Proċedura : 2010/0246(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0269/2012

Testi mressqa :

A7-0269/2012

Dibattiti :

PV 19/11/2012 - 19
CRE 19/11/2012 - 19

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2012 - 6.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0413

RAPPORT     ***I
PDF 741kWORD 255k
7.9.2012
PE 464.688v01-00 A7-0269/2012

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi

(COM(2010)0473 – C7‑0279/2010 – 2010/0246(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Jan Mulder

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi

(COM(2010)0473 – C7‑0279/2010 – 2010/0246(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0473),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0279/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2011(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0269/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Parlamenti nazzjonali.

POŻIZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

FL-EWWEL QARI

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prekursuri tal-isplussivi(3)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)    Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Titjib tas-Sigurtà tal-Isplussivi, adottat mill-Kunsill fit-18 ta’ April 2008, appella lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi Kumitat Permanenti għall-Prekursuri sabiex jikkunsidra l-miżuri u jħejji rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni tal-prekursuri tal-isplussivi (jiġifieri sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jintużaw ħażin għall-manifattura illeċita ta' splussivi) disponibbli fis-suq, b’kunsiderazzjoni tal-effetti tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż tagħhom.

(2)    Il-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri, stabbilit mill-Kummissjoni fl-2008, identifika diversi prekursuri tal-isplussivi li jistgħu jintużaw sabiex jitwettqu attakki terroristiċi u rrakkomanda azzjoni adattata fil-livell tal-Unjoni.

(3)    Xi Stati Membri diġà adottaw liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid għad-disponibbiltà u l-pussess ta’ ċerti sustanzi u taħlitiet kimiċi li jistgħu jiġu użati bħala prekursuri tal-isplussivi.

(4)    Dawn il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, li huma diverġenti u probabbli li jikkawżaw ostakli għall-kummerċ fl-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu armonizzati sabiex itejbu l-moviment ħieles ta' sustanzi u taħlitiet kimiċi fis-suq intern u sabiex jitneħħew kemm jista' jkun l-ostakli fil-kompetizzjoni, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas- ▌sigurtà tal-pubbliku ġenerali. Ġew stabbiliti wkoll regoli fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tas-sigurtà tal-ħaddiema u l-protezzjoni tal-ambjent, li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.

(5)    Sabiex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' uniformità għall-operaturi ekonomiċi ▌Regolament huwa l-aktar strument legali adatt sabiex jiġu rregolati t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi.

(5a)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet(5) jipprevedi li s-sustanzi u t-taħlitiet klassifikati bħala perikolużi għandhom jiġu tikkettati b'mod korrett qabel jitqiegħdu fis-suq. Barra minn hekk, dan jipprevedi li l-operaturi ekonomiċi inklużi l-bejjiegħa bl-imnut għandhom jew jikklassifikaw u jittikkettaw tali sustanzi inkella jiddependu fuq il-klassifika magħmula minn attur li jinsab 'il fuq fil-katina tal-provvista. Għalhekk, huwa adatt li f'dan ir-Regolament jiġi previst, li l-operaturi ekonomiċi kollha, inklużi l-bejjiegħa bl-imnut, li biħsiebhom jagħmlu sustanzi ristretti skont dan ir-Regolament disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali, għandhom jiżguraw li l-imballaġġ jindika li x-xiri, il-pussess jew l-użu ta' dik is-sustanza jew taħlita minn membri tal-pubbliku ġenerali huwa soġġett għal restrizzjoni.

(5b)  Sabiex, fil-livell nazzjonali, tintlaħaq protezzjoni kontra l-użu illeċitu ta' preskursuri tal-isplussivi li hija simili għal dak li dan ir-Regolament għandu l-ħsieb li jikseb fil-livell tal-Unjoni jew ogħla, xi Stati Membri diġà għandhom fis-seħħ miżuri leġislattivi għal xi sustanzi li għandhom użu illeċitu. Xi wħud minn dawn is-sustanzi huma elenkati fl-Annessi fil-ħin tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u xi oħrajn jistgħu jiġu ristretti fil-livell tal-Unjoni fil-futur. Minħabba li t-tnaqqis tal-protezzjoni permezz ta' miżuri fil-livell tal-Unjoni jmur kontra l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, huwa adatt li fil-klawżola ta' salvagwardja jiġi pprovdut mekkaniżmu li permezz tiegħu tali miżuri nazzjonali jistgħu jibqgħu fis-seħħ.

(6)    Il-manifattura illeċita ta' splussivi magħmulin id-dar għandha ssir aktar diffiċli bl-istabbiliment ta' limiti ta' konċentrazzjoni għal ▌sustanzi li jistgħu jintużaw bħala prekursuri ta' splussivi. Taħt dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni, kif stabbilit fl-Anness I, iċ-ċirkolazzjoni libera hija żgurata soġġetta għal mekkaniżmu ta' salvagwardja, iżda meta jinqabżu dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni l-aċċess għall-pubbliku ġenerali għandu jkun ristrett. Lil hinn minn dawn il-limiti ta' konċentrazzjoni, il-membri tal-pubbliku ġenerali għalhekk, bħala regola ġenerali, m'għandhomx ikunu jistgħu jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw dawk is-sustanzi.

(6a)  Madankollu, għal finijiet leġittimi, ikun adatt li tiġi permessa l-applikazzjoni ta' sistema li biha l-membri tal-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jakkwistaw, jintroduċu, jippossjedu jew jużaw is-sustanzi elenkati fl-Anness I sakemm ikollhom liċenzja biex jagħmlu hekk.

(6b)  Barra minn hekk, minħabba l-fatt li xi Stati Membri diġà għandhom sistemi ta' reġistrazzjoni stabbiliti sew, li jintużaw biex tiġi kkontrollata d-disponibbiltà fis-suq ta' xi wħud mis-sustanzi jew tas-sustanzi kollha elenkati fl-Anness I, huwa adatt li tiġi permessa l-applikazzjoni ta' tali sistema għal xi wħud mis-sustanzi jew għas-sustanzi kollha elenkati fl-Anness I, skont ir-reġim tar-reġistrazzjoni stabbilit f'dan ir-Regolament.

(6c)  Peress li l-perossidu tal-idroġenu, in-nitrometan u l-aċidu nitriku jintużaw b'mod estensiv għal finijiet leġittimi mill-membri tal-pubbliku ġenerali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu japplikaw sistema ta' reġistrazzjoni skont ir-reġim stabbilit f'dan ir-Regolament minflok sistema ta' liċenzjar sabiex jingħata aċċess għal dawk is-sustanzi f'konċentrazzjonijiet aktar baxxi.

(6d)  Minħabba s-suġġett speċifiku ħafna, l-objettivi ta' dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu filwaqt li, f'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, l-Istati Membri jitħallew flessibbli li jagħżlu jekk jippermettux kwalunkwe aċċess għas-sustanzi elenkati fl-Anness I għall-membri tal-pubbliku ġenerali jew jagħtux aċċess limitat skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(6e)  Sabiex jinkisbu objettivi leġittimi ta' sigurtà pubblika waqt li fl-istess ħin jiġi żgurat l-inqas tfixkil għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, huwa adatt li tiġi prevista sistema ta' liċenzjar li permezz tagħha membru tal-pubbliku ġenerali, li kiseb sustanza elenkata fl-Anness 1, jew taħlita jew sustanza li fiha dik is-sustanza, f'konċentrazzjoni li taqbeż dik stabbilita f'dak l-Anness, ikun jista' jintroduċiha minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz fi Stat Membru li jippermetti aċċess għal dawk is-sustanzi skont kwalunkwe waħda mis-sistemi previsti f'dan ir-Regolament.

(6f)  Sabiex l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward l-introduzzjoni ta' prekursuri tal-isplussivi tkun effiċjenti, huwa mixtieq li l-Istati Membri jiżguraw li r-restrizzjonijiet applikabbli għall-introduzzjoni tas-sustanzi, it-taħlitiet jew is-sustanzi li fihom is-sustanzi elenkati fl-Anness I jinġiebu għall-attenzjoni tal-vjaġġaturi internazzjonali. Għall-istess raġuni, huwa mixtieq li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-pubbliku ġenerali jkun konxju minn dawk l-istess restrizzjonijiet applikabbli għall-konsenji żgħar lil persuni privati jew li jkunu ordnati mill-bogħod mill-konsumaturi finali.

(6g)  L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri lill-industrija, partikolarment lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), tista' tkun mezz siewi biex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'kont meħud tal-importanza li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-SMEs.

(7)    Peress li jkun sproporzjonat li jiġi pprojbit l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi f’attivitajiet professjonali, ir-restrizzjonijiet relatati mal-introduzzjoni, id-disponibbiltà, il-pussess u l-użu ta’ dawn il-prekursuri tal-isplussivi għandhom japplikaw biss għall-pubbliku ġenerali. Madankollu, bil-ħsieb tal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament huwa adatt li jiġi previst mekkaniżmu ta' rappurtaġġ li jkopri kemm l-utenti professjonali fil-katina tal-provvista kollha kif ukoll il-membri tal-pubbliku ġenerali involuti fi transazzjonijiet li, minħabba n-natura jew l-iskala tagħhom, għandhom jitqiesu suspettużi. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti ta' kuntatt nazzjonali għar-rappurtaġġ ta' transazzjonijiet suspettużi.

(7a)  Transazzjonijiet li fihom, pereżempju, ix-xerrej prospettiv (professjonali jew mhux professjonali): preċedentement mhux magħruf mill-bejjiegħ bl-imnut, jidher mhux ċar dwar l-użu maħsub, jidher mhux familjari mal-użu maħsub jew ma jistax jispjegah b'mod plawżibbli, biħsiebu jixtri kwantitajiet insoliti, konċentrazzjonijiet insoliti jew kombinazzjonijiet insoliti ta' sustanzi, ma jridx jipprovdi prova ta' identità jew post ta' residenza, jew jinsisti li juża metodi insoliti ta' pagament inklużi ammonti kbar ta' flus kontanti, jista' jitqies bħala suspettuż u l-operaturi ekonomiċi jistgħu jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw tali transazzjoni.

(7b)  Barra minn hekk, minħabba l-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, huwa mixtieq li l-punt ta' kuntatt nazzjonali jiġi informat mill-awtorità ta' liċenzjar kompetenti bi kwalunkwe rifjut ta' applikazzjoni għal liċenzja, fejn ir-rifjut ikun ibbażat fuq raġunijiet adatti biex tiġi ddubitata l-leġittimità tal-użu intiż jew l-intenzjonijiet tal-utent. Bl-istess mod, huwa mixtieq li l-awtorità ta' liċenzjar kompetenti tinforma lill-punt ta' kuntatt nazzjonali bi kwalunkwe sospensjoni jew revoka ta' liċenzja.

(7c)  Sabiex jiġi evitat u ttraċċat l-użu illegali possibbli ta' prekursuri tal-isplussivi, huwa mixtieq li l-punt ta' kuntatt nazzjonali jżomm rekords tat-transazzjonijiet suspettużi rrapportati u li l-awtorità kompetenti nazzjonali tieħu l-miżuri meħtieġa biex tinvestiga ċ-ċirkostanzi konkreti, inkluża l-ġenwinità tal-attività ekonomika rilevanti eżerċitata minn utent professjonali involut fi transazzjoni suspettuża.

(8)    Il-limiti tal-konċentrazzjoni fuq il-hexamine f’pilloli tal-karburant teknikament mhumiex fattibbli. Barra minn hekk, hemm ħafna użi leġittimi tal-aċidu sulfuriku, l-aċeton, in-nitrat tal-potassju, in-nitrat tas-sodju, in-nitrat tal-kalċju u n-nitrat tal-kalċju tal-ammonju. Regolament fil-livell tal-Unjoni dwar ir-restrizzjoni tal-bejgħ lill-pubbliku ġenerali ta' dawn is-sustanzi jirriżulta fi spejjeż amministrattivi u tal-konformità sproporzjonatament għoljin għall-konsumaturi, l-awtoritajiet pubbliċi jew in-negozji. Madankollu, bil-ħsieb tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jiffaċilitaw ir-rappurtaġġ tas-serq jew ta' transazzjonijiet suspettużi▌għal pilloli tal-karburant tal-hexamine u dawn il-prekursuri l-oħra li m'għandhomx alternattivi siguri u adattati.

(8a)  Il-miżuri adottati fir-rigward tal-prekursuri differenti koperti minn dan ir-Regolament huma differenti f'dan ir-rigward: fejn ikun fattibbli, il-limiti ta' konċentrazzjoni jkunu ġew stabbiliti, u meta jinqabżu l-aċċess għal dawn is-sustanzi kimiċi huwa ristrett, filwaqt li għall-oħrajn huwa previst ir-rappurtaġġ ta' transazzjonijiet suspettużi biss. Il-kriterji biex ikun determinat liema miżuri japplikaw għal liema sustanzi kimiċi jinkludu l-livell ta' theddida assoċjat mas-sustanza kimika kkonċernata, il-volum ta' kummerċ fis-sustanza kimika kkonċernata, u l-possibbiltà li jiġi stabbilit livell ta' konċentrazzjoni li taħtu s-sustanza tista' xorta waħda tintuża għall-għanijiet li għalihom din titqiegħed fis-suq. Dawn il-kriterji għandhom ikomplu jiggwidaw aktar azzjonijiet li jistgħu jittieħdu fir-rigward tas-sustanzi kimiċi attwalment mhux koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament.

(8b)  Is-serq tal-prekursuri tal-isplussivi huwa mezz biex jinkisbu l-materjali tal-bidu għall-manifattura illeċita tal-isplussivi. Għalhekk, huwa adatt li jiġi previst rappurtaġġ ta' serq sinifikanti u għajbien ta' kwalunkwe sustanza elenkata fl-Annessi. Sabiex jiġi ffaċilitat it-traċċar tal-awturi u sabiex l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħrajn ikunu mwissija dwar it-theddidiet possibbli, huwa mixtieq li l-punti nazzjonali ta' kuntatt, meta adatt, jużaw is-Sistema ta' Twissija Bikrija stabbilita fil-Europol.

(9)    Minħabba li n-negozju tal-prekursuri tal-isplussivi jista’ jwassal għall-manifattura illeċita ta’ tagħmir splussiv improvizzat, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(10)  Permezz tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)(6) il-provvista lill-membri tal-pubbliku ġenerali tan-nitrat tal-ammonju li jista' faċilment jintuża ħażin bħala prekursur tal-isplussivi hija pprojbita. Għalhekk, mhux meħtieġ li n-nitrat tal-ammonju jiġi inkluż fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Madankollu, il-provvista tan-nitrat tal-ammonju lil ċerti utenti professjonali, prinċipalment il-bdiewa, hija permessa. Għaldaqstant, dan għandu jkun soġġett għall-mekkaniżmu ta' rappurtaġġ għat-transazzjonijiet suspettużi minħabba li m'hemmx rekwiżit ekwivalenti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Bħala parti mill-analiżi, il-Kummissjoni għandha [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina l-possibbiltajiet li d-dispożizzjonijiet dwar in-nitrat tal-ammonju jiġu ttrasferiti mir-REACH għal dan ir-Regolament.

(11)  Dan ir-Regolament jirrekjedi l-ipproċessar ta’ data personali u d-distribuzzjoni ulterjuri tagħha lil persuni terzi f’każ ta’ transazzjonijiet suspettużi. Dan l-ipproċessar jimplika interferenza serja mad-drittijiet fundamentali għall-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data(7) tirregola l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Skont dan għandu jiġi żgurat li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ta’ individwi li d-data personali tagħhom hija pproċessata fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament tkun protetta kif għandu jkun. B’mod partikolari l-ipproċessar ta’ data personali li l-għoti ta’ liċenzji, ir-reġistrazzjoni ta' transazzjoni u r-rappurtaġġ ta’ transazzjoni suspettuża jinkludu, għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE inklużi l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data ġenerali tal-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-iskop, il-proporzjonalità u n-neċessità u r-rekwiżit li jintwera rispett dovut għad-drittijiet għall-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tas-suġġett tad-data.

(12)  Peress li s-sustanzi kimiċi użati mit-terroristi u kriminali oħra sabiex jagħmlu splussivi magħmulin id-dar jistgħu jinbidlu malajr, għandu jkun possibbli li jiddaħħlu sustanzi oħra f’din is-sistema pprovduta minn dan ir-Regolament, xi kultant b’urġenza.

(13)  Sabiex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin ta' sustanzi kimiċi bħala prekursuri tal-isplussivi u sakemm titwettaq konsultazzjoni tajba mal-partijiet interessati rilevanti sabiex jittieħed kont tal-impatt potenzjalment sinifikanti fuq l-operaturi ekonomiċi, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi għall-Anness I għal dan ir-Regolament fir-rigward tal-limiti ta' konċentrazzjoni għas-sustanzi u għall-Anness II għal dan ir-Regolament fir-rigward taż-żieda tas-sustanzi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta l-Kummissjoni tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(13a)  Il-Kummissjoni għandha żżomm l-Anness I taħt analiżi kostanti u għandha, fejn ġustifikat, tħejji proposta leġislattiva sabiex iżżid sustanza ġdida għal dak l-Anness, jew tħassar sustanza mill-Annessi, f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja, sabiex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin tas-sustanzi kimiċi bħala prekursuri tal-isplussivi.

(13b) Sabiex jiġu indirizzati s-sustanzi mhux elenkati skont dan ir-Regolament iżda li fir-rigward tagħhom Stat Membru jiskopri raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li dawn jistgħu jintużaw għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, għandha tiġi introdotta klawżola ta' salvagwardja li tipprevedi proċedura adegwata tal-Unjoni.

(13c) Madankollu, bil-ħsieb tar-riskji speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati minn dan ir-Regolament, huwa adatt li jiġi previst li, f'ċerti ċirkostanzi, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta' salvagwardja anke fir-rigward tas-sustanzi diġà inklużi fl-annessi.

(13d) Minħabba r-rekwiżiti skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-informazzjoni lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, mhux adatt li tali miżuri ġodda ta' salvagwardja jkunu soġġetti għar-reġim stabbilit fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni(8) irrispettivament minn jekk dawn jirreferux għas-sustanzi diġà elenkati fl-annessi jew għas-sustanzi li mhumiex elenkati fihom.

(13e)  Minħabba n-natura ta' dan ir-Regolament u l-impatt li jista' jkollu fuq is-sigurtà taċ-ċittadini u fuq is-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li permezz tiegħu tieħu kont tad-diskussjonijiet kontinwi fil-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri, u teżamina kwalunkwe problema li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kemm huwa mixtieq u fattibbli li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kemm fir-rigward tal-kopertura ta' utenti professjonali kif ukoll l-inklużjoni ta' sustanzi prekursuri tal-isplussivi mhux skedati fid-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtaġġ tat-transazzjonijiet suspettużi, l-għajbien u s-serq. F'dan ir-rigward,'sustanza prekursur tal-isplussivi mhux skedata' għandha tfisser kwalunkwe sustanza li, għalkemm mhux elenkata fl-Annessi għal dan ir-Regolament, hija identifikata bħala li ntużat għall-manifattura ta' splussivi magħmulin id-dar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, biex b'hekk tieħu kont tal-esperjenzi rilevanti miksubin mill-Istati Membri u tqis l-ispejjeż u l-benefiċċji, tippreżenta rapport li jeżamina x-xewqa u l-fattibbiltà ta' aktar tisħiħ u armonizzazzjoni tas-sistema minħabba t-theddida għas-sigurtà pubblika.

(14)  Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-limitu fuq l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għal sustanzi kimiċi li jistgħu jintużaw sabiex isiru splussivi magħmulin id-dar, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(14a) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta opinjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data(9).

(15)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-intrapriża, id-dritt għall-proprjetà u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Istati Membri skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati li jikkonċernaw id-disponibbiltà fis-suq, il-pussess, l-użu u l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu użati ħażin għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, sabiex jillimitaw id-disponibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali, u jiġi żgurat rappurtaġġ adatt ta' transazzjonijiet suspettużi fil-katina tal-provvista kollha.

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħrajn aktar stretti tal-liġi tal-Unjoni rigward is-sustanzi elenkati fl-Annessi.

Artikolu 2Ambitu

1.      Dan ir-Regolament japplika għas-sustanzi elenkati fl-Annessi u t-taħlitiet jew is-sustanzi li fihom dawn is-sustanzi.

2.      Dan ir-Regolament ma japplikax għal:

(a)    oġġetti kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10);

(b)    oġġetti pirotekniċi kif definiti fid-Direttiva ▌2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), oġġetti pirotekniċi maħsuba għall-użu mhux kummerċjali, skont il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew mid-dipartiment tat-tifi tan-nar, tagħmir li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE(12), oġġetti pirotekniċi maħsuba għall-użu fl-industrija ajruspazjali u kabsijiet (‘percussion caps’) maħsuba għall-ġugarelli;

(ba)  prodotti mediċinali meta jsiru disponibbli b'mod leġittimu għal membru tal-pubbliku ġenerali abbażi ta' preskrizzjoni medika skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 3Definizzjonijiet

1.        Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a.      it-‘tqegħid għad-disponibbiltà’ tfisser kwalunkwe provvista, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas;

b.      ‘użu’ tfisser kwalunkwe pproċessar, formulazzjoni, ħażna, trattament, taħlit, produzzjoni ta’ oġġett jew kwalunkwe użu ieħor;

c.      'introduzzjoni' tfisser l-att li sustanza tinġieb fit-territorju ta' Stat Membru sew jekk minn Stat Membru ieħor jew inkella minn pajjiż terz;

d.      ‘membru tal-pubbliku ġenerali’ tfisser kwalunkwe persuna naturali li qed taġixxi għal finijiet li huma barra n-negozju, il-kummerċ jew il-professjoni tiegħu;

e.      ‘transazzjoni suspettuża’ tfisser kwalunkwe transazzjoni li tikkonċerna s-sustanzi elenkati fl-Annessi, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawn is-sustanzi inklużi dawk għall-utenti professjonali, meta jkun hemm raġunijiet tajbin għas-suspett li s-sustanza jew taħlita hija maħsuba għall-produzzjoni ta’ splussivi magħmulin id-dar;

f.      ‘operatur ekonomiku’ tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawn il-persuni u/jew entitajiet li jagħti ▌prodotti jew servizzi fis-suq;

2.      Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "sustanza", "taħlita" u "artikolu" kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Artikolu 4

Introduzzjoni, tqegħid għad-dispożizzjoni, pussess u użu

1.      Is-sustanzi elenkati fl-Anness I, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, m’għandhomx isiru disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali, jew ikunu introdotti, ipposseduti jew użati minnhom, ħlief jekk il-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-forma li biha ssir disponibbli tkun aktar baxxa jew ekwivalenti għal-limitu stabbilit f'dak l-Anness▌.

2.      Minkejja l-paragrafu 1, is-sustanzi elenkati fl-Anness I, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, jistgħu jsiru disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali, u jkunu pposseduti u użati minnhom f'konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk stabbiliti f'dak l-Anness, dment li l-membru tal-pubbliku ġenerali jikseb, u, jekk jintalab, jippreżenta liċenzja għall-ksib, il-pussess jew l-użu tas-sustanza, jew it-taħlita jew is-sustanza li fiha s-sustanza, f'konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk stabbiliti fl-Anness I, maħruġa skont l-Artikolu 5 minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn dik is-sustanza jew taħlita jew sustanza li fiha s-sustanza ser tinkiseb, tiġi posseduta jew ser tintuża.

2a.    Minkejja l-paragrafi 1 u 2, is-sustanzi li ġejjin jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, jistgħu jsiru disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali, u jkunu pposseduti u użati minnhom jekk l-operatur ekonomiku li jagħmel disponibbli s-sustanza jew it-taħlita jew is-sustanza li fiha s-sustanza, jirreġistra kull transazzjoni f'konformità mar-reġim stabbilit fl-Artikolu 5a:

i)     perossidu tal-idroġenu f'konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk stabbiliti fl-Anness I, iżda aktar baxxi minn jew ugwali għal 35 % w/w;

ii)    nitrometan f'konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk stabbiliti fl-Anness, iżda aktar baxxi minn jew ugwali għal 40 % w/w;

iii)   aċidu nitriku f'konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk stabbiliti fl-Anness, iżda aktar baxxi minn jew ugwali għal 10 % w/w.

2b.  L-Istat Membru għandu jiddeċiedi dwar jekk jippermettix kwalunkwe eċċezzjoni mill-paragrafu 1 jew jekk jimponix sistema ta' liċenzjar skont il-paragrafu 2 u/jew sistema ta' reġistrazzjoni skont il-paragrafu 2a.

2c.    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri kollha li jieħdu sabiex jimplimentaw kwalunkwe waħda mis-sistemi msemmija fil-paragrafi 2 u 2a lill-Kummissjoni. In-notifika għandha, fil-każ li mhux is-sustanzi kollha fl-Anness I huma disponibbli minħabba l-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni, issemmi b'mod espliċitu liema sustanzi huma koperti mill-miżura/i.

2d.    Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli lista ta' miżuri nnotifikata mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2b.

3.      Meta membru tal-pubbliku ġenerali jkollu l-intenzjoni li jintroduċi s-sustanzi elenkati fl-Anness I, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, f'konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk stabbiliti f'dak l-Anness, fit-territorju ta' Stat Membru li dderoga mill-paragrafu 1 bl-applikazzjoni ta' sistema ta' liċenzjar skont il-paragrafu 2 u/jew sistema ta' reġistrazzjoni skont il-paragrafu 2a jew l-Artikolu 15a, dik il-persuna għandha tikseb, u, jekk tintalab, tippreżenta liċenzja maħruġa skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5 u li hija valida għall-awtorità kompetenti nazzjonali f'dak l-Istat Membru.

5.      Operatur ekonomiku li jagħmel sustanza jew taħlita jew sustanza li fiha sustanza elenkata fl-Anness I disponibbli għal membru ▌tal-pubbliku ġenerali skont il-paragrafu 2 għandu, għal kull transazzjoni, ikun meħtieġ li jippreżenta liċenzja jew iżomm rekord tat-transazzjoni, jekk isir disponibbli skont il-paragrafu 2a, f'konformità mas-sistema stabbilita mill-Istat Membru fejn is-sustanza jew it-taħlita jew sustanza li fiha sustanza elenkata fl-Anness I issir disponibbli.

Artikolu 4aa

Tikkettar

Operatur ekonomiku li għandu l-intenzjoni li jagħmel is-sustanzi elenkati fl-Anness I, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, disponibbli għall-pubbliku ġenerali, għandu f'każijiet meta l-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-forma li biha titqiegħed għad-dispożizzjoni tkun ogħla mil-limitu stabbilit fl-Anness I, jiżgura, jew billi jwaħħal tikketta adatta huwa stess jew billi jivverifika li titwaħħal it-tikketta adatta, li l-imballaġġ jindika b’mod ċar li x-xiri, il-pussess jew l-użu ta’ dik is-sustanza jew taħlita minn membri tal-pubbliku ġenerali jkun soġġett għal restrizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4, il-paragrafi 1, 2 u 2a.

Artikolu 4a

Moviment liberu

Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 9a, u ħlief jekk ikun provdut mod ieħor minn dan ir-Regolament jew f'leġislazzjoni oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri m'għandhomx, minħabba r-raġunijiet relatati mal-prevenzjoni tal-manifattura illeċita tal-isplussivi, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu d-disponibbiltà fis-suq ta':

-       is-sustanzi elenkati fl-Anness I għar-Regolament f'konċentrazzjonijiet aktar baxxi mil-limiti stabbiliti fih, jew

-       is-sustanzi elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 5Liċenzji

1.      Kull Stat Membru li joħroġ liċenzji lil membri tal-pubbliku ġenerali b'interess leġittimu li jakkwista, jintroduċi, jippossjedi jew juża sustanza waħda jew aktar elenkata fl-Anness I, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, f'konċentrazzjonijiet ogħla minn dawk stabbiliti f'dak l-Anness għandu jistabbilixxi regoli għall-għoti tal-liċenzja previst fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3. Meta tqis jekk tagħtix liċenzja jew le, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u b'mod partikolari l-leġittimità tal-użu maħsub tas-sustanza. Il-liċenzja għandha tiġi rifjutata jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli għad-dubji dwar il-leġittimità tal-użu maħsub jew l-intenzjonijiet tal-utent biex jużaha għal skop leġittimu.

2.      L-awtorità kompetenti tista’ tagħżel kif tillimita l-validità tal-liċenzja, jew permezz ta' użu uniku jew ta' ħafna użi u sa perjodu li ma jaqbiżx tliet snin. L-awtorità kompetenti tista' tobbliga lid-detentur tal-liċenzja biex juri, sal-iskadenza magħżula tal-liċenzja, li l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat il-liċenzja għadhom qed ikunu ssodisfati. Il-liċenzja għandha ssemmi s-sustanzi li d-detentur tal-liċenzja għandu l-permess li jikseb, jippossjedi jew juża.

3.      L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-applikanti jħallsu miżata għall-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja. Dawn il-miżati m’għandhomx ikunu aktar mill-ħlas għall-ipproċessar tal-applikazzjoni.

4.      Il-liċenzja tista’ tiġi sospiża jew revokata mill-awtorità kompetenti kull meta jkun hemm bażi raġonevoli li wieħed ikollu għaliex jaħseb li l-kundizzjonijiet li fihom ingħatat il-liċenzja m’għadhomx qed jiġu ssodisfati.

5.      L-appelli kontra kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-liċenzji, għandhom jinstemgħu mill-entità adattata responsabbli skont il-liġi nazzjonali.

6.      Il-liċenzji mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jkunu rikonoxxuti fi Stati Membri oħrajn. Il-Kummissjoni għandha, qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament, tfassal linji gwida, wara li tikkonsulta l-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri, dwar id-dettalji tekniċi tal-liċenzji sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tagħhom. Dawn il-linji gwida għandu jkun fihom ukoll informazzjoni dwar liema data għandha tiġi inkluża fil-liċenzji validi għall-introduzzjoni, inkluż abbozz ta' format għal tali liċenzji.

Artikolu 5a

Reġistrazzjoni tat-transazzjonijiet

1.      Ir-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a tal-Artikolu 4 għandha mill-inqas tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

a)     isem, indirizz u, fejn applikabbli, jew in-numru ta' identifikazzjoni tal-membru tal-pubbliku ġenerali jew it-tip u n-numru tad-dokument ta' identifikazzjoni;

b)     isem tas-sustanza jew tat-taħlita, inkluża l-konċentrazzjoni tagħha;

c)      ammont tas-sustanza jew tat-taħlita;

d)     użu maħsub tas-sustanza jew tat-taħlita kif iddikjarat mill-membru tal-pubbliku ġenerali;

e)      data u post tat-transazzjoni;

f)      firma tal-membru tal-pubbliku ġenerali.

2.      Għall-fini tar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-membru tal-pubbliku ġenerali għandu jipprovdi dokument ta' identità uffiċjali.

3.      Id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għandhom jinżammu matul perijodu ta' [ħames snin] wara l-jum li fih tkun saret it-transazzjoni. Matul dan il-perjodu, ir-reġistri għandhom isiru disponibbli għal spezzjoni possibbli fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti.

4.      L-informazzjoni ta' reġistrazzjoni għandha tinżamm fuq il-karti jew fuq mezz durevoli ieħor u għandha tkun disponibbli fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu sħiħ previst fil-paragrafu 3. Kwalunkwe data maħżuna elettronikament għandha:

a)     taqbel mal-format u l-kontenut tad-dokumenti korrispondenti fuq il-karti u

b)     tkun immedjatament disponibbli fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu sħiħ previst fil-paragrafu 3.

Artikolu 6Rappurtaġġ ta' transazzjonijiet suspettużi

, għajbien u serq

1.      Transazzjonijiet suspettużi bis-sustanzi elenkati fl-Annessi, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, għandhom jiġu rrappurtati immedjatament skont dan l-Artikolu.

2.      Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed jew aktar b’numru tat-telefon u indirizz elettroniku identifikati b’mod ċar għar-rappurtaġġ ta’ transazzjonijiet suspettużi.

3.      L-operaturi ekonomiċi li għandhom raġunijiet tajbin biex jemmnu li transazzjoni proposta li tinvolvi wieħed jew iktar minn wieħed mis-sustanzi elenkati fl-Annessi, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, hija transazzjoni suspettuża, fir-rigward taċ-ċirkostanzi kollha u b'mod partikolari fejn ix-xerrej prospettiv:

-       jidher mhux ċar dwar l-użu maħsub tas-sustanza jew tat-taħlita;

-       jidher mhux familjari mal-użu maħsub tas-sustanza jew tat-taħlita jew ma jistax jispjegah b'mod plawżibbli;

-       biħsiebu jixtri kwantitajiet insoliti jew kombinazzjonijiet insoliti jew konċentrazzjonijiet insoliti ta' sustanzi għall-użu privat;

-       ma jridx jipprovdi prova ta' identità jew post ta' residenza; jew

-       jinsisti li juża metodi insoliti ta' pagament inklużi ammonti kbar ta' flus kontanti;

         jistgħu jirriżervaw id-dritt li jirrifjutaw it-transazzjoni u għandhom jirrappurtaw dan mingħajr dewmien bla bżonn, inkluż jekk ikun possibbli l-identità tal-klijent, lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ġiet proposta t-transazzjoni.

5.   L-operaturi ekonomiċi għandhom jirrappurtaw ukoll għajbien u serq sinifikanti tas-sustanzi elenkati fl-Annessi u taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn sar is-serq.

6.      Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi, ▌il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri, tfassal qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament, u wara taġġorna linji gwida b'mod regolari biex jassistu l-katina tal-provvista kimika u, fejn rilevanti, l-awtoritajiet komptenti. Il-linji gwida għandhom jipprovdu b’mod partikolari:

(a)    informazzjoni dwar kif tirrikonoxxi u tinnotifika transazzjonijiet suspettużi, b'mod partikolari fir-rigward tal-konċentrazzjonijiet u/jew kwantitajiet għas-sustanzi elenkati fl-Anness II li normalment ma tkunx meħtieġa azzjoni taħthom;

(aa)  informazzjoni dwar kif tirrikonoxxi u tinnotifika għajbien u serq sinifikanti;

(c)    informazzjoni oħra li tista’ tiġi kkunsidrata meħtieġa.

7.      L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-linji gwida pprovduti fil-paragrafu 6 ▌qed ikunu distribwiti regolarment b’mod ikkunsidrat adattat mill-awtoritajiet kompetenti skont l-għanijiet tal-linji gwida.

Artikolu 7Protezzjoni tad-data

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ipproċessar tad-data personali mwettaq fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun skont id-Direttiva 95/46/KE(13). B’mod partikolari, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ipproċessar tad-data personali meħtieġ għall-għoti ta' liċenzji skont l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament jew għar-reġistrazzjoni ta' transazzjonijiet skont l-Artikoli 4, 5a u 15a ta' dan ir-Regolament, u r-rappurtar ta’ transazzjonijiet suspettużi skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 8Pieni

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li jiġu implimentati. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 9Emenda tal-Annessi

1.      Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 10 dwar il-bidliet tal-valuri ta' limitu fl-Anness I għal dan ir-Regolament sa fejn meħtieġ biex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin tas-sustanzi kimiċi bħala prekursuri għall-isplussivi, jew abbażi tar-riċerka u l-ittestjar, kif ukoll dwar iż-żieda ta' sustanzi mal-Anness II għal dan ir-Regolament, fejn meħtieġ biex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin tas-sustanzi kimiċi bħala prekursuri għall-isplussivi. Il-Kummissjoni għandha, bħala parti mit-tħejjija għall-atti ddelegati, tagħmel ħilitha biex tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti, b'mod partikolari l-industrija tal-kimika u s-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Meta, fil-każ ta' tibdil f’daqqa fl-evalwazzjoni tar-riskji fir-rigward tal-użu ħażin ta’ sustanzi kimiċi għall-manifattura ta’ splussivi magħmulin id-dar, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkun jeħtieġ hekk, il-proċedura prevista fl-Artikolu 13 għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu.

1a.    Il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat separat fir-rigward ta' kull bidla tal-valuri tal-limitu fl-Anness I u kull sustanza ġdida li tiżdied fl-Anness II. Kull att iddelegat għandu jkun ibbażat fuq analiżi li turi li l-emenda x'aktarx ma twassalx għal piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi jew il-konsumaturi, b'kunsiderazzjoni debita tal-objettivi li għandhom jintlaħqu.

Artikolu 9a

Klawżola ta' salvagwardja

1.      Meta Stat Membru jkollu raġunijiet biex jemmen li sustanza speċifika mhux elenkata fl-Annessi tista' tintuża għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, dan jista' jirrestrinġi jew jipprojbixxi d-disponibbiltà fis-suq ta' dik is-sustanza, jew ta' kwalunkwe taħlita jew sustanza li fiha dik is-sustanza, jew jistipola li dik is-sustanza għandha tkun soġġetta għar-rappurtaġġ ta' transazzjonijiet suspettużi f'konformità mal-Artikolu 6.

2.      Meta Stat Membru jkollu raġunijiet biex jemmen li sustanza speċifika mhux elenkata fl-Anness I tista' tintuża għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, f'livell ta' konċentrazzjoni aktar baxx mill-valur ta' limitu stabbilit fl-Anness I, dan jista' jirrestrinġi jew jipprojbixxi aktar id-disponibbiltà fis-suq ta' dik is-sustanza billi jimponi livell massimu ta' konċentrazzjoni permess.

2a.    Meta Stat Membru jkollu raġunijiet biex jistabbilixxi livell ta' konċentrazzjoni li meta jinqabeż minn sustanza elenkata fl-Anness II, din għandha tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet li japplikaw għas-sustanzi elenkati fl-Anness I, dan jista' jirrestrinġi jew jipprojbixxi d-disponibbiltà fis-suq ta' dik is-sustanza billi jimponi konċentrazzjoni massima permessa.

3.      Stat Membru li jirrestrinġi jew jipprojbixxi sustanzi f'konformità mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1, 2 jew 2a għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b'dan, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

4.      Fid-dawl tal-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha teżamina minnufih jekk tħejjix emendi għall-Annessi f'konformità mal-Artikolu 9(1) jew jekk tħejjix proposta leġislattiva biex jiġu emendati l-Annessi. L-Istat Membru kkonċernat għandu, fejn adatt, jemenda jew iħassar il-miżuri nazzjonali tiegħu sabiex jieħu kont ta' kwalunkwe emenda bħal din fl-Annessi.

5.  Mhux aktar tard minn [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura nazzjonali eżistenti li ġiet adottata sabiex jirrestrinġu jew jipprojbixxu d-disponibbiltà fis-suq ta' sustanza jew ta' kwalunkwe taħlita jew sustanza li fiha dik is-sustanza, abbażi tar-raġuni li din tista' tintuża għall-manifattura illeċita tal-isplussivi.

Artikolu 10Eżerċizzju tad-delega

0.      Is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.      Id-delega tas-setgħat ▌imsemmija fl-Artikolu 9 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ 5 snin minn [Data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta’ tul identiku, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

1a.    Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 9 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ.

2.      Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2a.    Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni matul perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li m'għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13Proċedura ta' urġenza

1.      L-atti ddelegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

2.      Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu ▌joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2a). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Artikolu 15Dispożizzjoni transizzjonali

Il-pussess u l-użu minn membri tal-pubbliku ġenerali tas-sustanzi elenkati fl-Anness I, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom tali sustanzi, li jaqbżu l-limiti tal-konċentrazzjoni stabbiliti fl-Anness I, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati sa [36 xahar wara l-pubblikazzjoni].

Artikolu 15a

Sistemi ta' reġistrazzjoni eżistenti

L-Istati Membri li fid-[data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 17] ikollhom sistema stabbilita li teħtieġ operaturi ekonomiċi, jagħmlu disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali sustanza waħda jew aktar elenkati fl-Anness I, jew taħlitiet jew sustanzi li fihom dawk is-sustanzi, f'konċentrazzjoni ogħla minn dawk stabbiliti f'dak l-Anness, biex jirreġistraw kull transazzjoni bħal din jistgħu jidderogaw mill-Artikolu 4, il-paragrafi 1 u 2 bl-applikazzjoni ta' dik is-sistema ta' reġistrazzjoni skont ir-reġim stabbilit fl-Artikolu 5a għal xi s-sustanzi jew is-sustanzi kollha elenkati fl-Anness I. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2b sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 16Reviżjoni

1.      Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa [tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17] u teżamina:

(a)    kwalunkwe problema li setgħet irriżultat mill-operazzjoni fil-prattika ta' dan ir-Regolament;

(aa)  ix-xewqa u l-fattibbiltà ta' aktar tisħiħ u armonizzazzjoni tas-sistema minħabba t-theddida għas-sigurtà pubblika kkawżata mit-terroriżmu u attivitajiet kriminali serji oħrajn, b'kont meħud tal-esperjenzi miksubin mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe nuqqas ta' sigurtà identifikat, u b'konsiderazzjoni tal-ispejjeż u l-benefiċċji għall-Istati Membri, l-operaturi ekonomiċi u l-partijiet interessati rilevanti l-oħrajn;

(b)    ix-xewqa u l-fattibbiltà tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni li dan ir-Regolament ikopri l-utenti professjonali, b'kont meħud tal-piż impost fuq l-operaturi ekonomiċi u fir-rigward tal-objettivi ta' dan ir-Regolament;

(c)    ix-xewqa u l-fattibbiltà tal-inklużjoni ta' sustanzi prekursuri tal-isplussivi mhux skedati fid-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtaġġ ta' transazzjonijiet suspettużi, għajbien u serq.

2.      Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill sa [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fl-Artikolu 17] u teżamina l-possibbiltajiet għat-trasferiment tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar in-nitrat tal-ammonju mir-Regolament (UE) Nru 1907/2006 REACH f'dan ir-Regolament.

3.  Jekk adatt, fid-dawl tar-rapporti msemmijin fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-ħsieb li temenda dan ir-Regolament kif adatt.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea]. Dan għandu japplika minn [18-il xahar wara l-pubblikazzjoni].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi […], […]

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

[…]                                                               […]

ANNESS I

Is-sustanzi li mhumiex ser ikunu disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali waħedhom, jew f'taħlitiet jew sustanzi li jinkluduhom, minbarra jekk il-konċentrazzjoni hija ekwivalenti għal jew aktar baxxa mil-limiti stabbiliti hawn taħt

Isem tas-sustanza u n-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

Valur tal-limitu

 

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal kompost separat definit b’mod kimiku li jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nota 1 tal-Kapitol 28 jew 29 tan-NM, rispettivament {ara r-Regolament (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009, ĠU L 287, 31.10.2009}

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal taħlita▌mingħajr kostitwenti (p.eż. merkurju, metalli prezzjużi jew metalli rari jew sustanzi radjuattivi) li jiddeterminaw ilklassifika taħt kodiċi ieħor tan-NM {ara r-Regolament (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009, ĠU L 287, 31.10.2009}

Perossidu tal-idroġenu (CAS RN 7722-84-1)

12 % w/w

2847 00 00

3824 90 97

Nitrometan (CAS RN 75-52-5)

30 % w/w

2904 20 00

3824 90 97

Aċidu nitriku (CAS RN 7697-37-2)

3 % w/w

2808 00 00

3824 90 97

Klorat tal-potassju (CAS RN 3811-04-9)

40 % w/w

2829 19 00

3824 90 97

Perklorat tal-potassju (CAS RN 7778-74-7)

40 % w/w

2829 90 10

3824 90 97

Klorat tas-sodju (CAS RN 7775-09-9)

40 % w/w

2829 11 00

3824 90 97

Perklorat tas-sodju (CAS RN 7601-89-0)

40 % w/w

2829 90 10

3824 90 97

ANNESS II

Sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet jew f'sustanzi li għandhom jiġu rrappurtati rigward transazzjonijiet suspettużi tagħhom

Isem tas-sustanza u n-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal kompost separat definit b’mod kimiku li jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nota 1 tal-Kapitolu 28, in-Nota 1 tal-Kapitolu 29 jew in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 31 tan-NM, rispettivament {ara r-Regolament (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009, ĠU L 287, 31.10.2009}

Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal taħlitiet▌ mingħajr kostitwenti (p.eż. merkurju, metalli prezzjużi jew metalli rari jew sustanzi radjoattivi) li jiddetermina l-klassifika taħt kodiċi ieħor tan-NM {ara r-Regolament (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009, ĠU L 287, 31.10.2009}

Hexamine (CAS RN 100-97-0)

2921 29 00

3824 90 97

Aċidu sulfuriku (CAS RN 7664-93-9)

2807 00 10

3824 90 97

Aċetun (CAS RN 67-64-1)

2914 11 00

3824 90 97

Nitrat tal-potassju (CAS RN 7757-79-1)

2834 21 00

3824 90 97

Nitrat tas-sodju (CAS RN 7631-99-4)

3102 50 10 (naturali)

3102 50 90 (mhux naturali)

3824 90 97

3824 90 97

Nitrat tal-kalċju (CAS RN 10124-37-5)

2834 29 80

3824 90 97

Nitrat tal-ammonju tal-kalċju (CAS RN 15245-12-2)

3102 60 00

3824 90 97

Nitrat tal-ammonju (CAS RN 6484-52-2) [f'konċentrazzjoni ta' 16 % skont il-piż tan-nitroġenu fir-rigward tan-nitrat tal-ammonju jew ogħla]

3102 30 10 (f'soluzzjoni tal-ilma)

3102 30 90 (ieħor)

3824 90 97

__________________________

(1)

          ĠU C 84, 17.3.2011, p. 25.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

         Dan it-test huwa soġġett għall-finalizzazzjoni lingwistika, li se ssir b'mod konġunt mis-servizzi għall-kwalità leġiżlattiva tal-Parlament u tal-Kunsill skont id-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni konġunta dwar arranġamenti prattiċi għall-proċedura ta' kodeċiżjoni tat-13 ta' Ġunju 2007 (ĠU C 145, 30.6.2007, p. 5).

(4)

          ĠU C […], […], p. […].

(5)

          ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(6)

          ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(7)

          ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(8)

          ĠU L 24, 21.7.1998, p. 37.

(9)

          ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(10)

          ĠU L 396, 30.12.2006.

(11)

         ĠU L 154, 14.06. 2007.

(12)

         ĠU L 46, 17.2.1997.

(13)

         ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni hija proposta għal regolament li jimpedixxi l-aċċess minn membri tal-pubbliku ġenerali għal sustanzi kimiċi speċifiċi li huma disponibbli b’mod mifrux iżda li jistgħu jintużaw ħażin bħala prekursuri tal-isplussivi. Sabiex jitħares il-moviment liberu tal-oġġetti, tmien sustanzi elenkati fl-Anness I jistgħu jkomplu jinbiegħu f’forma kkonċentrata fil-qafas ta’ liċenzja mogħtija minn awtorità nazzjonali kompetenti għal użu leġittimu li jkun iddokumentat, jew mingħajr liċenzja, f’livelli ta’ konċentrazzjoni li jfisser li ma jkunux effettivi għall-manifattura tal-isplussivi magħmulin id-dar. Seba’ sustanzi oħra ġew elenkati fl-Anness II fejn ma japplikawx liċenzji jew livelli ta’ konċentrazzjoni. Madankollu, għal kull waħda mill-15-il sustanza, u anke għall-bejgħ ta’ kull sustanza oħra, taħlita mhux elenkata speċifikament f’dawn l-Annessi iżda identifikata mill-Kummissjoni minn żmien għal ieħor li qed tintuża għall-manifattura tal-isplussivi magħmulin id-dar, kull transazzjoni li titqies “suspettuża” għal raġunijiet “raġonevoli” għandha tiġi rrappurtata lil punt ta’ kuntatt nazzjonali wieħed.

L-utenti professjonali ta’ dawn il-materjali u l-bejgħ minn negozju għal negozju m’għandhomx jiġu affettwati. Id-drittijiet tal-individwi għall-privatezza jridu jiġu rrispettati bis-sħiħ. Il-proċess regolatorju għandu jkun flessibbli biżżejjed biex jippermetti azzjoni rapida għal bżonnijiet li jinbidlu. Ftehimiet volontarji, kodiċi ta’ kondotta u sistemi ta’ informazzjoni mtejba bejn il-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut ikunu meħtieġa wkoll biex jappoġġjaw dawn il-miżuri.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Il-proposta għandha l-għan li tnaqqas il-frekwenza u l-impatt ta’ attakki terroristiċi billi jiġi limitat l-aċċess mill-pubbliku ġenerali għal sustanzi (u taħlitiet tagħhom) li jintużaw frekwentement u b’mod leġittimu li f’konċentrazzjoni għolja jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ splussivi, kif ukoll li jiġu rrappurtati transazzjonijiet suspettużi tagħhom.

Il-proposta hija diretta lejn il-bejjiegħa bl-ingrossa, il-bejjiegħa bl-imnut u l-Istati Membri. Il-manifatturi tas-sustanzi kimiċi diġà għandhom kontrolli u kodiċijiet ta’ rappurtar volontarji għal prekursuri tal-armi u tad-drogi, pereżempju, u m’għandhomx jintlaqtu materjalment minn dawn il-proposti. It-tunnellati involuti huma żgħar meta mqabbla mal-ammonti totali mibjugħa. M’hemmx tħassib fir-rigward ta’ saħħet il-ħaddiema jew l-impatt fuq l-ambjent. Is-suċċess jiddependi mill-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-ġbir u l-qsim ta’ informazzjoni rilevanti.

Ir-Rapporteur jappoġġja azzjonijiet favur il-ġlieda kontra t-terroriżmu u jaqbel mal-ħsieb ġenerali tal-proposta, speċifikament Regolament skont l-Artikolu 114 li jipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq intern.

Ir-Rapporteur jaqbel ukoll mal-lista ta’ tmien sustanzi (u taħlitiet tagħhom) inklużi fl-Anness I bħala dawk li jesiġu kontrolli taħt din l-intestatura. Għaldaqstant, huwa raġonevoli li jiġi permess li l-bejgħ f’konċentrazzjonijiet għolja lill-pubbliku ġenerali jkompli biss b’liċenzja għal użu aħħari leġittimu.

Il-piż tal-ispiża għandu jinqasam b’mod kemm jista’ jkun ugwali bejn il-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut (permezz tal-ispejjeż ta’ konformità, tikkettar, riformulazzjoni u t-telfien ta’ bejgħ) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jkollhom jistabbilixxu s-sistemi neċessarji ta’ liċenzji u ta’ ġbir u rappurtar ta’ informazzjoni, kif ukoll isibu l-persunal biex iħaddmuhom.

Ir-Rapporteur jipproponi wkoll għadd ta' emendi sabiex jiġi applikat il-Ftehim Komuni bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar l-arranġamenti prattiċi għall-użu tal-atti delegati kif approvat mill-Konferenza tal-Presidenti fit-3 ta' Marzu 2011.


PROĊEDURA

Titolu

It-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi

Referenzi

COM(2010)0473 – C7-0279/2010 – 2010/0246(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.9.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.10.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

7.10.2010

ITRE

7.10.2010

IMCO

7.10.2010

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

5.10.2010

ITRE

25.10.2010

IMCO

11.10.2010

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jan Mulder

9.12.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2011

13.7.2011

4.10.2011

21.3.2012

 

3.9.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Rui Tavares, Nils Torvalds, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Monika Hohlmeier, Franziska Keller, Ádám Kósa, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Marie-Christine Vergiat, Glenis Willmott

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Justas Vincas Paleckis, Iuliu Winkler

Data tat-tressiq

11.9.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza