RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (riformulazzjoni)
25.7.2012 - (COM(2011)0766 – C7‑0430/2011 – 2011/0352(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur għal opinjoni: Zuzana Roithová
(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura)
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (riformulazzjoni)
(COM(2011)0766 – C7‑0430/2011 – 2011/0352(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0766),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0430/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika tat-tfassil mill-ġdid għall-atti ġuridiċi[2],
– wara li kkunsidra l-ittra tas-27 ta’ Marzu 2012 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0257/2012),
A. billi, skont il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom;
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Meta jqiegħed strument tal-użin awtomatiku fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq l-istrument tal-użin mhux awtomatiku, ismu u l-indirizz fejn ikun jista' jsir kuntatt miegħu. Għandhom jiġu previsti xi eċċezzjonijiet meta d-daqs jew in-natura tal-istrument tal-użin mhux awtomatiku ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-ippakkjar biex jagħmel ismu u l-indirizz tiegħu fuq l-istrument. |
(10) Meta jqiegħed strument tal-użin awtomatiku fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq l-istrument tal-użin mhux awtomatiku, ismu u l-indirizz fejn ikun jista' jsir kuntatt miegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhuwiex aċċettabbli li jsiru derogi għal raġunijiet tad-daqs għall-użin. Barra minn hekk, minħabba li dawn għandhom jiġu kkontrollati b’mod regolari mill-Istati Membri (ara l-Art. 3 (3), l-immarkar għandu jitwaħħal fuq l-istrument stess. | |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) L-obbligi kollha imposti fuq l-operaturi ekonomiċi minn din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 18a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Meta l-ħruġ ta’ dikjarazzjoni unika ta’ konformità tal-UE jista’ jikkawża problemi speċifiċi minħabba l-kumplessità jew l-ambitu ta’ dik id-dikjarazzjoni unika tal-UE, għandu jkun possibbli li dik id-dikjarazzjoni unika tal-UE tiġi sostitwita b'dikjarazzjonijiet individwali ta' konformità tal-UE relevanti għall-istrument tal-użin mhux awtomatiku partikolari. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 35 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżitorji li jippermettu t-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi, li diġà tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 2009/23/KE. |
(35) Huwa neċessarju li jiġu previsti arranġamenti tranżitorji li jippermettu lill-operaturi ekonomiċi perjodu ta’ żmien raġonevoli biex iqiegħdu fis-suq u jqiegħdu fis-servizz strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li diġà jkunu tqiegħdu fis-suq skont id-Direttiva 2009/23/KE. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jbiegħu l-istokkijiet ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li diġà jkunu jinsabu fil-katina tad-distribuzzjoni fid-data tal-applikazzjoni tal-miżuri li jittrasponu din id-Direttiva. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) “strument tal-użin” tfisser strument ta’ kejl li jservi sabiex jistabbilixxi l-massa ta’ oġġett billi juża l-azzjoni tal-gravità fuq dak l-oġġett jew iservi biex jistabbilixxi daqsijiet, kwantitajiet, parametri jew karatteristiċi oħra li huma relatati mal-massa; |
(1) “strument tal-użin” huwa identifikat bħala strument ta’ kejl li jservi sabiex jistabbilixxi l-piż ta' oġġett billi juża l-azzjoni tal-gravità fuq dak l-oġġett. Strument tal-użin jista’ jservi wkoll biex jistabbilixxi daqsijiet, kwantitajiet, parametri jew karatteristiċi oħra li huma relatati mal-massa; |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat, l-importatur u d-distributur; |
(9) "operatur ekonomiku" tfisser manifattur, rappreżentant awtorizzat, importatur jew distributur; |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) "standard armonizzat" tfisser standard armonizzat kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru [../..][l-Istandardizzazzjoni Ewropea]; |
(11) "standard armonizzat" tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru [../..][l-Istandardizzazzjoni Ewropea]; |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass meħtieġ sabiex jiżguraw illi huma biss dawk l-istrumenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva li jkunu jistgħu jsiru disponibbli fis-suq. |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass meħtieġ sabiex jiżguraw illi huma biss dawk l-istrumenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva li jkunu jistgħu jsiru disponibbli fis-suq. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass biex jiżguraw illi l-istrumenti jkomplu jkunu konformi mal- ħtiġijiet ta' din id-Direttiva . |
3. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass biex jiżguraw illi l-istrumenti jkomplu jkunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-istrumenti użati għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I u jkollhom il-marka CE u l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness III . |
L-istrumenti użati jew maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I u jkollhom fuqhom il-marka CE u l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness III. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-manifatturi għandhom jassiguraw, meta jqiegħdu l-istrumenti tagħhom fis-suq għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), li dawn ikunu ġew imfassla u manifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I. |
1. Il-manifatturi għandhom jassiguraw, meta iqiegħdu l-istrumenti tagħhom fis-suq, li jkunu maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), li dawn ikunu ġew imfassla u manifatturati skont ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-manifatturi għandhom jassiguraw, meta jqiegħdu l-istrumenti tagħhom fis-suq li ma jintużawx għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), li dawn ikollhom l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III. |
Il-manifatturi għandhom jassiguraw, meta jqiegħdu l-istrumenti tagħhom fis-suq li mhux maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), li dawn ikollhom fuqhom l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-istrumenti użati għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa u jwettqu l-proċedura rilevanti ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 jew jassiguraw li tali proċedura titwettaq. |
2. Għall-istrumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iħejju d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa u jwettqu l-proċedura rilevanti ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 14 jew jassiguraw li tali proċedura titwettaq. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-istrumenti li ma jintużawx għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iwaħħlu l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III. |
Għall-istrumenti li mhux maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iwaħħlu l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-istrumenti użati għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq. |
3. Għall-istrumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għal 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-istrument ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. |
7. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li l-istrument ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. Tali struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza kif ukoll kwalunkwe tikkettar għandhom ikunu ċari u jistgħu jinftiehmu faċilment. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar l-istrument jew, jekk dan ma jkunx possibbli, dwar l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. |
6. Il-manifatturi jindikaw, fuq l-istrument, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz postali jew, jekk ikollhom, il-websajt fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx raġonevolment possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz irid jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta' kuntatt jingħataw b'lingwa li tkun tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Qabel ma jqiegħdu strument fis-suq użat għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), l-importaturi għandhom jassiguraw li tkun saret il-proċedura meħtieġa ta' valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Huma għandhom jassiguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-istrument ikollu l-markatura CE, l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness III u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) |
2. Qabel ma jqiegħdu strument fis-suq maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), l-importaturi għandhom jassiguraw li tkun saret il-proċedura meħtieġa ta' valutazzjoni tal-konformità mill-manifattur. Huma jassiguraw li l-manifattur ikun ħejja d-dokumentazzjoni teknika, li l-istrument ikollu fuqu l-marka CE, l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness III u jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn importatur iqis jew għandu raġunijiet biex jemmen li strument użat għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq qabel ma' dan ikun sar konformi Barra minn hekk, fejn l-istrument jippreżenta riskju, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan. |
Fejn importatur iqis jew għandu raġunijiet biex jemmen li strument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ma jkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I, huwa ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq qabel ma’ dan ikun sar konformi. Barra minn hekk, fejn l-istrument jippreżenta riskju, l-importatur jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq dwar dan. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-manifatturi għandhom jassiguraw, meta jqiegħdu l-istrumenti tagħhom fis-suq li ma jintużawx għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), li dawn ikollhom l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III u l-manifattur ikun mexa f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6). |
Qabel ma jqiegħdu fis-suq strument li mhux maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) l-importaturi għandhom jassiguraw li l-istrument ikollu fuqu l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III u li l-manifattur ikun mexa f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6). |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-istrument jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-istrument. |
3. Il-manifatturi għandhom jindikaw, fuq l-istrument, isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz postali, jew, jekk ikollhom, il-websajt fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, l-ippakkjar tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom jingħataw b'lingwa li tkun tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-importaturi għandhom jassiguraw li l-istrument ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. |
4. L-importaturi għandhom jassiguraw li l-istrument ikun akkumpanjat minn struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza provduti b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra, skont kif jiġi determinat mill-Istat Membru konċernat. |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-importaturi għandhom jassiguraw li waqt li l-istrument użat għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħażna jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I. |
5. L-importaturi għandhom jassiguraw li, waqt li l-istrument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħażna jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I. |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Għall-istrumenti użati għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) fl-Artikolu 1(2), l-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista' ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jintalbu jagħmlu dan. |
8. Għall-istrumenti maħsuba biex jintużaw għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) fl-Artikolu 1(2), l-importaturi għandhom, għal 10 snin wara li l-istrument ikun tqiegħed fis-suq, iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika tkun tista’ ssir disponibbli għal dawk l-awtoritajiet, jekk jintalbu jagħmlu dan. |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Qabel ma jagħmlu strument użat għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-istrumenti jkollhom il-markatura CE, l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness III, li jkunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra fl-Istat Membru fejn ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq l-istrument, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3). |
2. Qabel ma jagħmlu strument li maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-istrument ikollu fuqu l-marka CE, l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 1 tal-Anness III, li jkun akkumpanjat mid-dokumenti meħtieġa u minn struzzjonijiet u informazzjoni b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi u minn utenti finali oħra fl-Istat Membru fejn ikun se jiġi magħmul disponibbli fis-suq l-istrument, u li l-manifattur u l-importatur ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(5) u (6) u fl-Artikolu 8(3). |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-manifatturi għandhom jassiguraw, meta jqiegħdu l-istrumenti tagħhom fis-suq li ma jintużawx għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2), li dawn ikollhom l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III u l-manifattur u l-importatur ikunu mxew f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6) u l-Artikolu 8(3). |
Qabel ma jagħmlu strument li mhux maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-istrument ikollu fuqu l-iskrizzjonijiet previsti fil-punt 2 tal-Anness III u li l-manifattur u l-importatur ikunu mxew f'konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6(5) u (6) u l-Artikolu 8(3). |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-distributuri għandhom jassiguraw li waqt li l-istrument użat għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta' ħażna jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I. |
3. Id-distributuri għandhom jassiguraw li waqt li l-istrument maħsub biex jintuża għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 1(2) ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet ta’ ħażna jew trasport ma jippreġudikawx il-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness I. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrumenti li kienu tqiegħdu fis-suq b’mod legali qabel [id-data mogħtija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1)] jistgħu jitpoġġew għad-dispożizzjoni fis-suq mid-distributuri mingħajr rekwiżiti ulterjuri tal-prodott. |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jidentifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq: |
L-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jispeċifikaw dawn li ġejjin lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq: |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bi strument u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew strument. |
L-operaturi ekonomiċi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bi strument u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew strument. L-operaturi ekonomiċi ma għandhomx jintalbu jaġġornaw dik l-informazzjoni wara li l-forniment ikun finalizzat. |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 11a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 11a |
|
L-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti disponibbli għall-bejgħ |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti disponibbli għall-bejgħ jiġu applikati skont l-Artikolu 41. |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-konformità tal-istrumenti mal-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I tista’ tiġi ċċertifikata b’waħda minn dawn il-proċeduri skont kif magħżul mill-applikant: |
1. Il-konformità tal-istrumenti mal-ħtiġijiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I jistgħu jiġu ċċertifikati b'waħda minn dawn il-proċeduri skont kif magħżul mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu: |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva u għandha tinżamm aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli l-istrument. |
2. Id-dikjarazzjoni tal-UE ta’ konformità għandu jkollha l-istruttura mudell stabbilita fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, għandha tinkludi l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva u għandha tinżamm aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta għal-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli l-istrument. Fuq talba tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, l-operatur ekonomiku għandu jagħti kopja tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f'format tal-karta jew b’mezzi elettroniċi u jigura li tkun tradotta għal-lingwa jew lingwi rekwiżiti mill-Istat Membru li fis-suq tiegħu jitqiegħdu jew isiru disponibbli l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-istrument. |
4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 19 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inkluża l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24. |
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità notifikanti unika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u twettaq il-proċeduri meħtieġa għall-valutazzjoni u n-notifika ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inkluża l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24. |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri, fuq bażi annwali, għandhom jagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom u ta’ kwalunkwe pjan għal żieda fis-sorveljanza tas-suq, inklużi l-allokazzjoni ta’ aktar riżorsi, iż-żieda tal-effiċjenza u l-bini tal-kapaċità meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 35 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament adegwat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom bil-għan li jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ikunu koerenti u effikaċi fl-Unjoni kollha kemm hi. |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għal aspetti oħra ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu l-valutazzjoni fir-rigward tal-prodott inkwistjoni li tkun tkopri r-rekwiżiti stabbiliti minn din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikunu ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew fejn ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li prodott kopert minn din id-Direttiva jippreżenta riskju għal aspetti oħra ta' protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn din id-Direttiva, huma għandhom jagħmlu l-valutazzjoni fir-rigward tal-prodott inkwistjoni li tkun tkopri r-rekwiżiti relevanti kollha stabbiliti minn din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti jikkooperaw skont kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 36 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Fejn, fi żmien xahrejn mir-riċezzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata. |
7. Fejn, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun saret ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq miżura provviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun ġustifikata. |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 36 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-istrument konċernat mingħajr dewmien. |
8. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu l-miżuri restrittivi xierqa fir-rigward tal-istrument konċernat, bħalma hu l-irtirar tal-istrument mis-suq tagħhom, mingħajr dewmien. |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 40 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. |
L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema li tirregola l-marka CE u jieħdu azzjoni xierqa f’każ ta’ użu mhux xieraq tal-marka. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur li jsir mill-operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Tali regoli jistgħu jinkludu penalitajiet kriminali għal ksur serju. |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 40 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. |
Il-penalitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati skont is-serjetà tal-offiża, u disswasivi. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 40 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sa [id-data stabbilita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 42(1)] l-aktar tard u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dawk id-dispożizzjonijiet sa [id-data stabbilita fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 42(1)] l-aktar tard u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk id-dispożizzjonijiet disponibbli pubblikament billi tippubblikahom fuq l-Internet. |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 42 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk it-testi disponibbli pubblikament billi tippubblikahom fuq l-Internet. |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Anness I – punt 8 – punt 8.1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8.1. Id-disinn u l-kostruzzjoni tal-istrumenti għandha tkun tali li l-istrumenti jżommu l-kwalitajiet metroloġiċi tagħhom meta dawn jintużaw u jiġu installati b’mod korrett u meta jintużaw fl-ambjent li kienu maħsuba għalih. Il-valur tal-massa għandu jiġi indikat. |
8.1. Id-disinn u l-kostruzzjoni tal-istrumenti għandha tkun tali li l-istrumenti jżommu l-kwalitajiet metroloġiċi tagħhom meta dawn jintużaw u jiġu installati b’mod korrett u meta jintużaw fl-ambjent li kienu maħsuba għalih jew f’ambjent li jista’ jkun previst b’mod raġonevoli. Il-valur tal-massa għandu jiġi indikat. |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Anness I – punt 8 – punt 8.3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8.3. Il-ħtiġijiet tal-punti 8.1 u 8.2 għandhom jiġu ssodisfati fuq perjodu ta’ żmien li huwa normali meta wieħed iżomm f’moħħu l-għan li l-istrumenti kienu maħsubin għalih. |
8.3. Il-ħtiġijiet tal-punti 8.1 u 8.2 għandhom jiġu ssodisfati fuq bażi dewwiema fuq perjodu ta’ żmien li huwa normali meta wieħed iżomm f’moħħu l-użu intenzjonat jew previst b’mod raġonevoli li l-istrumenti kienu maħsubin għalih. |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Anness II – Taqsima 4 – punt 4.3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa biex jikkontrolla l-konformità tal-istrumenti mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti rilevanti ta' din id-Direttiva. |
Korp intern akkreditat jew korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa biex jikkontrolla l-konformità tal-istrumenti mat-tip approvat kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Anness II – Taqsima 5 – punt 5.4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa biex tkun kontrollata l-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. |
Korp intern akkreditat jew korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa biex tkun kontrollata l-konformità tal-istrumenti mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva. |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Anness II – Taqsima 6 – punt 6.4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti, jew għandu jagħmel testijiet ekwivalenti, biex tkun kontrollata l-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat u/jew speċifikazzjoni teknika, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru. |
Korp intern akkreditat jew korp notifikat magħżul mill-manifattur għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet xierqa, kif stabbilit fl-istandards armonizzati u/jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti, jew għandu jagħmel testijiet ekwivalenti, biex tkun kontrollata l-konformità tal-istrument mar-rekwiżiti applikabbli ta’ din id-Direttiva, jew iqabbad lil min jagħmilhom. Fin-nuqqas ta’ tali standard armonizzat u/jew speċifikazzjoni teknika, il-korp notifikat konċernat għandu jiddeċiedi dwar it-testijiet adegwati li għandhom isiru. |
NOTA SPJEGATTIVA
Kuntest
Dan ir-rapport jagħmel modifiki fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tirriformula d-Direttiva 2009/23/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi. Ġie ppreżentat f’Novembru 2011 fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid (QLĠ) adottat fl-2008 bħala l-“pakkett dwar il-prodotti” li jkopri l-istrumenti kumplementari, id-Deċiżjoni 93/465/KEE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE u r-Regolament 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar r-Regolament (KEE) Nru 339/93. Il-proposta preżenti hija parti minn pakkett, li jallinja disa’ direttivi ta’ prodotti mal-QLĠ.
Id-Direttiva eżistenti 2009/23/KE dwar l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi tispjega rekwiżiti essenzjali u tagħżel il-proċeduri x-xierqa ta’ valutazzjoni tal-konformità li l-manifatturi għandhom japplikaw bil-għan li juru li l-prodotti tagħhom jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti essenzjali, qabel ma jsiru disponibbli fis-suq tal-UE.
Il-QLĠ ġie adottat biex jirrimedja n-nuqasijiet li hemm fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-armonizzazzjoni tal-Unjoni bil-għan li jiġi kkompletat is-Suq Uniku, b’kompetizzjoni ġusta u prodotti sikuri. L-implimentazzjoni u l-infurzar inkonsistenti fl-Istati Membri tal-armonizzazzjoni eżistenti tal-Unjoni, flimkien ma' regolamentazzjoni kumplessa, għamluha kulma jmur aktar diffiċli kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet li jinterpretaw u japplikaw b'mod korrett il-leġiżlazzjoni, li jwasslu għal kundizzjonijiet tas-suq inugwali kif ukoll biex fis-suq jitqiegħdu prodotti li ma jkunux sikuri. “Il-pakkett dwar il-prodotti” jagħti l-qafas ġenerali biex il-leġiżlazzjoni tal-prodotti ssir aktar sempliċi, bil-għan li ssir aktar uniformi u komprensibbli kemm għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ mhumiex direttament applikabbli. Biex jiġi żgurat li s-setturi ekonomiċi kollha suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni jibbenefikaw meta jsir titjib fl-QLĠ, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jeħieġ li jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prodotti.
Wara l-adozzjoni tal-qafas ġuridiku fil-QLĠ fl-2008 l-Kummissjoni bdiet proċess ta’ valutazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-prodotti armonizzata bil-għan li jiġu identifikati strumenti li għandhom jiġu riveduti bil-għan li jiġi implimentat il-QLĠ.
Hawnhekk ġew identifikati għadd ta’ direttivi filwaqt li jkunu jeħtieġu reviżjoni fit-3 sa 5 snin li ġejjin minħabba l-klawsoli ta' reviżjoni jew għal raġunijiet li jkunu speċifiċi għas-settur (hemm il-ħtieġa li jiġi ċċarat l-ambitu, il-ħtieġa li jiġu aġġornati r-rekwiżiti tas-sikurezza, eċċ.). Il-maġġoranza l-kbira tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti dwar il-prodotti se jkollha bżonn reviżjoni għal dawn ir-raġunijiet u se tiġi ttrattata individwalment skont il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni.
Id-disa' proposti fil-pakkett ippreżentat f'Novembru 2011, inkluża d-Direttiva 2004/23/KEE, mhumiex parti mill-grupp ta' direttivi dwar il-prodotti msemmi hawn fuq, iżda ġew identifikati bħala adatti għal allinjament mal-QLĠ minħabba l-istruttura komuni tagħhom. Is-setturi koperti mid-direttivi kollha huma setturi industrijali importanti ħafna li huma soġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali qawwija, u l-valutazzjonijiet juru, li dawk l-industriji se jibbenefikaw mis-simplifikazzjni u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet l-istess għall-kumpaniji Ewropej speċifikati mill-QLĠ.
Il-bidliet li saru fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jikkonċernaw: id-definizzjonijiet, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, il-preżunzjoni tal-konformità pprovduta mill-istandards armonizzati, id-Dikjarazzjoni ta’ Konformità (DtK), il-marka CE, il-korpi nnotifikati, il-proċedura tal-klawżola ta’ salvagwardja u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità. L-intenzjoni tal-proposta hija ristretta għal allinjament pur mad-dispożizzjonijiet orizzontali li hemm f'768/2008/KE u t-terminoloġija l-ġdida li hemm fit-Trattat ta' Lisbona, inklużi regoli ġodda dwar il-komitoloġija.
Il-Proċedura
L-allinjament tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jirrikjedi għadd ta' emendi sostantivi fid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. It-teknika tar-riformulazzjoni intgħażlet skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001.
Skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-kumitat responsabbli għall-affarijiet ġuridiċi eżamina l-proposta, abbażi tar-rapporti tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv (servizzi legali tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni), u qies li ma tinvolvi l-ebda bidla sostantiva ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta jew dawk identifikati mill-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv.
Pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-Rapporteur tagħkom tqis dan l-allinjament ta’ disa’ direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ, bħala pass importanti lejn l-ikkompletar tas-suq uniku tal-UE.
Il-QLĠ jintroduċi ambjent regolatorju simplifikat għall-prodotti u jippermetti implimentazzjoni aktar konsistenti tan-normi tekniċi, li se jgħinu biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, billi jiġi żgurat it-trattament indaqs tal-prodotti li mhumiex konformi u tal-operaturi ekonomiċi, kif ukoll valutazzjoni ugwali tal-korpi notifikati fis-suq tal-UE kollu kemm hu.
Hija l-fehma tar-Rapporteur tagħkom li allinjament ta’ disa’ direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ se jżid il-fiduċja kemm tal-produtturi kif ukoll tal-konsumaturi, billi se jiċċara l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi u jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Istati Membri għodod aktar effettivi biex iwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq, li kollha jwasslu biex il-prodotti li mhumiex konformi u li mhumiex sikuri jitnaqqsu fis-suq.
Il-proposti tal-Kummissjoni fil-pakkett tal-allinjament huma bbażati fuq konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet interessati, inklużi għadd ta’ mijiet ta’ SMEs u l-esperjenzi tagħhom mal-pakkett tal-prodotti, ħaġa li hija apprezzata ħafna mir-Rapporteur.
Ir-Rapporteur tagħkom tappoġġja l-intenzjoni ġenerali li għandha l-Kummissjoni li d-disa’ direttivi dwar il-prodotti jiġu allinjati sempliċement mal-miżuri orizzontali li hemm fid-Deċizjoni 768/2008, imma madankollu tissuġġerixxi xi tibdiliet fid-Direttiva 2009/23/KE dwar l-istrumenti tal-użin mhux awtomatiċi biex ikun hemm aktar kjarifikazzjoni u aġġustamenti settorjali mal-objettivi li ġejjin:
1. L-Allinjament Ulterjuri tad-Direttiva mal-QLĠ u l-Iżgurar taċ-Ċertezza Legali
Ir-Rapporteur tagħkom tqis li hija ħaġa importanti li jsiru għadd ta’ tibdiliet lid-Direttiva proposta bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta' konsistenza mat-termini utilizzati mid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE u jiġu eliminati l-inkonsistenzi li jistgħu jinqalgħu fit-test li altrimenti jistgħu joħolqu inċertezza legali.
Hija ħaġa importanti wkoll li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni ġuridika għall-prodotti li jkunu tqiegħdu fis-suq legalment f’konformità mad-Direttiva attwali qabel ma tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida, imma li għadhom disponibbli fis-suq. In-natura nonretroattiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tiġi enfasizzata u għandu jiġi ċċarat li dawn il-prodotti għadhom jistgħu jsiru disponibbli fis-suq wara d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdida.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur tagħkom tqis li l-Kummissjoni għandu jkollha l-obbligu li tippubblika fuq l-Internet id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-Direttiva trasposta u s-sanzjonijiet relevanti (il-prinċipju tat-trasparenza).
2. It-Tisħiħ tal-Ħarsien tal-Konsumatur
Il-QLĠ jikkontribwixxi biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fis-suq uniku. Għalhekk għadd ta' modifiki huma marbuta wkoll mal-objettiv tar-Rapporteur tagħkom li jittieħed benefiċċju totali mid-dispożizzjonijiet tal-QLĠ relatati mal-ħarsien tal-konsumatur. F’dak ir-rigward, xi emendi se jkunu jippermettu lid-direttiva l-ġdida tkopri ambitu usa' ta' sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti essenzjali tas-sikurezza, meta wkoll l-użu previst b'mod raġonevoli għandu jiġi kkunsidrat waqt il-fażi tad-disinnjar tal-prodott (cf. Artikolu 16 dwar ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament 765/2008). Il-ħarsien tal-konsumatur ukoll jiġi approfondit billi jiġi ppreċiżat li l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tikkettar għandhom ikunu affidabbli, jinftiehmu u trasparenti.
3. It-Tnaqqis tal-Burokrazija
Il-QLĠ għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Madankollu, burokrazija li tieħu fit-tul u li hija ineffiċjenti tipprevjeni l-moviment liberu tal-merkanzija. Għalhekk, ir-Rapporteur tagħkom skrutinizzat id-Direttiva proposta bil-għan li tnaqqas il-burokrazija kulfejn hu possibbli. Għalhekk, fir-rapport qed jiġi propost li l-proċeduri attwali jiġu modernizzati billi d-DtK tal-UE jitħallew li jiġu fornuti mhux biss fis-sura ta’ karta, imma wkoll permezz ta’ mezzi elettroniċi u li titnaqqas il-burokrazija għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi.
Kif ġie espress aktar qabel, ir-Rapporteur tappoġġja s-semplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-proċeduri pprovduti fil-QLĠ, imma trid tenfasizza fl-istess ħin li jista' jkun hemm il-ħtieġa ta’ flessibilità fir-rigward ta’ xi obbligi maħluqa mill-qafas. Pereżempju, qed jiġi propost li tiġi miżjuda eċċezzjoni mar-regola dwar ‘DtK wieħed uniku’ għall-każijiet fejn jekk jiġi pprovdut dokument waħdieni jinħolqu problemi speċifiċi minħabba l-kumplessità jew l-ambitu tiegħu. Hawnhekk għandu jkun possibbli li d-DtK relevanti kollha jiġu pprovduti separatament.
Hija permessa aktar flessibilità għal dak li jikkonċerna d-DtK waħdieni tal-UE, li bħala r-regola li ġejja mill-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni hija ssupplementata b’eċċezzjoni għall-każijiet li joħolqu problemi speċifiċi minħabba l-kumplessità jew l-ambitu tagħhom.
4. L-Iżgurar ta’ Suq ta’ Sorveljanza Aħjar għall-Prodotti tagħna
Anke jekk ir-Rapporteur hija konxja tar-regolament il-ġdid li se jidħol fis-seħħ dalwaqt dwar is-sorveljanza tas-suq imħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-aħħar ġabra ta’ bidliet hija ffukata fuq l-iżgurar ta' livell ogħla ta' sorveljanza tas-suq tal-prodotti. Għal dan il-għan, ir-Rapporteur tagħkom tipproponi li tiżdied is-sorveljanza tas-suq fil-bejgħ mill-bogħod billi jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta’ tagħrif relevanti kollha wkoll jitqiegħdu fejn jidhru fil-kummerċ elettroniku, biex jiġi stabbilit rekwiżit li ta’ kull sena l-Istati Membri jgħaddu tagħrif lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq tagħhom, biex jistiednu lill-Istati Membri jipprovdu finanzjament adegwat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom. Fl-aħħar, ir-Rapporteur tenfasizza l-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet xierqa mill-Istati Membri kontra l-użu mhux korrett tal-marka CE.
Dwar dan it-test ir-Rapporteur iddaħħal ukoll tibdiliet settorjali. Bil-għan li jiġi ċċarat id-dritt li għandhom il-manifatturi li jużaw korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditati tal-impriża proprja skont il-moduli A1, A2, C1 u Ca2, li ġew introdotti bid-Deċiżjoni 768/2008/KE u kienu l-prattika għall-manifatturi tal-istrumenti tal-kejl minn dak iż-żmien, dan issa huwa espliċitament inkluż fit-test tal-Anness 2, parti 2 u parti 5.
ANNESS: ITTRA LILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
Ref.: D(2012)22879
Is-Sur Malcolm Harbour,
President tal-Kumitat għas-Suq Intern
u l-Ħarsien tal-Konsumatur
ASP 13E130
Brussell
Suġġett: Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (riformulazzjoni)
(COM(2011)0766 – C7‑0430/2011 – 2011/0352(COD))
Għażiż President,
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, li għandi l-unur nippresjedi, eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont it-termini tal-Artikolu 87 dwar it-Tfassil mill-Ġdid, kif iddaħħal fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament.
Il-Paragrafu 3 ta’ dak l-Artikolu jgħid hekk:
"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali, fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli dwar dan.
F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 156 u 157, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjjali.
Madankollu, jekk, f’konformità mal-punt 8 tal-Ftehim Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta, huwa għandu jinnotifika minnufih il-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 54, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid.”
B'segwitu għall-opinjoni tas-Servizz Legali, li r-rappreżentanti tiegħu pparteċipaw fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv li eżamina l-proposta għal riformulazzjoni, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jikkunsidra li l-proposta msemmija ma tinkludi l-ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sostanza tagħhom.
Biex nikkonkludu, wara diskussjoni fil-laqgħa tiegħu tal-26 ta' April 2012, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'23-il vot favur u ebda astensjoni, jirrakkomanda li l-Kumitat tiegħek, bħala l-kumitat responsabbli, jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 87.
Għoddni dejjem tiegħek,
Klaus-Heiner LEHNE
Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv.
ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
|
GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI |
|
Brussell, 27 ta' Marzu 2012
OPINJONI
GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
TAL-KUNSILL
IL-KUMMISSJONI
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi
COM(2011)0766 tal-21.11.2011 – 2011/0352(COD)
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fl-1 ta’ Frar 2012 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.
Waqt dik il-laqgħa[1], b’riżultat ta’ eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twassal għat-tfassil mill-ġdid tad-Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej.
1) Fir-rigward tal-memorandum ta’ spjegazzjoni, bil-għan li l-abbozzar isir f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti mill-Ftehim Interistituzzjonali dan id-dokument kellu jispeċifika liema dispożizzjonijiet tal-att preċedenti jibqgħu kif inhuma fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta’ dak il-ftehim.
2) Fit-test ta’ riformulazzjoni, il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu identifikati billi tintuża tipa ta’ kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu mmarkati bidliet sostanzjali:
- fl-Artikolu 13(1)(a), it-tieni subparagrafu, iż-żieda proposta tal-kliem finali “Għal dawk l-istrumenti li ma jiġux sottomessi għall-Modulu B, il-Modulu D1 kif inhu stabbilit fil-punt 3 tal-Anness II jew il-Modulu F1 kif inhu stabbilit fil-punt 5 tal-Anness II għandu japplika” (immarkati bi vleġeġ ta’ adattament fit-test ta’ riformulazzjoni);
- fl-Artikolu 42(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem “Artikoli 2(3) sa (19), 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 37, 38, 39, 40, 41 u l-Anness II”, kif ukoll it-test kollu tas-sentenza finali li jaqra kif ġej: “Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva”;
fl-Artikolu 42(1), it-tieni subparagrafu, il-kliem “minn [il-jum ta' wara d-data stipulata fl-ewwel subparagrafu]”.
Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali jew fl-opinjoni preżenti. Il-Grupp ta' Ħidma innota wkoll, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.
C. PENNERA H. LEGAL L. ROMERO REQUENA
Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali
- [1] Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispoizzjoni tiegħu l-verżjonijiet tal-proposta bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.
PROĊEDURA
Titolu |
L-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (riformulazzjoni) |
||||
Referenzi |
COM(2011)0766 – C7-0430/2011 – 2011/0352(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.11.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 30.11.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 30.11.2011 |
JURI 30.11.2011 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 19.12.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur Data tal-ħatra |
Zuzana Roithová 29.11.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
9.1.2012 |
28.2.2012 |
31.5.2012 |
10.7.2012 |
|
Data tal-adozzjoni |
10.7.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adam Bielan, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Ismail Ertug, Vicente Miguel Garcés Ramón, Louis Grech, Philippe Juvin, Edvard Kožušník, Toine Manders, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Bernadette Vergnaud |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Ildikó Gáll-Pelcz, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis, Marek Siwiec, Marc Tarabella |
||||
Data tat-tressiq |
25.7.2012 |
||||