3, l-evalwazzjoni teħtieġ li tiġi ppreżentata aktar kmieni milli ġie propost mill-Kummissjoni. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 22 – punt 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) persuni li tilfu jew li huma fir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultà sabiex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u persuni vulnerabbli li huma f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali u li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi proprji tagħhom; |
(a) persuni li tilfu jew li huma fir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultà sabiex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u persuni vulnerabbli li huma f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali jew għaż-żamma tal-ekwità jew kważi ekwità meħtieġa u li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi proprji tagħhom; |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu li persuni u impriżi jkollhom dejn eċċessiv. |
3. Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu, u l-aċċess tal-ekwità jew kważi ekwità meħtieġa u għandhom jippruvaw jipprevjenu li persuni u impriżi jkollhom dejn eċċessiv. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Skont l-Artikolu 18(2) tar-[Regolament Finanzjarju], id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju. Għall-istrumenti finanzjarji li diġà huma implimentati fil-qafas finanzjarju multiannwali preċedenti, id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati mill-operazzjonijiet li bdew fil-perjodu preċedenti għandhom jiġu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu attwali |
3. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-[Regolament Finanzjarju], id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati minn strument finanzjarju wieħed għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju, sakemm dak l-istrument finanzjarju jkun fis-seħħ. Għall-istrumenti finanzjarji li diġà huma implimentati fil-qafas finanzjarju multiannwali preċedenti, id-dħul u l-ħlasijiet ġenerati mill-operazzjonijiet li bdew fil-perjodu preċedenti għandhom jiġu assenjati għall-istrument finanzjarju fil-perjodu attwali |
PROĊEDURA
Titolu |
Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 25.10.2011 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 25.10.2011 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Estelle Grelier 6.2.2012 |
||||
Data tal-adozzjoni |
31.5.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard Ashworth, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, László Surján, Jacek Włosowicz |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Jürgen Klute, Paul Rübig, Peter Šťastný, Gianluca Susta |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (31.5.2012)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni
(COM(2011)0609 – C7‑0318/2011 – 2011/0270(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) B’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti kbar b’valur miżjud ċar tal-UE sabiex jilħaq il-massa kritika u jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-fornituri ta’ mikrofinanzjament, billi jipprovdi finanzjament għall-mikro-kreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Finalment, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
(5) B’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka fuq proġetti kbar ta' natura eżemplari ċara u b'valur miżjud tal-UE sabiex jilħaq il-massa kritika u jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-fornituri ta’ mikrofinanzjament, billi jipprovdi finanzjament għall-mikrokreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Fil-kamp ta' applikazzjoni limitat tiegħu, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Filwaqt li jitqiesu l-fondi limitati disponibbli għall-programm u l-preallokazzjoni ta' dawn il-fondi għad-diversi assi, il-prijorità tal-finanzjament għandha tingħata lill-iżvilupp ta' strutturi b'effett multiplikatur ċar li jkunu ta' benefiċċju għal aktar attivitajiet u inizjattivi. Għandhom jiddaħħlu fis-seħħ ukoll miżuri xierqa sabiex tiġi evitata kull possibilità ta' sovrappożizzjoni u/jew finanzjament doppju ma' fondi jew programmi oħrajn, b'mod partikolari mal-Fond Soċjali Ewropew. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5b) L-objettivi estensivi u l-importanza kbira mogħtija lil dan il-programm jikkontradixxu l-mezzi finanzjarji limitati ħafna allokati, ħaġa li tista' potenzjalment tiddiżappunta l-aspettattivi tal-partijiet interessati rigward dan il-programm. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-ambitu ta’ EURES għandu jitwessa’ sabiex jiżviluppa u jappoġġja skemi ta’ mobilità mmirati fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li jimtlew postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol. B’mod konformi mal-Artikolu 47 tat-Trattat, l-iskema għandha tiffaċilita l-mobilità fost ħaddiema żgħażagħ. |
(12) L-ambitu ta’ EURES għandu jitwessa’ sabiex jiżviluppa u jappoġġja skemi ta’ mobilità mmirati fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li jimtlew postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol. B’mod konformi mal-Artikolu 47 tat-Trattat, l-iskema għandha tiffaċilita l-mobilità fost ħaddiema żgħażagħ. Sabiex l-EURES ikun jista' jikseb l-għanijiet tiegħu, huwa rakkomandat li t-tliet assi li jiffurmaw il-programm iżommu ċerta indipendenza finanzjarja. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Intrapriżi soċjali huma l-bażi tal-ekonomija soċjali tas-suq pluralistika tal-Ewropa. Dawn jistgħu jaġixxu bħala l-forzi tal-bidla soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi, ugħalhekk jagħmlu kontribuzzjoni siewja sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-programm għandu jtejjeb l-aċċess għal intrapriżi soċjali sabiex jiffinanzjaw u b’hekk jikkontribwixxu għall-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali mnedija mill-Kummissjoni. |
(16) Intrapriżi soċjali huma l-bażi tal-ekonomija soċjali tas-suq pluralistika tal-Ewropa. Dawn jistgħu jaġixxu bħala l-forzi tal-bidla soċjali billi joffru soluzzjonijiet innovattivi, u għalhekk jagħmlu kontribuzzjoni siewja sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. F'qafas baġitarju limitat, il-programm għandu jtejjeb l-aċċess għal intrapriżi soċjali sabiex jiffinanzjaw u b’hekk jikkontribwixxu għall-Inizjattiva ta' Negozju Soċjali mnedija mill-Kummissjoni. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-appropriazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 għall-assistenza finanzjarja, teknika u/jew amministrattiva, b’mod partikolari b’rabta mal-awditjar, l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni, il-laqgħat tal-esperti, u l-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-benefiċċju reċiproku tal-Kummissjoni ul-benefiċjarji. |
3. Il-Kummissjoni tista’ tuża sa 3 % tal-approprjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex tiffinanzja l-assistenza teknika u/jew amministrattiva, b’mod partikolari b’rabta mal-awditjar, l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni, il-laqgħat tal-esperti, il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u l-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-benefiċċju reċiproku tal-Kummissjoni u l-benefiċjarji. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill; |
(b) Avvenimenti, konferenzi u seminars; |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 6 – punt 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Azzjonijiet għall-promozzjoni tal-mobilità ta’ individwi fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali multiannwali għall-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, u skemi ta’ mobilità mmirati sabiex jimlew il-postijiet battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew sabiex jgħinu gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema bħaż-żgħażagħ. |
4. Azzjonijiet finanzjarjament fattibbli għall-promozzjoni tal-mobilità ta’ individwi fl-Unjoni, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali multilingwistika għall-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, u skemi ta’ mobilità mmirati sabiex jimlew il-postijiet battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew sabiex jgħinu gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema bħaż-żgħażagħ. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 6 – punt 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Appoġġ għall-mikrofinanzjament u l-intrapriżi soċjali b'mod partikolari permezz ta' strumenti finanzjarji5 Previst skont it-Titolu VIII tal-Parti I tar-Regolament XXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni, u għotjiet. |
5. Appoġġ għall-mikrofinanzjament u l-intrapriżi soċjali b'mod partikolari permezz ta' strumenti finanzjarji previsti skont ir-Regolament XXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid] dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni, u għotjiet. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Finanzjament b’somma f’daqqa u b’rata fissa jistgħu jintużaw fir-rigward tal-appoġġ mogħti lill-parteċipanti tal-programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskemi ta’ mobilità msemmija fl-Artikolu 6(4). |
Il-ftehim tal-għotja għandu jispeċifika liema parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun ibbażata fuq ir-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli, u liema parti se tkun ibbażata fuq rati fissi (inkluża l-iskala tal-ispejjeż unitarji) jew somom f'daqqa fir-rigward tal-appoġġ mogħti lill-parteċipanti tal-programm, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskemi ta’ mobilità msemmija fl-Artikolu 6(4). |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa li jiżguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, billi jiġu rkuprati l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu u, fejn xieraq permezz ta’ penali effettivi, proporzjonali u ta’ deterrent, b’mod konformi mal-Artikolu 325 tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea u r-Regolament Finanzjarju. |
1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa u twettaq kontrolli effikaċi li jiżguraw li, meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti bl-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attivitajiet illegali oħra. |
|
1a. Jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu għandhom jiġu rkuprati primarjament permezz ta' tpaċija u, fejn xieraq, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod konformi mal-Artikolu 325 tat-Trattat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea u r-Regolament Finanzjarju jistgħu jinkludu penali effettivi, proporzjonati u ta’ deterrent. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, deċiżjonijiet, ftehimiet u kuntratti preċedenti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, inklużi l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu espressament intitolati jmexxu dawn il-verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u l-Qorti tal-Awdituri għandhom ikunu espressament intitolati permezz ta' deċiżjonijiet, ftehimiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jmexxu dawn il-verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post sa erba' snin wara l-ħlas finali. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ annwali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni, inklużi kwistjonijiiet ta' aċċessibilità, ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm għandha titwettaq sa tmiem l-2017 sabiex jitkejjel il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tiegħu, sabiex jiġi determinat jekk ir-riżorsi tiegħu ntużawx b’mod effiċjenti u sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu. |
1. Evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm għandha titwettaq sa tmiem l-2017 sabiex jitkejjel il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tiegħu, sabiex jiġi determinat jekk ir-riżorsi tiegħu ntużawx b’mod effiċjenti u sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu. L-eżitu tal-evalwazzjoni jista' jitqies fit-tfassil ta' programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2. L-informazzjoni provduta f’dawn ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni biennali għandha tiddaħħal fir-rapporti dwar il-monitoraġġ annwali previsti fl-Artikolu 13. Dawn ir-rapporti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu r-rapporti annwali previsti fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE. |
2. L-informazzjoni provduta f’dawn ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni annwali għandha tiddaħħal fir-rapporti dwar il-monitoraġġ annwali previsti fl-Artikolu 13. Dawn ir-rapporti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu r-rapporti annwali previsti fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE. |
PROĊEDURA
Titolu |
Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 25.10.2011 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CONT 25.10.2011 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Jens Geier 6.12.2011 |
||||
Data tal-adozzjoni |
30.5.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Michael Theurer |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zuzana Brzobohatá, Jorgo Chatzimarkakis, Derk Jan Eppink, Véronique Mathieu, Markus Pieper |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Joachim Zeller |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (9.5.2012)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni
(COM(2011)0609 – C7‑0318/2011 – 2011/0270(COD))
Rapporteur: Inês Cristina Zuber
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-inizjattivi ewlenin tal-Innovazzjoni tal-Unjoni jidentifikaw l-innovazzjoni soċjali bħala għodda b’saħħitha sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali li joriġinaw mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-faqar, il-qgħad, il-mudelli ġodda tax-xogħol u l-istili tal-ħajja, u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-ġustizzja soċjali, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Il-Programm għandu jagħti appoġġ lil azzjoni sabiex tiżdied b’mod proporzjonali l-innovazzjoni soċjali fl-oqsma tal-politika li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tiegħu fis-setturi pubbliċi, privati u t-tielet settur, billi jitqies ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali b’mod xieraq. B’mod partikolari, għandu jgħin l-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni u ż-żieda ta’ soluzzjonijiet u prattiċi innovattivi permezz tal-esperimentazzjoni soċjali sabiex jassisti lill-Istati Membri b’mod aktar effettiv biex jirriformaw is-swieq tax-xogħol u l-politiki tal-protezzjoni soċjali tagħhom. Għandu jaġixxi wkoll bħala katalist għal sħubijiet u netwerking transnazzjonali bejn l-atturi tas-settur pubbliku, privat u t-tielet settur kif ukoll jagħti appoġġ fl-involviment tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda fl-indirizzar ta’ ħtiġijiet u sfidi soċjali urġenti. |
(4) Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-inizjattivi ewlenin tal-Innovazzjoni tal-Unjoni jidentifikaw l-innovazzjoni soċjali bħala għodda b’saħħitha sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali li joriġinaw mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-faqar, il-qgħad, il-mudelli ġodda tax-xogħol u l-istili tal-ħajja, u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-ġustizzja soċjali, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Il-Programm għandu jagħti appoġġ lil azzjoni sabiex tiżdied b’mod proporzjonali l-innovazzjoni soċjali fl-oqsma tal-politika li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tiegħu fis-setturi pubbliċi, privati u t-tielet settur, billi jitqies ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali b’mod xieraq. B’mod partikolari, għandu jgħin l-identifikazzjoni, l-analiżi u ż-żieda ta’ soluzzjonijiet u prattiċi innovattivi permezz tal-esperimentazzjoni soċjali sabiex jassisti lill-Istati Membri b’mod aktar effettiv biex jirriformaw is-swieq tax-xogħol, il-politika tal-impriżi u l-politiki tal-protezzjoni soċjali tagħhom. Għandu jaġixxi wkoll bħala katalist għal sħubijiet u netwerking transnazzjonali bejn l-atturi tas-settur pubbliku, privat u t-tielet settur kif ukoll jagħti appoġġ fl-involviment tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda fl-indirizzar ta’ ħtiġijiet u sfidi soċjali urġenti. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) B’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti kbar b’valur miżjud ċar tal-UE sabiex jilħaq il-massa kritika u jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-fornituri ta’ mikrofinanzjament, billi jipprovdi finanzjament għall-mikro-kreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Finalment, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
(5) Il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti kbar b’valur miżjud ċar tal-UE sabiex jilħaq il-massa kritika u jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-fornituri ta’ mikrofinanzjament, billi jrawwem it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, it-titjib u l-modernizzazzjoni teknoloġika u billi jipprovdi finanzjament għall-mikro-kreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Finalment, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-finanzjament għall-SMEs għandu jippermettilhom jaġġornaw u jimmodernizzaw teknoloġikament, sabiex ikunu jistgħu jindirizzaw id-diffikultajiet u l-ostakli li jaffaċċaw, b’mod partikolari l-ostakli assoċjati mal-konċentrazzjoni u l-monopolizzazzjoni tas-setturi tal-industija, tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Jeħtieġ li jiġu kkonsolidati d-dimensjonijiet soċjali tas-suq uniku. Minħabba li jeħtieġ li tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq uniku u l-moviment liberu tas-servizzi billi jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema, huwa neċessarju li jiġi żgurat li d-drittijiet kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-intraprendituri għal moviment liberu madwar l-Unjoni jingħataw status ugwali. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-ambitu ta’ EURES għandu jitwessa’ sabiex jiżviluppa u jappoġġja skemi ta’ mobilità mmirati fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li jimtlew postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol. B’mod konformi mal-Artikolu 47 tat-Trattat, l-iskema għandha tiffaċilita l-mobilità fost ħaddiema żgħażagħ. |
(12) L-ambitu ta’ EURES għandu jitwessa’ sabiex jiżviluppa u jappoġġja skemi ta’ mobilità mmirati fil-livell tal-Unjoni bil-ħsieb li jimtlew postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol. Fid-dawl ta' livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u b’mod konformi mal-Artikolu 47 tat-Trattat, l-iskema għandha tiffaċilita b’mod speċjali l-mobilità fost ħaddiema żgħażagħ fl-Unjoni. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozju, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. Sforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiżdiedu sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuha l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozju, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. Sforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiżdiedu sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuha l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. Huwa importanti wkoll li l-kreditu offrut isir aktar flessibbli permezz ta' istituzzjonijiet mhux bankarji u li dan ikun adegwat biex ikopri t-titjib u l-modernizzazzjoni teknoloġika meħtieġa għas-salvagwardja tal-likwidità u l-indipendenza tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) 'Esperimentazzjoni soċjali' tfisser esperimenti li jkollhom l-għan li jipprovdu reazzjonijiet innovattivi għall-ħtiġijiet soċjali. Din isseħħ f'kuntesti definiti, filwaqt li tippermetti monitoraġġ u valutazzjoni, biex b'hekk jitnaqqsu kemm l-ispejjeż soċjali kif ukoll ir-riskji tal-investiment. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) L-assi Progress, li għandu jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-impjiegi u soċjali tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u għandu jippromwovi t-tfassil ta’ politika bbażata fuq evidenza u l-innovazzjoni, bi sħubija mal-imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra; |
(a) L-assi Progress, li għandu jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-impjiegi u soċjali tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u għandu jippromwovi t-tfassil ta’ politika bbażata fuq evidenza u l-innovazzjoni, bi sħubija mal-imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra; Hu għandu jiffoka fuq l-iżvilupp ta' strateġiji komuni Ewropej li jipproduċu titjib reali fl-impjiegi u l-politika soċjali u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa; |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali li għandha tiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għal imprendituri, speċjalment dawk l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol, u intrapriżi soċjali. |
(c) L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali li għandha tiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għal imprendituri, speċjalment dawk l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol, u intrapriżi soċjali, speċjalment il-kooperattivi, is-soċjetajiet reċiproċi u l-mikrointrapriżi. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni soċjali u swieq tax-xogħol adegwati, aċċessibbli u effiċjenti u jiffaċilita r-riforma tal-politika, billi ssir promozzjoni tal-governanza tajba, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali; |
(b) Jappoġġja l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni soċjali u swieq tax-xogħol adegwati, dejjem iżjed flessibbli u effiċjenti u jiffaċilita r-riforma tal-politika, billi ssir promozzjoni tal-governanza tajba, it-tagħlim reċiproku u l-innovazzjoni soċjali; |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Jippromwovi l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u jsaħħaħ l-opportunitajiet tax-xogħol billi jiżviluppa s-swieq tax-xogħol tal-Unjoni li huma miftuħin u aċċessibbli għal kulħadd; |
(d) Jikkonsolida s-suq uniku billi jippromwovi l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u jsaħħaħ l-opportunitajiet tax-xogħol billi jiżviluppa s-swieq tax-xogħol tal-Unjoni li huma miftuħin u aċċessibbli għal kulħadd billi jiġu rispettati u garantiti l-moviment liberu u d-drittijiet tal-ħaddiema madwar l-Unjoni; |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) Jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibilità tal-mikrofinanzjament għal gruppi vulnerabbli u mikrointrapriżi, u billi jagħti aċċess akbar għall-iffinanzjar għall-intrapriżi soċjali. |
(e) Jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibilità tal-mikrofinanzjament għal gruppi vulnerabbli u mikrointrapriżi, u billi jagħti aċċess akbar għall-iffinanzjar għall-intrapriżi soċjali, bħala mezz biex jitjiebu l-likwidità u l-indipendenza tagħhom. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) Iħeġġeġ il-ħolqien ta’ impjiegi bi drittijiet ta’ impjieg diċenti u l-antiċipazzjoni u l-iżvilupp ta’ ħiliet ġodda għal xogħlijiet ġodda u ta’ kwalità, filwaqt li l-politiki ta’ impjieg u dawk soċjali jintrabtu mal-politiki industrijali u strutturali li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u b'livell baxx ta' karbonju. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) 60 % għall-assi Progress, li minnhom mill-inqas 17 % għandhom jiġu allokati għall-promozzjoni tal-esperimentazzjoni soċjali bħala metodu għall-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-ħsieb li jiżdiedu proporzjonalment; |
(a) 50 % għall-assi Progress, li minnhom mill-inqas 17 % għandhom jiġu allokati għall-promozzjoni tal-esperimentazzjoni soċjali bħala metodu għall-ittestjar u l-evalwazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi bil-ħsieb li jiżdiedu proporzjonalment; |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda tal-Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt (c). | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) 20 % għall-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali. |
(c) 30 % għall-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Waħda mill-problemi ewlenin li tinqala’ fit-twaqqif u l-operat tal-SMEs hija d-diffikultà biex jinkiseb finanzjament, u għalhekk qed jiġi propost it-tisħiħ tal-assi tal-mikrofinanzjament. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-appropriazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 għall-assistenza finanzjarja, teknika u/jew amministrattiva, b’mod partikolari b’rabta mal-awditjar, l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni, il-laqgħat tal-esperti, u l-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-benefiċċju reċiproku tal-Kummissjoni ul-benefiċjarji. |
3. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel użu mill-approprjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 għall-assistenza finanzjarja, teknika u/jew amministrattiva, b’mod partikolari b’rabta mal-awditjar, l-esternalizzazzjoni tat-traduzzjoni, il-laqgħat tal-esperti, u l-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-benefiċċju reċiproku tal-Kummissjoni u l-benefiċjarji, biex b'hekk jiġi żgurat it-tisħiħ tal-kontroll tal-infiq. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt; |
(c) Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt indipendenti; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Skambji u tixrid ta’ prattika tajba, approċċi innovattivi u esperjenza, reviżjonijiet inter pares, valutazzjoni komparattiva u tagħlim reċiproku fil-livell Ewropew; |
(a) Skambji, identifikazzjoni u tixrid ta’ prattika tajba, approċċi innovattivi u esperjenza, reviżjonijiet inter pares, valutazzjoni komparattiva u tagħlim reċiproku fil-livell Ewropew; |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Avvenimenti, konferenzi u seminars tal-Presidenza tal-Kunsill; |
(b) Avvenimenti, konferenzi u seminars importanti tal-Presidenza tal-Kunsill, bil-kundizzjoni li jkunu ġustifikati kif xieraq; |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma tal-uffiċjali nazzjonali sabiex iwettqu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
(c) Organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma tal-uffiċjali nazzjonali sabiex iwettqu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni xierqa tal-liġi tal-Unjoni; |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Netwerking u kooperazzjoni fost il-korpi speċjalizzati, l-awtoritajiet nazzjonali, u s-servizzi tal-impjiegi reġjonali u lokali fil-livell Ewropew; |
(d) Netwerking u kooperazzjoni fost il-korpi speċjalizzati u partijiet interessati relevanti oħra, l-awtoritajiet nazzjonali, u s-servizzi tal-impjiegi reġjonali u lokali fil-livell Ewropew; |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f’dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f’dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali, kif ukoll il-ħtiġijiet tas-suq intern, sabiex jissaħħaħ il-funzjonament tajjeb tiegħu. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ annwali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat u jsir disponibbli għall-pubbliku fl-interess ta’ trasparenza ikbar. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm għandha titwettaq sa tmiem l-2017 sabiex jitkejjel il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tiegħu, sabiex jiġi determinat jekk ir-riżorsi tiegħu ntużawx b’mod effiċjenti u sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu. |
1. Evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm għandha titwettaq sa tmiem l-2017 sabiex jitkejjel il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tiegħu, sabiex jiġi determinat jekk ir-riżorsi tiegħu ntużawx b’mod effiċjenti u sabiex jiġi evalwat il-valur miżjud tal-Unjoni tiegħu. Wara dik l-evalwazzjoni r-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat u jsir disponibbli għall-pubbliku fl-interess ta’ trasparenza ikbar. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Mhux aktar tard minn sentejn wara l-iskadenza tal-Programm, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex-post li tkejjel l-impatt tiegħu u l-valur miżjud tal-Unjoni u għandha tgħaddi rapport dwar dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni |
2. Mhux aktar tard minn sena wara l-iskadenza tal-Programm, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni indipendenti ex-post li tkejjel l-impatt tiegħu u l-valur miżjud tal-Unjoni u għandha tgħaddi rapport dwar dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Wara l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda l-kontinwazzjoni tal-programm, sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-iskadenza tiegħu. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat u jsir disponibbli għall-pubbliku fl-interess ta’ trasparenza ikbar. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 15 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, tagħlim reċiproku u djalogu effettivi u inklużivi dwar il-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Unjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali u internazzjonali sabiex l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jiġu assistiti fl-iżvilupp tal-politiki tagħhom u fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
(b) Faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, tagħlim reċiproku u djalogu effettivi u inklużivi dwar il-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Unjoni fil-livell Ewropew, nazzjonali u internazzjonali sabiex l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jiġu assistiti fl-iżvilupp tal-politiki tagħhom u fl-implimentazzjoni xierqa tal-liġi tal-Unjoni; |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 15 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) Żvilupp ta' strateġiji Ewropej komuni sabiex ikun hemm titjib reali fl-impjiegi u l-politika soċjali u fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) L-imsieħba soċjali; |
(d) Is-sħab soċjali u l-interessi tan-negozju relevanti; |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma’ pajjiżi terzi li mhux qed jipparteċipaw fil-Programm. Ir-rappreżentanti ta’ dawn il-pajjiżi terzi jistgħu jattendu avvenimenti ta’ interess reċiproku (bħal konferenzi, workshops u seminars) li jsiru fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm u l-ispiża tal-attendenza tagħhom tista’ tkun koperta mill-Programm. |
4. Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma’ pajjiżi terzi li mhux qed jipparteċipaw fil-Programm. Ir-rappreżentanti ta’ dawn il-pajjiżi terzi jistgħu jattendu avvenimenti ta’ interess reċiproku (bħal konferenzi, workshops u seminars) li jsiru fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm u l-ispiża tal-attendenza tagħhom tista’ tkun kofinanzjata mill-Programm. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-pjanijiet ta’ ħidma annwali, inklużi l-kriterji għall-għażla tal-benefiċjarji wara sejħiet għall-proposti. |
(b) l-pjanijiet ta’ ħidma annwali, inklużi l-kriterji għall-għażla tal-benefiċjarji wara sejħiet għall-proposti. Il-kriterji biex jingħażlu l-benefiċjarji għandhom iqisu r-rekwiżiti tas-suq intern. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 20 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) Jipprovdu informazzjoni sħiħa u fil-ħin lil dawk li qed ifittxu x-xogħol fi Stat Membru ieħor fir-rigward tal-leġiżlazzjoni u l-kundizzjonijiet ta' reklutaġġ. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Sabiex jintlaħqu l-benefiċjarji finali u jinħolqu mikrointrapriżi, kompetittivi, vijabbli, korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-benefiċjarji finali tal-mikrokreditu u ma’ organizzazzjonijiet, b’mod partikolari dawk appoġġjati mill-FSE, li jipprovdu programmi ta’ mentoring u taħriġ għal dawn il-benefiċjarji finali. |
2. Sabiex jintlaħqu l-benefiċjarji finali u jinħolqu mikrointrapriżi, kompetittivi, vijabbli, korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-benefiċjarji finali tal-mikrokreditu u ma’ organizzazzjonijiet, b’mod partikolari dawk appoġġjati mill-FSE, li jipprovdu programmi ta’ mentoring u taħriġ għal dawn il-benefiċjarji finali. Il-programmi ta' taħriġ għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżiti tas-suq intern. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u, fejn rilevanti, il-maniġers tal-fond għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti dwar l-implimentazzjoni annwali li jistabbilixxu l-attivitajiet li ingħataw appoġġ u li jkopru l-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom u l-allokazzjoni u l-aċċessibbiltà ta' finanzjament u investiment bis-settur u tip ta'benefiċjarju, applikazzjonijiet aċċettati jew miċħuda u kuntratti konklużi mill-korpi pubbliċi u privati konċernati, azzjonijiet iffinanzjati u r-riżultati, inklużi f’termini tal-impatt soċjali, il-ħolqien ta' impjiegi u sostenibbiltà tal-appoġġ mogħti lin-negozji. |
1. L-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u, fejn rilevanti, il-maniġers tal-fond għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti dwar l-implimentazzjoni annwali li jistabbilixxu l-attivitajiet li ngħataw appoġġ u li jkopru l-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom u l-allokazzjoni u l-aċċessibbiltà ta' finanzjament u investiment mill-Istat Membru, is-settur u t-tip ta' benefiċjarju, applikazzjonijiet aċċettati jew miċħuda u kuntratti konklużi mill-korpi pubbliċi u privati konċernati, azzjonijiet iffinanzjati u r-riżultati, inklużi f’termini tal-impatt soċjali, il-ħolqien ta' impjiegi u sostenibbiltà tal-appoġġ mogħti lin-negozji. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-informazzjoni provduta f’dawn ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni biennali għandha tiddaħħal fir-rapporti dwar il-monitoraġġ annwali previsti fl-Artikolu 13. Dawn ir-rapporti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu r-rapporti annwali previsti fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE. |
2. L-informazzjoni provduta f’dawn ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni annwali għandha tiddaħħal fir-rapporti dwar il-monitoraġġ annwali previsti fl-Artikolu 13. Dawn ir-rapporti ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu r-rapporti annwali previsti fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE. |
PROĊEDURA
Titolu |
Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 25.10.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 25.10.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Inês Cristina Zuber 20.12.2011 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
8.5.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
55 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Adam Gierek, Norbert Glante, Robert Goebbels, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Evžen Tošenovský, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Antonio Cancian, Ioan Enciu, Françoise Grossetête, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Bernd Lange, Werner Langen, Zofija Mazej Kukovič, Silvia-Adriana Ţicău, Inês Cristina Zuber |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Anne E. Jensen, Nicole Kiil-Nielsen, Norica Nicolai |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (6.6.2012)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni
(COM(2011)0609 – C7‑0318/2011 – 2011/0270(COD))
Rapporteur: Tomasz Piotr Poręba
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Bħala parti mill-pakkett leġiżlattiv għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni pproponiet abbozz ta’ regolament li jistabbilixxi l-programme il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni Soċjali (minn hawn ‘il quddiem "il-Programm")
Ir-regolament li jistabbilixxi l-Programm il-ġdid ġie integrat fil-pakkett ta’ nefqiet li jaqa' taħt l-intestatura 1 (Tkabbir intelliġenti u inklussiv) tal-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid 2014-2020.
Il-Programm huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija "Ewropa 2020" u għall-ilħuq tal-objettivi tiegħu f’dawk li huma żvilupp intelliġenti u sostenibbli u integrazzjoni soċjali bis-saħħa ta’ varjetà ta’ miżuri – b’mod partikolari attivitajiet ta’ analiżi, azzjonijiet fil-qasam tat-taħriġ reċiproku, l-appoġġ tal-entitajiet prinċipali inkarigati mill-ilħuq tal-objettivi tal-Programm, il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u l-appoġġ tal-mikrointrapriżi – immirati biex jiffavorixxu livell għoli ta’ okkupazzjoni, jiggarantixxu kopertura soċjali xierqa, jiġġieldu kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Il-Kummissjoni tipproponi li jingħaqdu flimkien tliet strumenti li diġà jeżistu – il-programm Progress, il-programm EURES u l-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament Progress favur l-okkupazzjoni u l-integrazzjoni soċjali – fil-qafas ta’ programm uniku għall-bidla soċjali u l-innovazzjoni soċjali.
L-objettiv tal-programm Komunitarju Progress għall-okkupazzjoni u s-solidarjetà soċjali, maħluq fl-2006, hu li jsostni l-politika tal-impjieg tal-Unjoni Ewropea billi jissorvelja l-politiki mmexxija f'dan il-qasam, jiffavorixxi t-taħriġ reċiproku, jiżviluppa strumenti u metodi statistiċi, jappoġġja lill-atturi prinċipali, joħloq netwerks u jipproċedi għal azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni. Il-benefiċjarji prinċipali ta’ dawn il-fondi huma l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.
In-Netwerk tas-Servizzi Ewropej tal-Impjiegi (EURES) inħoloq fl-2002. In-netwerk għandu l-għan li jiffaċilita l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema fi ħdan l-UE. EURES jappoġġja l-ħolqien ta’ sħubijiet transkonfinali li jikkostitwixxu kemm pjattaforma ta’ kuntatt bejn is-servizzi pubbliċi u s-sħab soċjali u kemm għajn ta' parir għall-kwestjonijiet marbuta mad-drittijiet u d-dmirijiet tal-ħaddiema.
Il-Faċilità ta’ Mikrofinanzjament Progress favur l-okkupazzjoni u l-integrazzjoni soċjali, maħluq fl-2010, jiffaċilita l-aċċess għal għajnuna fis-sura ta’ mikrokreditu lill-persuni li huma żvantaġġjati fir-rigward ta’ aċċess għas-suq tal-kreditu tradizzjonali (peruni mingħajr impjieg, mhedda mill-esklużjoni soċjali) u lill-persuni li jixtiequ joħolqu jew jiżviluppaw l-intrapriża tagħhom stess. L-istrument ta’ mikrofinanzjament ma jagħtix b’mod dirett riżorsi finanzjarji lill-intraprendituri imma jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-mikrofinanzi stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni jassenjaw aktar faċilment selfiet lill-intraprendituri li jixtiequ joħolqu l-intrapriża tagħhom stess jew li jixtiequ jiżviluppaw intrapriża li diġà teżisti.
Ir-regolament li jistabbilixxi l-Programm il-ġdid tal-Unjoni Ewropea għall-bidla soċjali u l-innovazzjoni soċjali għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-iskadenza tal-programmi eżistenti, jiġifieri l-1 ta' Jannar 2014, u jibqa’ jiġi implimentat sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020.
Il-Kummissjoni pproponiet li l-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Programm għandhom jammontaw għal EUR 958.19 miljun għall-perjodu li jkopri mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.
Ir-rapporteur iqis li l-Kummissjoni ma tagħti l-ebda indikazzjoni tal-valur miżjud li jirriżulta minn din il-kumbinazzjoni tat-tliet programmi li diġà huma stabbiliti.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma stabbilietx id-demarkazzjoni bejn il-miżuri previsti fil-qafas tal-Programm il-ġdid u l-miżuri ta’ appoġġ proposti fil-qafas tal-Fondi li jirriżultaw mill-politika ta’ koeżjoni (FSE, FEŻR) u ma ggarantietx il-koordinament effikaċi ta’ bejniethom. Dan il-fatt ikkawża duplikazzjonijiet f’ċerti reġjuni Barra minn hekk ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ stabbilit mill-Programm il-ġdid rigward id-disinjar u l-implimentazzjoni ta’ esperimentazzjonijiet soċjali li għandu jkun disponibbli taħt l-assi tal-programm Progress jidduplika l-kamp ta’ applikazzjoni f’dik li hi innovazzjoni soċjali prevista fil-qafas tal-proposta għal regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew. Dan mhux kollox: ir-regolament li jirregola l-funzjonament tal-FEŻR jipprovdi għal miżuri ta’ appoġġ favur intrapriżi soċjali. Meta jitqiesu dawn l-elementi, hija ħaġa indispensabbli li jiġi definit b’mod ċar kif l-istrument il-ġdid se jiġi integrat fil-mekkaniżmi kumplementari li jinsabu fis-seħħ fil-politika ta’ koeżjoni.
Il-Kummissjoni, filwaqt li tiddedika 17 % tal-finanzjament disponibbli taħt l-assi tal-programm Progress għall-promozzjoni tal-esperimentazzjonijiet soċjali, ma tippreżentax b’mod preċiż l-objettivi speċifiċi fl-oqsma tal-innovazzjoni soċjali u tal-esperimentazzjonijiet soċjali. Ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-limitu ta’ finanzjament fiss impost mill-Kummissjoni jsir flessibbli għall-esperimentazzjonijiet soċjali u jenfasizza li l-objettivi tal-innovazzjoni soċjali ma jistgħux jiġu realizzati ħlief f’kooperazzjoni mas-sistemi soċjali nazzjonali u mhux billi jiġu sostitwiti. Irid jiġi organizzat dibattitu politika wiesa’ qabel ma jiġi adottat xi approċċ ieħor fil-qasam.
Fil-kuntest ekonomiku attwali, il-mikrokreditu huwa l-istrument li, fost it-tlieta li huma, jippermetti li jinkisbu r-riżultati l-aktar tanġibbli. L-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi jirrappreżentaw qrib id-99 % tas-soċjetajiet li għadhom kif inħolqu fl-Ewropa u terz minnhom raw il-bidu tagħhom bis-saħħa ta' nies li kienu qiegħda. Għaldaqstant, jeħtieġ mhux biss li jiżdied il-persentaġġ tal-mikrokrediti fil-baġit tal-Programm il-ġdid imma wkoll li jiġi enfasizzat ir-rwol essenzjali li huma jwettqu fil-ġlieda kontra l-esklużjoni.
F’dan il-perjodu ta’ kriżi ekonomika u ta’ dixxiplina baġitarja stretta għall-Istati Membri, ir-rapporteur jesprimi ruħu kontra ż-żieda fl-ispejjeż amministrattivi (Artikolu 5, paragrafu 3) u kontra tiġi stabbilita riżerva baġitarja ta’ 5 %, li r-ridistribuzzjoni tagħha għadha ma ġietx definita b'mod ċar mill-Kummissjoni.
Fir-rigward tar-rwol tar-reġjuni u tal-ibliet fil-proċess tal-implimentazzjoni tal-Programm il-ġdid, jeħtieġ li tiġi enfasizzata kemm hu importanti li dawn l-entitajiet jiġu involuti fil-fażijiet operazzjonali kollha tal-implimentazzjoni tal-Programm.
Għandha tingħata prijorità wkoll lit-tfassil tal-attivitajiet tal-EURES b'tali mod li jkunu adattati għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, li aktar minn 20 % minnhom jinsabu bla xogħol. Ir-rapporteur jiddispjaċih li jkollu jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li ma hemmx valutazzjoni tal-effikaċja tal-programm EURES u data rigward l-għadd ta’ persuni li sabu impjieg bis-saħħa ta’ dan il-programm.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-inizjattivi emblematiċi tal-Unjoni fil-qasam tal-Innovazzjoni jidentifikaw l-innovazzjoni soċjali bħala għodda b’saħħitha sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali li joriġinaw mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-faqar, il-qgħad, il-mudelli tax-xogħol u l-istili tal-ħajja l-ġodda, u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-ġustizzja soċjali, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Il-Programm għandu jagħti appoġġ lil azzjoni sabiex tiġi intensifikata l-innovazzjoni soċjali fl-oqsma tal-politika li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tiegħu fis-settur pubbliku, f'dak privat u fit-tielet settur, waqt li jitqies kif dovut ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali. B’mod partikolari, għandu jgħin l-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni u ż-żieda ta’ soluzzjonijiet u prattiċi innovattivi permezz tal-esperimentazzjoni soċjali sabiex jassisti lill-Istati Membri b’mod aktar effettiv biex jirriformaw is-swieq tax-xogħol u l-politiki tal-protezzjoni soċjali tagħhom. Għandu jaġixxi wkoll bħala katalist għal sħubijiet u netwerking transnazzjonali bejn l-atturi tas-settur pubbliku, dak privat u t-tielet settur kif ukoll jagħti appoġġ fl-involviment tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda fl-indirizzar ta’ ħtiġijiet u sfidi soċjali urġenti. |
(4) Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali u l-inizjattivi emblematiċi tal-Unjoni fil-qasam tal-Innovazzjoni jidentifikaw l-innovazzjoni soċjali bħala għodda b’saħħitha – b'mod partikulari f'dan iż-żmien ta' kriżi ekonomika fl-Unjoni u fir-reġjuni tagħha – sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali li joriġinaw mit-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-faqar, il-qgħad, il-mudelli tax-xogħol u l-istili tal-ħajja l-ġodda, u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-ġustizzja soċjali, l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Il-Programm għandu jagħti appoġġ lil azzjoni sabiex tiġi intensifikata l-innovazzjoni soċjali fl-oqsma tal-politika li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tiegħu fis-settur pubbliku, f'dak privat u fit-tielet settur, waqt li jitqies kif dovut ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali. B’mod partikolari, għandu jgħin l-identifikazzjoni, l-evalwazzjoni u ż-żieda b’mod proporzjonat ta’ soluzzjonijiet innovattivi u l-implimentazzjoni prattika tagħhom permezz tal-esperimentazzjoni soċjali sabiex jassisti lill-Istati Membri b’mod aktar effettiv biex jirriformaw is-swieq tax-xogħol u l-politiki tal-protezzjoni soċjali tagħhom, sabiex, b'mod partikulari, tingħata spinta lit-tkabbir u lill-iżvilupp ibbilanċjat fir-reġjuni tal-Unjoni. Għandu jaġixxi wkoll bħala katalist għal sħubijiet u netwerking transnazzjonali bejn l-atturi tas-settur pubbliku, dak privat u t-tielet settur kif ukoll jagħti appoġġ fl-involviment tagħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda fl-indirizzar ta’ ħtiġijiet u sfidi soċjali urġenti. Il-Programm għandu jgħin ukoll biex jiġu identifikati, evalwati u miżjuda soluzzjonijiet u prattiki innovattivi permezz tal-esperimentazzjoni tal-politika soċjali sabiex jassisti lill-Istati Membri jżidu l-effiċjenza tas-swieq tax-xogħol tagħhom u jkomplu jtejbu l-politiki tagħhom tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali, fejn ikun hemm bżonn. Il-Programm għandu wkoll jagħti attenzjoni partikulari lid-dimensjoni territorjali tal-faqar u l-esklużjoni, u speċjalment lill-inugwaljanzi li qed jiżdiedu bejn ir-reġjuni u fi ħdanhom, u bejn ir-reġjuni u l-bliet. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Il-metodu miftuħ ta’ koordinament, filwaqt li ta’ provi tal-flessibilità u tal-effikaċja operazzjonali tiegħu fl-oqsma tal-politika soċjali, imissu jiġi utilizzat b’mod olistiku fl-oqsma li huma ta’ interess għall-Istati Membri. Għalhekk għandu jiġi utilizzat aktar, mhux l-anqas bil-għan li jittejjeb il-Programm u jsir aktar effikaċi. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-Unjoni għandha tipprovdi lilha nnifisha b’bażi analitika soda sabiex tappoġġa t-tfassil tal-politika fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali. Tali bażi ta’ evidenza żżid il-valur mal-azzjoni nazzjonali billi tiġi provduta dimensjoni tal-Unjoni u tqabbil għall-ġbir ta’ data u l-iżvilupp ta’ għodod u metodi statistiċi u indikaturi komuni bil-ħsieb li tiġi mfassla stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fl-oqsma tal-impjiegi, il-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol madwar l-Unjoni u tiġi żgurata l-evalwazzjoni ta’ kwalità għolja tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-programmi u l-politiki. |
(6) L-Unjoni għandha tipprovdi lilha nnifisha b’bażi analitika soda sabiex tappoġġa t-tfassil tal-politika fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali. Tali bażi ta’ evidenza żżid il-valur mal-azzjoni nazzjonali billi tiġi provduta dimensjoni tal-Unjoni u tqabbil għall-ġbir ta’ data u l-iżvilupp ta’ għodod u metodi statistiċi u indikaturi komuni bil-ħsieb li tiġi mfassla stampa sħiħa tas-sitwazzjoni fl-oqsma tal-impjiegi, il-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol madwar l-Unjoni u tiġi żgurata l-evalwazzjoni ta’ kwalità għolja tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-programmi u l-politiki. B'mod partikulari, jekk id-dimensjoni territorjali tal-iżvantaġġ soċjoekonomiku tiġi mifhuma aħjar, dan jista' jżid b’mod sostanzjali l-valur mal-isforzi biex jiġu żviluppati approċċi aktar sostenibbli u integrati biex tali żvantaġġ jiġi affrontat b’mod determinat. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni unika sabiex tipprovdi pjattaforma tal-Unjoni għal skambji ta’ politika u tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri fl-oqsma tal-impjiegi u soċjali. Għarfien tal-politiki applikati f’pajjiżi oħra u tar-riżultati tagħhom iwessa’ l-firxa ta’ opzjonijiet disponibbli għall-persuni li jfasslu l-politika, iqanqal żviluppi ta’ politika ġodda u jinkoraġġixxi riforma nazzjonali. |
(7) L-Unjoni tinsab f’pożizzjoni unika sabiex tipprovdi pjattaforma tal-Unjoni għal skambji ta’ politika u tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri billi tħeġġeġ eżempji ta' prattika tajba fil-qasam tal-impjiegi u f'dak soċjali Għarfien tal-politiki applikati f’pajjiżi oħra u tar-riżultati tagħhom iwessa’ l-firxa ta’ opzjonijiet disponibbli għall-persuni li jfasslu l-politika, iqanqal żviluppi ta’ politika ġodda u jinkoraġġixxi riforma nazzjonali. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Għandha tittieħed azzjoni wkoll biex jiġi promoss l-investiment fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u fil-faċilitajiet soċjali bil-ħsieb li mhux sempliċement jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni imma wkoll biex jitrawmu t-tkabbir, il-benesseri u l-iżvilupp fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali; |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f’diversi livelli jista’ jkollhom rwol importanti fl-issodisfar tal-objettivi tal-Programm, billi jipparteċipaw fil-proċess tat-tfassil tal-politika u billi jikkontribwixxu għall-innovazzjoni soċjali. |
(9) L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f’diversi livelli jista’ jkollhom rwol importanti fl-issodisfar tal-objettivi tal-Programm, billi jipparteċipaw fil-proċess tat-tfassil tal-politika u billi jikkontribwixxu għall-innovazzjoni soċjali. F'dan ir-rigward, għandu jiġi promoss djalogu kontinwu bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-introduzzjoni effikaċi ta’ azzjonijiet integrati. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) B’mod konformi mal-Artikoli 45 u 46 tat-Trattat, ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jinkiseb il-moviment ħieles għall-ħaddiema billi jiżgura l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni. EURES għandu jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jiffaċilita l-mobilità ġeografika transnazzjonali tal-ħaddiema, jipprovdi akbar trasparenza fuq is-suq tax-xogħol, jiżgura l-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol u jappoġġja attivitajiet fl-oqsma tas-servizzi tar-reklutaġġ, pariri u konsulenza fil-livell nazzjonali u transkonfinali, b’hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. |
(11) (11) B’mod konformi mal-Artikoli 45 u 46 tat-Trattat, Regolament (UE) Nru 492/2011 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet maħsuba sabiex jinkiseb il-moviment ħieles għall-ħaddiema billi jiżgura l-kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi nazzjonali għall-impjiegi u mal-Kummissjoni. L-EURES għandu jippromwovi funzjonament aħjar tas-swieq tax-xogħol billi jidentifika b'mod attiv l-opportunitajiet ta' xogħol, jiffaċilita l-mobilità ġeografika transnazzjonali tal-ħaddiema, b'mod partikulari l-ħaddiema żgħażagħ, jipprovdi trasparenza akbar fis-suq tax-xogħol, jiżgura l-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol u jappoġġa attivitajiet fl-oqsma tas-servizzi tar-reklutaġġ, pariri u konsulenza fil-livell nazzjonali u transkonfinali, b’hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-flessigurtà u għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020. Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni ma tistax twettaq il-funzjonijiet ta' servizz għall-impjiegi. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozji, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. L-isforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiġu intensifikati sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuh l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 l-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozji, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. L-isforzi tal-Unjoni u dawk nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiġu intensifikati, b’mod partikolari billi jagħmlu l-formalitajiet amministrattivi aktar flessibbli, ħalli b’mod partikolari, jiffaċilitaw it-trattament amministrattiv tal-operazzjonijiet ta’ mikrofinanzjament u billi jaraw li l-intraprendituri futuri jkunu jistgħu jassistu għal seminars ta’ tagħrif xierqa, sabiex jiżdied il-provvediment ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuh l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg għal rashom, iżda li m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bl-istess mod, peress li l-impriżi żgħar u l-mikroimpriżi jiffurmaw il-maġġoranza tal-kumpaniji li għadhom kif inħolqu fl-Unjoni Ewropea, il-mikrofinanzjament jista' jkun il-mezz l-aktar rapidu biex jinkisbu l-valur miżjud u riżultati konkreti. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 l-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) F'konformità mal-istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu jittratta l-problema tal-qgħad fost iż-żgħażagħ. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 17b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17b) Il-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-prekarjetà tal-impjiegi taż-żgħażagħ mhux biss tnaqqas l-ispejjeż soċjali imma wkoll tiffavorixxi l-inklużjoni soċjali. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 17c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17c) Il-faċilità ta' mikrofinanzjament għandu jkollha impatt dewwiemi, għandha tilħaq lill-benefiċjarji potenzjali u għandha sservi ta' għodda proattiva kemm għall-politiki ekonomiċi u kemm għal dawk ta' żvilupp lokali. L-azzjonijiet li jinvolu l-mikrofinanzjament u l-ntraprenditorija soċjali għandhom jiġu akkumpanjati minn programmi ta’ tutoraġġ u ta’ taħriġ sabiex jiġu massimizzat iċ-ċansijiet li jinħolqu mikrointrapriżi vijabbli. Għal dan il-għan jeħtieġ li parti fissa mill-baġit tiġi assenjati għall-miżuri ta' dan it-tip. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat, il-Programm għandu jiżgura li r-rekwiżiti konnessi mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni. |
(19) Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat, il-Programm għandu jiżgura li r-rekwiżiti konnessi mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jmisshom jippromwovu l-istituzzjonijiet dedikati għar-riċerku u l-industrija, u għandhom ukoll iħeġġu u jappoġġjaw l-investiment mill-impriżi industrijali fir-riċerka u l-iżvilupp. Bil-għan li tiġi ssemplifikata s-sistema ta’ ġestjoni, jiġu implimentati l-attivitajiet tal-Programm u jiġi ġġenerat valur miżjud ġenwin, hija ħaġa indispensabbli li l-istrument il-ġdid jiġi integrat b’mod ċar fil-mekkaniżmi kumplementari li jinsabu fis-seħħ fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni (FSE, FEŻR). |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti fil-livell tal-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri b’mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’mod konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
(21) Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri kollha, b'mod partikulari fil-livell reġjonali, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri fil-limiti tal-kompetenzi tagħha u b’mod konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel f'dak l-Artikolu u bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-istruttura istituzzjonali tal-Istati Membri, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Ir-realizzazzjoni effettiva tal-objettivi tal-Programm tista’ tinkiseb bis-saħħa ta’ involviment massimu tar-reġjuni u tal-ibliet fl-istadji operazzjonali kollha tar-realizzazzjoni u tal-implimentazzjoni. L-atturi reġjonali jridu jipparteċipaw sa mill-fażi tal-ippjanar u l-allokazzjoni tal-finanzjament. Peress li llum il-ġurnata jinsabu fost l-atturi l-aktar importanti, inkluż fil-qasam tal-politika soċjali, ir-reġjuni jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-innovazzjonijiet soċjali avangardisti. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 25a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25a) L-awtoritajiet kompetenti għandhom joffru inċentivi finanzjarji lill-impjegaturi li jipprovdu taħriġ għall-persunal bi kwalifiki baxxi u b'hekk jgħinuhom jidħlu fis-suq tax-xogħol. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ‘Intrapriża soċjali’ tfisser intrapriża li l-għan ewlieni tagħha huwa li tikseb impatt soċjali minflok ma tiġġenera qligħ għas-sidien u l-partijiet interessati. Topera fis-suq permezz tal-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi b’mod intraprenditorjali u innovattiv u tuża l-qligħ primarjament sabiex tilħaq għanijiet soċjali. Hija ġestita b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi l-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet interessati affettwati mill-attività tan-negozju tagħha. |
(a) ‘Intrapriża soċjali’ tfisser intrapriża li l-għan ewlieni tagħha huwa li tikseb impatt soċjali pożittiv aktar milli tiġġenera qligħ għas-sidien u l-partijiet interessati. Topera fis-suq permezz tal-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi b’mod intraprenditorjali u innovattiv u tuża l-flus żejda li taqla' primarjament sabiex tilħaq għanijiet soċjali xierqa, b'mod partikulari fil-kuntest tal-bżonnijiet lokali. Hija ġestita b’mod responsabbli u trasparenti, b’mod partikolari billi tinvolvi l-ħaddiema, il-klijenti u l-partijiet interessati affettwati mill-attività tan-negozju tagħha. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) L-assi Progress, li għandu jappoġġja l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-impjiegi u soċjali tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u għandu jippromwovi t-tfassil ta’ politika bbażata fuq evidenza u l-innovazzjoni, bi sħubija mal-imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra; |
(a) L-assi Progress, li għandu jappoġġa l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u għandu jippromwovi t-tfassil ta’ politika bbażata fuq evidenza u l-innovazzjoni, bi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet interessati oħra; |
Ġustifikazzjoni | |
L-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 irid ikun ibbażat fuq il-livelli kollha tas-setgħa kompetenti f’dawk l-oqsma. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali li għandha tiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għal imprendituri, speċjalment dawk l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol, u intrapriżi soċjali. |
(c) L-assi tal-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali li għandu jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-imprendituri, speċjalment dawk l-aktar ’il bogħod mis-suq tax-xogħol, iż-żgħażagħ u l-intrapriżi soċjali. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Isaħħaħ ir-responsabbiltà tal-objettivi tal-Unjoni fl-oqsma tal-impjegi, soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fost il-persuni ewlenin li jfasslu l-politika tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll partijiet interessati oħra sabiex jiġu implimentati azzjonijiet konkreti u koordinati kemm fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri; |
(a) Isaħħaħ ir-responsabbiltà tal-objettivi tal-Unjoni fl-oqsma tal-impjegi, soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fost il-persuni ewlenin li jfasslu l-politika li jappartienu għall-Istati Membri, għall-Unjoni, u għall-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll partijiet interessati oħra sabiex jiġu implimentati azzjonijiet konkreti u koordinati kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm f'dak tal-Istati Membri, biex b'hekk tingħata spinta lill-fiduċja tal-pubbliku u tal-partijiet interessati kollha; |
Ġustifikazzjoni | |
L-ilħuq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 jrid tkun ibbażat fuq il-livelli kollha tas-setgħa kompetenti f’dawk l-oqsma. Hu għalhekk kruċjali li tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE permezz tal-apprentistaġġ reċiproku, il-produzzjoni tal-evidenza u l-bini tal-kapaċità. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Jippromwovi l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u jsaħħaħ l-opportunitajiet tax-xogħol billi jiżviluppa s-swieq tax-xogħol tal-Unjoni li huma miftuħin u aċċessibbli għal kulħadd; |
(d) Jippromwovi l-mobilità ġeografika tal-ħaddiema u jsaħħaħ l-opportunitajiet tax-xogħol billi jiżviluppa s-swieq tax-xogħol tal-Unjoni li huma miftuħin, ġusti, ta’ kwalità għolja u aċċessibbli għal kulħadd, waqt li tingħata attenzjoni partikulari liż-żgħażagħ li qed jaffaċċjaw diffikultajiet serji biex isibu opportunità ta' xogħol; |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) jiffoka l-attivitajiet immexxija taħt il-qafas tal-Programm fuq iż-żgħażagħ, b'mod partikolari dawk milquta mill-kriżi, u fuq dawk li ilhom qiegħda għal ħafna żmien. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Evalwazzjonijiet u valutazzjonijiet tal-impatt; |
(c) c) Evalwazzjonijiet, inklużi, b’mod partikolari, valutazzjonijiet tal-impatti kwantitattivi u kwalitattivi; |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) Monitoraġġ tal-impatt tal-politiki implimentati fir-rigward tal-gruppi l-aktar vulnerabbli; |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt db (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) Monitoraġġ tal-impatt tal-politiki implimentati fir-rigward tat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol; |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali u servizzi ta’ speċjalisti responsabbli mill-promozzjoni tal-mobilità ġeografika magħżula mill-Istati Membri u l-fornituri ta’ mikrokreditu |
(b) Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjonijiet reġjonali, lokali u nazzjonali kif ukoll servizzi ta’ speċjalisti responsabbli mill-promozzjoni tal-mobilità ġeografika magħżula mill-Istati Membri u l-fornituri ta’ mikrokreditu |
Ġustifikazzjoni | |
It-tisħiħ tal-kapaċitajiet hu essenzjali biex jingħata appoġġ lill-isforzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kontra l-faqar u l-esklużjoni. Jippermetti li jiġu ppruvati approċċi ġodda, li l-pari jitgħallmu minn xulxin u li l-esperjenzi jiġu kondiviżjoni. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma tal-uffiċjali nazzjonali sabiex iwettqu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
(c) Organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma tal-uffiċjali nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex iwettqu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
L-iskambji bejn amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom ikunu ta' ġid għal-livelli kollha tal-gvernijiet peress li ħafna politiki pubbliċi huma kondiviżi u mhumiex il-kompetenza uniċi tal-amministrazzjonijiet nazzjonali. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) Skambju ta’ persunal bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali. |
(f) Skambju ta’ persunal bejn l-amministrazzjonijiet reġjonali, lokali u nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE irid iqis ukoll il-kuntesti reġjonali u lokali u għandu, għaldaqstant, jinvolvi lir-rappreżentanti tal-gvernijiet reġjonali u lokali. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Azzjonijiet għall-promozzjoni tal-mobilità ta’ individwi fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali multiannwali għall-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, u skemi ta’ mobilità mmirati sabiex jimlew il-postijiet battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew sabiex jgħinu gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema bħaż-żgħażagħ. |
4. Azzjonijiet għall-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali multilingwistika għall-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, u skemi ta’ mobilità mmirati sabiex jimlew il-postijiet battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u sabiex jgħinu gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema bħaż-żgħażagħ u l-persuni ta' età aktar avvanzata. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm jistgħu jiġu implimentati b’mod konġunt ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn l-azzjonijiet jissodisfaw l-objettivi ta’ kemm il-Programm kif ukoll tal-istrumenti l-oħra konċernati. |
Azzjonijiet eliġibbli taħt il-Programm jistgħu jiġu implimentati b’mod konġunt ma’ strumenti oħra tal-Unjoni, b'mod partikulari l-istrumenti finanzjarji, bil-kundizzjoni li dawn l-azzjonijiet jissodisfaw l-objettivi kemm tal-Programm kif ukoll tal-istrumenti l-oħra konċernati. F'dan ir-rigward, għandhom jitqiesu kif dovut is-sinerġiji mal-Fondi Strutturali tal-Unjoni, b'referenza speċifika għall-komplementarjetà bejn il-Programm u l-Fond Soċjali Ewropew, b'mod partikolari bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv tat-tkabbir inklużiv u l-qerda tal-faqar. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f’dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, skont il-prinċipju tas-sħubija, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti u komplementari fir-rigward ta’ azzjonijiet oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-fondi ta’ politika ta’ koeżjoni, b’referenza speċjali għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), u f’dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-attivitajiet appoġġjati mill-Programm għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, inkluż regoli dwar l-għajnuna tal-istat. |
2. L-attivitajiet appoġġjati mill-Programm għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali, inklużi r-regoli dwar l-għajnuna tal-istat, u l-Konvenzjonijiet tal-ILO. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-koerenza u l-kumplementarjetà għandhom jiġu żgurati wkoll permezz ta’ impenn deċiżiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-Programm. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Ir-riżultati tal-azzjonijiet implimentati taħt il-Programm għandhom jiġu komunikati u mxerrda b’mod xieraq sabiex jiġu massimizzati l-impatt, is-sostenibilità u l-valur miżjud tal-Unjoni. |
1. Ir-riżultati tal-azzjonijiet implimentati taħt il-Programm għandhom jiġu komunikati u mxerrda b’mod xieraq lill-partijiet interessanti kollha sabiex jiġu massimizzati l-impatt, is-sostenibilità u l-valur miżjud tagħhom għall-Unjoni. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Faċilitazzjoni ta' kondiviżjoni ta’ informazzjoni, tagħlim reċiproku u djalogu dwar l-impjiegi u l-politika soċjali tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali sabiex l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jiġu assistiti fl-iżvilupp tal-politiki tagħhom u fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
(b) Faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, tagħlim reċiproku u djalogu effettivi u inklużivi dwar il-politika tal-Unjoni dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali, lokali, u internazzjonali sabiex l-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jiġu assistiti fl-iżvilupp tal-politiki tagħhom u fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) Provvista ta’ appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-Unjoni u nazzjonali sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom biex jiżviluppaw, jippromwovu u jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal- leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
(d) Provvista ta’ appoġġ finanzjarju lill-organizzazzjonijiet tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom sabiex jiżviluppaw, jippromwovu u jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar l-impjiegi u l-qasam soċjali u l-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) Organizzazzjonijiet mhux governattivi, u b’mod partikolari dawk organizzati fil-livell tal-Unjoni; |
(e) Organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi dawk organizzati fil-livell nazzjonali u dawk organizzati fil-livell tal-Unjoni; |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Jiżguraw li postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet tax-xogħol u kwalunkwe informazzjoni relatata huma trasparenti għall-applikanti u l-impjegaturi potenzjali; dan għandu jinkiseb permezz tal-iskambju u t-tixrid tagħhom fil-livell transnazzjonali, interreġjonali u transkonfinali bl-użu ta’ formoli standard tal-interoperabilità; |
(a) Jiżguraw li postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet tax-xogħol u kwalunkwe informazzjoni relatata huma trasparenti għall-applikanti u l-impjegaturi potenzjali; dan għandu jinkiseb permezz tal-identifikazzjoni u l-kompilazzjoni kontinwa ta’ opportunitajiet ta’ xogħol ġodda fil-livell Ewropew fis-settur pubbliku jew f'dak privat, filwaqt li jiġu promossi l-iskambju u t-tixrid tagħhom fil-livell transnazzjonali, interreġjonali u transkonfinali bl-użu ta’ formoli standard tal-interoperabilità; in-netwerk EURES għandu jsir il-portal Ewropew veru għall-mobilità ġeografika taċ-ċittadini; |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt 1 – parti intraduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Żieda fl-aċċess għal mikrofinanzjament u d-disponibiltà għalih għal: |
1. Jiġu minimizzati l-ostakoli u l-piżijiet amministrattivi bil-għan li jiżdied l-aċċess għall-mikrofinanzjament u d-disponibiltà tiegħu, filwaqt li tinqata’ l-burokrazija amministrattiva, għal: |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) persuni li tilfu jew li huma fir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultà sabiex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u persuni vulnerabbli li huma f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali u li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi proprji tagħhom; |
(a) persuni li tilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultà biex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, iż-żgħażagħ, kif ukoll persuni li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u persuni vulnerabbli li huma f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali u li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi proprji tagħhom, inkluża attività fejn dak li jkun jaħdem għal rasu, mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq l-età; |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Bil-għan li tiġi żgurata l-komplementarjetà, dawn l-azzjonijiet se jiġu kkoordinati mill-qrib ma' dawk implimentati fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu li persuni u impriżi jkollhom dejn eċċessiv. |
3. Il-korpi pubbliċi u privati li jwettqu attivitajiet kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandhom jaderixxu mal-istandards għoljin li jikkonċernaw it-tmexxija, il-ġestjoni u l-protezzjoni tal-klijent b’konformità mal-prinċipji tal-Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’ Mikrokreditu u għandhom jippruvaw jipprevjenu li persuni u impriżi jkollhom dejn eċċessiv ipprovokat mill-għoti ta’ selfiet b’rati ta’ interess għolja ħafna u b’kundizzjonijiet li x’aktarx iwasslu biex isiru insolventi. |
PROĊEDURA
Titolu |
Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 25.10.2011 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 25.10.2011 |
||||
Rapproteur Data tal-ħatra |
Tomasz Piotr Poręba 23.11.2011 |
||||
Eżami fil-kumitat |
26.4.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
29.5.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 0 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, Alain Cadec, Nikos Chrysogelos, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivars Godmanis, Lena Kolarska-Bobińska, Ivari Padar, László Surján, Giommaria Uggias |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4.6.2012)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni
(COM(2011)0609 – C7‑0318/2011 – 2011/0270(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) B’mod konformi mal-Artikolu 148(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill adotta linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi fil-21 ta’ Ottubru 2010, li, flimkien mal-linji gwida wiesgħa għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni adottati b’mod konformi mal-Artikolu 121 tat-Trattat, jinkludu l-linji gwida integrati tal-Ewropa 2020. Il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-linji gwida integrati tal-Ewropa 2020, u b’mod partikolari l-Linji Gwida 7, 8 u 10, filwaqt li jagħtu appoġġ l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin, b’rabta speċjali mal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi u Żgħażagħ fl-Azzjoni. |
(3) B’mod konformi mal-Artikolu 148(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill adotta linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi fil-21 ta’ Ottubru 2010, li, flimkien mal-linji gwida wiesgħa għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni adottati b’mod konformi mal-Artikolu 121 tat-Trattat, jinkludu l-linji gwida integrati tal-Ewropa 2020. Il-Programm għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni tal-linji gwida integrati tal-Ewropa 2020, u b’mod partikolari l-Linji Gwida 7, 8 u 10, filwaqt li jagħtu appoġġ l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin, b’rabta speċjali mal-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali, Aġenda għall-Ħiliet Ġodda u l-Impjiegi, l-Istrateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2010-2015 u Żgħażagħ fl-Azzjoni. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) F’konformità mal-Istrateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2010-2015, l-Unjoni jmissha tagħmel użu aħjar tal-potenzjal tan-nisa, u b’hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet ekonomiċi u soċjali ġenerali tal-Unjoni billi ddaħħal aktar nisa fis-suq tax-xogħol u f'impjiegi ta' kwalità tajba. B'mod partikolari r-rati ta’ okkupazzjoni ta' nisa ta' età ikbar, ġenituri waħedhom, nisa b'diżabilità, nisa migranti u nisa minn minoranzi etniċi għadhom relattivament baxxi u għalhekk hemm il-ħtieġa li d-diskrepanzi li għad hemm bejn is-sessi jitnaqqsu kemm f'dik li hi kwantità kif ukoll f’dik li hi kwalità. Rapporti reċenti ppreżentati mill-Kummissjoni nfisha dwar il-livell ta’ konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll studji dwar il-governanza u s-sostenibilità li saru mill-Bank Dinji u min-Nazzjonijiet Uniti, juru li l-inkorporazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u, b’mod partikolari, l-ugwaljanza fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi, jinkoraġġixxu t-trasparenza u l-parteċipazzjoni u jnaqqsu l-korruzzjoni. B’hekk il-parteċipazzjoni tan-nisa fl-intrapriża u fit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-isferi tal-ekonomija u tal-kummerċ hija fattur li ntwera li jtejjeb il-kompetittività, il-produttività u l-innovazzjoni. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) B’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti kbar b’valur miżjud ċar tal-UE sabiex jilħaq il-massa kritika u jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-fornituri ta’ mikrofinanzjament, billi jipprovdi finanzjament għall-mikro-kreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Finalment, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
(5) Il-Programm għandu juża approċċ koerenti sabiex jippromwovi l-impjiegi u jiġġieled l-esklużjoni soċjali u l-faqar, filwaqt li jżomm quddiemu l-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi. L-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata, l-aktar permezz ta’ sett ta’ dispożizzjonijiet komuni li fost l-oħrajn jinkludu għanijiet ġenerali, tipoloġija tal-azzjonijiet, arranġamenti ta’ sorveljar u evalwazzjoni. Il-Programm għandu jiffoka wkoll fuq proġetti kbar b’valur miżjud ċar tal-UE sabiex jilħaq il-massa kritika u jnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-opzjonijiet ta’ nfiq simplifikat (iffinanzjar b’somma f’daqqa u ffinanzjar b’rata fissa) għandhom jintużaw aktar b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ mobilità. Il-Programm għandu jkun post fejn wieħed jinqeda f’dak kollu li jkun jeħtieġ għall-fornituri ta’ mikrofinanzjament, billi jipprovdi finanzjament għall-mikro-kreditu, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika. Finalment, il-Programm għandu jipprovdi għal flessibbiltà tal-baġit permezz tal-istabbiliment ta’ riżerva li għandha tiġi allokata fuq bażi annwali sabiex twieġeb għall-prijoritajiet tal-politika. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Hija karatteristika ewlenija tal-politika soċjali Unjoni li jiġi żgurat li l-istandards minimi jkunu fis-seħħ u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jittejbu kostantament fl-Unjoni. L-Unjoni għandha rwol importanti kemm sabiex tiżgura li l-qafas leġiżlattiv huwa adattat, b’mod konformi mal-prinċipji tar-‘Regolamentazzjoni Intelliġenti’, fl-iżvilupp ta’ mudelli tax-xogħol u riskji ġodda tas-saħħa u s-sigurtà kif ukoll fil-finanzjament ta’ miżuri sabiex tiżdied il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema. |
(8) Hija karatteristika ewlenija tal-politika soċjali tal-Unjoni li jiġi żgurat li l-istandards minimi jkunu fis-seħħ u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jittejbu kostantament fl-Unjoni. L-Unjoni għandha rwol importanti kemm sabiex tiżgura li l-qafas leġiżlattiv huwa adattat, b’mod konformi mal-prinċipji tar-‘Regolamentazzjoni Intelliġenti’, fl-iżvilupp ta’ mudelli tax-xogħol u riskji ġodda tas-saħħa u s-sigurtà kif ukoll fil-finanzjament ta’ miżuri sabiex tiżdied il-konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, mingħajr ma tintnesa l-ħtieġa li kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali tagħhom mal-ħajja tagħhom tal-familja. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Il-Programm imissu jqis li t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jinvolvi wkoll li s-sigħat tax-xogħol u s-suriet ta' impjiegi jsiru aktar flessibbli, u li jinħolqu servizzi biex jappoġġaw il-ħajja tal-familja, jittejbu l-kundizzjonijiet tal-liv u mekkaniżmi oħra biex jingħata appoġġ lill-ġenituri li jaħdmu. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozju, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. Sforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiżdiedu sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jetiġuha l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. |
(14) In-nuqqas ta’ aċċess għal kreditu huwa wieħed mill-ostakli għall-ħolqien tan-negozju, speċjalment fost il-persuni l-aktar 'il bogħod mis-suq tax-xogħol. Sforzi tal-Unjoni u nazzjonali f’dan il-qasam jeħtieġ li jiżdiedu sabiex tiżdied il-provvista ta’ mikrofinanzjament u tintlaħaq id-domanda minn dawk li jeħtiġuha l-aktar, u b’mod partikolari persuni diżokkupati u vulnerabbli li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw mikrointrapriża, inkluż fuq il-bażi ta’ impjieg indipendenti, iżda m’għandhomx aċċess għal kreditu b'attenzjoni partikulari lill-promozzjoni tal-intraprenditorija fost in-nisa, filwaqt li wieħed jinnota li fl-Unjoni mara waħda biss minn 10 hija intraprenditriċi f'paragun ma' raġel minn kull erbat irġiel. F’dan il-kuntest, l-intraprenditorija femminili, magħmula possibbli permezz ta’ aċċess aktar faċli għall-mikrokreditu minn opportunitajiet ta' finanzjament, bħall-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress, tista’ tagħti kontribut sinifikanti biex tintlaħaq il-mira ta’ okkupazzjoni femminili ta’ 75%, kif definit mill-Istrateġija Ewropa 2020. Bħala l-ewwel pass, fl-2010 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill waqqfu l-Faċilità. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Sabiex il-mikrofinanzjament ikun aktar disponibbli fis-suq tal-mikrofinanzjament ġdid tal-Unjoni jeħtieġ li l-kapaċità istituzzjonali tal-fornituri tal-mikrofinanzjament, u b’mod partikolari istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament mhux bankarji, tiżdied b’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikro kreditu’. |
(15) Sabiex il-mikrofinanzjament ikun aktar disponibbli fis-suq tal-mikrofinanzjament ġdid tal-Unjoni jeħtieġ li l-kapaċità istituzzjonali tal-fornituri tal-mikrofinanzjament, u b’mod partikolari istituzzjonijiet tal-mikrofinanzjament mhux bankarji, tiżdied b’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘Inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp ta’ mikro kreditu' u r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-Promozzjoni tal-Innovatriċi u tal-Intraprenditorija tan-Nisa (Promotion of Women Innovators adn Entrepreneurship)1. |
|
_____________ |
|
1 DĠ Intrapriża u Industrija, Kummissjoni Ewropea tal-25 ta' Lulju 2008 |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat, il-Programm għandu jappoġġja l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni fl-attivitajiet kollha tiegħu. Minitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm. |
(18) B’mod konformi mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jmisshom jiżguraw li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-objettivi kontra d-diskriminazzjoni jgħinu biex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-assi u fl-attivitajiet kollha tal-programm, u li l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020) jiġi kkunsidrat ukoll. Monitoraġġ regolari u evalwazzjoni għandhom jitwettqu sabiex jiġi evalwat il-mod li bih il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni jiġu indirizzati fl-attivitajiet tal-Programm. L-applikazzjoni effettiva tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi jmissha tinkludi data u indikaturi aggregati skont is-sessi, u objettivi u kriterji ffukati fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 18a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) It-taqsimiet tal-‘ugwaljanza bejn is-sessi’ u n-‘nondiskriminazzjoni’ tal-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u s-Solidarjetà Soċjali - Progress se jiġu inkorporati fil-Programm għad-Drittijiet u ċ-Ċittadinanza. Madankollu, il-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali, fl-attivitajiet tiegħu, għandu jimmira li jtejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u jippromwovi bilanċ aħjar bejn il-ħajja professjonali u dik privata. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (minn hawn ’il quddiem ‘il-Programm’) li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-miri ewlenin tagħha u l-Linji-Gwida Integrati billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-għanijiet tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, u ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar u t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (minn hawn ’il quddiem ‘il-Programm’) li għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, il-miri ewlenin tagħha u l-Linji-Gwida Integrati billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-għanijiet tal-Unjoni Ewropea f’termini ta’ promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, u ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar, it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni ta' bilanċ aħjar bejn il-ħajja professjonali u privata, waqt li dejjem jinżamm preżenti l-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Isaħħaħ ir-responsabbiltà tal-objettivi tal-Unjoni fl-oqsma tal-impjegi, soċjali u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fost il-persuni ewlenin li jfasslu l-politika tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll partijiet interessati oħra sabiex jiġu implimentati azzjonijiet konkreti u koordinati kemm fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri; |
(a) Jippromwovi strateġiji, fost il-persuni ewlenin li jfasslu l-politika tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll partijiet interessati oħra, sabiex tiżdied l-okkupazzjoni u jiġu salvagwardjati d-drittijiet soċjali u tax-xogħol, filwaqt li ma jintesa qatt l-objettiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, sabiex jiġu implimentati azzjonijiet konkreti u koordinati kemm fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri; |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) Jippromwovi postijiet tax-xogħol li joffru diversi possibilitajiet għall-ħaddiema li jiksbu bilanċ san bejn il-ħajja professjonali u dik privata; |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) Jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibilità tal-mikrofinanzjament għal gruppi vulnerabbli u mikrointrapriżi, u billi jagħti aċċess akbar għall-iffinanzjar għall-intrapriżi soċjali. |
(e) Jippromwovi l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali billi jżid id-disponibbiltà u l-aċċessibilità tal-mikrofinanzjament għal gruppi vulnerabbli u mikrointrapriżi b'attenzjoni partikolari għat-tkattir tal-intraprenditorija fost in-nisa, u billi jagħti aċċess akbar għall-iffinanzjar għall-intrapriżi soċjali. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u jiġġieled id-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, l-oriġini tar-razza jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali; |
(a) Jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Għal dan il-għan, l-objettivi spjegati fil-qosor fl-Istrateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2010-2015 għandhom jiġu applikati, b’mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni tal-indipendenza ekonomika tan-nisa billi dawn jiġu inkoraġġiti jaħdmu għal rashom u joħolqu n-negozji; il-possibilitajiet għar-rikonċiljazzjoni għandhom jiġu inkoraġġiti u għandha ssir enfasi partikolari fuq l-ugwaljanza fit-teħid tad-deċiżjonijiet rigward kwestjonijiet politiċi u kwestjonijiet ekonomiċi relatati man-negozju. Dawn huma modi utli u speċifiċi ta’ kif tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għandhom jiġu akkumpanjati minn miżuri biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fuq bażi tal-oriġini tar-razza jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. Bil-għan li l-faqar fi ħdan l-Unjoni jiġi indirizzat b’mod deċiżiv u effiċjenti u speċifikament fost dawk l-aktar vulnerabbli, bħalma huma n-nisa, u b’mod partikolari kategoriji speċifiċi ta’ nisa, imisshom jiġu promossi azzjonijiet integrati. Għal dan il-għan, il-fenomenu tal-faqar imissu jiġi sfidat billi jiġu promossi miżuri inventivi fil-livelli kollha, l-investiment fl-infrastrutturi soċjali u l-iskambju msaħħaħ tal-prattiki t-tajba |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Meta jkun xieraq, għandu jintuża approċċ sensittiv għall-ġeneru fl-allokazzjoni tal-fondi. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-finanzjament għall-programmi u l-attivitajiet li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-programmi tal-Unjoni jkunu jirriflettu l-impenji li għamlet fit-Trattat l-Unjoni għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u għalhekk l-Unjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jmisshom jiżguraw li l-ibbaġittjar fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-analiżijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impatt tal-ugwaljanza bejn is-sessi jiġu kkunsidrati bir-reqqa kollha fil-fażijiet kollha tal-proċess, inklużi l-proġetti, id-definizzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Il-ġbir ta’ dejta u statistiki kif ukoll l-iżvilupp ta’ metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, indikaturi u parametri referenzjarji komuni; |
(a) Il-ġbir ta’ data u statistiki kif ukoll l-iżvilupp ta’ metodoloġiji, klassifikazzjonijiet, indikaturi u parametri referenzjarji komuni, meta jkun xieraq maqsumin skont il-ġeneru u l-grupp ta' età; |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Azzjonijiet għall-promozzjoni tal-mobilità ta’ individwi fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali multiannwali għall-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, u skemi ta’ mobilità mmirati sabiex jimlew il-postijiet battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew sabiex jgħinu gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema bħaż-żgħażagħ. |
4. Azzjonijiet għall-promozzjoni tal-mobilità ta’ individwi fl-Unjoni, b’mod partikolari fl-iżvilupp ta’ pjattaforma diġitali multiannwali għall-approvazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol, u skemi ta’ mobilità mmirati sabiex jimlew il-postijiet battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew sabiex jgħinu gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema bħaż-żgħażagħ, ġenitur waħdu u n-nisa u l-irġiel li jkunu qed jagħmlu xogħol part-time minħabba responsabilitajiet ta' kura. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f’dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. |
1. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm huma konsistenti, u komplimentari ma’ azzjoni oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari taħt il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u f’dawk l-oqsma bħad-djalogu soċjali, il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali, l-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali u l-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, is-saħħa, it-tkabbir u r-relazzjonijiet esterni, u l-politika ekonomika ġenerali. Filwaqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-rwol importanti li għandhom il-politiki soċjali u tal-impjiegi fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jmisshom jiżguraw ukoll li l-attivitajiet tal-Programm ikunu konformi mal-politiki tal-Unjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-kwistjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-antidiskriminazzjoni ġew indirizzati permezz tal-attivitajiet tiegħu. |
Bil-ħsieb tal-monitoraġġ regolari tal-Programm u kwalunkwe aġġustamenti meħtieġa għall-politika u l-prijoritajiet ta’ finanzjament tiegħu, il-Kummissjoni għandha tfassal rapporti ta’ monitoraġġ biennali u tibgħathom lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru r-riżultati tal-Programm u l-punt safejn il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi jkunu ġew rispettati u l-kunsiderazzjonijiet tal-antidiskriminazzjoni, inklużi kwestjonijiet ta’ aċċessibilità, ikunu ġew indirizzati fl-assi u l-attivitajiet kollha tal-Programm. Kulfejn ikun possibbli, id-data għandha tkun aggregata skont is-sessi. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 15 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Żvilupp u tixrid ta’ għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jkunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fl-Istati Membri individwali u pajjiżi parteċipanti oħra; |
(a) Żvilupp u tixrid ta’ għarfien analitiku komparattiv ta’ kwalità għolja li hu ddisinjat kif suppost biex ikejjel ukoll l-impatt tal-politiki orizzontali, bħalma hi l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-impjiegi u l-politika soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jkunu bbażati fuq evidenza soda u jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kundizzjonijiet fl-Istati Membri individwali u pajjiżi parteċipanti oħra; |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 15 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) Għoti ta’ appoġġ finanzjarju, lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali, għall-proġetti u r-riċerka relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Korpi speċjalizzati previsti taħt il-liġi tal-Unjoni; |
(c) Korpi speċjalizzati previsti taħt il-liġi tal-Unjoni, b’konċentrazzjoni partikolari fuq l-aġenziji settorjali marbuta ma’ kwestjonijiet li jirrigwardaw liż-żgħażagħ, it-taħriġ jew l-ugwaljanza bejn is-sessi, bħalma huma l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol jew l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi; |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-kumitat għandu jkun kompost b'tali mod li jirrifletti bilanċ bejn is-sessi. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 20 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Żvilupp ta’ servizzi għar-reklutaġġ u t-tqegħid ta’ ħaddiema fl-impjieg permezz tal-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol fil-livell Ewropew; dan għandu jkopri l-fażijiet kollha tat-tqegħid fl-impjieg, li jvaraw mit-tħejjija ta’ qabel ir-reklutaġġ għal assistenza ta’ wara t-tqegħid fl-impjieg bil-ħsieb tal-integrazzjoni b’suċċess tal-applikant fis-suq tax-xogħol; dawn is-servizzi għandhom jinkludu skemi ta’ mobilità fil-mira għall-mili ta’ postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew assistenza lil gruppi ta’ ħaddiema partikolari bħaż-żgħażagħ. |
(b) Żvilupp ta’ servizzi għar-reklutaġġ u t-tqegħid ta’ ħaddiema fl-impjieg permezz tal-ikklerjar ta’ postijiet tax-xogħol battala u applikazzjonijiet għax-xogħol fil-livell Ewropew; dan għandu jkopri l-fażijiet kollha tat-tqegħid fl-impjieg, li jvaraw mit-tħejjija ta’ qabel ir-reklutaġġ għal assistenza ta’ wara t-tqegħid fl-impjieg bil-ħsieb tal-integrazzjoni b’suċċess tal-applikant fis-suq tax-xogħol; dawn is-servizzi għandhom jinkludu skemi ta’ mobilità fil-mira għall-mili ta’ postijiet tax-xogħol battala fejn ġew identifikati nuqqasijiet fis-suq tax-xogħol u/jew assistenza lil gruppi ta’ ħaddiema partikolari bħaż-żgħażagħ, ġenitur waħdu u n-nisa u l-irġiel li jkunu qed jagħmlu xogħol part-time minħabba responsabilitajiet ta' kura. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) persuni li tilfu jew li huma fir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultà sabiex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u persuni vulnerabbli li huma f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali u li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi proprji tagħhom; |
(a) persuni li tilfu jew li huma fir-riskju li jitilfu l-impjieg tagħhom, jew li għandhom diffikultà sabiex jidħlu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol, persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali u persuni vulnerabbli li huma f’pożizzjoni żvantaġġata fir-rigward tal-aċċess għas-suq tal-kreditu konvenzjonali u li jixtiequ jibdew jew jiżviluppaw il-mikrointrapriżi proprji tagħhom b'attenzjoni partikolari għat-tkattir tal-intraprenditorja fost in-nisa; |
PROĊEDURA
Titolu |
Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 25.10.2011 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
FEMM 25.10.2011 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Barbara Matera 22.11.2011 |
||||
Eżami fil-kumitat |
23.4.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
30.5.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Andrea Češková, Iratxe García Pérez, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Silvana Koch-Mehrin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Angelika Werthmann, Inês Cristina Zuber |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vilija Blinkevičiūtė, Minodora Cliveti, Ana Miranda, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2011)0609 – C7-0318/2011 – 2011/0270(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
6.10.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 25.10.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 25.10.2011 |
CONT 25.10.2011 |
ITRE 25.10.2011 |
REGI 25.10.2011 |
|
|
CULT 25.10.2011 |
FEMM 25.10.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
CULT 23.1.2012 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jutta Steinruck 27.10.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
29.2.2012 |
26.3.2012 |
31.5.2012 |
21.6.2012 |
|
Data tal-adozzjoni |
10.7.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, David Casa, Ole Christensen, Minodora Cliveti, Emer Costello, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Csaba Őry, Sylvana Rapti, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Kinga Göncz, Anthea McIntyre, Antigoni Papadopoulou |
||||
Data tat-tressiq |
17.7.2012 |
||||