RAPPORT dwar l-emenda tal-Artikolu 123 u 42 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dikjarazzjonijiet bil-miktub u inizjattivi leġiżlattivi

24.7.2012 - (2011/2058(REG))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Rafał Trzaskowski


Proċedura : 2011/2058(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0242/2012
Testi mressqa :
A7-0242/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-emenda tal-Artikolu 123 u 42 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dikjarazzjonijiet bil-miktub u inizjattivi leġiżlattivi

(2011/2058(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-11 ta' Novembru 2010,

–   wara li kkunsidra l-istudju tad-Dipartiment tal-Politika tiegħu bit-titolu "Dikjarazzjonijiet bil-miktub fil-Parlament Ewropew: rieżami tal-proċess u l-impatt" (PE 462.424),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0242/2012),

billi:

A. il-Parlament biż-żmien estenda s-setgħat tiegħu, u ggarantixxa strumenti sostanzjali għalih innifsu li permezz tagħhom jista' jinfluwenza l-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew fil-biċċa l-kbira tal-attivitajiet tal-Unjoni;

B.  l-istituzzjonijiet li għalihom tkun indirizzata dikjarazzjoni bil-miktub għandhom jiżguraw li tiġi segwita kif xieraq;

C. id-dikjarazzjonijiet bil-miktub iservu bħala vettura utli għat-tqajjim ta' kwestjonijiet ta' tħassib partikolari għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

D. id-dikjarazzjonijiet bil-miktub huma użati regolarment iżda mhux f'ammonti kbar ħafna; perċentwal żgħir biss minnhom jiksbu s-sostenn meħtieġ ta' maġġoranza tal-membri kollha tal-Parlament;

E.  il-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub jiskadu wara l-perjodu preskritt fir-Regoli ta' Proċedura;

F.  il-maġġoranza tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub adottati huma indirizzati lill-Kummissjoni, li hija rikonoxxuta bħala l-unika istituzzjoni li tkun tat rsipons għall-kwestjonijiet li tqajmu fihom;

G. dawk ir-risposti huma fil-biċċa l-kbira tal-każijiet limitati għal attivitajiet tal-Kummissjoni li għadhom għaddejjin, u biss f'każijiet eċċezzjonali jinkludu attività speċifika mqanqla minn dikjarazzjoni bil-miktub;

H. fid-dawl tal-prerogattivi miżjuda tal-Parlament, kif ukoll l-introduzzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, l-importanza ta' dikjarazzjonijiet bil-miktub inbidlet, għalkemm xorta jistgħu jservu ta' strument importanti li permezz tiegħu l-Istati Membri jkunu jistgħu jqajmu l-kuxjenza dwar kwistjonijiet ta' interess pubbliku;

I.   dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom impatt limitat ħafna, kemm fir-rigward tat-tfassil tal-aġendi kif ukoll tal-influwenza tagħhom fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-istituzzjonijiet, u jistgħu jagħtu impressjoni qarrieqa dwar l-effikaċja tagħhom; madanakollu, meta jintużaw kif suppost, għad għandhom valur bħala strument ta' mobilizzazzjoni popolari għall-proposti li jitolbu azzjoni leġiżlattiva, l-Artikolu 42(2) għandu jintuża, billi jagħti lill-Membri l-possibilità effettiva li jinfluwenzaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jintegraw proposta speċifika fix-xogħlijiet tal-kumitati tal-Parlament;

J.   il-kwalità u r-relevanza ta’ xi dikjarazzjonijiet bil-miktub, u b’mod partikolari il-qbil tagħhom mal-kompetenzi tal-Unjoni kif stipulati f’Titolu I tal-Parti I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jista’ jkun diżappuntanti; għahekk, fit-terminu li jmiss, il-Parlament jista' jivvaluta l-impatt tad-dispożizzjonijiet il-ġodda tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu dwar dikjarazzjonijiet bil-miktub u jeżamina l-effettività tagħhom;

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Hu tal-fehma li l-istituzzjonijiet li lilhom tkun indirizzata dikjarazzjoni bil-miktub għandhom jinfurmaw lill-Parlament dwar is-segwitu intenzjonat fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu tali dikjarazzjoni; għandu l-ħsieb, barra minn hekk, li jfittex ftehim mal-Kummissjoni dwar dan il-prinċipju fl-okkażjoni tan-negozjati li jmiss dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Parlament.

3.  Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

4.  Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Bureau li jillimita reklamar estensiv tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub, u b’hekk jippermetti li l-Membri Parlamentari jkollhom aċċess mingħajr xkiel għall-Kamra tal-Parlament;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Emenda          1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123 – paragrafu 1

Test fis-seħħ

Emenda

1. Sa massimu ta' ħames membri jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma dwar kwistjoni li taqa' taħt il-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea u li ma tkoprix kwistjonijiet li huma s-suġġett ta' proċess leġislattiv li jkun għaddej attwalment. Għandha tingħata awtorizzazzjoni mill-President fuq bażi ta' każ b'każ. Dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom ikunu stampati bil-lingwi uffiċjali u mqassma. Dawn għandhom jiddaħħlu f'reġistru flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji. Dan ir-reġistru għandu jkun pubbliku u għandu jinżamm barra d-daħla tal-Kamra waqt is-sessjonijiet parzjali u f'post xieraq li għandu jkun stabbilit mill-Kulleġġ tal-Kwesturi fl-intervalli ta' bejn is-sessjonijiet parzjali.

1. Minn tal-anqas għaxar membri minn fost minn tal-anqas tliet gruppi politiċi jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma dwar kwistjoni li taqa' esklussivament taħt il-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea Il-kontenut ta' dikjarazzjoni bħal din ma tistax tmur lil hinn mill-forma ta' dikjarazzjoni B'mod partikolari, dan il-konteut jista' ma jitlobx azzjoni leġiżlattiva, ikun fih kwalunkwe deċiżjoni dwar kwistjonijiet li għalihom ġew stabbiliti proċeduri u kompetenzi speċifiċi f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jew jindirizza is-suġġett ta' proċedimenti li għaddejjin fil-Parlament.

 

1a. L-awtorizzazzjoni biex jitkompla l-proċess għandha tkun soġġetta għal deċiżjoni raġunata mill-President skont il-paragrafu 1 fi kwalunkwe każ partikolari. Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom ikunu ppubblikati bil-lingwi uffiċjali fuq il-websajt tal-Parlament u mqassma elettronikament lill-Membri kollha. Dawn għandhom jiddaħħlu f'reġistru elettroniku flimkien mal-ismijiet tal-firmatarj Ir-reġistru għandu jkun pubbliku u għandu jkun aċċessibbli permezz tal-websajt tal-Parlament. Kopji stampati tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub iffirmati għandhom jinżammu wkoll mill-President.

Emenda          2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123 – paragrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

2. Kull Membru jista' jżid il-firma tiegħu ma' dikjarazzjoni inkluża fir-reġistru.

2. Kull Membru jista' jżid il-firma tiegħu ma' dikjarazzjoni inkluża fir-reġistru. Il-firma tista' tiġi rtirata fi kwalunkwe mument qabel tmiem l-iskadenza ta' tliet xhur mid-dħul tad-dikjarazzjoni fir-reġistru. F’każ ta' rtirar bħala dan, il-Membru kkonċernat ma għandux jitħalla jerġa’ jiffirma d-dikjarazzjoni.

Emenda  3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

3. Meta dikjarazzjoni tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Parlament u jippubblika l-ismijiet tal-firmatarji fil-minuti u d-dikjarazzjoni bħala test adottat.

3. Meta, fi tmiem ta' perjodu ta' tliet xhur mid-dħul fis-seħħ tagħha fir-reġistru, dikjarazzjoni tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Parlament u jippubblika l-ismijiet tal-firmatarji fil-minuti u d-dikjarazzjoni bħala test adottat.

Emenda  4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123 – paragrafu 4a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a. Fejn l-istituzzjonijiet li lilhom ikun ġie indirizzat it-test adottat ma jinformawx lill-Parlament dwar is-segwitu intenzjonat fi żmien tliet xhur minn meta jirċevuh, il-kwistjoni għandha, fuq talba ta’ wieħed mill-awturi tad-dikjarazzjoni, titpoġġa fuq l-aġenda ta’ laqgħa sussegwenti tal-kumitat responsabbl

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun żgurat segwitu fil-Parlament meta istituzzjonijiet oħra ma jindirizzaw b'mod xieraq id-dikjarazzjonijiet adottati.

Emenda  5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123 – paragrafu 5

Test fis-seħħ

Emenda

5. Dikjarazzjoni bil-miktub li tkun ilha fir-reġistru għal aktar minn tliet xhur u li ma tkunx ġiet iffirmata minn mhux inqas minn nofs il-Membri kollha tal-Parlament għandha taqa'.

5. Dikjarazzjoni bil-miktub li tkun ilha fir-reġistru għal aktar minn tliet xhur u mhijiex iffirmata minn mhux inqas minn nofs il-Membri kollha tal-Parlament għandha taqa', mingħajr il-possibbiltà li l-perjodu ta' tliet xhur ikun mtawwal.

Emenda          6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Rule 42 – paragraphs 2 and 3

Test fis-seħħ

Emenda

2. Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda proposta għal att tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

2. Kull Membru jista' jqiegħed fuq il-Mejda proposta għal att tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Tali proposta tista' titressaq f'daqqa minn sa total ta' għaxar Membri. Il-proposta għandha tindika l-bażi legali tagħha u tista’ tkun akkumpanjata minn nota spjegattiva ta’ mhux aktar minn 150 kelma.

3. Il-proposta għandha tiġi ppreżentata lill-President, li għandu jirreferiha lill-kumitat responsabbli għall-kunsiderazzjoni. Qabel ma ssir din ir-riferenza, il-proposta għandha tiġi tradotta f'dawk il-lingwi uffiċjali li l-president ta' dak il-kumitat iqis li huma meħtieġa biex issir possibbli kunsiderazzjoni sommarja. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri fi żmien tliet xhur minn meta ssir ir-riferenza u wara li jkun instema' l-awtur tal-proposta.

3. Il-proposta għandha tiġi ppreżentata lill-President, li għandu jivverifika jekk ir-rekwiżiti legali ġewx sodisfatti. Huwa jista' jirreferi l-proposta għal opinjoni dwar l-adegwatezza tal-bażi legali lill-kumitat responsabbli għal tali verifika. Jekk il-President jiddikjara li l-proposta hija ammissibbli, għandu jħabbar dan fil-plenarja u jirreferiha lill-kumitat responsabbli.

 

Qabel ma ssir din ir-riferenza, il-proposta għandha tiġi tradotta f'dawk il-lingwi uffiċjali li l-president ta' dak il-kumitat iqis li huma meħtieġa biex issir possibbli kunsiderazzjoni sommarja.

 

Il-kumitat jista' jirrakkomanda lill-President li l-proposta għandha tinfetaħ għall-firma minn kwalunkwe Membru, soġġett għall-modalitajiet u l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 123(1a), 123(2) u 123(5).

Fejn il-kumitat jiddeċidi li jippreżenta proposta lill-Parlament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 48, l-awtur tal-proposta għandu jissemma b'ismu fit-titolu tar-rapport.

Fejn tali proposta tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament, ir-rapport dwar il-proposta għandu jitqies awtorizzat mill-Konferenza tal-Presidenti. Il-kumitat għandu jfassal rapport skont l-Artikolu 48, wara li jkun sema’ lill-awturi tal-proposta.

 

Fejn proposta mhix miftuħa għall-firem addizzjonali jew ma tkunx ġiet iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-kumitat responsabbli għandu jieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri fi żmien tliet xhur mir-riferiment, u wara li sema' l-awturi tal-proposta

 

L-awturi tal-proposta għandhom jissemmew b'isimhom fit-titolu tar-rapport.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

12.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, József Szájer, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elmar Brok, Zuzana Brzobohatá, Marietta Giannakou, Helmut Scholz, Alexandra Thein