Proċedura : 2011/0217(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0271/2012

Testi mressqa :

A7-0271/2012

Dibattiti :

PV 22/10/2012 - 20
CRE 22/10/2012 - 20

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2012 - 13.5
CRE 23/10/2012 - 13.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0368

RAPPORT     ***I
PDF 1564kWORD 1228k
21.9.2012
PE 480.579v02-00 A7-0271/2012

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

(COM(2011)0489 – C7‑0217/2011 – 2011/0217(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Antigoni Papadopoulou

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

(COM(2011)0489 – C7‑0217/2011 – 2011/0217(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0489),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 21(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0217/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-28 ta' Marzu 2012(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0271/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta tagħha b'mod sostanzjali jew li tibdilha ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

DEĊIŻJONI Nru .../2012/UE

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’

dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(4),

Billi:

(-1)        L-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri indiviżibbli u universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, kif ukoll il-prinċipji tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt. Dawk il-prinċipji huma fundamentali għall-Istati Membri f'soċjetajiet fejn jipprevalaw il-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Kull ċittadin tal-Unjoni għandu, u għandu jgawdi, id-drittijiet previsti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(1)         It-Trattat ta’ Maastricht fl-1993 introduċa l-kunċett ta’ ċittadinanza tal-Unjoni. It-Trattat ta’ Amsterdam fl-1999 u t-Trattat ta’ Lisbona fl-2009 komplew saħħew id-drittijiet assoċjati maċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Is-sena 2013 tfakkar l-20 anniversarju mit-twaqqif taċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Il-punt (12) tal-Artikolu 1 u l-punt (34) tal-Artikolu 2 tat-Trattat ta’ Lisbona (li issa huma l-Artikolu Article 9 TUE u l-Artikolu 20 TFUE) jipprevedu li kull persuna li jkollha nazzjonalità ta’ Stat Membru hi ċittadina tal-Unjoni, li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni u li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati ▌. Il-punt (35) tal-Artikolu 2 tat-Trattat ta’ Lisbona (li issa sar l-Artikolu 21 TFUE) jinkludi d-dritt ta’ moviment u residenza liberi għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

(4)         ▌ Il-Programm ta' Stokkolma – Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini(5) jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini", fosthom permezz tal-promozzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini, partikolarment id-dritt tal-moviment liberu u d-drittijiet li jippermettu liċ-ċittadini tal-Unjoni jipparteċipaw attivament fil-ħajja demokratika tal-Unjoni.

(5)         Fir-"Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona(6)" il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiddikjara s-sena 2013 is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, biex tqajjem id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza Ewropea, fosthom it-terminoloġija, il-kontenut u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, u biex tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari dwar id-drittijiet ġodda li rriżultaw bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, u dwar il-mezzi disponibbli għalihom biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

(5a)       L-2013 għandha tkun proklamata s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, li għandha tipprovdi opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku ġenerali dwar id-drittijiet u r-responsabilitajiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandu jkollha l-għan li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini dwar id-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni meta jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jmorru u jirrisjedu liberament fi Stat Membru ieħor, pereżempju bħala studenti, ħaddiema, persuni li qed ifittxu x-xogħol, voluntiera, konsumaturi, intraprendituri, żgħażagħ jew persuni irtirati. F’dan il-kuntest, il-qawmien tal-kuxjenza għandu jiġi integrat ġeografikament, demografikament u soċjalment, u għandu jiffoka wkoll fuq it-tneħħija tal-ostakoli li għad baqa’ għall-eżerċitar tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Għandu jitwassal il-messaġġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni nfushom għandhom rwol kritiku fit-tisħiħ ta’ dawk id-drittijiet permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà ċivili u fil-ħajja demokratika.

(5b)       Biex tgħin liċ-ċittadini tal-Unjoni jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar jekk għandhomx jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, mhuwiex biżżejjed li titqajjem il-kuxjenza tagħhom dwar id-dritt innifsu. Jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu mgħarrfa kif jixraq dwar drittijiet oħra disponibbli għalihom skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali. Dan it-tagħrif jippermettilhom ukoll li jibbenefikaw b'mod sħiħ minn dawn id-drittijiet oħra, jekk huma jiddeċiedu li jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu.

(6)         Mill-introduzzjoni tiegħu fit-Trattat ta' Ruma fl-1957 bħala wieħed mill-erba' libertajiet fundamentali, id-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza wera l-valur tiegħu bħala wieħed mill-pilastri għall-ħolqien ta' suq waħdieni għall-benefiċċju kemm tal-ekonomiji tal-Istati Membri, kif ukoll tal-individwi ċittadini.

(8)         Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorji tal-Istati Membri huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu marbut maċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni ▌.

(9)         Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni.

(10)       Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, "Dismantling the obstacles to EU citizens' rights", il-Kummissjoni indirizzat l-ostakoli ewlenin li għadhom jiffaċċaw iċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u elenkat 25 azzjoni tanġibbli li jistgħu jsiru biex jitneħħew dawn l-ostakoli. Wieħed mill-ostakoli li ġie identifikat f'dan il-kuntest kien in-nuqqas ta' għarfien. Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom għaliex jonqoshom l-għarfien dwarhom, u ħabbret il-ħsieb tagħha li tintensifika t-tixrid fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tat-tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom, u b'mod partikolari dwar id-drittijiet tal-moviment liberu.

(10a)     It-TUE u t-TFUE jagħtu lil kull ċittadin tal-Unjoni d-dritt ta’ moviment u residenza liberi fit-territorju tal-Istati Membri, id-dritt li jivvota u li jippreżenta kandidatura fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħu, bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jgħoddu għall-persuni li jkollhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat, id-dritt li jgawdi l-protezzjoni li joffru l-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru f’pajjiż terz fejn il-pajjiż tiegħu ma jkunx rappreżentat bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li għoddu għall-persuni li jkollhom in-nazzjonalità ta' dak l-Istat, id-dritt li jippreżenta petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew, id-dritt li jappella lill-Ombudsman Ewropew u d-dritt li jindirizza lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll sensiela ta’ drittijiet f’diversi oqsma bħall-moviment ħieles tal-prodotti u tas-servizzi, il-ħarsien tal-konsumatur, opportunitajiet indaqs u trattament u aċċess għall-impjiegi u għall-ħarsien soċjali ugwali.

(10b)     It-Trattat ta' Lisbona introduċa drittijiet ġodda, b’mod partikolari l-inizjattiva taċ-ċittadini, prevista fil-punt (12) tal-Artikolu 1 u l-punt (37) tal-Artikolu 2 (l-Artikolu 11 TUE u l-Artikolu 24 TFUE) li tagħti lok li mill-inqas miljun ċittadin minn għadd sinifikanti ta’ Stati Membri jitolbu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta f'xi waħda mill-oqsma ta' responsabilità tal-UE, u b’hekk tippermetti liċ-ċittadini jinvolvu rwieħhom aktar, u b’mod attiv, fil-ħajja politika tal-Unjoni u jipparteċipaw b’mod dirett fit-tfassil tal-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE(7).

(10c)     Mill-1979 'l quddiem, meta saru l-ewwel elezzjonijiet diretti, il-Parlament Ewropew serva ta’ interfaċċa diretta bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Membri tiegħu għandhom rwol kruċjali fil-komunikazzjoni tad-drittijiet u tal-benefiċċji taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u biex il-kwistjonijiet li jikkonċernaw liċ-ċittadini jitpoġġew fuq quddiem fit-tiswir tal-politiki, u fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-qawmien tal-kuxjenza dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni, l-ugwaljanza tal-ġeneri, il-parteċipazzjoni tan-nisa u l-irġiel fil-ħajja demokratika tal-Unjoni inklużi d-drittijiet elettorali tagħhom, bħala votanti u bħala kandidati, fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom u dwar l-ambitu tas-setgħat tal-Parlament Ewropew fil-proċess leġiżlattiv, huwa importanti wkoll fil-perspettiva tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014. L-impatt ta' tali azzjonijiet ta' qawmien tal-kuxjenza għandu jitkattar permezz tal-koordinazzjoni mill-qrib u l-użu tas-sinerġiji ma' azzjonijiet rilevanti implimentati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikulari l-Parlament Ewropew, mill-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet Ewropej, u mill-Istati Membri fiż-żmien ta' qabel dawn l-elezzjonijiet.

(13)       Barra minn hekk, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tagħhom li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali, inklużi dawk relatati mal-kura tas-saħħa transkonfinali, bis-saħħa tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; Dawk ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Barra minn hekk huma għandhom jiġu mgħarrfa ▌dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki edukattivi, akkademiċi u professjonali tagħhom ▌u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" (8) u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni.

(14)       Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bi kwalunkwe mezz ta' trasport fl-Unjoni Ewropea, u dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom bħala konsumaturi. Jekk iċ-ċittadini tal-Unjoni jkollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi huma mħarsin b'mod effettiv, huma jkunu f’pożizzjoni li jikkontribwixxu ▌biex is-suq tal-Unjoni għall-prodotti u s-servizzi jiżviluppa b’mod li jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu aktar effettivament, għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Bl-istess mod, iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-regoli tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq, biex ikunu jafu kif saħħithom u d-drittijiet tagħhom huma mħarsa mal-Unjoni kollha, partikolarment fil-każ ta' theddid jew riskji li huma, bħala individwi, ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom. Barra minn hekk, importanti wkoll li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u l-miżuri akkumpanjanti, bħas-saħħa onlajn u t-telemediċina, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità tajba f'kull pajjiż tal-Ewropa.

(14a)     Din id-deċiżjoni għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, fejn il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu tal-persuni u l-mobilità tal-ħaddiema huma mezz importanti ta’ kif jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-bidla demografika fuq is-suq tax-xogħol kif ukoll biex tiżdied l-impjegabbiltà tal-persuni u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Fuq medda twila ta’ żmien għandha wkoll tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni f’kuntest li bħalissa hu kkaratterizzat minn figuri tal-qgħad allarmanti f’uħud mill-Istati Membri.

(14b)     Il-kampanji ta’ tagħrif, edukazzjoni u qawmien tal-kuxjenza organizzati fil-qafas tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandhom ukoll iqisu l-ħtiġijiet ta’ udjenzi aktar speċifiċi u ta’ gruppi vulnerabbli. It-tagħrif għandu jingħata bla ħlas u jkun aċċessibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Għandu jiġi provdut f’lingwaġġ sempliċi u b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, il-midja, is-soċjetà ċivili u l-NGOs. Il-partijiet konċernati differenti kollha jistgħu jikkunsidraw inizjattivi bħal kompetizzjonijiet tal-kitba u l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ azzjoni kif ukoll gwidi, fora onlajn u kampanji fl-iskejjel u fl-universitajiet.

(14c)     Ir-rwol attiv taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom hu ċentrali għall-funzjonament tal-Unjoni. L-Artikoli 10 u 11 tat-TUE jenfasizzaw l-importanza tad-demokrazija parteċipattiva fl-aspetti kollha tagħha u r-rwol li għandhom iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom biex dawn jippubbliċizzaw u jiskambjaw l-opinjonijiet tagħhom fl-oqsma ta’ azzjoni kollha tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jippromwovu l-parteċipazzjoni demokratika attiva fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet permezz ta’ djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tal-Unjoni jkunu koerenti u trasparenti. Il-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni għandha tkun faċilitata wkoll permezz tal-aċċess għal dokumenti u tagħrif, governanza tajba u amministrazzjoni.

(14d)     Il-politika tal-edukazzjoni għandha rwol importanti biex tinforma liċ-ċittadini, b’mod partikolari liż-żgħażagħ, dwar il-kunċett taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-drittijiet relatata magħha. Tgħin ukoll biex tippromwovi l-multilingwiżmu, il-mobilità tal-istudenti, l-għalliema, il-persuni li jkunu qed jieħdu taħriġ vokazzjonali u l-għalliema tagħhom, u fit-trawwim tal-kompetenzi soċjali u ċiviċi skont ir-Rakkomandazzjoni tal-PE u tal-Kunsill dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, li jistgħu jservu ta' għodda li jgħinu liċ-ċittadini jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja ċivika u biex isaħħu l-ħiliet tagħhom li jeżerċitaw b’mod komprensiv id-drittijiet tagħhom fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni. Għandu jkun possibbli li jiġu implimentati azzjonijiet speċifiċi, li titqajjem kuxjenza dwar l-opportunitajiet ta’ volontarjat, studju barra, ‘internships’ fi Stat Membru ieħor u parteċipazzjoni fi programmi ta' skambji edukattivi tal-Unjoni.

(14d)     Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza se tkun karatterizzata mill-pubblikazzjoni tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 2013 li se jinforma dwar il-progress li sar sa mill-pubblikazzjoni tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza 2010 u jipproponi azzjonijiet ulterjuri għat-tneħħija tal-ostakoli persistenti li jxekklu liċ-ċittadini tal-UE milli jgawdu d-drittijiet tagħhom. Abbażi ta’ dan ir-rapport, jista’ jkun li l-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet biex isaħħaħ jew iżid id-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza Ewropea.

(14f)      Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ukoll ikunu mgħarrfa dwar il-portal multilingwi “L-Ewropa Tiegħek” li hu punt ta’ tagħrif ‘one-stop-shop’ dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u n-negozji fl-Unjoni.

(14d)     Iċ-Ċentri ta’ Informazzjoni “Europe Direct”, bħala l-interfaċċa lokali bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha, għandhom ikunu sħab mill-qrib tal-Parlament Ewropew fil-kampanji ta’ qawmien tal-kuxjenza, billi jiffaċilitaw id-dibattitu lokali u reġjonali dwar l-Unjoni, jittrażmettu u jqassmu materjal ta’ tagħrif u joffru l-opportunità li jingħata “feedback” lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(14d)     L-inizjattivi kollha mnedija għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini u fi ħdanha għandu jkollhom l-għan li jżidu l-fehim reċiproku bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri. Dan jimplika l-qawmien tal-kuxjenza dwar id-drittijiet taċ-ċittadini fost il-persunal tal-awtoritajiet pubbliċi, fil-livell tal-Unjoni kif ukoll dak nazzjonali, reġjonali u lokali.

(14i)      Sa mit-twaqqif tiegħu fl-1949, il-Kunsill tal-Ewropa kellu rwol ewlieni fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-kultura permezz tal-promozzjoni u l-ħolqien ta’ netwerks kulturali Ewropej u permezz tad-djalogu interkulturali u l-promozzjoni tad-diversità lingwistika. Għaldaqstant, l-Unjoni għandha tiżviluppa sinerġiji mal-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-qasam b’konnessjoni mas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.

(22)       Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni hija tal-Istati Membri. Dawn għandhom jipprovdu, fost l-oħrajn, tagħrif dwar l-Unjoni u rappurtar immirat dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkomplementa u żżid mal-azzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali f'dan ir-rigward, kif enfasizzat fl-istqarrija politika, "Communicating Europe in Partnership" li ġiet iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(9). L-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-kooperazzjoni mal-midja u jimpenjaw ruħhom li jipprovduhom b’tagħrif ta’ kwalità dwar l-Unjoni.

(22a)     Għall-ottimizzazzjoni tal-effikaċja u l-effiċjenza tal-attivitajiet ippjanati għas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, importanti li jitwettqu xi azzjonijiet ta’ tħejjija waqt l-2012 skont l-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ir-Regolament Finanzjarju) (10).

(24)       Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex ma jitħallewx iseħħu irregolaritajiet u frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa meta mhux dovuti jew użati ħażin, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea(11) u (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra(12) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)(13).

(25)       Jista' jingħata finanzjament mill-Unjoni għal attivitajiet oħrajn minbarra dawk iffinanzjati skont il-baġit tas-Sena Ewropea permezz ta' programmi eżistenti tal-Unjoni jew mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" 2007-2013 u l-programm speċifiku "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza" 2007-2013, bħala parti mill-programm ġenerali "Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja", il-programm "Tagħlim matul il-Ħajja" inkluż il-programm Erasmus, l-inizjattiva "Żgħażagħ Mobbli" u l-programm "MEDIA".

(25a)     Għall-benefiċċju ta’ snin Ewropej ġejjiena, għandha titħejja evalwazzjoni bir-reqqa tal-miżuri mwettqa bħala parti mis-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. Din għandha tinkludi ideat u l-aħjar prattiki għal azzjoni ġejjiena dwar kif wieħed jista’jinvolvi liċ-ċittadin bl-aktar mod effettiv. Fejn ikun possibbli, l-evalwazzjoni għandha tkun imsejsa fuq data kwantitattiva kumparabbli miksuba bis-saħħa tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.

(25b)     Minħabba li l-għanijiet tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, jiġifieri l-qawmien tal-kuxjenza fost iċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, il-promozzjoni tal-ħila li wieħed jeżerċita dawk id-drittijiet u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri minħabba l-ħtieġa ta’ sħubiji multilaterali, skambji transnazzjonali tal-informazzjoni kif ukoll il-qawmien tal-kuxjenza u t-tixrid tal-prattiki tajba mal-Unjoni kollha, u li għaldaqstant, minħabba l-iskala tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmurx oltri minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Is-sena 2013 se tkun iddedikata bħala "Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini" ▌.

Artikolu 2Għanijiet

1.          L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea se jkun biex iżid il-kuxjenza u l-għarfien dwar id-drittijiet u r-responsabilitajiet marbutin maċ-ċittadinanza fl-Unjoni, biex tagħti lok liċ-ċittadini jisfruttaw bis-sħiħ id-dritt li jmorru minn post għal ieħor u joqogħdu liberament fejn iridu fit-territorji tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, is-Sena Ewropea se tippromwovi wkoll it-tgawdija taċ-ċittadini tal-Unjoni tad-drittijiet l-oħra marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni.

2.          Abbażi tal-paragrafu 1, l-għanijiet speċifiċi tas-Sena Ewropea għandhom ikunu:

(a)    li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea, u f’dan il-kuntest tad-drittijiet l-oħra kollha ggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni mingħajr diskriminazzjoni, inkluż id-dritt tagħhom li jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej fi kwalunkwe Stat Membru li jirrisjedu fih;

(b)    li żżid il-kuxjenza fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, inklużi ż-żgħażagħ, dwar kif jistgħu, b'mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet ▌tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-politiki u l-programmi li jeżistu biex jappoġġaw l-eżerċitar ta’ dawk id-drittijiet;

(c)    li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment u r-residenza liberi, bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza fl-UE, bl-għan li tingħata spinta u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ċivika u demokratika attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari f’fora ċiviċi dwar il-politiki tal-Unjoni u l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, biex b’hekk jissaħħu l-koeżjoni soċjali, id-diversità kulturali, is-solidarjetà, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, ir-rispett reċiproku u s-sens ta’ identità Ewropea komuni fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, imsejsa fuq il-valuri ewlenin tal-Unjoni, kif inhuma inklużi fit-TUE, fit-TFUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3Inizjattivi involuti

1.          Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 2 għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin fil-livell tal-Unjoni, dak nazzjonali, reġjonali jew lokali ▌:

(a)    kampanji ta' tagħrif, servizzi tal-midja, u kampanji ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi;

(b)    it-tpartit tal-informazzjoni u l-kondiviżjoni tal-esperjenza u tal-prattiki tajba bejn l-awtoritajiet tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet oħra pubbliċi u tas-soċjetà ċivili;

(c)    konferenzi, seduti ta’ smigħ, fosthom permezz tal-internet, u avvenimenti oħra li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza u l-benefiċċji tad-dritt ta' moviment u residenza liberi, u b'mod aktar ġenerali dwar il-kunċett taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u d-drittijiet marbuta magħha;

(d)    l-użu tal-għodod multilingwi eżistenti għall-parteċipazzjoni biex iħeġġu l-involviment attiv tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u taċ-ċittadini fis-sena Ewropea, inklużi għodda tad-demokrazija diretta bħall-inizjattiva taċ-ċittadini u konsultazzjonijiet pubbliċi;

(e)    it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-għodod eżistenti, inklużi għodod moderni tat-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni, biex jinfurmaw liċ-ċittadini, bħal pereżempju ċ-ċentri ta’ informazzjoni multilingwi L-Ewropa Diretta u l-web portal L-Ewropa Tiegħek bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

(f)     it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà ta' għodod għas-soluzzjoni ta' problemi, bħalma hu s-SOLVIT, sabiex jippermettu liċ-ċittadini tal-Ewropa li jagħmlu l-aħjar użu tad-drittijiet tagħhom u li jiddefendu dawn id-drittijiet fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni;

(g)    l-għoti ta’ tagħrif liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dwar l-Ombudsman Ewropew, biex iċ-ċittadini jkunu jistgħu igawdu aħjar id-drittijiet tagħhom, u jiddefenduhom, fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni; kif ukoll

(h)    il-promozzjoni tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, li se jkun imsejjes fuq dibattitu profond u fuq kontribut attiv taċ-ċittadini u tal-partijiet konċernati, u li se jidentifika l-ostakoli ulterjuri li jżommu liċ-ċittadini tal-Unjoni milli jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet li toffrilhom iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u li jippromwovu strateġiji xierqa biex jeliminaw dawn l-ostakoli.

2.          Id-dettalji tal-inizjattivi msemmija fil-paragrafu 1 huma stipulati fl-Anness.

3.          Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw attivitajiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea u jippermettu li l-isem tas-Sena Ewropea jintuża fil-promozzjoni ta’ dawk l-attivitajiet ladarba dawn ikunu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

3a.        Fil-kuntest tal-inizjattivi organizzati fil-qafas tas-Sena Ewropea, għandhom jiġu identifikati l-ostakoli għall-eżerċitar tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u promossi modi u strateġiji xierqa għat-tneħħija ta' dawn l-ostakoli, kif ukoll għall-promozzjoni tal-komprensjoni transkulturali u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji bejn dawk l-inizjattivi u għodod u programmi eżistenti fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet taċ-ċittadini, l-impjiegi u l-affarijiet soċjali, l-edukazzjoni u l-kultura.

Artikolu 4Il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni u l-implimentazzjoni

1.          Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew, mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mal-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ma' korpi u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi lokali u reġjonali ▌.

2.          Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew korpi Ewropej attivi fl-oqsma taċ-ċittadinanza u li jiddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini jew jippromwovu l-edukazzjoni u l-kultura, u partijiet interessati oħra biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni.

3.          Il-Kummissjoni għandha taħdem biex tisfrutta s-sinerġiji possibbli bejn snin Ewropej tematiċi differenti, billi tevalwa l-kisbiet, timmonitorja l-lakuni persistenti u tipprovdi data statistika, fejn ikun il-każ, u b’hekk tkun żgurata implimentazzjoni effettiva tal-għanijiet tas-Sena Ewropea.

4.          Il-Kummissjoni għandha timplimenta din id-Deċiżjoni fil-livell tal-Unjoni.

Artikolu 5Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.          Il-miżuri li huma min-natura tagħhom mifruxa mal-Unjoni kollha, imsemmija fil-Parti A tal-Anness għandhom iwasslu għal sejħa għall-offerti jew għal għotja ta' sussidji finanzjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

2.          Il-miżuri li huma min-natura tagħhom mifruxa mal-Unjoni kollha, imsemmija fil-Parti B tal-Anness jistgħu jiġu ssussidjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 6Kooperazzjoni internazzjonali

Għall-fini tas-Sena Ewropea, il-Kummissjoni tista' tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b’mod partikulari mal-Kunsill tal-Ewropa.

Artikolu 7Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.          Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet finanzjati skont din id-Deċiżjoni, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettament u, jekk jiġu individwati l-irregolaritajiet, b'pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-Kummissjoni hija awtorizzata li twettaq spezzjonijiet u verifiki fil-post skont din id-Deċiżjoni, konformi mar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ▌. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jitwettqu l-investigazzjonijiet mill-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 ▌.

2.          Għall-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kull ksur ta’ dispożizzjoni ta’ liġi tal-Unjoni jew kull nuqqas ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur ekonomiku li għandha jew ikollha, l-effett li tippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, minn element ta’ spiża mingħajr ġustifikazzjoni.

3.          Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew tirkupra l-ammont ta' għajnuna finanzjarja mogħtija għal azzjoni jekk hi ssib xi irregolaritajiet, partikolarment nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni jew mad-deċiżjoni individwali jew il-kuntratt li jagħti l-appoġġ finanzjarju rilevanti, jew jekk jinstab li, mingħajr ma tkun intalbet l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, l-azzjoni kienet suġġetta għal tibdil sinifikanti li ma jaqbilx man-natura tagħha jew mal-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha.

4.          Jekk ma jkunux ġew osservati l-limiti ta' żmien jew jekk parti biss mill-għajnuna finanzjarja allokata tkun ġustifikata mill-progress li jkun sar bl-implimentazzjoni ta' azzjoni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-benefiċjarju biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien perjodu speċifikat. Jekk il-benefiċjarju jonqos milli jagħti tweġiba sodisfaċenti, il-Kummissjoni tista’ tikkanċella l-assistenza finanzjarja li jifdal u titlob li jitħallsu lura s-somom diġà mħallsin.

5.          Kull ammont li ma kellux jitħallas ikollu jintradd lill-Kummissjoni. Għandu jiżdied l-imgħax ma' kwalunkwe somom li ma jitħallsux lura fi żmien xieraq fil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8Monitoraġġ u valutazzjoni

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tal-inizjattivi previsti f’din id-Deċiżjoni. Dan ir-rapport għandu jservi ta’ bażi għal politiki, miżuri u azzjonijiet ġejjiena tal-Unjoni f’dan il-qasam. Wara l-esperjenza tas-Sena Ewropea, ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ideat u l-aħjar prattiki dwar kif iċ-ċittadini jiġu mgħarrfa aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, anke wara li tintemm is-Sena Ewropea.

Artikolu 9Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 9a

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

ANNESS

IL-MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3

Bħala prinċipju ta' gwida, l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea se tinbena madwar kampanja wiesgħa ta' informazzjoni mifruxa mal-Unjoni, u din tista' tiġi kkomplementata mill-azzjonijiet tal-Istati Membri. L-azzjonijiet kemm tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali jistgħu jinvolvu s-soċjetà ċivili, li għandha esperjenza sostanzjali fil-qasam konċernat, u partijiet konċernati oħra biex l-atturi ewlenin kollha jkollhom sens ta' pussess ta' dawn l-azzjonijiet. L-implimentazzjoni se titwettaq permezz tal-miżuri li ġejjin:

A.       L-INIZJATTIVI DIRETTI TAL-UNJONI

Il-finanzjament ġeneralment se jieħu l-forma ta’ akkwist dirett tal-prodotti u s-servizzi skont il-kuntratti oqfsa attwali. Parti mill-finanzjament tista' tiġi ddedikata għall-forniment ta' servizzi lingwistiċi (traduzzjoni, interpretazzjoni, informazzjoni multilingwi, il-lingwa tas-sinjali u l-Braille).

Kampanji ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jinkludu:

- Il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' materjal awdjoviżiv u stampat li jirrifletti l-messaġġi deskritti fl-Artikolu 2;

- okkażjonijiet u forums ta' viżibilità għolja għall-iskambju tal-esperjenza u l-prattika t-tajba;

- miżuri biex jiġu ppubbliċizzati r-riżultati u tiżdied il-viżibbiltà tal-programmi, l-iskemi u l-inizjattivi tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea;

- l-istabbiliment ta' websajt tal-informazzjoni fuq l-Europa (http://europa.eu/index_en.htm) li jkun iddedikat għall-azzjonijiet implimentati fil-kuntest tas-Sena Ewropea.

- l-inklużjoni ta’ informazzjoni dwar is-Sena Ewropea fil-gazzetti, fuljetti, materjal ta’ informazzjoni u websajts tal-istituzzjonijiet edukattivi u l-assoċjazzjonijiet, l-NGOs u t-trade unions.

B.       KOFINANZJAMENT TAL-INIZJATTIVI TAL-UNJONI

Il-programmi tal-Unjoni, bħall-programm l-Ewropa għaċ-Ċittadini 2007-2013, jistgħu jintużaw għal attivitajiet ta’ kofinanzjament fl-ambitu tas-Sena Ewropea. Programmi oħra, bħall-programm speċifiku "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza" 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali "Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja", se jipprovdu tagħrif dwar id-drittijiet tal-UE bħala kriterju ta’ prijorità għall-proġetti.

C.       INIZJATTIVI LI MA JIBBENEFIKAW MINN EBDA GĦAJNUNA FINANZJARJA TAL-UNJONI

L-Unjoni se tagħti appoġġ mhux finanzjarju, inkluża l-awtorizzazzjoni bil-miktub għall-użu tal-logo, meta dan ikun lest, u materjali oħra assoċjati mas-Sena Ewropea, għal inizjattivi mwettqa minn organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, sakemm dawn jagħtu garanzija lill-Kummissjoni li l-inizjattivi kkonċernati jitwettqu jew se jitwettqu matul is-sena 2013 u hemm probabbiltà li jagħtu kontribut sinifikanti għall-kisba tal-għanijiet tas-Sena Ewropea.

_______________

(1)

ĠU C 181, 21.6.2012, p. 137.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

          ĠU C 181, 21.6.2012, p. 137.

(4)

         Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ ... (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’…

(5)

         ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

(6)

         ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 49.

(7)

         Ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (ĠU L 65, 11.3.2011, p.1).

(8)

          Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (2006/962/KE) (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10).

(9)

          ĠU C 13, 20.1.2009, p. 3.

(10)

          ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

        ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

(12)

        ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(13)

        ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest

It-Trattat ta’ Maastricht stabbilixxa ċ-Ċittadinanza tal-Unjoni, fl-1993, sabiex tissaħħaħ u titqawwa l-identità Ewropea u sabiex iċ-ċittadini Ewropej ikun jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropew. Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni, mogħtija awtomatikament liċ-ċittadini kollha tal-Istati Membri rispettivi, hija supplimentari għaċ-ċittadinanza nazzjonali.

Fil-biċċa l-kbira, iċ-ċittadini tal-UE għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet li: jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri, jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istati Membri fejn jirrisjedu, jibbenefikaw minn protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari ta’ kwalunkwe Stat Membru f’territorju ta’ pajjiż terz, jekk l-Istat Membru tagħhom mhux rappreżentat, jippreżentaw petizzjoni lill-Parlament Ewropew, jirrikorru għall-Ombudsman Ewropew, jindirizzaw lill-istituzzjonijiet u l-korpi konsultattivi tal-UE fi kwalunkwe lingwa tat-Trattati.

Huwa minnu li fost oħrajn, iċ-ċittadini tal-UE jibbenefikaw minn vjaġġar b’titjiriet aktar siguri u orħos, telefonati aħjar u orħos, protezzjoni tal-konsumatur, sikurezza tal-ikel u aċċess għas-sistemi ta’ kura fl-UE kollha. Is-suq uniku jagħtihom ukoll l-opportunità li jgħixu, jaħdmu, jistudjaw u jagħmlu negozju fl-UE kollha u li jibbenefikaw minn għażla vasta ta’ prodotti u servizzi bi prezzijiet kompetittivi.

Il-proposta tal-Kummissjoni

L-għan ġenerali tal-proposta ta’ Sena Ewropea se jkun biex jiżdied l-għarfien dwar id-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, sabiex iċ-ċittadini jiġu mgħejjuna jisfruttaw bis-sħiħ id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri.

Il-proposta tipprovdi momentum ġdid għad-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u tpoġġi l-eżerċizzju infurmat u effettiv ta’ dan id-dritt fil-qalba tal-aġenda politika.

Il-problemi u l-ostakoli eżistenti

Sfortunatament, insibu nuqqas ta’ viżibilità taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u nuqqas ta’ għarfien dwar il-benefiċċji konkreti li din toffri liċ-ċittadini, l-istudenti, il-ħaddiema, il-konsumaturi, in-negozjanti tal-UE kif ukoll lil min jipprovdi l-prodotti u s-servizzi. Skont rapport tal-Eurobarometer(1) ippubblikat fl-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea, 43% biss taċ-ċittadini tal-UE jsostnu familjarità mat-terminu “ċittadin tal-Unjoni Ewropea”. Aktar minn żewġ terzi ta’ dawk li wieġbu mis-27 Stat Membru tal-UE (67%) mhumiex infurmati sew jew lanqas biss huma infurmati.

Skont studju ieħor tal-Eurobarometer(2), ippubblikat f’Settembru 2011, fost l-aktar problemi komuni affaċċati miċ-ċittadini tal-UE meta jgħixu, jistudjaw jew jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE nsibu n-nuqqas ta’ informazzjoni u għarfien dwar id-drittijiet tagħhom kif ukoll problemi ta’ lingwa u nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ diplomi u kwalifiki. Dawn l-ostakoli kibru ħafna f’dan iż-żmien ta’ kriżi finanzjarja, politika u soċjali fl-UE, minħabba l-konsegwenzi negattivi tal-kriżi, inklużi ż-żieda fil-qgħad u l-inkwiet soċjali.

Iċ-ċittadini jridu soluzzjonijiet konkreti għall-problemi tagħhom ta’ kuljum, opportunitajiet aħjar u ugwali għal kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni minħabba l-età, id-diżabilità, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, it-twemmin jew ir-reliġjon. Huma jistennew li l-politiki tal-UE jegħlbu l-ostakoli kollha assoċjati max-xewqa tagħhom li jsiefru, jgħixu u jaħdmu liberament fl-Istati kollha fl-UE. Iż-żgħażagħ gradwati b’mod partikolari, iridu li jkollhom opportunitajiet reali li jsiefru u jgħixu fi Stat Membru ieħor minn pajjiżhom, jekk jiddeċiedu hekk.

Stħarriġ riċenti(3), madankollu, jindika li fost il-31% taċ-ċittadini tal-UE bil-ħsieb ta’ possibbiltà li jaħdmu fi Stat Membru ieħor, 11% biss fl-aħħar iddeċidew li jmorru u 15% minnhom iħossu li l-ostakoli eżistenti huma kbar wisq.

Iċ-ċittadini jilmentaw minbarra dwar nuqqasijiet fir-regolamenti Ewropej, dwar problemi fl-effikaċja amministrattiva tal-UE, in-nuqqas ta’ trasparenza u l-burokrazija eċċessiva. Il-qabża bejn l-Istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini tibqa’ tippersisti kif ukoll l-involviment baxx taċ-ċittadini fil-funzjonament tal-UE. Ir-rati ta’ astensjoni fl-elezzjonijiet Ewropej huma għoljin, speċjalment fost iż-żgħażagħ.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni iżda tissuġġerixxi bidla fit-titolu, sabiex is-Sena Ewropea tkun iddedikata liċ-ċittadinanza kif kienet maħsuba oriġinarjament fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009). Għaldaqstant, is-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza 2013 se tikkommemora l-20 anniversarju tat-twaqqif taċ-Ċittadinanza tal-Unjoni.

Barra minn hekk, għandha tingħata aktar importanza lid-demokrazija parteċipatorja u d-drittijiet il-ġodda marbuta mad-dħul fis-seħħ tal-Trattat ta' Lisbona, bħal pereżempju, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini.

Ir-rapporteur tikkunsidra li d-dritt li jsiefru u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri huwa tassew dritt individwali ewlieni marbut maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, iżda ċ-ċittadini għandhom ikunu kompletament konxji u jieħdu vantaġġ sħiħ mill-firxa wiesgħa ta’ drittijiet li għandhom skont il-liġi tal-Unjoni, kemm f’pajjiżhom kif ukoll f’sitwazzjonijiet transkonfinali.

Għaldaqstant għandha tkun ta’ importanza kbira li tissaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-Unjoni fil-livelli kollha u f’kull stadju tal-proċess demokratiku, biex iċ-ċittadinanza tieħu dimensjoni trasversali tal-politiki tal-UE u ssir prijorità ewlenija fl-oqsma kollha tal-azzjoni tal-UE u tikkorrelata l-politiki tal-UE mal-valuri tal-UE, l-interessi u l-bżonnijiet taċ-ċittadini.

Wara li qieset dawn kollha, ir-rapporteur tikkunsidra li s-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza tipprovdi momentum qawwi għat-tkabbir fl-għarfien taċ-ċittadini dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u għall-istimolu (a) tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u (b) biex jingħelbu l-iżbilanċi demokratiċi u l-persentaġġ għoli ta’ astensjonijiet fl-elezzjonijiet Ewropej.

(a) Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika

Sabiex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, iċ-ċittadini għandhom ikunu konxji li tassew jistgħu jibbenefikaw mid-drittijiet u l-politiki tal-UE, u jeżerċitawhom kullimkien fis-soċjetajiet tal-Istati Membri tal-UE, li jħaddnu l-istess valuri ta' pluraliżmu, nondiskriminazzjoni, tolleranza, ġustizzja, solidarjetà u ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

Bl-għoti ta’ aktar viżibilità taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u l-benefiċċji konkreti tagħha għall-individwi, jintlaħaq fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea. L-attivitajiet kollha matul is-Sena għandu jkollhom l-għan li jsaħħu s-sens ta’ appartenenza, it-tolleranza, il-fehim reċiproku, is-solidarjetà, il-koeżjoni soċjali u tas-soċjetà.

Ir-rapporteur temmen li Unjoni ta’ tkabbir, stabilità u solidarjetà tista’ tinbena biss bl-involviment ta’ ċittadini infurmati sew u attivi fil-proġett u t-tiswir ta’ politiki Ewropej u fil-forums ċivili.

(b) L-indirizzar għall-iżbilanċi demokratiċi u l-astensjonijiet fl-elezzjonijiet.

Hemm bżonn ta’ modi prattiċi għall-eliminazzjoni tad-distakk bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u ċ-ċittadini tal-Unjoni, biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi demokratiċi u l-parteċipazzjoni baxxa fl-elezzjonijiet Ewropej. Iċ-ċittadini għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni sempliċi u trasparenti dwar l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-programmi u l-objettivi tal-partiti politiċi u l-kandidati u għandhom ikunu jafu x’inhuma d-drittijiet elettorali tagħhom. Barra minn hekk il-proċeduri tal-votazzjoni għandhom jiġu simplifikati. Il-kwistjoni kruċjali ta’ parità għandha tiġi indirizzata wkoll fil-kuntest tas-Sena, peress li l-2013, hija s-sena ta' qabel l-elezzjonijiet Ewropej.

Il-proposti tar-rapporteur

Ir-rapporteur tipproponi azzjonijiet konkreti u prattiċi sabiex jitjiebu l-effikaċja u l-effiċjenza fis-Sena Ewropea.

L-azzjonijiet proposti jinkludu fost l-oħrajn:

– Informazzjoni, edukazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, aċċessibbli faċilment u liberament għaċ-ċittadini kollha tal-UE u b’mod speċjali għall-gruppi vulnerabbli.

– Il-valutazzjoni tar-reazzjoni bbażata fuq il-kummenti u l-aspettattivi taċ-ċittadini tal-UE li jużaw l-informazzjoni u n-netwerks ta’ assistenza, il-portals u l-għodod.

– It-tħejjija ta’ pjan ta' azzjoni fiż-żmien qabel is-Sena Ewropea, flimkien mal-Istati Membri kollha, l-istituzzjonijiet tal-UE, is-soċjetà ċivili u d-diversi partijiet interessati sabiex jiġu identifikati l-ostakoli u jiġu promossi l-istrateġiji xierqa biex dawn jingħelbu.

– It-twaqqif ta’ kumitat ta’ tmexxija / task force speċjali fil-Parlament Ewropew għaċ-Ċittadinanza Ewropea.

– L-organizzazzjoni ta’ kampanja pan-Ewropea dwar iċ-Ċittadinanza tal-Unjoni fl-2013, mill-Parlament Ewropew flimkien mal-parlamenti nazzjonali.

– L-adozzjoni ta’ Green Paper mill-Kummissjoni sabiex tqajjem dibattitu approfondit dwar Ċittadinanza attiva.

– It-tħejjija ta’ Manwal komparattiv mill-Kummissjoni li jispjega t-terminoloġija, l-ambitu u l-kontenut taċ-ċittadinanza tal-Unjoni għall-promozzjoni ta’ tifsira komuni tal-kunċett.

Baġit

Ir-rapporteur tiddeplora l-baġit insuffiċenti għall-organizzazzjoni tas-Sena Ewropea. Is-Sena Ewropea 2011 kellha baġit ta’ 11-il miljun euro, (jekk jitqiesu t-tħejjijiet li saru fl-2010), waqt li l-baġit għas-Sena Ewropea 2010 laħaq is-27 miljun euro. Il-proposta tal-baġit attwali, ta’ miljun euro, għas-Sena Ewropea 2013, hija komparattivament baxxa. Ma tipprevedix kofinanzjament għal inizjattivi ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u b’hekk tippermetti biss miżuri ta’ komunikazzjoni tat-tip minn fuq ‘l isfel u mhux azzjonijiet tanġibbli. Mandankollu, ir-rapporteur hija konvinta li ċittadinanza parteċipatorja Ewropea teħtieġ l-involviment taċ-ċittadini tal-UE. Allokazzjoni ta’ baġit akbar tippermetti lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipparteċipaw fit-tħejjija għas-Sena Ewropea u bla dubju l-involviment tagħhom ikollu effett multiplikatur.

Kummenti finali

L-objettivi u l-proposti tas-Sena Ewropea jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali bi sħubija multilaterali u skambju ta’ prattiki tajba, informazzjoni, u esperjenza.

Ir-rapporteur taspira li s-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza m'għandhiex tkun sena oħra ta' ċelebrazzjoni iżda pjuttost il-bidu tal-istadju ta' stabbiliment ta' għat-twaqqif ta’ dibattitu fit-tul dwar il-kunċett ta’ ċittandinaza tal-Unjoni u hi tipproponi biex jiġi implimentat gradwalment pjan direzzjonali bħala l-bażi għal politiki, miżuri u azzjonijiet futuri.

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza 2013 għandha tħejji t-triq għall-programm il-ġdid “Ewropa għaċ-Ċittadini” (2014-2020) li jappoġġa attivitajiet intiżi sabiex jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u l-fehim taċ-ċittadini dwar l-UE u tal-valuri u l-istorja tagħha.

PARLAMENT EWROPEW

2009 - 2014

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

2.3.2012

OPINJONI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

(COM(2011)0489 – C7‑0217/2011 – 2011/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Inês Cristina Zuber

PA_Legam

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri mingħajr ebda tip ta’ diskriminazzjoni. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) L-Artikolu 18 tat-Trattat jipprovdi għal projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, indipendentement minn jekk tkunx diretta jew indiretta.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Is-sens ta’ cittadinanza tal-Unjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri jislet saħħtu parzjalment mill-possibilità ta' impjieg x’imkien ieħor fis-suq intern, u għalhekk id-dritt li wieħed jgħix u jaħdem fi Stat Membru ieħor, bħala komponent bażiku taċ-ċittadinanza tal-Unjoni rikonoxxut mit-Trattati u li jikkostitwixxi wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-moviment liberu tal-persuni huwa dritt li ma jistax jiġi miċħud liċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u jinkludi d-dritt li jaħdmu, jistudjaw u jgħixu fl-Istat Membru tal-għażla tagħhom. Għaldaqstant jeħtieġ li jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji kollha biex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-familji tagħhom, sabiex jiġi evitat id-“dumping soċjali”. Id-diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip fil-pajjiż fejn dawn il-ħaddiema jkunu impjegati hija inaċċettabbli. Id-drittijiet kollha għandhom jiġu garantiti, inkluż l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-benefiċċji tal-welfare, kif ukoll id-drittijiet trejdjunjonistiċi.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) L-Artikolu 45 tat-Trattat jipprovdi għall-garanzija tal-moviment liberu tal-ħaddiema li "jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol".

Ġustifikazzjoni

Kull tip ta' diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema, fil-pajjiż tal-impjieg, mhuwiex aċċettabbli.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1d) Bl-involviment tal-irġiel u tan-nisa b'mod ugwali, is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza abbażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentament sesswali billi tinkludi lil kulħadd fuq bażi ugwali. Madankollu, tinħtieġ leġiżlazzjoni orizzontali komuni kontra d-diskriminazzjoni biex jitneħħew l-ostakli għall-moviment liberu.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "tqiegħed lill-individwu fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta tistabbilixxi "id-drittijiet taċ-Ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri.

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "hi mibnija fuq il-valuri indiviżibbli u universali tad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà" u "tqiegħed il-persuna fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta jistabbilixxi "id-drittijiet taċ-Ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri. Dawk id-drittijiet għandhom jiġu garantiti fl-Istati Membri kollha għaċ-ċittadini kollha mingħajr diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip għal raġunijiet ta' sess, razza, età, diżabbiltà jew kwalifiki professjonali u jistgħu jingħataw, b’konformità mat-Trattati, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti legali fit-territorju ta’ Stat Membru.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Bl-istess mod, il-Programm ta' Stokkolma jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini", billi jiżgura, fost affarijiet oħrajn, l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt taċ-ċittadini ta' moviment liberu.

(4) Bl-istess mod, il-Programm ta' Stokkolma jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini", billi jiżgura, fost affarijiet oħrajn, l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt taċ-ċittadini ta' moviment liberu u billi jissalvagwardja l-eżistenza ta' żona li fiha d-diversità titħares u l-persuni l-aktar vulnerabbli jiġu protetti.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Il-mobilità tal-ħaddiema, kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni permezz tal-mobbiltà tal-istudenti, ta’ dawk li jkunu qed jitħarrġu u tar-riċerkaturi, jikkostitwixxu pilastru fundamentali tal-Istrateġija UE 2020 għal "tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv", f’dak li għandu x’jaqsam mal-provvediment ta’ qafas biex tiġi solvuta l-kriżi ekonomika permezz tal-mobilità fi ħdan l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju tal-mobilità professjonali u tal-istudenti huwa mħaddan fl-inizjattivi emblematiċi "Żgħażagħ Attivi" u "Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi" tal-Istrateġija UE 2020.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fir-"Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona" il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiddedika s-Sena Ewropea 2013 għaċ-ċittadinanza biex tqajjem id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza fl-Unjoni u biex tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari dwar id-drittijiet ġodda li rriżultaw bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

(5) Fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiddedika s-Sena Ewropea 2013 għaċ-ċittadinanza biex tqajjem id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza fl-Unjoni u biex tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet u l-libertajiet ġodda tagħhom, b'mod partikolari dwar id-drittijiet ġodda li rriżultaw bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, bħall-"Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej" u d-drittijiet individwali stipulati fil-Karta.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-bniedem (KEDB) tqiegħdu fl-istess livell bħall-erba' libertajiet fundamentali skont il-liġi primarja. L-Unjoni Ewropea għandha tuża s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) biex teduka liċ-ċittadini dwar id-drittijiet bażiċi tagħhom garantiti skont il-liġi primarja, billi dawn jiggarantixxu qafas ta' sikurezza u protezzjoni għaċ-ċittadini.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) F’termini ta’ drittijiet ta’ ħaddiema migranti u l-benefiċċji ta’ mobilità għall-ekonomiji kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri tagħha, fattur ċentrali għall-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni f’dan il-qasam huwa s-sensibilizzazzjoni tal-impjegati, il-membri tal-familja tagħhom u l-partijiet interessati dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom u l-għodda disponibbli għall-eżerċizzju tal-moviment liberu tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni disponibbli attwalment għaċ-ċittadini dwar id-drittijiet ċivili, soċjali u ta' impjieg tagħhom hija insuffiċjenti, u dan il-fatt joħloq ostakli għall-moviment liberu tal-ħaddiema fl-UE. Jeħtieġ li ċ-ċittadini jkunu infurmati b’mod xieraq dwar id-drittijiet tagħhom meta jiċċaqilqu fi Stati Membri oħrajn sabiex ma jiġux sfruttati minn min iħaddimhom.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) It-Trattat ta' Maastricht tal-1992 daħħal il-kunċett ta' "ċittadinanza" fl-Unjoni, li ta lil kull ċittadin tal-Unjoni d-dritt fundamentali ta’ moviment liberu u residenza libera fl-Unjoni. It-Trattat ta' Amsterdam tal-1997 kompla saħħaħ id-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel dritt ta' ċittadin Ewropew huwa d-dritt li jivvjaġġa, jaħdem u jgħix fejn irid fl-Unjoni. It-Trattat ta' Maastricht ħaddan dan id-dritt fil-kapitolu tiegħu dwar iċ-ċittadinanza, filwaqt li t-Trattat ta' Amsterdam daħħal proċedura biex tittieħed azzjoni kontra pajjiż tal-UE li jikser id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tiegħu.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol filwaqt li jżidu l-impjegabbiltà tan-nies u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jew jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, jew id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għalhekk għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq waħdieni filwaqt li hija mutur ewlieni għat-tkabbir.

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema għenu ftit fil-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tat-tibdil industrijali, tax-xejriet ġodda tax-xogħol u tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti, bħall-moviment liberu mingħajr ebda diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol u tal-impjieg, filwaqt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini migranti jirċievu trattament ugwali u ma jintużawx bħala forza tax-xogħol irħisa. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq intern, iżda l-mobilità tax-xogħol għandha tkun ikkombinata mas-salvagwardja tad-drittijiet trejdjunjonistiċi u tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema u ma tiġix interpretata minn uħud minn dawk li jħaddmu bħala opportunità biex inaqqsu l-pagi, jaqtgħu mis-sigurtà soċjali jew, b’mod ġenerali jiddegradaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Biex jittejbu l-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-iżvilupp ta' sens komuni ta' appartenenza, huwa importanti ferm li jissaħħew l-istrumenti tal-mobbiltà bħall-programm Ewropew għat-tagħlim tul il-ħajja jew l-inizjattiva ewlenija "Żgħażagħ Attivi" u li ċ-ċittadini kollha jiġu infurmati aħjar dwar l-eżistenza u l-funzjoni tagħhom. Gruppi żvantaġġjati li għandhom aċċess aktar diffiċli għall-mobbiltà tal-Unjoni, bħal persuni bi ftit edukazzjoni, persuni aktar avvanzati fl-età jew persuni b'diżabbiltà għandu jkollhom appoġġ speċifiku u għandhom jiġu indirizzati permezz ta' inizjattivi speċifiċi tas-Sena Ewropea.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorji tal-Istati Membri huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu li jiġi direttament miċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Meta ċ-ċittadini jestendu parti minn ħajjithom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra jew imorru jgħixu hemm, huma jsiru konxji tal-medda wiesgħa ta' drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, u jisfruttawhom. L-eżerċizju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għalhekk jikkontribwixxi biex jagħmel iċ-ċittadinanza fl-Ewropa realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

(8) Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor, joqgħod, jaħdem u jistudja liberament fit-territorju tal-Istati Membri, mingħajr ebda tip ta’ diskriminazzjoni, huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu, libertà fundamentali u bħala avvanz personali fil-livell professjonali li jiġi direttament miċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-aspetti pożittivi tal-integrazzjoni u l-inklużjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Meta ċ-ċittadini jestendu parti minn ħajjithom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra biex imorru jaħdmu, jistudjaw jew jgħixu hemm, huma jsiru konxji tal-medda wiesgħa ta' drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, u jisfruttawhom. L-eżerċizju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għalhekk jikkontribwixxi biex jagħmel iċ-ċittadinanza fl-Ewropa realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u biex isaħħaħ il-koeżjoni u s-sens ta’ għaqda.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni.

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja u minkejja l-programmi tal-Unjoni mmirati lejn il-promozzjoni tal-moviment liberu tal-ħaddiema jew tal-mobbiltà fix-xogħol, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali u ta’ sikwit jaffaċċaw diffikultajiet relatati man-nazzjonalità tagħhom, l-oriġini etnika tagħhom, l-istatus matrimonjali u soċjali tagħhom, bħad-drittijiet tal-koppji internazzjonali, jew iċ-ċittadinanza, il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jew l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, minħabba miżuri legali u amministrattivi imposti minn xi Stati Membri li mhumiex konformi mar-regoli tal-Unjoni biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni, inkluż in-nuqqas ta’ aċċess għal informazzjoni rigward id-drittijiet tagħhom u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti. L-objettivi ewlenin tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandhom ikunu t-titjib tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet miċ-ċittadini u t-tneħħija tal-ostakli prattiċi.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Sabiex jinkisbu libertà ġenwina tal-moviment, trattament ugwali u mobbiltà fl-UE-27 se jkun hemm bżonnta’ sforz akbar biex l-Istati Membri l-ġodda u l-abitanti tagħhom jiġu integrati fi ħdan il-kunċett tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tagħhom. L-Istati Membri għandhom ineħħu wkoll l-ostakli amministrattivi u legali eżistenti bbażati fuq interpretazzjoni inkorretta. Għandu jsir sforz speċjali biex il-ħaddiema bi ftit kwalifiki u l-ħaddiema bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabbiltà jiġu megħjuna fir-rigward tal-mobbiltà tax-xogħol, l-iskambji tax-xogħol u t-taħriġ okkupazzjonali. L-Istat Membru ospitanti għandu jieħu miżuri ta' sostenn sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet soċjali tagħhom (bħalma huma l-aċċess għas-sigurtà soċjali, għall-kura tas-saħħa, u għall-istituzzjonijiet edukattivi) u d-drittijiet ta’ votazzjoni tagħhom (bħal fl-elezzjonijiet lokali u l-elezzjonijiet tat-trejdjunjins). Dan se jiffaċilita l-koeżjoni soċjali u se jkun ifisser li s-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali u l-ftehimiet kollettivi jiġu rrispettati u ma jiġux ikkontestati.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b) F'ħafna setturi, l-importanza tas-swieq tax-xogħol transkonfinali qed tikber. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema transkonfinali involuti għandhom għarfien limitat ħafna tar-regoli u r-regolamenti li japplikaw għall-impjieg jew għall-post tax-xogħol tagħhom, inklużi d-drittijiet tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà soċjali. Huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni xierqa lill-ħaddiema mobbli dwar id-drittijiet tax-xogħol u soċjali tagħhom.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, "Dismantling the obstacles to EU citizens' rights", il-Kummissjoni indirizzat l-ostakoli ewlenin li għadhom jiffaċċaw iċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u elenkat 25 azzjoni tanġibbli li jistgħu jsiru biex jitneħħew dawn l-ostakoli. Wieħed mill-ostakoli li ġie identifikat f'dan il-kuntest kien in-nuqqas ta' għarfien. Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom għaliex jonqoshom l-għarfien dwarhom, u ħabbret il-ħsieb tagħha li tintensifika t-tixrid fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tat-tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom, u b'mod partikolari dwar id-drittijiet tal-moviment liberu.

(10) Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, "Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE", il-Kummissjoni indirizzat l-ostakoli ewlenin li għadhom jiffaċċaw iċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u elenkat 25 azzjoni tanġibbli li jistgħu jsiru biex jitneħħew dawn l-ostakoli. Wieħed minn dawk l-ostakli kien in-nuqqas ta' garanziji fil-prattika (i.e. id-drittijiet taċ-ċittadini mhumiex infurzati għalkollox mill-Istati Membri). Ostaklu ieħor li ġie identifikat f'dan il-kuntest kien in-nuqqas ta' għarfien. Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom għaliex jonqoshom l-għarfien dwarhom, u ħabbret il-ħsieb tagħha li tintensifika t-tixrid fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tat-tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom, u b'mod partikolari dwar id-drittijiet tal-moviment liberu.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Minħabba li d-dritt ta' moviment liberu jtejjeb b'mod sinifikanti l-ħajja tal-individwi, huwa essenzjali li t-tagħrif dwar l-eżistenza ta' dan id-dritt u dwar il-kundizzjonijiet biex wieħed jeżerċitah ikun disponibbli fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Billi ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt, l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni għandhom isiru mal-Unjoni kollha.

(11) Minħabba li d-dritt ta' moviment liberu jista' jiffaċilita l-mobbiltà f'diversi modi, huwa ta' importanza fundamentali li t-tagħrif dwar l-eżistenza ta' dan id-dritt u dwar il-kundizzjonijiet biex wieħed jeżerċitah ikun disponibbli fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Għalhekk għandu jkun aċċessibbli faċilment bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u għall-persuni b'diżabbiltajiet. Għandhom isiru sforzi ta’ trawwim ta’ kuxjenza madwar l-Unjoni sabiex jiġi żgurat li dawk kollha li jistgħu jibbenefikaw ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Iżda, biex tgħin liċ-ċittadini jieħdu deċiżjonijiet dwar l-eżerċizzju tagħhom tad-dritt ta' moviment liberu li jkunu bbażati fuq it-tagħrif, mhuwiex biżżejjed li tinġibdilhom l-attenzjoni biss fuq dan id-dritt ta' moviment liberu; jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu mgħarrfa b'mod xieraq dwar id-drittijiet l-oħra li hemm disponibbli għalihom skont il-liġijiet tal-Unjoni f'kuntest transkulturali. Dan it-tagħrif ikun jgħinhom ukoll biex jibbenefikaw b'mod sħiħ minn dawn id-drittijiet jekk huma jiddeċiedu li jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu.

(12) Iżda, biex tgħin liċ-ċittadini jieħdu deċiżjonijiet dwar l-eżerċizzju tagħhom tad-dritt ta' moviment liberu li jkunu bbażati fuq it-tagħrif, mhuwiex biżżejjed li tinġibdilhom l-attenzjoni biss fuq dan id-dritt ta' moviment liberu; jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu mgħarrfa b'mod xieraq dwar id-drittijiet l-oħra li hemm disponibbli għalihom skont il-liġijiet tal-Unjoni f'kuntest transkulturali. Tagħrif xieraq u sensibilizzazzjoni akbar dwar il-benefiċċji tal-mobbiltà jistgħu għalhekk ikunu ta' importanza vitali biex jitrażżan l-eżodu ta' mħuħ mill-Unjoni. Dan it-tagħrif ikun jgħinhom ukoll biex jibbenefikaw b'mod sħiħ minn dawn id-drittijiet jekk huma jiddeċiedu li jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Il-websajts eżistenti kollha stabbiliti mill-Kummissjoni biex tgħarraf liċ-ċittadini għandhom jiġu ssimplifikati biex isiru aktar komprensibbli bl-għan li jiffaċilitaw il-mobbiltà għall-ħaddiema kollha, ikunu xi jkunu l-kwalifiki tagħhom.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Mod partikolari, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali permezz tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; dawn ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-dritt li l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni.

(13) B'mod partikolari, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa b’mod proattiv dwar l-intitolament tagħhom li jiġu rreklutati bl-istess kundizzjonijiet, mingħajr ebda rekwiżit addizzjonali, bħala ċittadini tal-pajjiż li fih ikunu qed ifittxu x-xogħol; Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-drittijiet tagħhom li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali permezz tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; dawn ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jew id-drittijiet akkumulati individwalment jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-dritt li l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni. Il-liġi tal-Unjoni tintitola wkoll liċ-ċittadini tal-Unjoni għal moviment liberu mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri fir-rigward tal-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol u tal-impjieg, bla ma jkollhom bżonn japplikaw għal permess tax-xogħol, u fir-rigward tal-benefiċċji tat-taxxa. Barra minn hekk, meta ċittadin tal-Unjoni jaħdem fi Stat Membru ieħor, il-membri tal-familja tiegħu għandhom id-dritt jgħixu u jaħdmu f'dak il-pajjiż, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom. It-tfal ta’ ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt għal moviment liberu għandhom id-dritt għall-edukazzjoni. Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ tagħrif aħjar u sensibilizzazzjoni akbar, jeħtieġ li jiġu mobilizzati l-organizzazzjonijiet involuti kollha kif ukoll is-sħab soċjali.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Jistgħu jiġu implimentati azzjonijiet speċifiċi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni li jagħmlu volontarjat, jistudjaw jew jipparteċipaw f’internship fi Stat Membru ieħor, jew jieħdu sehem fi programmi ta' skambju tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, bħall-Erasmus, il-Leonardo jew l-Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar il-possibbiltajiet ġodda għar-rikonoxximent tal-kwalifiki li jkunu kisbu, permezz ta' referenza għal oqfsa nazzjonali u Ewropej tal-kwalifiki. Dan iħeġġeġ l-iżvilupp personali u jtejjeb il-prospetti u l-opportunitajiet ta’ mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni, kemm fl-edukazzjoni kif ukoll fis-suq tax-xogħol. Fl-istess ħin, l-għarfien insuffiċjenti ta’ lingwi barranin (speċjalment fost l-adulti) għadu ostaklu ewlieni għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol. Għalehkk, it-tagħlim ta' lingwi barranin għandu jiġi promoss b’mod attiv fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b). Iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati wkoll dwar in-netwerk EURES fir-rigward tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntieri, u dwar il-kontribuzzjoni tiegħu għall-promozzjoni tal-mobbiltà tax-xogħol madwar l-Unjoni billi jipprovdi informazzjoni għaċ-ċittadini kollha, inklużi l-persuni b’diżabilità, li jkollhom il-ħsieb li jaħdmu barra mill-pajjiż fi Stat Membru ieħor, dwar il-postijiet tax-xogħol battala, dwar id-drittijiet u l-obbligi li jiġu mal-migrazzjoni, dwar l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u dwar il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ għajxien.

Ġustifikazzjoni

Il-moviment liberu tal-persuni huwa dritt li ma jistax jiġi miċħud liċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u jinkludi d-dritt li jaħdmu, jistudjaw u jgħixu fl-Istat Membru tal-għażla tagħhom. In-netwerk EURES għandu l-potenzjal li jaġixxi bħala mezz ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tax-xogħol u l-opportunitajiet ta’ xogħol fi Stati Membri oħrajn.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13c) Id-dritt għall-moviment liberu jimplika li l-istrateġiji dwar it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali għandhom ikunu mfassla, fil-livell tal-Unjoni, għall-iżviluppi fis-swieq tax-xogħol, u għall-għoti ta' ħiliet trasferibbli b’kopertura iktar wiesgħa f'termini ta’ żona ġeografika u għarfien, bl-għan li jitqabblu kif xieraq mal-provvista tal-impjiegi. F'dak ir-rigward, għandu jitħeġġeġ l-investiment fl-edukazzjoni formali u informali, fit-taħriġ vokazzjonali, fl-iskambji ta’ esperjenza tax-xogħol u miżuri koordinati, bl-għan li jitħaffef il-proċess tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol;

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13d) Għandu jkun enfasizzat li l-miżuri ta' appoġġ għall-mobbiltà ffukaw l-aktar fuq iċ-ċittadini bi kwalifiki edukattivi. Għalhekk wasal iż-żmien li l-Unjoni tiftaħ il-mobbiltà għall-ħaddiema l-anqas kwalifikati, u għall-ħaddiema b'diżabbiltajiet, permezz tal-istabbiliment ta' programmi ta' skambju ġodda u permezz ta' websajts strutturati b'mod ċar u faċli biex jintużaw mill-utent.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) F'dan il-kuntest, iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bi kwalunkwe mezz ta' trasport fl-Unjoni Ewropea, u dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom bħala konsumaturi. Jekk iċ-ċittadini jkollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi huma mħarsin b'mod effettiv, huma jikkontribwixxu aktar biex is-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi jiżviluppa għall-potenzjal kollu tiegħu, u b'hekk ikunu jistgħu jgawdu aħjar il-benefiċċji minnu. Bl-istess mod iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-regoli tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq, biex ikunu jafu kif saħħithom u d-drittijiet tagħhom huma mħarsa mal-UE kollha, partikolarment fil-każ ta' theddid jew riskji li huma, bħala individwi, ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom. Huwa importanti wkoll li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità tajba f'kull pajjiż tal-Ewropa.

(14) F'dan il-kuntest, iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bi kwalunkwe mezz ta' trasport fl-Unjoni Ewropea, u dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom bħala konsumaturi. Jekk iċ-ċittadini jkollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi għandhom l-ogħla livell ta' protezzjoni, huma jikkontribwixxu aktar biex is-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi jiżviluppa għall-potenzjal kollu tiegħu, u b'hekk ikunu jistgħu jgawdu aħjar il-benefiċċji minnu. Bl-istess mod iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-regoli tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq, biex ikunu jafu kif saħħithom u d-drittijiet tagħhom huma mħarsa mal-UE kollha, partikolarment fil-każ ta' theddid jew riskji li huma, bħala individwi, ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom. Huwa importanti wkoll li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità tajba f'kull pajjiż tal-Ewropa.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-għarfien tad-drittijiet elettorali li huma garantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni huwa ta' importanza ewlenija f'dan ir-rigward. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu jafu bid-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn joqogħdu. Fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni fil-politika tista' tikkontribwixxi għall-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fis-soċjetà tal-Istat Membru li jkunu għażlu li jgħixu fih.

(15) L-għarfien tad-drittijiet elettorali li huma garantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni huwa ta' importanza ewlenija f'dan ir-rigward. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu jafu bid-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn joqogħdu. Iċ-ċittadini (irrispettivament minn jekk ikunux parti minn partiti politiċi, organizzazzjonijiet, organizzazzjonijiet nongovernattivi jew inizjattivi taċ-ċittadini) għandhom ikunu wkoll mgħarrfa sew dwar l-opportunitajiet tagħhom li jkunu involuti attivament fit-tfassil tal-politika Ewropea. Fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni fil-politika tista' tikkontribwixxi għall-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fis-soċjetà tal-Istat Membru li jkunu għażlu li jgħixu fih.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu.

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' tisħiħ tas-solidarjetà Ewropea, l-identità Ewropea u s-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri Ewropej.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Is-sena 2013 se tkun għeluq l-20 sena mit-twaqqif taċ-ċittadinanza tal-Unjoni bit-Trattat ta' Maastricht, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini se tkun immarkata bis-segwitu tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u bi pjan ta' azzjoni biex titkompla t-tneħħija tal-ostakoli li għad fadal ixekklu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni. Din is-Sena Ewropea se tagħti viżibbiltà liċ-ċittadinanza tal-Unjoni u lill-benefiċċji tanġibbli tagħha għall-individwi, anki billi turi l-impatt materjali tal-politiki tal-Unjoni fil-ħajja taċ-ċittadini, partikolarment fit-tneħħija tal-ostakoli mit-tgawdija tad-drittijiet.

(18) Is-sena 2013 se tkun għeluq l-20 sena mit-twaqqif taċ-ċittadinanza tal-Unjoni bit-Trattat ta' Maastricht, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini se tkun immarkata bis-segwitu tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u bi pjan ta' azzjoni biex titkompla t-tneħħija tal-ostakoli li għad fadal ixekklu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni. Din is-Sena Ewropea se tagħti viżibbiltà liċ-ċittadinanza tal-Unjoni u lill-benefiċċji tanġibbli tagħha għall-individwi, anki billi turi l-impatt materjali tal-politiki tal-Unjoni fil-ħajja taċ-ċittadini, partikolarment fit-tneħħija tal-ostakoli mit-tgawdija tad-drittijiet. Il-kisba tas-suq intern, kif ukoll l-implimentazzjoni attiva u korretta tal-liġi tal-Unjoni fl-oqsma kollha li jinvolvu d-dritt għall-moviment liberu, filwaqt li jitqiesu d-dimensjoni soċjali u l-effetti fuq is-suq tax-xogħol, huma meħtieġa għat-titjib tal-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) Iċ-ċittadini tal-Unjoni fl-Istati Membri l-ġodda għadhom parzjalment imħassba dwar regoli tranżitorji dwar id-dritt għal xogħol liberu u residenza libera fi Stat Membru ieħor. L-esperjenza pożittiva tal-pajjiżi li ma applikawx perjodi tranżitorji wriet li l-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni m'għandu l-ebda effett negattiv fuq is-suq tax-xogħol jew fuq is-salarji.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, inklużi d-drittijiet elettorali fl-Istat Membru fejn joqogħdu, hija importanti wkoll minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014. L-impatt ta' dawn l-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għandu jiġi mkattar mill-koordinazzjoni mill-qrib u bl-użu tas-sinerġiji ma' azzjonijiet rilevanti implimentati minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, b'mod notevoli, il-Parlament Ewropew, u mill-Istati Membri fiż-żmien ta' qabel dawn l-elezzjonijiet.

(19) Is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, inklużi d-drittijiet elettorali fl-Istat Membru fejn joqogħdu, hija importanti wkoll minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014. L-impatt ta' dawn l-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għandu jiġi mkattar mill-koordinazzjoni mill-qrib u bl-użu tas-sinerġiji ma' azzjonijiet rilevanti implimentati minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, b'mod notevoli, il-Parlament Ewropew, u mill-Istati Membri fiż-żmien ta' qabel dawn l-elezzjonijiet. Rappurtar b’firxa wiesgħa u effikaċi dwar kwistjonijiet tal-Unjoni mit-televiżjoni/mir-radju pubbliku jew mill-fornituri tas-servizzi tal-internet mill-Istati Membri kollha u kooperazzjoni akbar tal-midja (bħal pereżempju mal-Euronews) itejjeb b'suċċess il-fluss ta' tagħrif għaċ-ċittadini.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni hija tal-Istati Membri; l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkomplementa u żżid mal-azzjonijiet nazzjonali f'dan ir-rigward, kif enfasizzat fl-istqarrija politika, "Communicating Europe in Partnership" li ġiet iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(22) Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni hija tal-Istati Membri, li għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom bis-sħiħ u juru li huma konxji mir-responsabbiltà tagħhom għall-Unjoni kondiviża. Dan jinkludi l-provvediment ta' fluss intensiv ta' tagħrif addizzjonali u rappurtar immirat dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkomplementa u żżid mal-azzjonijiet nazzjonali f'dan ir-rigward, kif enfasizzat fl-istqarrija politika, "Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija" li ġiet iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu, jistudjaw u jaħdmu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt tagħhom li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika u fil-formazzjoni ta’ fehma demokratika fl-Unjoni;

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kif jistgħu, b'mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni waqt li jkunu qegħdin jgħixu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-forums ċiviċi dwar politiki u kwistjonijiet tal-Unjoni;

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kif jistgħu, b'mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni, kemm jekk f'pajjiżhom kif ukoll meta jkunu qegħdin jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, dwar kif jistgħu jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom u li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-fora ċiviċi dwar politiki, kwistjonijiet u proċessi politiċi tal-Unjoni;

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tqajjem kuxjenza dwar ir-riskji involuti fix-xogħol illegali u l-vantaġġi tax-xogħol legali f’termini ta’ taxxa, sigurtà soċjali, taħriġ okkupazzjonali, ċittadinanza, djar, riunifikazzjoni tal-familja, aċċess għall-edukazzjoni tat-tfal u aċċess għall-apprendistati permezz ta’ strumenti eżistenti (bħall-Eures).

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza fl-UE, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni.

li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu u l-implimentazzjoni tiegħu mill-Istati Membri, bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità jew oriġini etnika u bħala libertà fundamentali, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni soċjali, l-impjieg, l-edukazzjoni ta' kwalità u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tippromwovi attivitajiet li jkollhom l-għan li jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità sabiex jingħelbu l-preġudizzji li għandhom impatt fuq id-dritt taċ-ċittadini għal moviment liberu u fuq id-dritt tagħhom li jaħdmu u jgħixu fi Stat Membru ieħor.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1. Matul l-2012, il-Kummissjoni għandha torganizza kompetizzjoni fl-Unjoni kollha biex jiġi ddiżinjat logo għas-Sena Ewropea.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi;

– kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, bil-parteċipazzjoni attiva tas-sħab soċjali, immirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi, bi trattament ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, b’mod partikolari, fir-rigward tal-gruppi l-iktar vulnerabbli u żvantaġġati;

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

it-tpartit tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-prattika tajba ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u ta' organizzazzjonijiet oħra;

l-iskambju tal-informazzjoni, u l-kondiviżjoni tal-esperjenza (kemm pożittiva kif ukoll negattiva) u tal-prattiki tajba ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u ta' organizzazzjonijiet oħra;

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– konferenzi u avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza u l-benefiċċji tad-dritt ta' moviment u residenza liberi, u b'mod aktar ġenerali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini bħala ċittadini tal-Unjoni;

– konferenzi u avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza, il-benefiċċji u l-ostakli meta wieħed jeżerċita d-dritt ta' moviment u residenza liberi, u b'mod aktar ġenerali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini bħala ċittadini tal-Unjoni;

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-web portals multilingwi L-Ewropa Diretta u L-Ewropa Tiegħek bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

- it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-web portals multilingwi l-Ewropa Diretta, l-Ewropa Tiegħek u l-EURES bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u possibilitajiet li jinkludu informazzjoni dwarid-drittijiet tal-ħaddiema u l-familji tagħhom fil-pajjiż ta’ impjieg relevanti tagħhom, kif ukoll dwar inizjattivi bħal Żgħażagħ Attivi, b’użu dejjem ikbar tal-għodda ta’ komunikazzjoni diġitali u netwerks soċjali;

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- enfasi fuq l-importanza tal-Inizjattiva taċ-Ċittadin, strument li l-għan tiegħu huwa li jippermetti l-involviment dirett taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni;

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- promozzjoni attiva ta’ rappurtar komprensiv u oġġettiv fl-Istati Membri dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- tagħrif aħjar għaċ-ċittadini dwar id-dritt li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u d-dritt li jirrikorru għand l-Ombudsman Ewropew;

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kampanji ta' tagħrif biex jiżdied l-għarfien dwar il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dwar l-Ombudsman Ewropew;

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– il-modernizzazjzoni tal-websajt Eures biex tkun tista' tintuża aktar faċilment u t-titjib tal-aġġornament regolari tagħha, u kampanja ta' tagħrif biex issir aktar viżibbli;

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kampanji ta' tagħrif biex jiżdiedu l-viżibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-multilingwiżmu tal-websajt Naric rigward ir-rikonoxximent tad-diplomi u l-kwalifiki;

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi msemmija fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bħalma huma s-sħab soċjali.

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw attivitajiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea u jippermettu li l-isem tas-Sena Ewropea jintuża fil-promozzjoni ta’ dawk l-attivitajiet ladarba dawn ikunu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw attivitajiet addizzjonali li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea u jippermettu li l-isem tas-Sena Ewropea jintuża fil-promozzjoni ta’ dawk l-attivitajiet ladarba dawn ikunu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib ukoll mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib ukoll mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mas-sħab soċjali.

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi Ewropej attivi fil-qasam tad-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini u partijiet interessati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi Ewropej attivi fil-qasam tad-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini u partijiet interessati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u maċ-ċittadini.

Il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib ukoll ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw udjenzi speċifiċi, bħall-persuni b'diżabbiltà, il-gruppi vulnerbbli, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, ir-Roma jew iċ-ċittadini ta' pajjiżi kandidati.

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi baġitarji għall-ikkompletar b'suċċess tas-Sena Ewropea u tal-attivitajiet meħtieġa f’dan ir-rigward, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tagħha.

Emenda  56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tal-inizjattivi previsti f’din id-Deċiżjoni.

Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tal-inizjattivi previsti f’din id-Deċiżjoni, biex iservi ta' bażi għall-politiki, il-miżuri u l-azzjonijiet futuri tal-Unjoni f’dan il-qasam. Wara l-esperjenza tas-Sena Ewropea, dak ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ideat u proposti dwar kif iċ-ċittadini jiġu mgħarrfa aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, anke wara li tintemm is-Sena Ewropea.

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

Referenzi

COM(2011)0489 – C7-0217/2011 – 2011/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.9.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.9.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Inês Cristina Zuber

15.9.2011

Rapporteur(s) preċedenti

Ilda Figueiredo

Eżami fil-kumitat

5.12.2011

25.1.2012

29.2.2012

Data tal-adozzjoni

1.3.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Malika Benarab-Attou, Kinga Göncz, Jan Kozłowski, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Silvia-Adriana Ţicău

(1)

Flash Eurobarometer 294, European Union Citizenship Analytical report, Fieldwork: Marzu 2010, Pubblikazzjoni Ottubru 2010

(2)

Stħarriġ kwalitattiv Eurobarometer, Obstacles citizens face in the Internal Market, Settembru 2011

(3)

Flash Eurobarometer 263, The Internal Market: Awareness-Perceptions-Impacts, Fieldwork: Frar/Marzu 2009, Pubblikazzjoni Marzu 2010

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (1.3.2012)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

(COM(2011)0489 – C7‑0217/2011 – 2011/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marie-Christine Vergiat

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi u mhux sostituzzjoni għaliha, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom jinsabu fil-qalba tal-funzjonament tal-Unjoni, kif hemm provdut għalihom fl-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jenfasizzaw l-importanza tad-demokrazija parteċipattiva fl-aspetti kollha tagħha.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Id-drittijiet essenzjali taċ-ċittadinanza tal-Unjoni huma wkoll marbuta mad-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-multilingwiżmu u permezz tal-mobilità kemm tal-istudenti u tal-għalliema kif ukoll tal-persuni li qed jagħmlu taħriġ profesjonalli u tal-ħarrieġa tagħhom, kif jispeċifikaw l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) Fl-interess taċ-ċittadini jeħtieġ li l-Unjoni tqis il-kultura fl-azzjonijiet kollha li twettaq, b'tali mod li tinkoraġġixxi r-rispett interkulturali, tippromwovi d-diversità, tipproteġi l-patrimonju kulturali komuni u ttejjeb l-għarfien tal-istorja tal-popli Ewropej, kif hemm provdut għalih fl-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona saħħaħ l-istatus taċ-ċittadinanza fl-Unjoni u żied mad-drittijiet marbutin magħha, inkluż bl-introduzzjoni ta' dritt ġdid, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini, li tippermetti lil miljun ċittadin, minn għadd sinifikanti ta' Stati Membri, li jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta fi kwalunkwe qasam ta' responsabbiltà tal-UE.

(2) Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona saħħaħ l-istatus taċ-ċittadinanza fl-Unjoni u żied mad-drittijiet marbutin magħha, inkluż bl-introduzzjoni ta' dritt ġdid, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini, li tippermetti li mill-inqas miljun firmatarju eliġibbli li jkunu ġejjin minn tal-inqas kwart mill-Istati Membri, jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta fi kwalunkwe qasam ta' responsabbiltà tal-UE.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "tqiegħed lill-individwu fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta tistabbilixxi "d-drittijiet taċ-Ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri.

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "tqiegħed lill-individwu fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta tistabbilixxi "d-drittijiet taċ-ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45 tiegħu, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri u, fl-Artikolu 41 tiegħu, id-dritt li wieħed jindirizza lill-istituzzjonijiet Ewropej b'waħda mil-lingwi tat-trattati u li jirċievi tweġiba bl-istess lingwa.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Kif jistipula l-preambolu tal-Karta, l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq il-valuri indivisibbli u universali tad-dinjità umana, tal-libertà, tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà, li huma fundamentali għall-eżerċitar taċ-ċittadinanza. L-Unjoni tikkontribwixxi, barra minn hekk, biex jinżammu u jiġu żviluppati l-valuri komuni tagħha bir-rispett tad-diversità tal-kulturi u tat-tradizzjonijiet tal-popli tal-Ewropa, kif ukoll biex tiżgura l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, id-dritt għall-edukazzjoni, il-libertà tal-arti u r-riċerka, u l-libertà akkademika.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b) Il-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-20 ta' Ottubru 2005 (il-Konvenzjoni) tiddisponi li d-diversità kulturali għandha rwol importanti fir-realizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u fiż-żamma tal-koeżjoni soċjali. Skont l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni, l-Istati Membri u l-Unjoni jintrabtu li jiffavorixxu u jiżviluppaw il-fehim tal-importanza tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali permezz, fost affarijiet oħrajn, ta' programmi ta' edukazzjoni u ta' iktar tqajjim ta' kuxjenza fil-pubbliku.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Il-Kunsill tal-Ewropa, sa mill-ħolqien tiegħu, kellu rwol dinamiku fil-qasam edukattiv u kulturali permezz tal-promozzjoni u l-ħolqien tan-netwerks kulturali Ewropej, id-djalogu interkulturali u l-promozzjoni tad-diversità lingwistika. L-Unjoni, għalhekk, għandha tiżviluppa sinerġiji mal-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa f'dan il-qasam u, b'mod partikolari, ir-rakkomandazzjonijiet li saru fil-Karta dwar l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċittadinanza Demokratika u l-Edukazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa f'Mejju 2010 għandhom jiġu promossi f'rabta mas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Mit-Trattat ta' Maastricht 'il quddiem, li fih ġew speċifikati l-modalitajiet tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-politika edukattiva, kulturali u taż-żgħażagħ, il-programmi applikati mill-Kummissjoni Ewropea għandhom l-objettiv prinċipali li jiffaċilitaw it-tqarrib u l-iskambju bejn iċ-ċittadini li jgħixu fl-Unjoni u li jippromwovu d-djalogu, il-fehim u r-rispett reċiproku. Fil-kuntest tas-Sena Ewropea, dawk il-programmi għandhom jiġu żviluppati sabiex tiddaħħal id-dimensjoni kulturali u edukattiva taċ-ċittadinanza Ewropea.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b) L-edukazzjoni, peress li hi aċċettabbli għal kulħadd, għandha rwol primordjali għat-taħriġ taċ-ċittadini futuri billi tagħmilha possibbli għalihom li jiksbu bażi ta' għarfien ġenerali li jintegra għarfien kritiku tal-kostruzzjoni Ewropea bħall-istorja u l-kulturi tal-popli Ewropej. Minn din il-perspettiva, l-edukazzjoni ċivika hija essenzjali biex tagħmilha possibbli għall-individwi li jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja demokratika, soċjali u kulturali u biex iħossuhom ċittadini tal-Unjoni bis-sħiħ mill-iktar età bikrija.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6c) Ir-rwol tal-edukazzjoni mhux formali u informali huwa fundamentali kemm għat-taħriġ fiċ-ċittadinanza kif ukoll għall-eżerċitar peress li din tiffavorixxi l-emanċipazzjoni tal-individwi, tippromwovi s-solidarjetà u l-fehim reċiproku u ssaħħaħ il-koeżjoni soċjali. Din is-Sena Ewropea għalhekk għandha tiddaħħal fit-titwil tas-Sena Ewropea għall-Volontarjat 2011. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi preferut ir-rikonoxximent tal-impenn tal-voluntiera, li jingħata valur lill-kompetenzi u l-abilitajiet miksuba f'dan il-qafas u li jitneħħew l-ostakli li wieħed jiltaqa' magħhom fil-qasam transkonfinali, anke mal-pajjiżi terzi u dawk li joriġinaw minnhom u b'mod partikolari dawk li jgħixu fit-territorju tal-Unjoni. Bl-istess mod, ir-rikonoxximent tal-istatus tal-assoċjazzjoni Ewropea huwa importanti u, barra minn hekk, jista' jiffaċilita l-bini ta' proġetti transkonfinali.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6d) L-eżerċitar taċ-ċittadinanza huwa affermat fuq l-eżerċitar sħiħ tad-drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali, u jgħaddi partikolarment mir-rikonoxximent tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali u l-iżvilupp tal-azzjonijiet kulturali li jagħmlu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku kollu possibbli, inkluż il-pubbliku l-iktar vulnerabbli (bħall-persuni b'diżabilitajiet, il-persuni ta' immigranti dixxendenti u l-persuni li jinsabu f'sitwazzjoni żvantaġġata soċjalment u ekonomikament).

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6e) Il-libertà tal-ħsieb, tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u d-diversità u l-indipendenza tal-media huma prinċipji essenzjali għall-eżerċitar taċ-ċittadinanza. Il-komunikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u b'mod partikolari dik tal-Kummissjoni, għandha tikkunsidra iktar il-ħtieġa ta' informazzjoni u ta' komprensjoni tal-ikbar ammont ta' nies. Il-Kummissjoni għandha tassoċja aħjar ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, il-punti ta' informazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-Istati Membri, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-media, inklużi l-media lokali u reġjonali, sabiex tgħin iċ-ċittadini jifhmu aħjar l-impatt tal-politiki Ewropej fuq il-politiki nazzjonali u lokali u biex dawn jidentifikaw ruħhom aħjar magħhom.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6f) Mill-1979 'l quddiem, meta saru l-ewwel elezzjonijiet diretti, il-Parlament Ewropew aġixxa ta' interfaċċja diretta bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni. Il-Membri tal-Parlament Ewropew kellhom rwol kruċjali fl-ikkomunikar tad-drittijiet u l-benefiċċji taċ-ċittadinanza tal-Unjoni u biex iġibu l-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini fuq quddiem fil-formulazzjoni tal-politiki.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol filwaqt li jżidu l-impjegabbiltà tan-nies u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jew jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, jew id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għalhekk għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq waħdieni filwaqt li hija mutur ewlieni għat-tkabbir.

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fis-suq tax-xogħol filwaqt li jżidu l-impjegabbiltà tan-nies, itejbu l-kompetittività tal-industriji Ewropej, u, għaż-żmien twil, jappoġġaw ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jew jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, jew id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għalhekk għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq waħdieni filwaqt li hija mutur ewlieni għat-tkabbir. Barra minn hekk, tagħti rikkezza soċjali u kulturali u tgħin lin-nies jegħlbu l-ostakli tal-lingwi.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorji tal-Istati Membri huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu li jiġi direttament miċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Meta ċ-ċittadini jestendu parti minn ħajjithom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra jew imorru jgħixu hemm, huma jsiru konxji tal-medda wiesgħa ta' drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, u jisfruttawhom. L-eżerċizju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għalhekk jikkontribwixxi biex jagħmel iċ-ċittadinanza fl-Ewropa realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

(8) Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorji tal-Istati Membri huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu li jiġi direttament miċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Meta ċ-ċittadini jestendu parti minn ħajjithom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra jew imorru jgħixu hemm, huma jsiru konxji tal-medda wiesgħa ta' drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, u jisfruttawhom. Sabiex ikun possibbli għan-nies li jeżerċitaw dawk id-drittijiet, madankollu, għandhom jiġu stabbiliti iktar punti ta' informazzjoni – b'websajts assoċjati, trasparenti u aċċessibbli faċilment – partikolarment fir-reġjuni tal-fruntieri. L-eżerċizju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għalhekk jikkontribwixxi biex jagħmel iċ-ċittadinanza fl-Ewropa realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni.

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali biex imorru joqogħdu, jaħdmu u jistudjaw fi Stat ieħor tal-Unjoni. Dan hu partikolarment ċar fir-reġjuni qrib il-fruntieri interni, fejn hu speċjalment komuni li n-nies jgħixu fi Stat Membru differenti minn dak li jaħdmu fih. Fid-dawl tat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, għalhekk, l-informazzjoni dwar "l-impjiegi transkonfinali" jeħtieġ li tkun iktar trasparenti u aċċessibbli. Li l-aċċess jiġi faċilitat, permezz ta' arranġamenti iktar regolari għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri b'modi li jkunu ċari u li jinftiehmu b'iktar faċilità għal dawk li jfittxu l-impjiegi, hija wkoll ħaġa urġentement neċessarja f'rabta mar-reklutaġġ ta' ħaddiema b'ħiliet.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Il-mobilità tal-istudenti u tar-riċerkaturi titħeġġeġ ħafna, inter alia, taħt il-programm Tagħlim Tul il-Ħajja. Madankollu, għad hemm ostakli kbar għall-mobilità, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna d-drittijiet soċjali, il-kapaċitajiet finanzjarji u l-isterjotipi soċjokulturali, u r-rikonoxximent mutwu tad-diplomi u l-kwalifiki għadu 'l bogħod milli jinkiseb.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b) Il-libertà tal-moviment għal dawk li jaħdmu fis-settur kulturali, inklużi l-artisti, għandha rwol determinanti fl-iskoperta tal-espressjonijiet kulturali diversi, il-fehim u r-rispett tal-proxmu. Din għandha, għalhekk, tiġi ffaċilitata ħafna, inkluż billi jiġu applikati proċeduri ad hoc u billi wieħed jopera biex jiġi rikonoxxut l-istatus tal-artisti fil-livell Ewropew.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Minħabba li d-dritt ta' moviment liberu jtejjeb b'mod sinifikanti l-ħajja tal-individwi, huwa essenzjali li t-tagħrif dwar l-eżistenza ta' dan id-dritt u dwar il-kundizzjonijiet biex wieħed jeżerċitah ikun disponibbli fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Billi ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt, l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni għandhom isiru mal-Unjoni kollha.

(11) Minħabba li d-dritt ta' moviment liberu jtejjeb b'mod sinifikanti l-ħajja tal-individwi, huwa essenzjali li t-tagħrif aċċessibbli faċilment u trasparenti dwar l-eżistenza ta' dan id-dritt u dwar il-kundizzjonijiet biex wieħed jeżerċitah ikun disponibbli fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Billi ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt, l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni għandhom isiru mal-Unjoni kollha.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-għarfien tad-drittijiet elettorali li huma garantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni huwa ta' importanza ewlenija f'dan ir-rigward. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu jafu bid-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn joqogħdu. Fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni fil-politika tista' tikkontribwixxi għall-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fis-soċjetà tal-Istat Membru li jkunu għażlu li jgħixu fih.

(15) L-għarfien tad-drittijiet elettorali li huma garantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni huwa ta' importanza ewlenija f'dan ir-rigward. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu jafu bid-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn joqogħdu. Dawn, mit-tfulija 'l quddiem, għandhom jitgħallmu dwar l-istorja tal-Ewropa u tal-popli tagħha u dwar l-istituzzjonijiet Ewropej sabiex ikun jista' jkollhom rwol sħiħ fil-proċessi partiċipatorji Ewropej. Fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni fil-politika tista' tikkontribwixxi għall-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fis-soċjetà tal-Istat Membru li jkunu għażlu li jgħixu fih.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Iżjed ma jkunu jafu ċ-ċittadini dwar il-benefiċċji, għalihom bħala individwi u għas-soċjetà, ta' dawn id-drittijiet, iżjed jistgħu jħossu li jappartjenu għall-Unjoni u jħossu lealtà lejha.

(16) Iżjed ma jkunu jafu ċ-ċittadini dwar il-benefiċċji, għalihom bħala individwi u għas-soċjetà, ta' dawn id-drittijiet, iżjed jistgħu jħossu li jappartjenu għall-Unjoni, u iżjed jaqsmu f'wirt kulturali li jgħaqqad flimkien lin-nies u jkunu jistgħu jsaħħu iktar l-aderenza fiha.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu.

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet u d-doveri li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, biex jiġu identifikati l-ostakli għall-eżerċitar effettiv ta' dawk id-drittijiet, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu, b'mod partikolari billi tiżgura l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti mis-soċjetà ċivili. Għandu jsir sforz partikolari fid-direzzjoni taż-żgħożija, tal-pubbliku tal-iskola u tal-għalliema, tal-atturi kulturali u tal-media, b'kunsiderazzjoni tal-pubbliku kbir li dawn jistgħu jilħqu.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Is-sena 2013 se tkun għeluq l-20 sena mit-twaqqif taċ-ċittadinanza tal-Unjoni bit-Trattat ta' Maastricht, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini se tkun immarkata bis-segwitu tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u bi pjan ta' azzjoni biex titkompla t-tneħħija tal-ostakoli li għad fadal ixekklu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni. Din is-Sena Ewropea se tagħti viżibbiltà liċ-ċittadinanza tal-Unjoni u lill-benefiċċji tanġibbli tagħha għall-individwi, anki billi turi l-impatt materjali tal-politiki tal-Unjoni fil-ħajja taċ-ċittadini, partikolarment fit-tneħħija tal-ostakoli mit-tgawdija tad-drittijiet.

(18) Is-sena 2013 se tkun għeluq l-20 sena mit-twaqqif taċ-ċittadinanza tal-Unjoni bit-Trattat ta' Maastricht, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini se tkun immarkata bis-segwitu tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u bi pjan ta' azzjoni biex titkompla t-tneħħija tal-ostakoli li għad fadal ixekklu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni. Din is-Sena Ewropea se tagħti viżibbiltà liċ-ċittadinanza tal-Unjoni u lill-benefiċċji tanġibbli tagħha għall-individwi, anki billi turi l-impatt materjali tal-politiki tal-Unjoni fil-ħajja taċ-ċittadini, partikolarment fit-tneħħija tal-ostakoli mit-tgawdija tad-drittijiet u billi żżomm djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mas-soċjetà ċivili organizzata, u b'hekk tinkoraġġixxi lin-nies biex jinvolvu ruħhom fil-ħajja pubblika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet, filwaqt li tenfasizza l-valuri elementari li jaqsmu bejniethom iċ-ċittadini Ewropej.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Din is-Sena Ewropea għandha tisfrutta bis-sħiħ l-għodda ta' parteċipazzjoni eżistenti u d-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea biex tħeġġeġ l-involviment taċ-ċittadini fil-proċess ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-2013 biex jitneħħew l-impedimenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet u, b'mod iżjed ġenerali, fl-identifikazzjoni ta' politiki tal-Unjoni li jattwaw id-drittijiet tagħhom b'mod konkret. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej se jkollhom rwol ċentrali f'dan ir-rigward.

(21) Din is-Sena Ewropea għandha tisfrutta bis-sħiħ l-għodda ta' parteċipazzjoni eżistenti u d-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea biex tħeġġeġ l-involviment taċ-ċittadini fil-proċess ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-2013 biex jitneħħew l-impedimenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet u, b'mod iżjed ġenerali, fl-identifikazzjoni ta' politiki tal-Unjoni li jattwaw id-drittijiet tagħhom b'mod konkret. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej se jkollhom rwol ċentrali f'dan ir-rigward. L-organizzazzjoni bbażata fuq il-prattika u l-proġetti miżrugħa fis-soċjetà ċivili, għalhekk, għandhom jirċievu appoġġ partikolari.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Jista' jingħata finanzjament mill-Unjoni għal attivitajiet oħrajn minbarra dawk iffinanzjati skont il-baġit tas-Sena Ewropea permezz ta' programmi eżistenti tal-Unjoni jew mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" u l-programm "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza",

(25) Attivitajiet oħrajn minbarra dawk iffinanzjati skont il-baġit tas-Sena Ewropea, li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi ta' dik is-Sena u ffinanzjati mill-Unjoni permezz ta' programmi eżistenti jew mill-Fondi Strutturali, bħall-programmi "Ewropa għaċ-Ċittadini", "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza", "Edukazzjoni u Taħriġ Tul il-Ħajja", "Żgħażagħ fl-Azzjoni" u l-programmi Kultura u MEDIA, għandhom jingħataw valur b'mod paralleli mas-Sena Ewropea,

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea se jkun biex iżid l-għarfien dwar id-drittijiet marbutin maċ-ċittadinanza fl-Unjoni, biex iċ-ċittadini jiġu mgħejjuna jisfruttaw bis-sħiħ id-dritt li jmorru minn post għal ieħor u joqogħdu liberament fejn iridu fit-territorji tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, is-Sena Ewropea se tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni ċivika u fuq l-aċċess għad-drittijiet taċ-ċittadini li joqogħdu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, mill-istudenti, l-ħaddiema, l-konsumaturi, u l-fornituri ta' prodotti u servizzi fl-Unjoni kollha.

L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea se jkun biex tiżviluppa u tippromwovi fehim pubbliku ikbar tal-kunċett taċ-ċittadinanza tal-Unjoni fid-diversi aspetti kollha tagħha, inklużi l-aspett kulturali u dak edukattiv, u biex tidentifka l-ostakli għall-eżerċitar effettiv tad-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, bil-għan li tagħmilha possibbli għaċ-ċittadini li jeżerċitaw id-drittijiet kollha tagħhom u jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja demokratika tal-Istati Membri u tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, is-Sena Ewropea se tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni ċivika u politika, fuq l-aċċess għad-drittijiet, fuq l-iskambju u fuq il-mobilità disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, inklużi b'mod partikolari l-istudenti, il-ħaddiema, il-konsumaturi u l-fornituri ta' prodotti u servizzi, ikun x'ikun l-Istat Membru fejn jgħixu.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dritt tagħhom li jivvotaw u d-dritt tagħhom li joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom, filwaqt li tippermettilhom jidentifikaw u jindirizzaw ostakli għat-tgawdija tagħhom ta' dawk id-drittijiet;

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar il-Parlament Ewropew u l-kamp ta' applikazzjoni tal-poteri tiegħu fil-proċess leġiżlattiv, u r-rwol rappreżentattiv direttament tal-Membru tal-Parlament Ewropew eletti lokalment;

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li titqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-għodod tad-demokrazija diretta, bħall-Inizjattiva taċ-Ċittadini u l-konsultazzjoni pubblika u li tħeġġeġ l-involviment attiv tagħhom fil-ħajja politika tal-Unjoni. Il-konsultazzjonijiet pubbliċi għandhom jitwettqu bil-lingwi uffiċjali kollha u b'mod proattiv li jinvolvi l-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex jiżdiedu b'mod sinifikanti l-livelli ta' parteċipazzjoni;

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tgħarraf aħjar lill-pubbliku, u b'mod partikolari liż-żgħażagħ, dwar il-programmi tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u tal-kultura u li tiffavorixxi b'hekk l-aċċess tagħhom għaċ-ċittadinanzja tal-Unjoni, b'mod partikolari billi ssaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-ikbar numru ta' nies f'dawn il-programmi;

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tiżviluppa n-netwerks u l-għodod ta' komunikazzjoni u ta' informazzjoni bil-lingwi Ewropej kollha dwar il-politiki li jitwettqu fil-livell Ewropew u l-konsegwenzi tagħhom fuq il-ħajja ta' kuljum, inklużi dawk li jagħmluha possibbli li jissaħħaħ id-djalogu mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u li jiġu influwenzati dawn il-politiki;

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tiffavorixxi l-aċċess taż-żgħażagħ għat-tħejjija tal-politiki li jitwettqu fil-livelli lokali, nazzjonali u Ewropej, b'mod partikolari billi jiġu żviluppati l-pjattaforom, inklużi l-pjattaforom onlajn, filwaqt li jkun possibbli li dawn jinftiehmu aħjar;

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li toħloq qafas xieraq għall-intervent tal-atturi kulturali fost iċ-ċittadini fi spazji edukattivi u kulturali, inkluż f'reġjuni mbiegħda, sabiex turi r-rwol tal-azzjoni kulturali fl-eżerċitar taċ-ċittadinanza;

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza fl-UE, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni.

– li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, imma wkoll li jkun hemm iktar għarfien dwar l-ostakli li għadhom jeżistu għall-eżerċitar tagħha, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, tad-diversità kulturali u l-fehim u r-rispett reċiproċi fost dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi;

– kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, u l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw b'mod partikolari fil-livell tal-Unjoni;

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– it-tpartit tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-prattika tajba ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u ta' organizzazzjonijiet oħra;

– it-tpartit tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-prattika tajba ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet oħra;

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

konferenzi u avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza u l-benefiċċji tad-dritt ta' moviment u residenza liberi, u b'mod aktar ġenerali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini bħala ċittadini tal-Unjoni;

konferenzi u avvenimenti bi sħubija mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u miftuħa għall-pubbliku l-iktar wiesa', li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-istorja u l-kostruzzjoni Ewropej, dwar il-politiki tal-Unjoni u l-konsegwenzi tagħhom fuq il-ħajja ta' kuljum, dwar il-benefiċċji tad-dritt ta' moviment u residenza liberi – inkluża kampanja li tippromwovi l-mobilità taż-żgħażagħ –, opportunitajiet għall-iskambji b'mod partikolari fil-qasam tal-kultura u tal-edukazzjoni, u, b'mod aktar ġenerali, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini li jgħixu fl-Unjoni;

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– sħubiji bejn ir-reġjuni biex jiġu promossi l-azzjonijiet tas-Sena Ewropea;

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-użu tal-għodod multilingwi eżistenti għall-parteċipazzjoni biex iħeġġu l-kontributi taċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod tanġibbli, u b'mod iżjed ġenerali biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea;

– l-użu u d-disseminazzjoni tal-għodod multilingwi eżistenti għall-parteċipazzjoni biex jgħinu liċ-ċittadini jifhmu d-drittijiet tagħhom u biex ikunu jistgħu jeżerċitawhom, skont l-għanijiet tas-Sena Ewropea;

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-użu mtejjeb tal-għodod tal-komunikazzjoni onlajn li jkunu aċċessibbli faċilment mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni interattiva maċ-ċittadini;

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-web portals multilingwi L-Ewropa Diretta u L-Ewropa Tiegħek bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

– it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-Europe Direct u l-portall tal-web Your Europe, inkluża informazzjoni dwar il-mobilità fost l-istudenti tal-Unjoni, bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibilità tal-portatll tal-web Europeana, kif ukoll tal-proġetti Ewropej li għandhom it-tikketta tal-patrimonju Ewropew u tal-programm Kapitali Ewropea tal-Kultura, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu japprofondixxu l-għarfien tagħhom tal-istorja u tal-kostruzzjoni Ewropej u biex jiġi promoss il-fehim reċiproku;

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà ta' għodod għas-soluzzjoni ta' problemi, bħalma hu s-SOLVIT, li jippermettu liċ-ċittadini tal-Ewropa li jagħmlu l-aħjar użu tad-drittijiet tagħhom u li jiddefendu dawn id-drittijiet.

– it-tisħiħ sinifikanti tar-rwol u tal-viżibbiltà ta' għodod effiċjenti għas-soluzzjoni ta' problemi, bħalma hu s-SOLVIT, li jippermettu liċ-ċittadini tal-Ewropa li jagħmlu l-aħjar użu tad-drittijiet tagħhom u li jiddefendu dawn id-drittijiet.

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– il-multiplikazzjoni tal-kuntatti mal-media, b'mod partikolari dawk lokali u reġjonali, biex jiġi applikat qafas ta' komunikazzjoni iktar dirett bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, u l-għoti ta' valur lill-abbozzi u l-inizjattivi li għandhom l-għan li jippromwovu l-informazzjoni dwar l-Unjoni maħsuba għall-pubbliku ġenerali;

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– it-tisħiħ tal-isforzi sabiex jiġu żviluppati għodod li jtejbu r-rikonoxximent akkademiku ta' diplomi u perjodi ta' studji, biex b'hekk jitneħħew l-ostakli għall-mobilità tal-istudenti u ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol;

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. L-awtoritajiet pubbliċi, fil-livelli kollha ta' governanza, b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, għandhom jorganizzaw programmi li jagħmluha possibbli li ċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra li jgħixu fit-territorju tagħhom jiksbu l-għarfien neċessarju biex jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja soċjali, ekonomika, kulturali u politika tal-Istat Membru ospitanti.

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom joffru għajnuna effettiva biex jagħmluha possibbli għall-migranti ħaddiema li jirreġistraw u jissodisfaw bis-sħiħ, u mingħajr piż mhux dovut, ir-rekwiżiti proċedurali essenzjali li jagħmluha possibbli li dawn jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja ekonomika tal-Istat Membru ospitanti. Hu kruċjali li ċ-Ċittadinanza Ewropea tagħti drittijiet tanġibbli.

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-Presidenzi tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex tiżgura l-viżibilità tal-azzjonijiet tas-Sena Ewropea.

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi Ewropej attivi fil-qasam tad-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini u partijiet interessati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew korpi Ewropej attivi fl-oqsma taċ-ċittadinanza u tad-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini, tal-edukazzjoni u tal-kultura, u partijiet interessati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni.

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

Baġit

Is-Sena Ewropea għandha tingħata baġit ta' EUR 5 miljuni.

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Anness – punt A – paragrafu 2 – punt bulit 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

• Il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' materjal awdjoviżiv u stampat li jirrifletti l-messaġġi deskritti fl-Artikolu 2;

• Il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' materjal awdjoviżiv u stampat u ta' oġġetti promozzjonali mmirati li jirriflettu l-messaġġi deskritti fl-Artikolu 2;

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

Referenzi

COM(2011)0489 – C7-0217/2011 – 2011/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.9.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

13.9.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Marie-Christine Vergiat

12.9.2011

Eżami fil-kumitat

20.12.2011

24.1.2012

Data tal-adozzjoni

29.2.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Lorenzo Fontana, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Emma McClarkin, Emilio Menéndez del Valle, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Gianni Pittella, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Gianni Vattimo, Marie-Christine Vergiat, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Nadja Hirsch, Seán Kelly, Iosif Matula, Georgios Papanikolaou, Olga Sehnalová, Rui Tavares

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Miguel Angel Martínez Martínez

PARLAMENT EWROPEW

2009 - 2014

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

2.3.2012

OPINJONI

tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

(COM(2011)0489 – C7‑0217/2011 – 2011/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Inês Cristina Zuber

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri mingħajr ebda tip ta’ diskriminazzjoni. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) L-Artikolu 18 tat-Trattat jipprovdi għal projbizzjoni kontra d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, indipendentement minn jekk tkunx diretta jew indiretta.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Is-sens ta’ cittadinanza tal-Unjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri jislet saħħtu parzjalment mill-possibilità ta' impjieg x’imkien ieħor fis-suq intern, u għalhekk id-dritt li wieħed jgħix u jaħdem fi Stat Membru ieħor, bħala komponent bażiku taċ-ċittadinanza tal-Unjoni rikonoxxut mit-Trattati u li jikkostitwixxi wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-moviment liberu tal-persuni huwa dritt li ma jistax jiġi miċħud liċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u jinkludi d-dritt li jaħdmu, jistudjaw u jgħixu fl-Istat Membru tal-għażla tagħhom. Għaldaqstant jeħtieġ li jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji kollha biex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-familji tagħhom, sabiex jiġi evitat id-“dumping soċjali”. Id-diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip fil-pajjiż fejn dawn il-ħaddiema jkunu impjegati hija inaċċettabbli. Id-drittijiet kollha għandhom jiġu garantiti, inkluż l-aċċess għas-servizzi pubbliċi u l-benefiċċji tal-welfare, kif ukoll id-drittijiet trejdjunjonistiċi.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) L-Artikolu 45 tat-Trattat jipprovdi għall-garanzija tal-moviment liberu tal-ħaddiema li "jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol".

Ġustifikazzjoni

Kull tip ta' diskriminazzjoni kontra l-ħaddiema, fil-pajjiż tal-impjieg, mhuwiex aċċettabbli.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1d) Bl-involviment tal-irġiel u tan-nisa b'mod ugwali, is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza abbażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentament sesswali billi tinkludi lil kulħadd fuq bażi ugwali. Madankollu, tinħtieġ leġiżlazzjoni orizzontali komuni kontra d-diskriminazzjoni biex jitneħħew l-ostakli għall-moviment liberu.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "tqiegħed lill-individwu fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta tistabbilixxi "id-drittijiet taċ-Ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri.

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta). Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "hi mibnija fuq il-valuri indiviżibbli u universali tad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà" u "tqiegħed il-persuna fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta jistabbilixxi "id-drittijiet taċ-Ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri. Dawk id-drittijiet għandhom jiġu garantiti fl-Istati Membri kollha għaċ-ċittadini kollha mingħajr diskriminazzjoni ta’ kwalunkwe tip għal raġunijiet ta' sess, razza, età, diżabbiltà jew kwalifiki professjonali u jistgħu jingħataw, b’konformità mat-Trattati, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti legali fit-territorju ta’ Stat Membru.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Bl-istess mod, il-Programm ta' Stokkolma jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini", billi jiżgura, fost affarijiet oħrajn, l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt taċ-ċittadini ta' moviment liberu.

(4) Bl-istess mod, il-Programm ta' Stokkolma jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini", billi jiżgura, fost affarijiet oħrajn, l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt taċ-ċittadini ta' moviment liberu u billi jissalvagwardja l-eżistenza ta' żona li fiha d-diversità titħares u l-persuni l-aktar vulnerabbli jiġu protetti.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Il-mobilità tal-ħaddiema, kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni permezz tal-mobbiltà tal-istudenti, ta’ dawk li jkunu qed jitħarrġu u tar-riċerkaturi, jikkostitwixxu pilastru fundamentali tal-Istrateġija UE 2020 għal "tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv", f’dak li għandu x’jaqsam mal-provvediment ta’ qafas biex tiġi solvuta l-kriżi ekonomika permezz tal-mobilità fi ħdan l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju tal-mobilità professjonali u tal-istudenti huwa mħaddan fl-inizjattivi emblematiċi "Żgħażagħ Attivi" u "Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi" tal-Istrateġija UE 2020.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fir-"Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona" il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiddedika s-Sena Ewropea 2013 għaċ-ċittadinanza biex tqajjem id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza fl-Unjoni u biex tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari dwar id-drittijiet ġodda li rriżultaw bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

(5) Fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiddedika s-Sena Ewropea 2013 għaċ-ċittadinanza biex tqajjem id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza fl-Unjoni u biex tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet u l-libertajiet ġodda tagħhom, b'mod partikolari dwar id-drittijiet ġodda li rriżultaw bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, bħall-"Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej" u d-drittijiet individwali stipulati fil-Karta.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-bniedem (KEDB) tqiegħdu fl-istess livell bħall-erba' libertajiet fundamentali skont il-liġi primarja. L-Unjoni Ewropea għandha tuża s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) biex teduka liċ-ċittadini dwar id-drittijiet bażiċi tagħhom garantiti skont il-liġi primarja, billi dawn jiggarantixxu qafas ta' sikurezza u protezzjoni għaċ-ċittadini.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) F’termini ta’ drittijiet ta’ ħaddiema migranti u l-benefiċċji ta’ mobilità għall-ekonomiji kemm tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri tagħha, fattur ċentrali għall-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni f’dan il-qasam huwa s-sensibilizzazzjoni tal-impjegati, il-membri tal-familja tagħhom u l-partijiet interessati dwar id-drittijiet u l-opportunitajiet tagħhom u l-għodda disponibbli għall-eżerċizzju tal-moviment liberu tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni disponibbli attwalment għaċ-ċittadini dwar id-drittijiet ċivili, soċjali u ta' impjieg tagħhom hija insuffiċjenti, u dan il-fatt joħloq ostakli għall-moviment liberu tal-ħaddiema fl-UE. Jeħtieġ li ċ-ċittadini jkunu infurmati b’mod xieraq dwar id-drittijiet tagħhom meta jiċċaqilqu fi Stati Membri oħrajn sabiex ma jiġux sfruttati minn min iħaddimhom.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) It-Trattat ta' Maastricht tal-1992 daħħal il-kunċett ta' "ċittadinanza" fl-Unjoni, li ta lil kull ċittadin tal-Unjoni d-dritt fundamentali ta’ moviment liberu u residenza libera fl-Unjoni. It-Trattat ta' Amsterdam tal-1997 kompla saħħaħ id-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel dritt ta' ċittadin Ewropew huwa d-dritt li jivvjaġġa, jaħdem u jgħix fejn irid fl-Unjoni. It-Trattat ta' Maastricht ħaddan dan id-dritt fil-kapitolu tiegħu dwar iċ-ċittadinanza, filwaqt li t-Trattat ta' Amsterdam daħħal proċedura biex tittieħed azzjoni kontra pajjiż tal-UE li jikser id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tiegħu.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol filwaqt li jżidu l-impjegabbiltà tan-nies u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jew jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, jew id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għalhekk għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq waħdieni filwaqt li hija mutur ewlieni għat-tkabbir.

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema għenu ftit fil-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tat-tibdil industrijali, tax-xejriet ġodda tax-xogħol u tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti, bħall-moviment liberu mingħajr ebda diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol u tal-impjieg, filwaqt li jiġi żgurat li ċ-ċittadini migranti jirċievu trattament ugwali u ma jintużawx bħala forza tax-xogħol irħisa. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq intern, iżda l-mobilità tax-xogħol għandha tkun ikkombinata mas-salvagwardja tad-drittijiet trejdjunjonistiċi u tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema u ma tiġix interpretata minn uħud minn dawk li jħaddmu bħala opportunità biex inaqqsu l-pagi, jaqtgħu mis-sigurtà soċjali jew, b’mod ġenerali jiddegradaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Biex jittejbu l-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-iżvilupp ta' sens komuni ta' appartenenza, huwa importanti ferm li jissaħħew l-istrumenti tal-mobbiltà bħall-programm Ewropew għat-tagħlim tul il-ħajja jew l-inizjattiva ewlenija "Żgħażagħ Attivi" u li ċ-ċittadini kollha jiġu infurmati aħjar dwar l-eżistenza u l-funzjoni tagħhom. Gruppi żvantaġġjati li għandhom aċċess aktar diffiċli għall-mobbiltà tal-Unjoni, bħal persuni bi ftit edukazzjoni, persuni aktar avvanzati fl-età jew persuni b'diżabbiltà għandu jkollhom appoġġ speċifiku u għandhom jiġu indirizzati permezz ta' inizjattivi speċifiċi tas-Sena Ewropea.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorji tal-Istati Membri huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu li jiġi direttament miċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Meta ċ-ċittadini jestendu parti minn ħajjithom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra jew imorru jgħixu hemm, huma jsiru konxji tal-medda wiesgħa ta' drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, u jisfruttawhom. L-eżerċizju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għalhekk jikkontribwixxi biex jagħmel iċ-ċittadinanza fl-Ewropa realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

(8) Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor, joqgħod, jaħdem u jistudja liberament fit-territorju tal-Istati Membri, mingħajr ebda tip ta’ diskriminazzjoni, huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu, libertà fundamentali u bħala avvanz personali fil-livell professjonali li jiġi direttament miċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-aspetti pożittivi tal-integrazzjoni u l-inklużjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Meta ċ-ċittadini jestendu parti minn ħajjithom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra biex imorru jaħdmu, jistudjaw jew jgħixu hemm, huma jsiru konxji tal-medda wiesgħa ta' drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, u jisfruttawhom. L-eżerċizju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għalhekk jikkontribwixxi biex jagħmel iċ-ċittadinanza fl-Ewropa realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u biex isaħħaħ il-koeżjoni u s-sens ta’ għaqda.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni.

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja u minkejja l-programmi tal-Unjoni mmirati lejn il-promozzjoni tal-moviment liberu tal-ħaddiema jew tal-mobbiltà fix-xogħol, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali u ta’ sikwit jaffaċċaw diffikultajiet relatati man-nazzjonalità tagħhom, l-oriġini etnika tagħhom, l-istatus matrimonjali u soċjali tagħhom, bħad-drittijiet tal-koppji internazzjonali, jew iċ-ċittadinanza, il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jew l-aċċess għas-servizzi pubbliċi, minħabba miżuri legali u amministrattivi imposti minn xi Stati Membri li mhumiex konformi mar-regoli tal-Unjoni biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni, inkluż in-nuqqas ta’ aċċess għal informazzjoni rigward id-drittijiet tagħhom u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti. L-objettivi ewlenin tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini għandhom ikunu t-titjib tal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet miċ-ċittadini u t-tneħħija tal-ostakli prattiċi.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Sabiex jinkisbu libertà ġenwina tal-moviment, trattament ugwali u mobbiltà fl-UE-27 se jkun hemm bżonnta’ sforz akbar biex l-Istati Membri l-ġodda u l-abitanti tagħhom jiġu integrati fi ħdan il-kunċett tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tagħhom. L-Istati Membri għandhom ineħħu wkoll l-ostakli amministrattivi u legali eżistenti bbażati fuq interpretazzjoni inkorretta. Għandu jsir sforz speċjali biex il-ħaddiema bi ftit kwalifiki u l-ħaddiema bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabbiltà jiġu megħjuna fir-rigward tal-mobbiltà tax-xogħol, l-iskambji tax-xogħol u t-taħriġ okkupazzjonali. L-Istat Membru ospitanti għandu jieħu miżuri ta' sostenn sabiex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet soċjali tagħhom (bħalma huma l-aċċess għas-sigurtà soċjali, għall-kura tas-saħħa, u għall-istituzzjonijiet edukattivi) u d-drittijiet ta’ votazzjoni tagħhom (bħal fl-elezzjonijiet lokali u l-elezzjonijiet tat-trejdjunjins). Dan se jiffaċilita l-koeżjoni soċjali u se jkun ifisser li s-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali u l-ftehimiet kollettivi jiġu rrispettati u ma jiġux ikkontestati.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b) F'ħafna setturi, l-importanza tas-swieq tax-xogħol transkonfinali qed tikber. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-ħaddiema transkonfinali involuti għandhom għarfien limitat ħafna tar-regoli u r-regolamenti li japplikaw għall-impjieg jew għall-post tax-xogħol tagħhom, inklużi d-drittijiet tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà soċjali. Huwa importanti li tiġi pprovduta informazzjoni xierqa lill-ħaddiema mobbli dwar id-drittijiet tax-xogħol u soċjali tagħhom.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, "Dismantling the obstacles to EU citizens' rights", il-Kummissjoni indirizzat l-ostakoli ewlenin li għadhom jiffaċċaw iċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u elenkat 25 azzjoni tanġibbli li jistgħu jsiru biex jitneħħew dawn l-ostakoli. Wieħed mill-ostakoli li ġie identifikat f'dan il-kuntest kien in-nuqqas ta' għarfien. Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom għaliex jonqoshom l-għarfien dwarhom, u ħabbret il-ħsieb tagħha li tintensifika t-tixrid fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tat-tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom, u b'mod partikolari dwar id-drittijiet tal-moviment liberu.

(10) Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, "Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE", il-Kummissjoni indirizzat l-ostakoli ewlenin li għadhom jiffaċċaw iċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u elenkat 25 azzjoni tanġibbli li jistgħu jsiru biex jitneħħew dawn l-ostakoli. Wieħed minn dawk l-ostakli kien in-nuqqas ta' garanziji fil-prattika (i.e. id-drittijiet taċ-ċittadini mhumiex infurzati għalkollox mill-Istati Membri). Ostaklu ieħor li ġie identifikat f'dan il-kuntest kien in-nuqqas ta' għarfien. Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom għaliex jonqoshom l-għarfien dwarhom, u ħabbret il-ħsieb tagħha li tintensifika t-tixrid fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tat-tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom, u b'mod partikolari dwar id-drittijiet tal-moviment liberu.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Minħabba li d-dritt ta' moviment liberu jtejjeb b'mod sinifikanti l-ħajja tal-individwi, huwa essenzjali li t-tagħrif dwar l-eżistenza ta' dan id-dritt u dwar il-kundizzjonijiet biex wieħed jeżerċitah ikun disponibbli fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Billi ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt, l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni għandhom isiru mal-Unjoni kollha.

(11) Minħabba li d-dritt ta' moviment liberu jista' jiffaċilita l-mobbiltà f'diversi modi, huwa ta' importanza fundamentali li t-tagħrif dwar l-eżistenza ta' dan id-dritt u dwar il-kundizzjonijiet biex wieħed jeżerċitah ikun disponibbli fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Għalhekk għandu jkun aċċessibbli faċilment bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u għall-persuni b'diżabbiltajiet. Għandhom isiru sforzi ta’ trawwim ta’ kuxjenza madwar l-Unjoni sabiex jiġi żgurat li dawk kollha li jistgħu jibbenefikaw ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Iżda, biex tgħin liċ-ċittadini jieħdu deċiżjonijiet dwar l-eżerċizzju tagħhom tad-dritt ta' moviment liberu li jkunu bbażati fuq it-tagħrif, mhuwiex biżżejjed li tinġibdilhom l-attenzjoni biss fuq dan id-dritt ta' moviment liberu; jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu mgħarrfa b'mod xieraq dwar id-drittijiet l-oħra li hemm disponibbli għalihom skont il-liġijiet tal-Unjoni f'kuntest transkulturali. Dan it-tagħrif ikun jgħinhom ukoll biex jibbenefikaw b'mod sħiħ minn dawn id-drittijiet jekk huma jiddeċiedu li jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu.

(12) Iżda, biex tgħin liċ-ċittadini jieħdu deċiżjonijiet dwar l-eżerċizzju tagħhom tad-dritt ta' moviment liberu li jkunu bbażati fuq it-tagħrif, mhuwiex biżżejjed li tinġibdilhom l-attenzjoni biss fuq dan id-dritt ta' moviment liberu; jeħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu mgħarrfa b'mod xieraq dwar id-drittijiet l-oħra li hemm disponibbli għalihom skont il-liġijiet tal-Unjoni f'kuntest transkulturali. Tagħrif xieraq u sensibilizzazzjoni akbar dwar il-benefiċċji tal-mobbiltà jistgħu għalhekk ikunu ta' importanza vitali biex jitrażżan l-eżodu ta' mħuħ mill-Unjoni. Dan it-tagħrif ikun jgħinhom ukoll biex jibbenefikaw b'mod sħiħ minn dawn id-drittijiet jekk huma jiddeċiedu li jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) Il-websajts eżistenti kollha stabbiliti mill-Kummissjoni biex tgħarraf liċ-ċittadini għandhom jiġu ssimplifikati biex isiru aktar komprensibbli bl-għan li jiffaċilitaw il-mobbiltà għall-ħaddiema kollha, ikunu xi jkunu l-kwalifiki tagħhom.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Mod partikolari, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali permezz tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; dawn ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-dritt li l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni.

(13) B'mod partikolari, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa b’mod proattiv dwar l-intitolament tagħhom li jiġu rreklutati bl-istess kundizzjonijiet, mingħajr ebda rekwiżit addizzjonali, bħala ċittadini tal-pajjiż li fih ikunu qed ifittxu x-xogħol; Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-drittijiet tagħhom li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali permezz tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; dawn ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jew id-drittijiet akkumulati individwalment jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-dritt li l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni. Il-liġi tal-Unjoni tintitola wkoll liċ-ċittadini tal-Unjoni għal moviment liberu mingħajr ebda diskriminazzjoni bbażata fuq iċ-ċittadinanza bejn il-ħaddiema tal-Istati Membri fir-rigward tal-impjieg, ir-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol u tal-impjieg, bla ma jkollhom bżonn japplikaw għal permess tax-xogħol, u fir-rigward tal-benefiċċji tat-taxxa. Barra minn hekk, meta ċittadin tal-Unjoni jaħdem fi Stat Membru ieħor, il-membri tal-familja tiegħu għandhom id-dritt jgħixu u jaħdmu f'dak il-pajjiż, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom. It-tfal ta’ ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt għal moviment liberu għandhom id-dritt għall-edukazzjoni. Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ tagħrif aħjar u sensibilizzazzjoni akbar, jeħtieġ li jiġu mobilizzati l-organizzazzjonijiet involuti kollha kif ukoll is-sħab soċjali.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Jistgħu jiġu implimentati azzjonijiet speċifiċi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni li jagħmlu volontarjat, jistudjaw jew jipparteċipaw f’internship fi Stat Membru ieħor, jew jieħdu sehem fi programmi ta' skambju tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, bħall-Erasmus, il-Leonardo jew l-Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar il-possibbiltajiet ġodda għar-rikonoxximent tal-kwalifiki li jkunu kisbu, permezz ta' referenza għal oqfsa nazzjonali u Ewropej tal-kwalifiki. Dan iħeġġeġ l-iżvilupp personali u jtejjeb il-prospetti u l-opportunitajiet ta’ mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni, kemm fl-edukazzjoni kif ukoll fis-suq tax-xogħol. Fl-istess ħin, l-għarfien insuffiċjenti ta’ lingwi barranin (speċjalment fost l-adulti) għadu ostaklu ewlieni għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol. Għalehkk, it-tagħlim ta' lingwi barranin għandu jiġi promoss b’mod attiv fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b). Iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati wkoll dwar in-netwerk EURES fir-rigward tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol fl-Unjoni, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntieri, u dwar il-kontribuzzjoni tiegħu għall-promozzjoni tal-mobbiltà tax-xogħol madwar l-Unjoni billi jipprovdi informazzjoni għaċ-ċittadini kollha, inklużi l-persuni b’diżabilità, li jkollhom il-ħsieb li jaħdmu barra mill-pajjiż fi Stat Membru ieħor, dwar il-postijiet tax-xogħol battala, dwar id-drittijiet u l-obbligi li jiġu mal-migrazzjoni, dwar l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u dwar il-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ għajxien.

Ġustifikazzjoni

Il-moviment liberu tal-persuni huwa dritt li ma jistax jiġi miċħud liċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE u jinkludi d-dritt li jaħdmu, jistudjaw u jgħixu fl-Istat Membru tal-għażla tagħhom. In-netwerk EURES għandu l-potenzjal li jaġixxi bħala mezz ta’ trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar id-drittijiet tax-xogħol u l-opportunitajiet ta’ xogħol fi Stati Membri oħrajn.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13c) Id-dritt għall-moviment liberu jimplika li l-istrateġiji dwar it-tagħlim tul il-ħajja u t-taħriġ vokazzjonali għandhom ikunu mfassla, fil-livell tal-Unjoni, għall-iżviluppi fis-swieq tax-xogħol, u għall-għoti ta' ħiliet trasferibbli b’kopertura iktar wiesgħa f'termini ta’ żona ġeografika u għarfien, bl-għan li jitqabblu kif xieraq mal-provvista tal-impjiegi. F'dak ir-rigward, għandu jitħeġġeġ l-investiment fl-edukazzjoni formali u informali, fit-taħriġ vokazzjonali, fl-iskambji ta’ esperjenza tax-xogħol u miżuri koordinati, bl-għan li jitħaffef il-proċess tal-mobbiltà tal-forza tax-xogħol;

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13d) Għandu jkun enfasizzat li l-miżuri ta' appoġġ għall-mobbiltà ffukaw l-aktar fuq iċ-ċittadini bi kwalifiki edukattivi. Għalhekk wasal iż-żmien li l-Unjoni tiftaħ il-mobbiltà għall-ħaddiema l-anqas kwalifikati, u għall-ħaddiema b'diżabbiltajiet, permezz tal-istabbiliment ta' programmi ta' skambju ġodda u permezz ta' websajts strutturati b'mod ċar u faċli biex jintużaw mill-utent.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) F'dan il-kuntest, iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bi kwalunkwe mezz ta' trasport fl-Unjoni Ewropea, u dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom bħala konsumaturi. Jekk iċ-ċittadini jkollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi huma mħarsin b'mod effettiv, huma jikkontribwixxu aktar biex is-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi jiżviluppa għall-potenzjal kollu tiegħu, u b'hekk ikunu jistgħu jgawdu aħjar il-benefiċċji minnu. Bl-istess mod iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-regoli tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq, biex ikunu jafu kif saħħithom u d-drittijiet tagħhom huma mħarsa mal-UE kollha, partikolarment fil-każ ta' theddid jew riskji li huma, bħala individwi, ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom. Huwa importanti wkoll li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità tajba f'kull pajjiż tal-Ewropa.

(14) F'dan il-kuntest, iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bi kwalunkwe mezz ta' trasport fl-Unjoni Ewropea, u dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom bħala konsumaturi. Jekk iċ-ċittadini jkollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi għandhom l-ogħla livell ta' protezzjoni, huma jikkontribwixxu aktar biex is-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi jiżviluppa għall-potenzjal kollu tiegħu, u b'hekk ikunu jistgħu jgawdu aħjar il-benefiċċji minnu. Bl-istess mod iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-regoli tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq, biex ikunu jafu kif saħħithom u d-drittijiet tagħhom huma mħarsa mal-UE kollha, partikolarment fil-każ ta' theddid jew riskji li huma, bħala individwi, ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom. Huwa importanti wkoll li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità tajba f'kull pajjiż tal-Ewropa.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-għarfien tad-drittijiet elettorali li huma garantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni huwa ta' importanza ewlenija f'dan ir-rigward. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu jafu bid-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn joqogħdu. Fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni fil-politika tista' tikkontribwixxi għall-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fis-soċjetà tal-Istat Membru li jkunu għażlu li jgħixu fih.

(15) L-għarfien tad-drittijiet elettorali li huma garantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni huwa ta' importanza ewlenija f'dan ir-rigward. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu jafu bid-dritt tagħhom li jivvutaw u joħorġu bħala kandidati fl-elezzjonijiet muniċipali u tal-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn joqogħdu. Iċ-ċittadini (irrispettivament minn jekk ikunux parti minn partiti politiċi, organizzazzjonijiet, organizzazzjonijiet nongovernattivi jew inizjattivi taċ-ċittadini) għandhom ikunu wkoll mgħarrfa sew dwar l-opportunitajiet tagħhom li jkunu involuti attivament fit-tfassil tal-politika Ewropea. Fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni fil-politika tista' tikkontribwixxi għall-integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni fis-soċjetà tal-Istat Membru li jkunu għażlu li jgħixu fih.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu.

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' tisħiħ tas-solidarjetà Ewropea, l-identità Ewropea u s-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri Ewropej.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Is-sena 2013 se tkun għeluq l-20 sena mit-twaqqif taċ-ċittadinanza tal-Unjoni bit-Trattat ta' Maastricht, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini se tkun immarkata bis-segwitu tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u bi pjan ta' azzjoni biex titkompla t-tneħħija tal-ostakoli li għad fadal ixekklu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni. Din is-Sena Ewropea se tagħti viżibbiltà liċ-ċittadinanza tal-Unjoni u lill-benefiċċji tanġibbli tagħha għall-individwi, anki billi turi l-impatt materjali tal-politiki tal-Unjoni fil-ħajja taċ-ċittadini, partikolarment fit-tneħħija tal-ostakoli mit-tgawdija tad-drittijiet.

(18) Is-sena 2013 se tkun għeluq l-20 sena mit-twaqqif taċ-ċittadinanza tal-Unjoni bit-Trattat ta' Maastricht, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1993. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini se tkun immarkata bis-segwitu tar-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE u bi pjan ta' azzjoni biex titkompla t-tneħħija tal-ostakoli li għad fadal ixekklu liċ-ċittadini milli jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni. Din is-Sena Ewropea se tagħti viżibbiltà liċ-ċittadinanza tal-Unjoni u lill-benefiċċji tanġibbli tagħha għall-individwi, anki billi turi l-impatt materjali tal-politiki tal-Unjoni fil-ħajja taċ-ċittadini, partikolarment fit-tneħħija tal-ostakoli mit-tgawdija tad-drittijiet. Il-kisba tas-suq intern, kif ukoll l-implimentazzjoni attiva u korretta tal-liġi tal-Unjoni fl-oqsma kollha li jinvolvu d-dritt għall-moviment liberu, filwaqt li jitqiesu d-dimensjoni soċjali u l-effetti fuq is-suq tax-xogħol, huma meħtieġa għat-titjib tal-mobbiltà taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) Iċ-ċittadini tal-Unjoni fl-Istati Membri l-ġodda għadhom parzjalment imħassba dwar regoli tranżitorji dwar id-dritt għal xogħol liberu u residenza libera fi Stat Membru ieħor. L-esperjenza pożittiva tal-pajjiżi li ma applikawx perjodi tranżitorji wriet li l-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni m'għandu l-ebda effett negattiv fuq is-suq tax-xogħol jew fuq is-salarji.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, inklużi d-drittijiet elettorali fl-Istat Membru fejn joqogħdu, hija importanti wkoll minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014. L-impatt ta' dawn l-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għandu jiġi mkattar mill-koordinazzjoni mill-qrib u bl-użu tas-sinerġiji ma' azzjonijiet rilevanti implimentati minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, b'mod notevoli, il-Parlament Ewropew, u mill-Istati Membri fiż-żmien ta' qabel dawn l-elezzjonijiet.

(19) Is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, inklużi d-drittijiet elettorali fl-Istat Membru fejn joqogħdu, hija importanti wkoll minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014. L-impatt ta' dawn l-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għandu jiġi mkattar mill-koordinazzjoni mill-qrib u bl-użu tas-sinerġiji ma' azzjonijiet rilevanti implimentati minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, b'mod notevoli, il-Parlament Ewropew, u mill-Istati Membri fiż-żmien ta' qabel dawn l-elezzjonijiet. Rappurtar b’firxa wiesgħa u effikaċi dwar kwistjonijiet tal-Unjoni mit-televiżjoni/mir-radju pubbliku jew mill-fornituri tas-servizzi tal-internet mill-Istati Membri kollha u kooperazzjoni akbar tal-midja (bħal pereżempju mal-Euronews) itejjeb b'suċċess il-fluss ta' tagħrif għaċ-ċittadini.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni hija tal-Istati Membri; l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkomplementa u żżid mal-azzjonijiet nazzjonali f'dan ir-rigward, kif enfasizzat fl-istqarrija politika, "Communicating Europe in Partnership" li ġiet iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(22) Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni hija tal-Istati Membri, li għandhom iwettqu l-obbligi tagħhom bis-sħiħ u juru li huma konxji mir-responsabbiltà tagħhom għall-Unjoni kondiviża. Dan jinkludi l-provvediment ta' fluss intensiv ta' tagħrif addizzjonali u rappurtar immirat dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkomplementa u żżid mal-azzjonijiet nazzjonali f'dan ir-rigward, kif enfasizzat fl-istqarrija politika, "Nikkomunikaw l-Ewropa fi Sħubija" li ġiet iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu, jistudjaw u jaħdmu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt tagħhom li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika u fil-formazzjoni ta’ fehma demokratika fl-Unjoni;

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kif jistgħu, b'mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni waqt li jkunu qegħdin jgħixu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-forums ċiviċi dwar politiki u kwistjonijiet tal-Unjoni;

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kif jistgħu, b'mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni, kemm jekk f'pajjiżhom kif ukoll meta jkunu qegħdin jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, dwar kif jistgħu jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom u li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-fora ċiviċi dwar politiki, kwistjonijiet u proċessi politiċi tal-Unjoni;

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tqajjem kuxjenza dwar ir-riskji involuti fix-xogħol illegali u l-vantaġġi tax-xogħol legali f’termini ta’ taxxa, sigurtà soċjali, taħriġ okkupazzjonali, ċittadinanza, djar, riunifikazzjoni tal-familja, aċċess għall-edukazzjoni tat-tfal u aċċess għall-apprendistati permezz ta’ strumenti eżistenti (bħall-Eures).

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza fl-UE, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni.

li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu u l-implimentazzjoni tiegħu mill-Istati Membri, bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità jew oriġini etnika u bħala libertà fundamentali, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni soċjali, l-impjieg, l-edukazzjoni ta' kwalità u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tippromwovi attivitajiet li jkollhom l-għan li jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità sabiex jingħelbu l-preġudizzji li għandhom impatt fuq id-dritt taċ-ċittadini għal moviment liberu u fuq id-dritt tagħhom li jaħdmu u jgħixu fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni disponibbli attwalment għaċ-ċittadini dwar id-drittijiet ċivili, soċjali u ta' impjieg tagħhom hija insuffiċjenti, u dan il-fatt joħloq ostakli għall-moviment liberu tal-ħaddiema fl-UE. Jeħtieġ li ċ-ċittadini jkunu infurmati b’mod xieraq dwar id-drittijiet tagħhom meta jiċċaqilqu fi Stati Membri oħrajn sabiex ma jiġux sfruttati minn min iħaddimhom.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1. Matul l-2012, il-Kummissjoni għandha torganizza kompetizzjoni fl-Unjoni kollha biex jiġi ddiżinjat logo għas-Sena Ewropea.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi;

– kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni, bil-parteċipazzjoni attiva tas-sħab soċjali, immirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi, bi trattament ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, b’mod partikolari, fir-rigward tal-gruppi l-iktar vulnerabbli u żvantaġġati;

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

it-tpartit tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-prattika tajba ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u ta' organizzazzjonijiet oħra;

l-iskambju tal-informazzjoni, u l-kondiviżjoni tal-esperjenza (kemm pożittiva kif ukoll negattiva) u tal-prattiki tajba ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u ta' organizzazzjonijiet oħra;

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– konferenzi u avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza u l-benefiċċji tad-dritt ta' moviment u residenza liberi, u b'mod aktar ġenerali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini bħala ċittadini tal-Unjoni;

– konferenzi u avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza, il-benefiċċji u l-ostakli meta wieħed jeżerċita d-dritt ta' moviment u residenza liberi, u b'mod aktar ġenerali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini bħala ċittadini tal-Unjoni;

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-web portals multilingwi L-Ewropa Diretta u L-Ewropa Tiegħek bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

- it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-web portals multilingwi l-Ewropa Diretta, l-Ewropa Tiegħek u l-EURES bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u possibilitajiet li jinkludu informazzjoni dwarid-drittijiet tal-ħaddiema u l-familji tagħhom fil-pajjiż ta’ impjieg relevanti tagħhom, kif ukoll dwar inizjattivi bħal Żgħażagħ Attivi, b’użu dejjem ikbar tal-għodda ta’ komunikazzjoni diġitali u netwerks soċjali;

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- enfasi fuq l-importanza tal-Inizjattiva taċ-Ċittadin, strument li l-għan tiegħu huwa li jippermetti l-involviment dirett taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni;

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- promozzjoni attiva ta’ rappurtar komprensiv u oġġettiv fl-Istati Membri dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- tagħrif aħjar għaċ-ċittadini dwar id-dritt li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u d-dritt li jirrikorru għand l-Ombudsman Ewropew;

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kampanji ta' tagħrif biex jiżdied l-għarfien dwar il-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u dwar l-Ombudsman Ewropew;

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– il-modernizzazjzoni tal-websajt Eures biex tkun tista' tintuża aktar faċilment u t-titjib tal-aġġornament regolari tagħha, u kampanja ta' tagħrif biex issir aktar viżibbli;

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kampanji ta' tagħrif biex jiżdiedu l-viżibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-multilingwiżmu tal-websajt Naric rigward ir-rikonoxximent tad-diplomi u l-kwalifiki;

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi msemmija fl-Artikolu 3(1), il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva ta’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili bħalma huma s-sħab soċjali.

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw attivitajiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea u jippermettu li l-isem tas-Sena Ewropea jintuża fil-promozzjoni ta’ dawk l-attivitajiet ladarba dawn ikunu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

3. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidentifikaw attivitajiet addizzjonali li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea u jippermettu li l-isem tas-Sena Ewropea jintuża fil-promozzjoni ta’ dawk l-attivitajiet ladarba dawn ikunu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib ukoll mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib ukoll mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u mas-sħab soċjali.

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi Ewropej attivi fil-qasam tad-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini u partijiet interessati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi Ewropej attivi fil-qasam tad-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini u partijiet interessati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u maċ-ċittadini.

Il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib ukoll ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw udjenzi speċifiċi, bħall-persuni b'diżabbiltà, il-gruppi vulnerbbli, iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, ir-Roma jew iċ-ċittadini ta' pajjiżi kandidati.

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5a

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli biżżejjed riżorsi baġitarji għall-ikkompletar b'suċċess tas-Sena Ewropea u tal-attivitajiet meħtieġa f’dan ir-rigward, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi tagħha.

Emenda  56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tal-inizjattivi previsti f’din id-Deċiżjoni.

Sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-valutazzjoni ġenerali tal-inizjattivi previsti f’din id-Deċiżjoni, biex iservi ta' bażi għall-politiki, il-miżuri u l-azzjonijiet futuri tal-Unjoni f’dan il-qasam. Wara l-esperjenza tas-Sena Ewropea, dak ir-rapport għandu jippreżenta wkoll ideat u proposti dwar kif iċ-ċittadini jiġu mgħarrfa aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, anke wara li tintemm is-Sena Ewropea.

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

Referenzi

COM(2011)0489 – C7-0217/2011 – 2011/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.9.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.9.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Inês Cristina Zuber

15.9.2011

Rapporteur(s) preċedenti

Ilda Figueiredo

Eżami fil-kumitat

5.12.2011

25.1.2012

29.2.2012

Data tal-adozzjoni

1.3.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Malika Benarab-Attou, Kinga Göncz, Jan Kozłowski, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Silvia-Adriana Ţicău

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (22.3.2012)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

(COM(2011)0489 – C7‑0217/2011 – 2011/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nikolaos Salavrakos

EMENDI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li gejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 20(2) ta’ dan tal-aħħar

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxu li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipulaw li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadin tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) L-Artikolu 20 jagħti wkoll liċ-ċittadini tal-Unjoni d-dritt li jivvutaw u li joħorġu bħala kandidati għall-Parlament Ewropew kif ukoll għall-gvern muniċipali, li jgawdu l-protezzjoni tal-missjoni diplomatika ta' kwalunkwe Stat Membru f'pajjiż terz fejn l-Istat Membru tagħhom ma jkunx rappreżentat.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom huma ċentrali għall-funzjonament tal-Unjoni, kif iddikjarat fl-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jenfasizzaw l-importanza tal-aspetti kollha tad-demokrazija parteċipattiva.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona saħħaħ l-istatus taċ-ċittadinanza fl-Unjoni u żied mad-drittijiet marbutin magħha, inkluż bl-introduzzjoni ta' dritt ġdid, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini, li tippermetti lil miljun ċittadin, minn għadd sinifikanti ta' Stati Membri, li jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta fi kwalunkwe qasam ta' responsabbiltà tal-UE.

(2) Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona saħħaħ l-istatus taċ-ċittadinanza fl-Unjoni u żied mad-drittijiet marbutin magħha, inkluż bl-introduzzjoni ta' dritt ġdid, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini, li tippermetti lil tal-anqas miljun ċittadin, minn tal-anqas kwart tal-Istati Membri, li jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta fi kwalunkwe qasam ta' responsabbiltà tal-UE.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) Kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandhom ikunu jistgħu, individwalment jew flimkien ma' ċittadini jew persuni oħra, fi kwalunkwe ħin, jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 227 tat-TFUE.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b) Kull ċittadin tal-Unjoni u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju tagħha reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jressqu petizzjonijiet quddiem l-Ombudsman Ewropew rigward każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea meta tkun qed taġixxi fir-rwol ġudizzjarju tagħha.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2c) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprovdi li kull persuna tista’ tikteb lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni b’waħda mil-lingwi tat-Trattati u għandha tirċievi tweġiba bl-istess lingwa.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "tqiegħed lill-individwu fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta tistabbilixxi "id-drittijiet taċ-Ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri.

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "hi mibnija fuq il-valuri indiviżibbli u universali tad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà" u "tqiegħed lill-individwu fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta tistabbilixxi "id-drittijiet taċ-Ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri. Dak id-dritt għandu għalhekk, mingħajr aktar dewmien, jingħata lil dawk ta’ nazzjonalità Rumena u dawk ta’ nazzjonalità Bulgara.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Bl-istess mod, il-Programm ta' Stokkolma jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini", billi jiżgura, fost affarijiet oħrajn, l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt taċ-ċittadini ta' moviment liberu.

(4) Bl-istess mod, il-Programm ta' Stokkolma jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini", billi jiżgura, fost affarijiet oħrajn, l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt taċ-ċittadini ta' moviment liberu, u jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, fis-sens li l-faċilitazzjoni tal-moviment ħieles u l-mobilità tal-ħaddiema hija mezz importanti biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-bidla demografika fuq is-suq tax-xogħol u biex jiżdiedu l-impjegabilità tal-persuni u l-kompetittività tal-industriji Ewropej.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Il-libertà tal-ħsieb, tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-pluraliżmu u l-indipendenza tal-midja huma prinċipji essenzjali għall-eżerċizzju taċ-ċittadinanza.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol filwaqt li jżidu l-impjegabbiltà tan-nies u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jew jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, jew id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għalhekk għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq waħdieni filwaqt li hija mutur ewlieni għat-tkabbir.

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol filwaqt li jżidu l-impjegabbiltà tan-nies u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Barra minn hekk, fl-isfond attwali ta' ċifri allarmanti ta' qgħad fi Stati Membri individwali, jipprovdu opportunità sabiex il-provvista u d-domanda tax-xogħol jerġgħu jinġiebu f'livelli aħjar u, konsegwenza ta' dan, jgħinu biex jittaffew it-tensjonijiet fis-suq Ewropew tax-xogħol. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jew jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, jew id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għalhekk għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq waħdieni filwaqt li hija mutur ewlieni għat-tkabbir.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorji tal-Istati Membri huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu li jiġi direttament miċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Meta ċ-ċittadini jestendu parti minn ħajjithom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra jew imorru jgħixu hemm, huma jsiru konxji tal-medda wiesgħa ta' drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, u jisfruttawhom. L-eżerċizju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għalhekk jikkontribwixxi biex jagħmel iċ-ċittadinanza fl-Ewropa realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

(8) Id-dritt li wieħed imur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorji tal-Istati Membri, inter alia għall-fini ta’ xogħol jew studju, huwa apprezzat ħafna miċ-ċittadini tal-Unjoni bħala dritt ewlieni tal-individwu li jiġi direttament miċ-ċittadinanza fl-Unjoni. F'dan is-sens, huwa juri u jippromwovi fehim aħjar tal-valur tal-integrazzjoni Ewropea, kif ukoll il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-formazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Meta ċ-ċittadini jestendu parti minn ħajjithom lil hinn mill-fruntieri nazzjonali billi jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra jew imorru jgħixu hemm, huma jsiru konxji tal-medda wiesgħa ta' drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, u jisfruttawhom. L-eżerċizju tad-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza għalhekk jikkontribwixxi biex jagħmel iċ-ċittadinanza fl-Ewropa realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni.

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jaffaċċjaw wisq ostakoli materjali u mhux ġustifikati biex imorru joqogħdu u b'mod partikolari biex jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Il-mobilità tal-istudenti tingħata appoġġ qawwi, inter alia, mill-programm Erasmus. Madankollu, għad fadal l-ostakli, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ nuqqasijiet fir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi u kwalifiki.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Minħabba li d-dritt ta' moviment liberu jtejjeb b'mod sinifikanti l-ħajja tal-individwi, huwa essenzjali li t-tagħrif dwar l-eżistenza ta' dan id-dritt u dwar il-kundizzjonijiet biex wieħed jeżerċitah ikun disponibbli fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Billi ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt, l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni għandhom isiru mal-Unjoni kollha.

(11) Minħabba li d-dritt ta' moviment liberu jtejjeb b'mod sinifikanti l-ħajja tal-individwi, huwa essenzjali li t-tagħrif dwar l-eżistenza ta' dan id-dritt, li l-eżerċizzju tiegħu jinkludi wkoll obbligi li jridu jiġu ssodisfati miċ-ċittadini (pereżempju jagħtu prova ta' impjieg regolari wara residenza ta' tliet xhur), ikun disponibbli fuq firxa kemm jista' jkun wiesgħa. Billi ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt, l-isforzi ta' sensibilizzazzjoni għandhom isiru mal-Unjoni kollha.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Mod partikolari, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali permezz tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; dawn ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-dritt li l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni.

(13) Mod partikolari, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali permezz tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; dawn ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-dritt li l-kwalifiki professjonali u akkademiċi tagħhom jiġu rikonoxxuti u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw b’mod komprensiv id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a) Iċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari l-ħaddiema li huma potenzjalment mobbli f’reġjuni transkonfinali, għandhom jiġu mgħarrfa bil-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol, fejn jistgħu jakkwistaw tagħrif dwar is-Servizzi Ewropej tax-Xogħol (in-netwerk EURES) u l-objettivi tiegħu.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b) Iċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ukoll jiġu mgħarrfa bil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, li jipprovdi tagħrif dwar is-sistemi tal-ġustizzja u jtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja fl-Unjoni kollha bi 22 lingwa.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) F'dan il-kuntest, iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bi kwalunkwe mezz ta' trasport fl-Unjoni Ewropea, u dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom bħala konsumaturi. Jekk iċ-ċittadini jkollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi huma mħarsin b'mod effettiv, huma jikkontribwixxu aktar biex is-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi jiżviluppa għall-potenzjal kollu tiegħu, u b'hekk ikunu jistgħu jgawdu aħjar il-benefiċċji minnu. Bl-istess mod iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-regoli tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq, biex ikunu jafu kif saħħithom u d-drittijiet tagħhom huma mħarsa mal-UE kollha, partikolarment fil-każ ta' theddid jew riskji li huma, bħala individwi, ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom. Huwa importanti wkoll li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità tajba f'kull pajjiż tal-Ewropa.

(14) F'dan il-kuntest, iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri meta jkunu qed jivvjaġġaw bi kwalunkwe mezz ta' trasport fl-Unjoni Ewropea, u dwar id-drittijiet transkonfinali tagħhom bħala konsumaturi. Jekk iċ-ċittadini jkollhom fiduċja li d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi huma mħarsin b'mod effettiv, u jkollhom aċċess sħiħ għal proċeduri irħas u sempliċi għas-soluzzjoni tat-tilwim (pereżempju b'rabta ma' xiri bl-internet), huma jikkontribwixxu aktar biex is-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi jiżviluppa għall-potenzjal kollu tiegħu, u b'hekk ikunu jistgħu jgawdu aħjar il-benefiċċji minnu. Bl-istess mod iċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-regoli tas-sikurezza ġenerali tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq, biex ikunu jafu kif saħħithom u d-drittijiet tagħhom huma mħarsa mal-UE kollha, partikolarment fil-każ ta' theddid jew riskji li huma, bħala individwi, ma jkunux jistgħu jlaħħqu magħhom. Huwa importanti wkoll li jittejjeb l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, biex ikunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ minn kura tas-saħħa sikura u ta' kwalità tajba f'kull pajjiż tal-Ewropa. F'dan ir-rigward, għandha ssir referenza wkoll għall-potenzjal vast tal-eHealth u t-telemediċina mhux biss għas-simplifikazzjoni tal-kura tas-saħħa transkonfinali, iżda wkoll biex titjieb il-kwalità u tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi mediċi nazzjonali.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Iżjed ma jkunu jafu ċ-ċittadini dwar il-benefiċċji, għalihom bħala individwi u għas-soċjetà, ta' dawn id-drittijiet, iżjed jistgħu jħossu li jappartjenu għall-Unjoni u jħossu lealtà lejha.

(16) Iżjed ma jkunu jafu ċ-ċittadini dwar il-benefiċċji, għalihom bħala individwi u għas-soċjetà, ta' dawn id-drittijiet, iżjed jistgħu jħossu li jappartjenu għall-Unjoni u jħossu lealtà lejha. Il-Kummissjoni jmissha tiżgura wkoll li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-midja jkunu involuti iktar mill-qrib biex jgħinu liċ-ċittadini jtejbu l-fehim tagħhom tal-impatt li l-politiki Ewropej għandhom fuq il-politiki nazzjonali u lokali. Il-kampanji ta' informazzjoni mwettqa bħala parti mis-Sena Ewropea għandhom għalhekk jikkomunikaw b'mod komprensiv ukoll il-valur miżjud ta' dawn id-drittijiet u, b'dan il-mod, jiżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, mingħajr eċċezzjoni, jsiru konxji għalkollox dwar iċ-ċittadinanza Ewropea tagħhom

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu.

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, biex jiġu identifikati l-ostakli għat-tgawdija sħiħa ta' dawk id-drittijiet, u tikkontribwixxi biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu, b'mod partikolari billi tiżgura l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti mis-soċjetà ċivili. Għaldaqstant, u sabiex jinkiseb fluss aħjar ta’ informazzjoni għaċ-ċittadini, se jkun meħtieġ rappurtar wiesgħa u effettiv dwar l-Unjoni mill-midja tal-Istati Membri.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) Fil-kuntest tas-Sena taċ-Ċittadini (2013) ippjanata, għandhom jittieħdu wkoll miżuri xierqa biex jiġu evitati u kkundannati l-forom kollha ta' intolleranza, diskriminazzjoni, umiljazzjoni u ksenofobija li jaffettwaw liċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment ħieles u li jivvjaġġaw, jistabbilixxu ruħhom u jaħdmu fl-Unjoni.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni hija tal-Istati Membri; l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkomplementa u żżid mal-azzjonijiet nazzjonali f'dan ir-rigward, kif enfasizzat fl-istqarrija politika, "Communicating Europe in Partnership" li ġiet iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

(22) Ir-responsabbiltà ewlenija għas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni hija tal-Istati Membri; Għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom b'mod sħiħ u jissodisfaw ir-responsabilità tagħhom għall-Ewropa li hija tagħna lkoll. Dan jinkludi l-għoti ta' fluss intensiv ta' informazzjoni ta' akkumpanjament u rappurtar immirat dwar l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tikkomplementa u żżid mal-azzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali f'dan ir-rigward, kif enfasizzat fl-istqarrija politika, "Communicating Europe in Partnership" li ġiet iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jista' jingħata finanzjament mill-Unjoni għal attivitajiet oħrajn minbarra dawk iffinanzjati skont il-baġit tas-Sena Ewropea permezz ta' programmi eżistenti tal-Unjoni jew mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" u l-programm "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza",

(25) Jista' jingħata finanzjament mill-Unjoni għal attivitajiet oħrajn minbarra dawk iffinanzjati skont il-baġit tas-Sena Ewropea permezz ta' programmi eżistenti tal-Unjoni jew mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" u l-programm "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza", il-programm Erasmus u l-inizjattiva Żgħażagħ Mobbli.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a) Valutazzjoni dettaljata tal-eżiti tal-miżuri mwettqa bħala parti mis-Sena Ewropea taċ-Ċittadini hija prerekwiżit għas-suċċess ta' Snin Ewropej futuri. L-objettiv għandu jkun valutazzjoni komprensiva ta' kif is-Sena Ewropea żvolġiet ruħha u x'kien l-impatt tanġibbli tagħha, li, f'xi każijiet, jinkludi fatturi kwantitattivi kumparabbli (pereżempju kemm persuni kienu fil-mira ta' liema miżuri).

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea se jkun biex iżid l-għarfien dwar id-drittijiet marbutin maċ-ċittadinanza fl-Unjoni, biex iċ-ċittadini jiġu mgħejjuna jisfruttaw bis-sħiħ id-dritt li jmorru minn post għal ieħor u joqogħdu liberament fejn iridu fit-territorji tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, is-Sena Ewropea se tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni ċivika u fuq l-aċċess għad-drittijiet taċ-ċittadini li joqogħdu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, mill-istudenti, l-ħaddiema, l-konsumaturi, u l-fornituri ta' prodotti u servizzi fl-Unjoni kollha.

L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea se jkun biex jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni, b'mod partikolari id-dritt li jmorru minn post għal ieħor u joqogħdu liberament fejn iridu fit-territorju tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, is-Sena Ewropea se tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni ċivika u fuq l-aċċess għad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej li joqogħdu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, mill-istudenti, l-ħaddiema, l-konsumaturi, u l-fornituri ta' prodotti u servizzi fl-Unjoni kollha. Għalhekk se sservi biex tenfasizza l-benefiċċji konkreti taċ-ċittadinanza Ewropea għall-individwi u l-importanza tal-parteċipazzjoni tagħhom fit-tiswir tal-proġett Ewropew kif ukoll, indirettament, biex issaħħaħ is-sens ta' appartenenza tal-Ewropej għall-Unjoni Ewropea. Is-Sena Ewropea tilħaq l-għan politiku tal-Kummissjoni li tqiegħed liċ-ċittadini fil-qalba tal-aġenda politika tal-Unjoni Ewropea u li tgħin biex l-Unjoni ssir realtà tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum tagħhom, billi tagħti effett reali lid-drittijiet tagħhom.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

(Ara l-emenda għall-inċiż 3)

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom biex jivvutaw fl-elezzjonijiet lokali u Ewropej fi kwalunkwe Stat Membru li fih joqogħdu;

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kif jistgħu, b'mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni waqt li jkunu qegħdin jgħixu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-forums ċiviċi dwar politiki u kwistjonijiet tal-Unjoni;

- li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kif jistgħu, b'mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni waqt li jkunu qegħdin jgħixu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-forums ċiviċi dwar politiki u kwistjonijiet tal-Unjoni, iżda wkoll tiġbdilhom l-attenzjoni għall-ostakoli li għadhom jeżistu biex jeżerċitaw dawk id-drittijiet u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati biex jeżerċitawhom;

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tiżviluppa netwerk aħjar ta’ riżorsi tal- informazzjoni u komunikazzjoni qawwija, inklużi għodod interattivi u li tipprovdi informazzjoni bil-lingwi kollha tal-Unjoni dwar il-politiki adottati fil-livell tal-Unjoni u l-impatt fuq il-ħajja privata u professjonali tan-nies;

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tistimola l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni f'fora ċiviċi dwar politiki u kwistjonijiet tal-Unjoni;

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza fl-UE, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni.

li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jiċċirkolaw u joqogħdu liberament fl-Unjoni Ewropea u b'mod aktar ġenerali li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza fl-UE, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni;

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom, skont id-dritt tal-Unjoni, li jkollhom aċċess għall-edukazzjoni, il-programmi soċjali u l-kura tas-saħħa bl-istess rata bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li fih huma residenti;

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini u tal-awtoritajiet dwar il-miżuri xierqa biex jiġu evitati u kkundannati l-forom kollha ta' intolleranza, diskriminazzjoni, umiljazzjoni u ksenofobija li jaffettwaw liċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment ħieles u li jivvjaġġaw, jistabbilixxu ruħhom u jaħdmu fl-Unjoni; li tħeġġeġ id-difiża tad-drittijiet fundamentali u tal-valuri Ewropej u tiġġieled il-forom kollha tal-estremiżmu, kif ukoll li l-Kummissjoni Ewropea, bħala l-gwardjan tat-Trattati, tintervjeni fiċ-ċirkostanzi fejn iseħħu tali sitwazzjonijiet biex tevita li ċ-ċittadini Ewropej jinqasmu f'żewġ kategoriji.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li żżid l-għarfien tal-fatt li mhux biss l-individwi li jitilqu mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom jibbenefikaw mill-istatus tagħhom ta' ċittadini tal-Unjoni, iżda li d-drittijiet assoċjati maċ-ċittadinanza tal-Unjoni jipprovdu lil kull ċittadin tal-Unjoni f'pajjiżu, mingħajr eċċezzjoni, b'valur miżjud tanġibbli fil-ħajjiet tagħhom ta' kuljum ukoll.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom li jissieħbu f'inizjattiva taċ-ċittadini skont l-Artikolu 11(4) tat-TUE;

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom għal protezzjoni mill-missjoni diplomatika ta' kwalunkwe Stat Membru f'pajjiż terz meta l-Istat Membru tagħhom ma jkunx irrappreżentat.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 3f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– li tqajjem il-kuxjenza taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jaħdmu fi Stat Membru ieħor u li tippromwovi din il-libertà billi tikoopera mal-partijiet interessati Ewropej u nazzjonali kollha;

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi;

- kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u s-soċjetà ċivili inklużi l-NGOs u l-organizzazzjonijiet bażiċi;

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-web portals multilingwi L-Ewropa Diretta u L-Ewropa Tiegħek bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

- it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tan-netwerks ta' informazzjoni li jistgħu jiġu kkonsultati fiżikament fl-Istati Membri u tal-web portals multilingwi L-Ewropa Diretta, il-Eures u L-Ewropa Tiegħek bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà ta' għodod għas-soluzzjoni ta' problemi, bħalma hu s-SOLVIT, li jippermettu liċ-ċittadini tal-Ewropa li jagħmlu l-aħjar użu tad-drittijiet tagħhom u li jiddefendu dawn id-drittijiet.

it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà ta' għodod u korpi għas-soluzzjoni ta' problemi, bħalma hu s-SOLVIT, u l-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Petizzjonijiet u l-Ombudsman Ewropew bil-għan li jippermettu liċ-ċittadini tal-Unjoni li jagħmlu użu aħjar tad-drittijiet tagħhom u li jiddefendu dawn id-drittijiet skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- l-intensifikazzjoni tal-għoti ta' informazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u d-dritt tagħhom li jressqu petizzjoni, speċjalment permezz tal-uffiċċji ta' informazzjoni tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri u n-netwerk tal-ombudsmen nazzjonali.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – inċiż 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– appoġġ attiv għal rappurtar komprensiv u oġġettiv mill-midja min-naħa tal-Istati Membri.

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mill-qrib mal-Parlament Ewropew biex tikkoordina azzjonijiet konġunti biex tiġi promossa s-Sena Ewropea taċ-Ċittadini.

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi Ewropej attivi fil-qasam tad-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini u partijiet interessati biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet jew korpi tas-soċjetà ċivili Ewropea attivi fil-qasam tad-difiża tad-drittijiet taċ-ċittadini u partijiet interessati, bħas-sħab soċjali Ewropej, pereżempju, biex jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea fil-Livell tal-Unjoni. Għandha torganizza wkoll seminars u avvenimenti kif ukoll kampanji tal-midja fl-Istati Membri kollha, għal informazzjoni aħjar għaċ-ċittadini kollha.

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Baġit

Il-pakkett finanzjarju għall-attivitajiet li għandhom isiru matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 għandu jkun ta’ EUR 5 miljun.

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Anness – parti B – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhemmx ħsieb li jkun hemm kofinanzjament tal-inizjattivi.

Programmi oħrajn tal-Unjoni, bħall-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" u l-programm "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza", jistgħu jintużaw biex jikkofinanzjaw l-attivitajiet taħt is-Sena Ewropea għaċ-Ċittadini.

(Ara l-Emenda għall-Artikolu 5(2))

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

Referenzi

COM(2011)0489 – C7-0217/2011 – 2011/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.9.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PETI

13.9.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Nikolaos Salavrakos

3.10.2011

Data tal-adozzjoni

19.3.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Elena Băsescu, Heinz K. Becker, Victor Boştinaru, Philippe Boulland, Simon Busuttil, Giles Chichester, Carlos José Iturgaiz Angulo, Peter Jahr, Lena Kolarska-Bobińska, Miguel Angel Martínez Martínez, Erminia Mazzoni, Judith A. Merkies, Ana Miranda, Mariya Nedelcheva, Chrysoula Paliadeli, Nikolaos Salavrakos, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zoltán Bagó, Kinga Göncz, Gerald Häfner, Norica Nicolai, Cristian Dan Preda

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Pirillo

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (21.3.2012)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

(COM(2011)0489 – C7‑0217/2011 – 2011/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gerald Häfner

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Parlament Ewropew adotta fil-15 ta' Diċembru 2010 riżoluzzjoni dwar il-jeddijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (P7_TA(2010)0483). F'din ir-riżoluzzjoni l-Parlament stieden lill-Kummissjoni biex “tinnomina l-2013 bħala s-Sena Ewropea taċ-Ċittadinanza biex tagħti imbuttatura lid-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni bid-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari d-drittijiet il-ġodda li jirriżultaw mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona”.

Il-Kummissjoni issa wieġbet għal din it-talba tal-Parlament bil-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013) (COM(2011)489 finali).

Bażi legali

Il-Kummissjoni għażlet l-Artikolu 21(2) TFUE bħala l-bażi ġuridika għall-proposta tagħha, li jiddisponi li, jekk issir neċessarja l-azzjoni min-naħa tal-Unjoni għall-ksib ta’ dan l-objettiv (il-jedd ta’ kull ċittadin tal-Unjoni għall-moviment u r-residenza liberi fit-territorji tal-Istati Membri), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet bl-i’kop li jiffaċilitaw l-eżerċizzju ta’ dawn il-jeddijiet. Id-deċiżjoni ssir skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-artikoli l-oħrajn tat-Trattati ma jagħtux tali possibilità diretta għal azzjoni, u jekk jagħmlu hekk, kif jagħmel l-Artikolu 25 TFUE, tkun rikjesta proċedura leġiżlattiva speċjali.

Il-problema bil-bażi leġiżlattiva magħżula iżda hija li tidderiġi l-attivitajiet l-aktar lejn il-jedd għall-moviment liberu, għad-detriment tal-jeddijiet l-oħrajn taċ-ċittadini – l-aktar dawk li jirriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona, kif talab il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu. Għalhekk għandu jiġi ċċarat fid-Deċiżjoni li l-libertà tal-moviment liberu ma tistax tiġi eżerċitata għalkollox jekk ma tkunx marbuta mal-jeddijiet l-oħrajn taċ-ċittadini Ewropej: il-jeddijiet politiċi, ekonomiċi u soċjali.

Attivitajiet

Il-kamp tal-programm ta’ azzjoni għandu jitwessa’ ħalli jinkludi l-jeddijiet kollha marbutin maċ-ċittadinanza u mal-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva u parteċipatorja.

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini ma għandhiex tikkonċentra biss fuq l-informazzjoni taċ-ċittadini dawn jeddijiethom li ġa jeżistu, imma għandha tagħti liċ-ċittadini nfushom il-possibilità li jfissru t-tħassib u l-ideat tagħhom - ukoll dwar jeddijiet ġodda li jistgħu jaraw neċessarji. Għandha sservi ħalli ssaħħaħ u tistimula l-attività u ċ-ċittadinanza parteċipatorja fil-livelli kollha u f’kull stadju tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għal dak il-fini u għalbiex ir-riżultat tas-Sena jippersisti, għandhom jitqiesu l-ideat li jkun żviluppat qafas strutturat għad-djalogu ċivili Ewropew, għall-iżvilupp ta' kunċett ħolistiku taċ-ċittadinanza, u għat-twaqqif ta' uffiċċju permanenti għal Rappreżentant Speċjali għall-Parteċipazzjoni taċ-Ċittadini fl-Unjoni Ewropew li, inter alia, jimmonitorja u jirrapporta dwar il-veduti tal-Istati u taċ-ċittadini dwar l-involviment u l-parteċipazzjoni tagħhom u jagħmel proposti għal aktar titjib.

Il-mezzi sitwati fl-internett jagħtu opportunitajiet tajbin għall-komunikazzjoni interattiva, imma wkoll huma meħtieġa laqgħat fejn iċ-ċittadini jistgħu jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ ma’ min jieħu d-deċiżjoni.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma sieħba eċċellenti fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet u tal-inizjattivi bħalma huma dawk fuq livell Ewropew, nazzjonali u lokali.

Ir-rwol tal-Istati Membri huwa siewi għas-suċċess tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. L-istakeholders relevanti kollha għandhom ikunu involuti fit-tħejjijiet u l-implementazzjoni tas-Sena. Iż-żgħażagħ għandhom ikun grupp li tingħatalu attenzjoni spċjali.

L-għażla ta’ liema żmien matul is-sena proprju qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew jisħaq dwar l-importanza li jkunu aċċentwati l-jeddijiet elettorali. B’dana kollu, ma huwiex biżżejjed li ċ-ċittadini jkunu konxji minn jeddhom għall-vot, imma wkoll għandhom ikunu konvinti li l-vot tagħhom għandu xi influwenza fuq ħajjithom. Għandhom ikunu organizzati kampanji flimkien mal-Parlament Ewropew u l-partiti politiċi Ewropej.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala kumitat responsabbli, biex jinkorpora fir-rapport tiegħu l-emendi li gejjin.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza fl-Unjoni hija addizzjonali għaċ-Ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom, fost oħrajn, id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri. Id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

(1) L-Artikolu 20(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi li ċ-ċittadinanza tal-Unjoni hija addizzjonali għaċ-ċittadinanza tal-Istati Membri rispettivi, u jistipula li kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza fi Stat Membru għandha tkun ċittadina tal-Unjoni. It-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 jispeċifika li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom jibbenefikaw mid-drittijiet u jkunu soġġetti għad-dmirijiet preskritti fit-Trattati, u li jkollhom id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fit-territorji tal-Istati Membri, il-jedd tal-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropewp u fl-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, bl-istess kondizzjonijiet bħal tan-nazzjonali ta' dak l-Istat, il-jedd għat-tgawdija, fit-territorju ta' pajjiż terz li fih Stat Membru li tiegħu huma nazzjonali ma jkunx rappreżentat, il-protezzjoni tal-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari ta’ kull Stat Membru bl-istess kondizzjonijiet tan-nazzjonali ta' dak l-Istat, u l-jedd għall-petizzjoni lill-Parlament Eworpew, għar-rikors għall-Ombudsman Ewropew, u l-indirizz lill-istituzzjonijiet u lill-korpi ta’ konsulenza tal-Unjoni f’kull wieħed mill-ilsna tat-Trattat u l-otteniment ta’ risposta fl-istess ilsien. Id-drittijiet li ġejjin miċ-ċittadinanza tal-Unjoni huma stabbiliti ukoll fl-Artikoli 21, 22, 23 u 24 tat-TFUE.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) L-Artikolu 25 tat-TFUE jobbliga lill-Kummissjoni tirraporta kull tliet snin dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni u aktar minn hekk jagħti lil-leġiżlaturi d-dritt li jsaħħu d-drittijiet elenkati fl-Artikolu 20(2) tat-TFUE jew iżidu magħhom.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona saħħaħ l-istatus taċ-ċittadinanza fl-Unjoni u żied mad-drittijiet marbutin magħha, inkluż bl-introduzzjoni ta' dritt ġdid, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini, li tippermetti lil miljun ċittadin, minn għadd sinifikanti ta' Stati Membri, li jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta fi kwalunkwe qasam ta' responsabbiltà tal-UE.

(2) Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona saħħaħ b’mod sinifikanti ċ-ċittadinanza tal-Unjoni u żied mad-drittijiet marbutin magħha, inkluż bl-introduzzjoni ta’ drittijiet u strumenti ġodda, b’mod partikolari l-Inizjattiva taċ-Ċittadini, li tippermetti lil miljun ċittadin, minn għadd sinifikanti ta' Stati Membri, li jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta fi kwalunkwe qasam ta' responsabbiltà tal-UE. Skont ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini1, l-inizjattiva taċ-ċittadini se tapplika mill-1 ta' April 2012.

________________

1 ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "tqiegħed lill-individwu fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta tistabbilixxi "id-drittijiet taċ-Ċittadini", inkluż, fl-Artikolu 45, id-dritt ta' kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċirkola u jgħix bla xkiel fit-territorji tal-Istati Membri.

(3) Id-drittijiet li huma inerenti fiċ-ċittadinanza huma inkorporati fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Preambolu tal-Karta, l-Unjoni "tqiegħed lill-individwu fil-qalba tal-attivitajiet tagħha billi tistabbilixxi ċittadinanza tal-Unjoni u billi toħloq spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja". Il-Kapitolu V tal-Karta jistabbilixxi d-“drittijiet taċ-Ċittadini”. Għaldaqstant huwa b'konsegwenza ta' dan li teżisti preżunzjoni ġenerali kontra t-telf taċ-ċittadinanza.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Iċ-ċittadinanza attiva u parteċipatorja tinkludi wkoll l-aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni, it-trasparenza, il-governanza u l-amministrazzjoni tajba, il-parteċipazzjoni demokratika u r-rappreżentanza, it-teħid tad-deċiżjonijiet kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadini, il-ħarsien minn kull għamla ta' diskriminazzjoni, u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-inklużjoni tal-gruppi minoritarji.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b) L-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Unjoni taderixxi mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), u n-negozjati li għaddejjin bħalissa għal dan il-għan mhumiex se jiġu konklużi mingħajr deċiżjoni unanima tal-Kunsill wara li jkun inkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew, segwit mill-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha, b'konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom u r-ratifika mill-istati firmatarji kollha tal-Kunsill tal-Ewropa.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Bl-istess mod, il-Programm ta' Stokkolma jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini", billi jiżgura, fost affarijiet oħrajn, l-eżerċizzju sħiħ tad-dritt taċ-ċittadini ta' moviment liberu.

(4) Bl-istess mod, il-Programm ta' Stokkolma jqiegħed liċ-ċittadin fil-qalba tal-politiki Ewropej fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja. Huwa jiffoka l-azzjonijiet tiegħu fuq "il-binja ta' Ewropa għaċ-ċittadini".

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fir-"Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona" il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiddedika s-Sena Ewropea 2013 għaċ-ċittadinanza biex tqajjem id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza fl-Unjoni u biex tgħarraf liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari dwar id-drittijiet ġodda li rriżultaw bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

(5) Fir-"Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar il-qagħda tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea (2009) – implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona" il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex l-2013 issir is-Sena Ewropea għaċ-Ċittadinanza biex tqajjem id-dibattitu dwar iċ-ċittadinanza Ewropea u biex tgħarraf liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet tagħhom, b'mod partikolari dwar id-drittijiet ġodda li rriżultaw bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol filwaqt li jżidu l-impjegabbiltà tan-nies u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jew jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, jew id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri u turisti. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għalhekk għandha l-potenzjal li ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq waħdieni filwaqt li hija mutur ewlieni għat-tkabbir.

(7) B'mod partikolari, il-moviment liberu u l-mobbiltà tal-ħaddiema jgħinu biex jindirizzaw il-konsegwenzi tat-tibdil demografiku fuq is-suq tax-xogħol filwaqt li jżidu l-impjegabbiltà tan-nies u l-kompetittività tal-industriji Ewropej. Fl-istess ħin, il-moviment liberu jew jippermetti, bħala kundizzjoni essenzjali, jew iħeġġeġ l-eżerċizzju miċ-ċittadini, ta' medda wiesgħa ta' drittijiet li hemm disponibbli għalihom fil-liġi tal-Unjoni, bħalma huma d-drittijiet tagħhom li jkollhom aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħala konsumaturi, jew id-drittijiet li għandhom bħala passiġġieri. residenti, studenti u turisti. Il-faċilitazzjoni tal-moviment liberu għalhekk se ttejjeb l-opportunitajiet taċ-ċittadini li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq waħdieni filwaqt li hija mutur ewlieni għat-tkabbir.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Minkejja li d-dritt ta' moviment liberu u ta' residenza huwa stabbilit sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u li ġie żviluppat b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dan id-dritt fil-prattika. Barra mill-inċertezza dwar il-vantaġġi tal-mobbiltà, iċ-ċittadini tal-Unjoni jsibu wisq ostakoli materjali biex imorru joqogħdu u jaħdmu fi Stat ieħor tal-Unjoni.

(9) Minkejja li d-drittijiet ta' ċittadinanza tal-UE huma stabbiliti sew fil-leġiżlazzjoni ewlenija tal-Unjoni, u żviluppati b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni sekondarja, għad hemm lakuna bejn ir-regoli legali applikabbli u r-realtà li jiffaċċaw iċ-ċittadini meta jippruvaw jeżerċitaw dawn id-drittijiet fil-prattika.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, "Dismantling the obstacles to EU citizens' rights", il-Kummissjoni indirizzat l-ostakoli ewlenin li għadhom jiffaċċaw iċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u elenkat 25 azzjoni tanġibbli li jistgħu jsiru biex jitneħħew dawn l-ostakoli. Wieħed mill-ostakoli li ġie identifikat f'dan il-kuntest kien in-nuqqas ta' għarfien. Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom għaliex jonqoshom l-għarfien dwarhom, u ħabbret il-ħsieb tagħha li tintensifika t-tixrid fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tat-tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom, u b'mod partikolari dwar id-drittijiet tal-moviment liberu.

(10) Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, "Dismantling the obstacles to EU citizens' rights", il-Kummissjoni indirizzat l-ostakoli ewlenin li għadhom jiffaċċaw iċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum meta jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni, u elenkat 25 azzjoni tanġibbli li jistgħu jsiru biex jitneħħew dawn l-ostakoli. Wieħed mill-ostakoli li ġie identifikat f'dan il-kuntest kien in-nuqqas ta' għarfien. Fir-Rapport 2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni kkonkludiet li ċ-ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom għaliex jonqoshom l-għarfien dwarhom, u ħabbret il-ħsieb tagħha li tintensifika t-tixrid fost iċ-ċittadini tal-Unjoni tat-tagħrif dwar id-drittijiet tagħhom, u b'mod partikolari dwar id-drittijiet tal-moviment liberu. Bl-iskop li tikber il-kuxjenza, tali tixrid ta’ tagħrif għandu jsir fl-ilsna kollha tal-Unjoni u għandu jkun indirizzat lejn iċ-ċittadini kollha u jkun aċċessibbli minnhom ilkoll, inkluż bl-użu ta’ għodod ta’ komunikazzjoni u netwerks soċjali.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Mod partikolari, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali permezz tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; dawn ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-dritt li l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni.

(13) Mod partikolari, iċ-ċittadini li jkunu qed jaħsbuha għandhomx jeżerċitaw id-dritt ta' moviment liberu għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet li jakkwistaw jew iżommu d-drittijiet tas-sigurtà soċjali permezz tar-regoli tal-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali; dawn ir-regoli jiżguraw li huma ma jitilfux id-drittijiet tagħhom tas-sigurtà soċjali jekk jagħżlu li jmorru minn post għal ieħor fl-Ewropa. Għandhom jiġu mgħarrfa wkoll dwar id-dritt li l-kwalifiki professjonali tagħhom jiġu rikonoxxuti u dwar il-kompetenzi soċjali u ċivili li jiffurmaw parti mill-qafas Ewropew ta' "Kompetenzi Ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja" u li jistgħu jgħinuhom biex jieħdu sehem sħiħ fil-ħajja ċivika u jtuhom is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġijiet tal-Unjoni. Jistgħu jiġu implimentati azzjonijiet speċifiċi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom biex jaħdmu bħala voluntiera, jistudjaw barra minn pajjiżhom, jagħmlu internship fi Stat Membru ieħor jew jieħdu sehem fi programmi ta' skambju tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) L-ugwaljanza bejn is-sessi hija waħda mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni u trid titħares fl-attivitajiet kollha tagħha. Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 għandha tinkoraġġixxi lill-persuni taż-żewġ sessi jipparteċipaw b'mod attiv fl-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament kemm bħali votanti kif ukoll bħala kandidati.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-possibilità ta' involviment dirett miċ-ċittadini Ewropej fil-partiti politiċi Ewropej permezz tal-adozzjoni ta' reġim legali komuni jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ħajja pubblika tal-Unjoni.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Iżjed ma jkunu jafu ċ-ċittadini dwar il-benefiċċji, għalihom bħala individwi u għas-soċjetà, ta' dawn id-drittijiet, iżjed jistgħu jħossu li jappartjenu għall-Unjoni u jħossu lealtà lejha.

(16) Iżjed ma jkunu jafu ċ-ċittadini dwar il-benefiċċji tad-drittijiet taghħom, għalihom bħala individwi u għas-soċjetà u l-involviment attiv taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, iżjed jistgħu jħossu li jappartjenu għall-Unjoni u jħossu lealtà lejha

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Dibattitu transkonfinali fi ħdan l-UE għandu jitħeġġeġ, speċjalment fir-rigward tal-Inizjattivi taċ-Ċittadini”

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16b) Iż-żgħażagħ għandhom ikunu grupp fil-mira partikolari matul is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini. L-iskejjel għandu jkollhom rwol importanti fl-offerta ta’ edukazzjoni ċivika dwar l-Unjoni.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju tad-dritt ta' moviment liberu.

(17) Sena Ewropea taċ-Ċittadini fl-2013 tkun toffri opportunità f'waqtha biex jiżdied l-għarfien tal-pubbliku dwar id-drittijiet u r-responsabilitajiet li hemm marbuta maċ-ċittadinanza tal-Unjoni, u b'hekk tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan ta' ffaċilitar tal-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, inklużi d-drittijiet elettorali fl-Istat Membru fejn joqogħdu, hija importanti wkoll minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014. L-impatt ta' dawn l-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għandu jiġi mkattar mill-koordinazzjoni mill-qrib u bl-użu tas-sinerġiji ma' azzjonijiet rilevanti implimentati minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, b'mod notevoli, il-Parlament Ewropew, u mill-Istati Membri fiż-żmien ta' qabel dawn l-elezzjonijiet.

(19) Is-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini, inklużi d-drittijiet elettorali fl-Istat Membru fejn joqogħdu, hija importanti wkoll minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014. L-impatt ta' dawn l-azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni għandu jiġi mkattar mill-koordinazzjoni mill-qrib u bl-użu tas-sinerġiji ma' azzjonijiet rilevanti implimentati minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, b'mod notevoli, il-Parlament Ewropew, mill-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, u mill-Istati Membri fiż-żmien ta' qabel dawn l-elezzjonijiet.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a) L-inizjattivi kollha mnedija għas-Sena Ewropea, kif ukoll fi ħdanha, għandhom iservu ta' benefiċċju kemm taċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, sabiex b'hekk jiżdied il-fehim u l-kooperazzjoni reċiproċi.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Jista' jingħata finanzjament mill-Unjoni għal attivitajiet oħrajn minbarra dawk iffinanzjati skont il-baġit tas-Sena Ewropea permezz ta' programmi eżistenti tal-Unjoni jew mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" u l-programm "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza",

(25) Jista' jingħata finanzjament mill-Unjoni għal attivitajiet oħrajn minbarra dawk iffinanzjati skont il-baġit tas-Sena Ewropea permezz ta' programmi eżistenti tal-Unjoni jew mill-Fondi Strutturali, bħalma hu l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini", il-Programm għat-Tagħlim matul il-Ħajja, il-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, u l-programm "Id-Drittijiet Fundamentali u ċ-Ċittadinanza",

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea se jkun biex iżid l-għarfien dwar id-drittijiet marbutin maċ-ċittadinanza fl-Unjoni, biex iċ-ċittadini jiġu mgħejjuna jisfruttaw bis-sħiħ id-dritt li jmorru minn post għal ieħor u joqogħdu liberament fejn iridu fit-territorji tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, is-Sena Ewropea se tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni ċivika u fuq l-aċċess għad-drittijiet taċ-ċittadini li joqogħdu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, mill-istudenti, l-ħaddiema, l-konsumaturi, u l-fornituri ta' prodotti u servizzi fl-Unjoni kollha.

L-għan ġenerali tas-Sena Ewropea se jkun biex iżid l-għarfien u tkun promossa l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet u r-responsabilitajiet marbutin maċ-ċittadinanza fl-Unjoni, biex iċ-ċittadini jiġu mgħejjuna jisfruttaw bis-sħiħ id-drittijiet taghħom, inter alia li jmorru minn post għal ieħor u joqogħdu liberament fejn iridu fit-territorji tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, is-Sena Ewropea se tiffoka, fost affarijiet oħra, fuq l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni ċivika u fuq l-aċċess għad-drittijiet politiċi, soċjali u ekonomiċi taċ-ċittadini li joqogħdu fi Stat Membru, anki meta mhux nattiv tagħhom, mill-istudenti, il-ħaddiema, il-konsumaturi, u l-fornituri ta' prodotti u servizzi fl-Unjoni kollha.

Abbażi ta' dan, l-għanijiet speċifiċi tas-Sena Ewropea se jkunu:

Abbażi ta' dan, l-għanijiet speċifiċi tas-Sena Ewropea se jkunu:

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti għaċ-ċittadini tal-Unjoni f'sitwazzjonijiet transkonfinali, inkluż id-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni;

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni, u l-abilità li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt li jsiefru u jmorru jgħixu liberament fl-Unjoni Ewropea, u b'mod iżjed ġenerali dwar id-drittijiet iggarantiti u r-responsabilitajiet li hemm fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni, b’mod partikolari d-drittijiet il-ġodda li jirriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona, inkluż id-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, inter alia permezz tal-inizjattiva taċ-ċittadini;

– li żżid l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kif jistgħu, b'mod reali, jibbenefikaw mid-drittijiet u l-politiki tal-Unjoni waqt li jkunu qegħdin jgħixu fi Stat Membru mhux nattiv tagħhom, u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-forums ċiviċi dwar politiki u kwistjonijiet tal-Unjoni;

– issaħħaħ u tistimula l-attività u ċ-ċittadinanza parteċipatorja fil-livelli kollha u f’kull stadju tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

– tiżviluppa qafas strutturat għal djalogu ċivili Ewroepw u l-organizzazzjoni ta’ fora ċiviċi fuq il-politiki u kwestjonijiet tal-Unjoni;

– li tħeġġeġ dibattitu dwar l-impatt u l-potenzjal tad-dritt għall-moviment liberu bħala aspett inaljenabbli taċ-ċittadinanza fl-UE, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni.

– tħeġġeġ dibattitu fit-tul dwar it-tifsira, l-impatt u l-potenzjal tal-aspetti kollha taċ-ċittadinanza fl-UE, b'mod partikolari mill-perspettiva tat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-fehim reċiproku fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, u tal-għaqda bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni;

– li ssaħħaħ u tkabbar id-drittijiet ċiviċi billi tikkonkludi l-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali;

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 jistgħu jinkludu l-inizjattivi li ġejjin organizzati f’livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea:

1. Il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 jistgħu jinkludu l-inizjattivi li ġejjin organizzati f’livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali marbuta mal-għanijiet tas-Sena Ewropea:

– kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi;

– kampanji ta' tagħrif, ta' edukazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-pubbliku ġenerali u lejn udjenzi aktar speċifiċi, li jagħtu wkoll liċ-ċittadini l-opportunità li jleħħnu fehmiethom;

– it-tpartit tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-prattika tajba ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u ta' organizzazzjonijiet oħra;

– it-tpartit tal-informazzjoni, tal-esperjenza u tal-prattika tajba ta' amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, u ta' organizzazzjonijiet oħra;

– konferenzi u avvenimenti li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza u l-benefiċċji tad-dritt ta' moviment u residenza liberi, u b'mod aktar ġenerali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini bħala ċittadini tal-Unjoni;

– konferenzi u avvenimenti li jinvolvu lill-partijiet interessati relevanti kollha, inklużi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi r-rappreżentanti ta’ persuni vulnerabbli, is-sħab soċjali, il-korpi amministrattivi nazzjonali, reġjonali u lokali u l-istituzzjonijiet edukattivi, li jippromwovu d-dibattitu u jissensibilizzaw liċ-ċittadini dwar l-importanza u l-benefiċċji tad-dritt ta' moviment u residenza liberi, u b'mod aktar ġenerali dwar id-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini bħala ċittadini tal-Unjoni;

– l-użu tal-għodod multilingwi eżistenti għall-parteċipazzjoni biex iħeġġu l-kontributi taċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod tanġibbli, u b'mod iżjed ġenerali biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea;

– l-użu tal-għodod multilingwi eżistenti għall-parteċipazzjoni u l-iżvilupp ta' għodod parteċipatorji ġodda, inklużi għodod ibbażati fuq l-internet li jipprovdu spazju fejn iċ-ċittadini jistgħu jesprimu lilhom infushom, jiddiskutu u jressqu fuq l-aġenda kwistjonijiet Ewropej, sabiex jippromwovu ċittadinanza deliberattiva u parteċipatorja u biex iħeġġu l-kontributi taċ-ċittadini biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod tanġibbli, u b'mod iżjed ġenerali biex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea;

– it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-web portals multilingwi L-Ewropa Diretta u L-Ewropa Tiegħek bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni;

– it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà tal-web portals multilingwi Europe Direct Network u Your Europe bħala elementi ewlenin ta' sistema ta' informazzjoni fejn wieħed isib kollox dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni, speċjalment b'użu dejjem akbar tal-għodod tal-komunikazzjoni diġitali u tan-netwerks soċjali;

– it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà ta' għodod għas-soluzzjoni ta' problemi, bħalma hu s-SOLVIT, li jippermettu liċ-ċittadini tal-Ewropa li jagħmlu l-aħjar użu tad-drittijiet tagħhom u li jiddefendu dawn id-drittijiet.

– it-tisħiħ tar-rwol u tal-viżibbiltà ta' għodod għas-soluzzjoni ta' problemi, bħalma hu s-SOLVIT, li jippermettu liċ-ċittadini tal-Ewropa li jagħmlu l-aħjar użu tad-drittijiet tagħhom u li jiddefendu dawn id-drittijiet.

– inizjattivi oħrajn bħall-kompetizzjonijiet tal-esejs, l-iskejjel tas-sajf, l-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ azzjoni u gwidi, jew agora onlajn,

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri u ma' korpi u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi lokali u reġjonali, b'mod partikolari l-Kumitat tar-Reġjuni.

Il-Kummissjoni se tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri, mal-Parlament Ewropew u ma' korpi u assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi lokali u reġjonali, b'mod partikolari l-Kumitat tar-Reġjuni.

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

Referenzi

COM(2011)0489 – C7-0217/2011 – 2011/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.9.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

13.9.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Gerald Häfner

5.10.2011

Eżami fil-kumitat

26.1.2012

28.2.2012

Data tal-adozzjoni

20.3.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, György Schöpflin, Alexandra Thein, Rainer Wieland

PROĊEDURA

Titolu

Is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)

Referenzi

COM(2011)0489 – C7-0217/2011 – 2011/0217(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.8.2011

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.9.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

13.9.2011

CULT

13.9.2011

AFCO

13.9.2011

PETI

13.9.2011

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Antigoni Papadopoulou

11.10.2011

Eżami fil-kumitat

17.10.2011

9.2.2012

28.2.2012

8.5.2012

3.9.2012

Data tal-adozzjoni

3.9.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Rui Tavares, Nils Torvalds, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Monika Hohlmeier, Franziska Keller, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Marie-Christine Vergiat, Glenis Willmott

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ádám Kósa, Justas Vincas Paleckis, Iuliu Winkler

Data tat-tressiq

21.9.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza