RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)

16.10.2012 - (COM(2011)0793 – C7‑0454/2011 – 2011/0373(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Louis Grech
Rapporteurs għal opinjoni (*):
Cristian Silviu Buşoi, Kumitat għall-Affarijiet Legali
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura


Proċedura : 2011/0373(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0280/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)

(COM(2011)0793 – C7‑0454/2011– 2011/0373(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0793),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0454/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Bundesrat tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-28 ta’ Marzu 2012[1] ,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0280/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114 u 169 tiegħu,

Emenda          2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 169(1) u l-Artikolu 169(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tiegħu. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur.

(1) L-Artikolu 169(1) u l-Artikolu 169(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur inter alia permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tiegħu. L-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-politiki tal-Unjoni għandhom jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi. Sabiex il-konsumaturi jkollhom fiduċja fis-suq intern u jibbenefikaw minnu, huwa meħtieġ li dawn ikollhom aċċess għal modi faċli u irħas biex isolvu t-tilwim li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi. Dan japplika għat-transazzjonijiet offline kif ukoll dawk online u huwa partikolarment importanti meta l-konsumaturi jixtru bejn il-fruntieri.

(2) Skont l-Artikolu 26(2) TFUE, is-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi. Is-suq intern għandu jipprovdi lill-konsumaturi b’valur miżjud fil-forma ta’ kwalità aħjar, varjetà ikbar, prezzijiet raġonevoli u standards ta’ sikurezza għoljin għal oġġetti u servizzi, li għandhom jippromwovu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika l-benefiċċji tanġibbli li s-suq intern għandu joffri lill-konsumaturi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-frammentazzjoni tas-suq intern hija ta’ detriment għall-kompetittività, it-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi fl-Unjoni. L-eliminazzjoni tal-ostakli diretti u indiretti għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u t-tisħiħ tal-fiduċja taċ-ċittadini hija essenzjali għall-ikkompletar tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Is-suq intern huwa maħsub biex jistabbilixxi spazju li jaqsam il-fruntieri nazzjonali fejn iċ-ċittadini u n-negozji jistgħu jiċċaqilqu u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, iżda l-livell għoli ta’ frammentazzjoni jwassal għal nuqqasijiet li jiffrustraw liċ-ċittadini.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Il-garanzija ta’ aċċess għal metodi sempliċi, effiċjenti, espedjenti u bi prezz baxx għas-soluzzjoni ta’ tilwim domestiku u transkonfinali li jirriżulta mill-bejgħ ta’ oġġetti jew mill-provvista ta’ servizzi għandha tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għalhekk għandha żżid il-fiduċja tagħhom fis-suq. Dak l-aċċess għandu japplika kemm għat-tranżazzjonijiet offlajn kif ukoll għal dawk onlajn, u huwa partikolarment importanti meta l-konsumaturi jagħmlu xiri transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

It-titjib tal-fiduċja tal-konsumaturi li jistgħu jiksbu rimedju madwar l-Unjoni jżid il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq, filwaqt li jipprovdilhom aċċess għal firxa iktar wiesgħa ta’ prodotti u jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim toffri soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi, rapida u rħisa għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. Madankollu, is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għad mhijiex żviluppata biżżejjed madwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw il-potenzjal kollu tagħha, huwa meħtieġ li s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tkun disponibbli għat-tipi kollha ta' tilwim tal-konsumaturi, li l-livelli ta' kwalità tal-proċeduri tal-ADR ikunu l-istess u l-konsumaturi u n-negozjanti jkunu konxji ta' tali proċeduri. Huwa wkoll meħtieġ li l-entitajiet tal-ADR jimmaniġġjaw it-tilwim transkonfinali b'mod effettiv.

(3) Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim toffri soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi, rapida u rħisa għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. Madankollu, is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għad mhijiex żviluppata biżżejjed u b’mod konsistenti madwar l-Istati Membri. Huwa ta’ dispjaċir li, minkejja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għas-soluzzjoni extraġudizzjarja ta' tilwim tal-konsumaturi1 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2001/310/KE tal-4 ta’ April 2001dwar il-prinċipji għal korpi extraġudizzjarji involuti fir-riżoluzzjoni konsenswali tat-tilwim tal-konsumaturi2, il-mekkaniżmi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ma ġewx stabbiliti korrettament u mhux qed jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti fiż-żoni ġeografiċi jew fis-setturi tan-negozju kollha fl-Unjoni. Il-konsumaturi u n-negozjanti għadhom mhux konxji tal-mekkaniżmi eżistenti ta’ rimedju alternattiv, b’persentaġġ żgħir biss ta’ ċittadini li jafu kif iressqu lment ma’ entità tal-ADR.

 

_____________

 

1 ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.

 

2 ĠU L 109, 19.4.2001, p. 56.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-ostakli u l-lakuni li fadal, bħalma huma n-nuqqas ta’ informazzjoni, l-iżvilupp ġeografiku u settorjali mhux uniformi ta’ sistemi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) u r-regolamentazzjoni frammentata u mhux ikkoordinata, jxekklu l-kapaċità tal-konsumaturi li jixtru b’fiduċja, speċjalment f'xiri transkonfinali. Għall-istess raġunijiet, in-negozjanti jistgħu jirrinunzjaw milli jbigħu lil konsumaturi fi Stati Membri oħra meta ma jkollhomx aċċess suffiċjenti għal proċeduri tal-ADR ta' kwalità għolja. Barra minn hekk, negozjanti stabbiliti fi Stat Membru fejn mhumiex disponibbli biżżejjed proċeduri tal-ADR ta' kwalità qegħdin fi żvantaġġ kompetittiv fir-rigward ta' negozjanti li għandhom aċċess għal tali proċeduri u li għalhekk jistgħu jsolvu tilwim mal-konsumaturi b'mod aktar rapidu u irħas. Id-diskrepanzi fil-kopertura, fil-kwalità u fl-għarfien tal-ADR fl-Istati Membri huma ostaklu għas-suq uniku u jirrikjedu azzjoni fil-livell tal-Unjoni. Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi standards minimi għall-kwalità tal-entitajiet tal-ADR, li jiggarantixxu l-istess livell minimu ta' protezzjoni u drittijiet għall-konsumaturi kemm f'tilwim domestiku kif ukoll f'tilwim transkonfinali. Din id-Direttiva m'għandhiex twaqqaf lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu regoli li jmorru lil hinn minn dak provdut f’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Id-diskrepanzi kbar rigward il-leġiżlazzjoni, l-implimentazzjoni u l-informazzjoni fis-suq ifissru li mhuwiex qed jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu. B’mod partikolari, il-fatt li l-ADR hija żviluppata b’mod daqshekk mhux uniformi jirrikjedi azzjoni fil-livell Ewropew sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess ugwali għal proċeduri tal-ADR ta’ kwalità.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Biex il-konsumaturi jisfruttaw għalkollox il-potenzjal tas-suq intern, l-ADR għandha tkun disponibbli għat-tipi kollha ta' tilwim domestiku u transkonfinali koperti b'din id-Direttiva. Il-proċeduri tal-ADR għandhom jikkonformaw ma' standards minimi konsistenti ta' kwalità fl-Unjoni kollha, u l-konsumaturi u n-negozjanti għandhom ikunu konxji tal-eżistenza ta' dawn il-proċeduri. Minħabba ż-żieda fil-kummerċ transkonfinali u l-moviment transkonfinali tal-persuni, huwa importanti wkoll li l-entitajiet tal-ADR jittrattaw it-tilwim transkonfinali b’mod effikaċi.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c) Kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari1 u tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-realizzazzjoni tas-suq uniku għall-konsumaturi u ċ-ċittadini2, kwalunkwe approċċ olistiku għas-suq uniku li jagħti l-frott liċ-ċittadini tiegħu għandu jiżviluppa bħala prijorità sistema ta’ rimedju sempliċi, għall-but ta' kulħadd, espedjenti u aċċessibbli.

 

__________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0449.

 

2 ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 84.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew talab b’mod konsistenti azzjoni leġiżlattiva sabiex jiġi garantit aċċess għal Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim tal-konsumaturi.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fl-Att dwar is-Suq Uniku tagħha, il-Kummissjoni identifikat leġislazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li tinkludi dimensjoni tal-kummerċ elettroniku bħala wieħed mit-tnax-il xprun biex jitħeġġeġ it-tkabbir u tissaħħaħ il-fiduċja fis-Suq Uniku.

(4) Fl-Att dwar is-Suq Uniku tagħha, il-Kummissjoni identifikat leġiżlazzjoni dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li tinkludi dimensjoni tal-kummerċ elettroniku bħala wieħed mit-tnax-il xprun biex jitħeġġeġ it-tkabbir, tissaħħaħ il-fiduċja u jsir progress lejn l-ikkompletar tas-Suq Uniku.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw, sal-aħħar tal-2012, l-ewwel grupp ta' miżuri prijoritarji biex jagħtu impuls ġdid lis-Suq Uniku.

(5) Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Parlament u lill-Kunsill biex jadottaw, sal-aħħar tal-2012, l-ewwel grupp ta' miżuri prijoritarji biex jagħtu impuls ġdid lis-Suq Uniku. Il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-kummerċ elettroniku u qabel li l-iskema tal-ADR tal-konsumatur għandha tkun kapaċi toffri rimedju rħis, sempliċi u rapidu kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ dik l-iskema tirrikjedi impenn politiku sostnut u appoġġ mill-atturi kollha, mingħajr ma jiġu kompromessi l-aċċessibilità ekonomika, it-trasparenza, il-flessibilità, ir-rapidità u l-kwalità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-entitajiet tal-ADR koperti b’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

It-twettiq tal-potenzjal tal-ADR se jirrikjedi impenn sħiħ u sjieda min-naħa tal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill. L-Istati Membri b’mod partikolari jridu jissorveljaw l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fid-dawl tal-importanza li qed tikber tal-kummerċ onlajn u b’mod partikolari l-kummerċ transkonfinali bħala pilastru tal-attività ekonomika tal-Unjoni, hemm bżonn ta’ sistema tal-ADR li tiffunzjona tajjeb u qafas integrat b’mod xieraq għas-soluzzjoni onlajn tat-tilwim għal tilwim kuntrattwali onlajn sabiex l-Att dwar is-Suq Uniku jilħaq l-għan tiegħu li jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Il-kummerċ onlajn sar pilastru importanti tal-attività ekonomika fl-UE, iżda ħafna konsumaturi u negozjanti jaħsbuha darbtejn qabel ma jixtru u jbigħu onlajn għaliex jibżgħu li ma jkollhomx aċċess għal rimedju f'każ ta' tilwim.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Din id-Direttiva u r-Regolament ... * tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ...** dwar is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar l-ODR) huma żewġ atti interkonnessi u komplementari. Il-pjattaforma tal-ODR hija strument li għandu joffri lill-konsumaturi u lin-negozjanti punt ta' dħul wieħed għas-soluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim onlajn, appoġġat bid-disponibbiltà ta’ entitajiet tal-ADR ta' kwalità fl-Unjoni kollha. Il-funzjonament xieraq tal-pjattaforma tal-ODR se jkun possibbli biss jekk tinkiseb kopertura sħiħa tal-ADR.

 

_____________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ referenza.

 

**ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tal-adozzjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-iżvilupp fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li taħdem sew huwa meħtieġ għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern, inkluż fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Tali żvilupp għandu jibni fuq proċeduri tal-ADR eżistenti fl-Istati Membri u jirrispetta t-tradizzjonijiet legali tagħhom.

(6) L-iżvilupp fi ħdan l-Unjoni ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li taħdem sew huwa meħtieġ għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern, inkluż fil-qasam tal-kummerċ elettroniku, u sabiex jiġu milħuqa l-potenzjal u l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali u onlajn. Tali żvilupp għandu jibni fuq proċeduri tal-ADR eżistenti fl-Istati Membri u jirrispetta t-tradizzjonijiet legali tagħhom. Kemm l-entitajiet eżistenti ta' soluzzjoni għat-tilwim kif ukoll dawk li għadhom kif ġew stabbiliti li jiffunzjonaw tajjeb u li jikkonformaw mal-kriterji minimi tal-kwalità stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jissejħu "entitajiet tal-ADR". It-tixrid tal-ADR jista’ wkoll jirriżulta importanti f'dawk il-pajjiżi fejn hemm ammont kbir ta' kawżi pendenti b'lura quddiem il-qrati, li jwaqqaf liċ-ċittadini milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal smigħ ġust u fi żmien raġonevoli;

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali, l-entitajiet tal-ADR kif definiti f'din id-Direttiva jistgħu jkunu għadhom kif ġew stabbiliti jew jistgħu jkunu entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim li kienu diġà jeżistu qabel u li ġew adattati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fis-setturi ekonomiċi kollha. Dan għandu jinkludi ilmenti mressqa mill-konsumaturi kontra n-negozjanti iżda wkoll ilmenti mressqa min-negozjanti kontra l-konsumaturi. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għat-tilwim bejn in-negozjanti; madankollu, ma għandhiex tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet dwar proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tali tilwim.

(7) Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi, kemm offlajn kif ukoll onlajn, inkluż il-provvista ta’ kontenut diġitali għal remunerazzjoni, fis-setturi ekonomiċi kollha. M'għandhiex tapplika għal servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali, irrispettivament mir-relazzjoni legali bejn in-negozjant u l-konsumatur. Din id-Direttiva għandha tapplika għal ilmenti mressqa mill-konsumaturi kontra n-negozjanti. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-ilmenti mressqa minn negozjanti kontra konsumaturi jew għat-tilwim bejn in-negozjanti; madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet dwar proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tali tilwim.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Din id-Direttiva għandha tirbaħ fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE li fiha dispożizzjonijiet bl-għan li jħeġġu l-istabbiliment ta' entitajiet tal-ADR f'settur speċifiku. Fejn il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tobbliga l-istabbiliment ta' tali entitajiet, din id-Direttiva għandha tirbaħ biss meta tali leġiżlazzjoni ma tiżgurax mill-inqas livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(10) Din id-Direttiva għandha tirbaħ fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE li fiha dispożizzjonijiet bl-għan li jħeġġu l-istabbiliment ta' entitajiet tal-ADR f'settur speċifiku. Fejn il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tobbliga l-istabbiliment ta' entitajiet tal-ADR, din id-Direttiva għandha tirbaħ biss meta l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur ma tiżgurax mill-inqas livell ekwivalenti ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-entitajiet tal-ADR ivarjaw ħafna madwar l-Unjoni iżda wkoll ġewwa l-Istati Membri. Din id-Direttiva għandha tkopri kwalunkwe entità li hija stabbilita fuq bażi li tibqa' fit-tul u toffri s-soluzzjoni ta' tilwim permezz ta' proċedura tal-ADR. Proċedura ta' arbitraġġ li tinħoloq barra mill-qafas ta' entità tal-ADR fuq bażi ad hoc għal tilwim bejn konsumatur u negozjant ma' għandhiex titqies bħala proċedura tal-ADR.

(11) L-entitajiet tal-ADR ivarjaw ħafna madwar l-Unjoni iżda wkoll ġewwa l-Istati Membri. Din id-Direttiva għandha tkopri kwalunkwe entità li hija stabbilita fuq bażi li tibqa' fit-tul u toffri s-soluzzjoni ta' tilwim permezz ta' proċedura tal-ADR li tkun ġiet notifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u tkun elenkata skont l-Artikolu 17(2) ta' din id-Direttiva. Proċedura ta' arbitraġġ li tinħoloq barra mill-qafas ta' entità tal-ADR fuq bażi ad hoc għal tilwim bejn konsumatur u negozjant ma' għandhiex titqies bħala proċedura tal-ADR.

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri ta’ ADR li jagħżlu li ma jsirux entitajiet tal-ADR skont din id-Direttiva m’għandhomx ikunu affettwati bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-proċeduri tal-ADR ivarjaw ħafna fl-Unjoni u fl-Istati Membri. Jistgħu jieħdu l-forma ta' proċeduri fejn l-entità tas-soluzzjoni għat-tilwim tlaqqa' lill-partijiet bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni bonarja, ta’ proċeduri fejn l-entità tas-soluzzjoni għat-tilwim tipproponi soluzzjoni jew proċeduri fejn l-entità tas-soluzzjoni għat-tilwim timponi soluzzjoni. Jistgħu jieħdu l-forma wkoll ta' taħlita ta' tnejn jew aktar minn dawn il-proċeduri. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-forma li jieħdu l-proċeduri tal-ADR fl-Istati Membri.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim huma impjegati esklussivament min-negozjant u lanqas għal proċeduri permezz ta' sistemi li jimmaniġġjaw l-ilmenti tal-konsumaturi li jitħaddmu min-negozjant. Ma għandhiex tapplika għan-negozjati diretti bejn il-partijiet. Barra minn hekk, ma għandhiex tapplika għal sforzi li saru minn imħallef biex isolvi tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim.

(12) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim huma impjegati min-negozjant jew minn assoċjazzjoni professjonali jew kummerċjali li n-negozjant huwa membru tagħha, jew jirċievu kwalunkwe forma ta' remunerazzjoni esklussivament mingħandu jew minn tali assoċjazzjoni, ħlief fil-każijiet fejn dawk l-entitajiet ikunu f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti fil-Kapitolu II ta' din id-Direttiva u jikkonformaw mas-salvagwardji addizzjonali rigorużi ta' indipendenza stabbiliti fl-Artikolu 2(2a). L-entitajiet tal-ADR li joffru soluzzjoni għat-tilwim permezz ta' tali proċeduri għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni regolari tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti tal-kwalità stabbiliti f'din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi li jiżguraw l-indipendenza tagħhom.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal proċeduri f’sistemi li jittrattaw ilmenti tal-konsumaturi mħaddma minn negozjant jew għal negozjati diretti bejn il-partijiet. Barra minn hekk, ma għandhiex tapplika għal sforzi li saru minn imħallef biex isolvi tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali1 diġà tistabbilixxi qafas għal sistemi ta’ medjazzjoni fil-livell tal-Unjoni, speċjalment għal tilwim transkonfinali, mingħajr ma tipprojbixxi l-applikazzjoni tiegħu għal sistemi interni ta’ medjazzjoni. Din id-Direttiva tikkomplementa dik is-sistema fir-rigward ta' proċeduri oħra ta' ADR.

 

_______________________________

1 ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilwim kopert minn din id-Direttiva jista' jitressaq lil entità tal-ADR li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jissodisfaw dan l-obbligu billi jiddependu fuq l-entitajiet tal-ADR eżistenti u billi jaġġustaw il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, jekk meħtieġ, jew billi jipprevedu l-ħolqien ta' entitajiet tal-ADR ġodda. Din id-Direttiva ma għandhiex tobbliga lill-Istati Membri joħolqu entità tal-ADR speċifika f'kull settur tal-bejgħ bl-imnut. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu l-ħolqien ta' entità tal-ADR residwa li tindirizza t-tilwim li għas-soluzzjoni tagħhom ma jkunx hemm entità speċifika kompetenti.

(13) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilwim kuntrattwali kopert minn din id-Direttiva jista' jitressaq lil entità tal-ADR li tikkonforma mal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f'din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu wkoll jissodisfaw dan l-obbligu billi jibnu fuq l-entitajiet tal-ADR eżistenti u li jiffunzjonaw tajjeb u billi jaġġustaw il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, jekk meħtieġ billi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, jew billi jipprevedu l-ħolqien ta' entitajiet tal-ADR ġodda. Din id-Direttiva ma għandhiex tobbliga lill-Istati Membri joħolqu entità tal-ADR speċifika f'kull settur tal-bejgħ bl-imnut. L-Istati Membri għandhom jipprevedu l-ħolqien ta' entità tal-ADR residwa li tindirizza t-tilwim li għas-soluzzjoni tagħhom ma jkunx hemm entità speċifika kompetenti, biex jiżguraw kopertura ġeografika sħiħa u aċċess għall-ADR fl-Istati Membri kollha.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għan-negozjanti stabbiliti fi Stat Membru li huma koperti minn entità tal-ADR li tinsab fi Stat Membru ieħor. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' tali entitajiet.

(14) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għan-negozjanti stabbiliti fi Stat Membru li huma koperti minn entità tal-ADR li tinsab fi Stat Membru ieħor. Biex itejbu l-kopertura ġeografika u l-aċċess tal-konsumaturi għall-ADR fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' tali entitajiet reġjonali, transnazzjonali u pan-Ewropej tas-soluzzjoni tat-tilwim fejn negozjanti minn Stati Membri differenti jkunu parti mill-istess entità tal-ADR. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita aktar it-twaqqif ta' entitajiet bħal dawn fil-livell Ewropew.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu proċeduri tal-ADR li jindirizzaw b'mod konġunt tilwim identiku jew simili bejn negozjant u bosta konsumaturi. Tali proċeduri jistgħu jitqiesu bħala pass preliminari sabiex jiġu żviluppati aktar il-proċeduri tal-ADR kollettivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

(15) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu proċeduri tal-ADR li jindirizzaw b'mod konġunt tilwim identiku jew simili bejn negozjant u bosta konsumaturi. Jeħtieġ li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi dwar soluzzjonijiet extraġudizzjarji kollettivi qabel ma dawn jiġu proposti fil-livell tal-Unjoni Ewropea. L-eżistenza ta’ sistema effikaċi għal talbiet kollettivi u l-eżistenza ta’ rikors faċli għall-ADR għandhom ikunu komplementari u m’għandhomx jinvolvu proċeduri li jeskludu lil xulxin.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-kunfidenzjalità u l-privatezza għandhom jiġu rispettati f’kull ħin matul il-proċedura tal-ADR. Madankollu, għandu jkun permessibbli li deċiżjonijiet finali ta’ natura eżemplari jiġu ppubblikati skont id-diskrezzjoni tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġiti jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-ADR fi kwalunkwe proċedimenti jew arbitraġġ ċivili jew kummerċjali sussegwenti.

Ġustifikazzjoni

L-ADR għandha, kemm jista’ jkun, tipprova tgħolli l-istandard ta’ prattika tajba fost l-industrija, billi tippubblika d-“deċiżjonijiet eżemplari” ta’ tilwim partikolarment importanti, u b’hekk jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-konsumatur f’oqsma speċifiċi.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR isolvu t-tilwim b’mod ġust, prattiku u proporzjonat kemm għall-konsumatur kif ukoll għan-negozjant, abbażi ta' valutazzjoni oġġettiva taċ-ċirkostanzi li fihom ikun sar l-ilment u b’konsiderazzjoni xierqa tad-drittijiet tal-partijiet.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu kredibbli u fdati miċ-ċittadini u n-negozjanti, jeħtieġ li l-entitajiet tal-ADR ikunu meqjusa li jsolvu t-tilwim b’mod ġust u oġġettiv.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) L-indipendenza u l-integrità tal-entitajiet tal-ADR huma kruċjali biex tinkiseb il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni li l-mekkaniżmi tal-ADR se joffrulhom eżitu ġust u indipendenti. Il-persuna inkarigata jew il-korp kolleġjali inkarigat mill-ADR għandu jkun indipendenti minn dawk kollha li jaf ikollhom interess fl-eżitu u m’għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess li jista’ jżommu milli jilħaq deċiżjoni b’mod ġust, imparzjali u indipendenti.

Ġustifikazzjoni

Huwa ta’ importanza vitali li l-konsumaturi jkollhom fiduċja li l-entitajiet tal-ADR huma kompletament indipendenti u mhumiex influwenzati minn xi waħda mill-partijiet fit-tilwima. Għaldaqstant, huwa tal-akbar importanza li l-prinċipju tal-indipendenza jkun inkluż f’din id-Direttiva.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għandhom jitqiesu imparzjali biss jekk ma jistgħux ikunu soġġetti għal pressjoni li potenzjalment tinfluwenza l-attitudni tagħhom lejt it-tilwim. Hemm ħtieġa partikolari għall-iżgurar tan-nuqqas ta' tali pressjoni meta l-entitajiet tal-ADR ikunu ffinanzjati minn waħda mill-partijiet fit-tilwim jew organizzazzjoni li jkollha bħala membru waħda mill-partijiet.

(17) Il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għandhom jitqiesu imparzjali biss jekk ma jistgħux ikunu soġġetti għal pressjoni li potenzjalment tinfluwenza l-attitudni tagħhom lejt it-tilwim. Hemm ħtieġa partikolari għall-iżgurar tan-nuqqas ta' tali pressjoni meta l-entitajiet tal-ADR ikunu ffinanzjati minn waħda mill-partijiet fit-tilwim jew organizzazzjoni li jkollha bħala membru waħda mill-partijiet. Sabiex jiġi żgurat in-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, persuni fiżiċi responsabbli mill-ADR għandhom jiżvelaw kull ċirkostanza li tista' taffettwa l-indipendenza tagħhom jew toħloq kunflitt ta' interess.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Huwa essenzjali għas-suċċess tal-ADR, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-fiduċja meħtieġa fil-proċeduri tal-ADR, li l-persuni fiżiċi responsabbli mill-ADR ikollhom l-għarfien espert meħtieġ. Għalhekk, għandhom jiġu previsti skemi speċifiċi ta’ taħriġ f'kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-entitajiet tal-ADR u tal-proċeduri tal-ADR huwa meħtieġ li l-partijiet jirċievu l-informazzjoni kollha li għandhom bżonn biex jieħdu deċiżjoni infurmata qabel ma jibdew proċedura tal-ADR.

(18) L-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu aċċessibbli u trasparenti. Soġġett għal kwalunkwe regoli nazzjonali li jagħmlu obbligatorja l-parteċipazzjoni tan-negozjanti fi proċedura tal-ADR, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-entitajiet tal-ADR u tal-proċeduri tal-ADR huwa meħtieġ li l-partijiet jirċievu l-informazzjoni ċara u aċċessibbli li għandhom bżonn biex jieħdu deċiżjoni infurmata qabel ma jibdew proċedura tal-ADR.

Ġustifikazzjoni

Skemi obbligatorji tal-ADR jeżistu f’xi Stati Membri, li f’ċerti ċirkostanzi lin-negozji jobbligawhom jidħlu fi proċeduri tal-ADR.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu effettivi. Għandhom jipprevedu proċedura sempliċi u rapida li t-tul tagħha ġeneralment ma jaqbiżx 90 jum. L-entità tal-ADR għandha tkun tista' testendi dan il-perjodu ta' żmien meta l-kumplessità tat-tilwim ikkonċernat jitlob hekk.

(19) Entità tal-ADR li tiffunzjona sew għandha ssolvi proċedimenti dwar tilwim onlajn u offlajn b'mod espedjenti, fi żmien 90 jum tal-kalendarju li jibdew mid-data l-entità tal-ADR tirċievi d-dossier sħiħ tat-tilwim u jintemm fid-data meta tittieħed deċiżjoni. L-entità tal-ADR għandha tinnotifika l-ilment lill-partijiet wara li tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-proċedura tal-ADR. F'ċerti każijiet eċċezzjonali ta' natura teknika jew kumplessa ħafna, l-entitajiet tal-ADR għandhom ikunu jistgħu jestendu l-limitu ta' żmien bl-iskop li jwettqu eżami oġġettiv ta' ċerti aspetti tal-każ ikkonċernat, biex jiggarantixxu soluzzjoni ta' kwalità għolja għat-tilwim. Il-partijiet għandhom jiġu infurmati dwar kwalunkwe estensjoni ta' dan it-tip, u dwar it-tul ta’ żmien approssimat mistenni li se jkun meħtieġ għall-konklużjoni tat-tilwim;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu bla ħlas jew bi spejjeż moderati għall-konsumaturi sabiex jibqa' awtomatikament raġonevoli li l-konsumaturi jużaw tali proċeduri.

(20) Il-proċeduri tal-ADR għandhom preferibbilment ikunu bla ħlas għall-konsumatur. F'każ li jiġu applikati l-ispejjeż, il-proċedura tal-ADR għandha tkun aċċessibbli, attraenti u mhux għalja għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar forma xierqa ta' finanzjament għall-proċeduri tal-ADR fit-territorji tagħhom, mingħajr ma jirrestrinġu l-finanzjament ta' entitajiet li diġà qed joperaw.

Ġustifikazzjoni

Jekk mal-proċedura jkun hemm assoċjati spejjeż, dan iservi ta’ deterrent għall-konsumaturi mill-użu tal-ADR. Regoli proċedurali dwar talbiet frivoli jew vessatorji se jirrestrinġu t-talbiet għal dawk li huma neċessarji. Fil-klima ekonomika attwali, jeħtiġilna nkunu ċari li mhux iċ-ċittadin li jħallas it-taxxa għandu jiffinanzja l-proċeduri tal-ADR, imma l-industrija.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu ġusti sabiex il-partijiet f'tilwim ikunu informati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom u l-konsegwenzi tal-għażliet li jagħmlu fil-kuntest ta' proċedura tal-ADR.

(21) Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu ġusti sabiex il-partijiet f'tilwim ikunu informati bis-sħiħ dwar id-drittijiet tagħhom u l-konsegwenzi tal-għażliet li jagħmlu fil-kuntest ta' proċedura tal-ADR. L-entitajiet tal-ADR għandhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar drittijiethom skont id-dispożizzjonijiet legali qabel ma jaċċettaw jew jirrifjutaw is-soluzzjoni imposta jew proposta. Iż-żewġ partijiet għandhom ikunu jistgħu wkoll jippreżentaw l-informazzjoni u l-evidenza tagħhom bla ma jkunu preżenti fiżikament.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Id-dritt għal rimedju effettiv u d-dritt għal proċess ġust huma drittijiet fundamentali garantiti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-proċeduri tal-ADR ma għandhomx jitfasslu biex jissostitwixxu l-proċeduri ġudizzjarji u ma għandhomx iċaħħdu lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom li jfittxu rimedju fil-qrati. L-ebda parti minn din id-Direttiva ma għandha tipprojbixxi lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom għas-sistema ġudizzjarja.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Il-ftehim bejn konsumatur u negozjant biex jippreżentaw ilmenti lil entità tal-ADR m’għandux ikun vinkolanti fuq il-konsumatur jekk ikun ġie konkluż qabel ma tkun qamet it-tilwima u jekk iċaħħad lill-konsumatur mid-dritt tiegħu li jistitwixxi kawża fil-qrati għas-soluzzjoni tat-tilwima. Fil-każ ta’ entitajiet tal-ADR li jimponu soluzzjonijiet, is-soluzzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-partijiet biss jekk dawn ikunu ġew informati minn qabel dwar in-natura vinkolanti ta' dawk is-soluzzjonijiet u jekk ikunu aċċettaw dan b’mod speċifiku. Aċċettazzjoni speċifika min-negozjant m’għandhiex tkun rikjesta jekk ir-regoli nazzjonali jipprevedu li s-soluzzjonijiet huma vinkolanti għan-negozjanti.

Ġustifikazzjoni

Il-proċeduri tal-ADR m’għandhomx iwaqqfu liċ-ċittadini milli jkollhom aċċess għall-ġustizzja billi jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jmorru quddiem il-qorti. Il-prinċipju tal-libertà se jiżgura li l-proċeduri tal-ADR ma jippreġudikawx dawn id-drittijiet.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 21c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21c) Fil-każ ta’ proċeduri tal-ADR li jimponu soluzzjonijiet vinkolanti fuq il-konsumaturi, il-konsumaturi għandhom mill-inqas jingħataw l-istess livell ta’ protezzjoni bħal dak stabbilit bid-dispożizzjonijiet obbligatorji applikabbli skont il-liġi tal-Istat Membru li l-entità tal-ADR tkun stabbilita fit-territorju tiegħu. Is-soluzzjonijiet imposti minn entitajiet tal-ADR li japplikaw tali proċeduri tal-ADR għalhekk ma għandhomx iwasslu sabiex il-konsumatur jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija minn tali dispożizzjonijiet mandatorji. Fil-każ ta’ tilwim transkonfinali, is-soluzzjoni imposta m’għandhiex twassal biex il-konsumatur jiġi mċaħħad mill-protezzjoni pprovduta permezz tad-dispożizzjonijiet obbligatorji applikabbli skont il-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-każijiet fejn tali protezzjoni hija prevista bl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta’ legalità jrid jiġi introdott għal tilwim fejn tiġi imposta soluzzjoni fuq il-partijiet, sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini ma jiġux mċaħħda mill-protezzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 21d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21d) Bil-għan li jinkoraġġixxu lill-partijiet jużaw l-ADR, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli tagħhom dwar il-limitazzjoni u l-preskrizzjoni ma jwaqqfux lill-partijiet milli jirrikorru għall-qrati jekk it-tentattiv tagħhom biex jilħqu soluzzjoni permezz ta’ proċedura tal-ADR ma jirnexxix. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinkiseb dan ir-riżultat minkejja li din id-Direttiva ma tarmonizzax ir-regoli nazzjonali dwar il-limitazzjoni u l-preskrizzjoni. Dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni u l-preskrizzjoni fi ftehimiet internazzjonali implimentati fl-Istati Membri, pereżempju fil-qasam tal-liġi tat-trasport, m’għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 21e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21e) Biex jiffunzjonaw b'mod effiċjenti, l-entitajiet tal-ADR għandu jkollhom biżżejjed riżorsi umani, materjali u finanzjarji għad-dispożizzjoni tagħhom. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni ta' jekk l-entitajiet tal-ADR humiex iffinanzjati mis-settur pubbliku jew minn dak privat jew iffinanzjati permezz ta' taħlita ta' finanzjament pubbliku u privat. Madankollu, l-entitajiet tal-ADR għandhom jiġu inkoraġġiti jikkunsidraw b'mod speċifiku forom privati ta' finanzjament u jużaw fondi pubbliċi biss skont id-diskrezzjoni tal-Istati Membri.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Meta jinqala' tilwim huwa meħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw malajr liema entitajiet tal-ADR huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim tagħhom u li jkunu jafu jekk in-negozjant ikkonċernat ikunx se jieħu sehem jew le fil-proċedimenti mressqa lil entità tal-ADR. In-negozjanti għalhekk għandhom jipprovdu tali informazzjoni fuq id-dokumenti kummerċjali ewlenin tagħhom u, meta jkollhom websajt, fuq il-websajts tagħhom. Dan l-obbligu għandu jkun bla ħsara għall-Artikoli 6(1)(t), 7(1) u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi. L-Artikolu 6(1)(t) tad-Direttiva 2011/83/UE jistipula li għall-kuntratti tal-konsumaturi konklużi mill-bogħod jew barra l-bini, n-negozjant għandu jgħarraf lill-konsumaturi dwar il-possibbiltà li jirrikorri għal mekkaniżmu extra-ġudizzjarju tal-ilmenti u rimedji li jkun soġġett għalih in-negozjant, u l-metodi li bihom il-konsumatur ikollu aċċess għalihom, qabel ma dan tal-aħħar ikun marbut bil-kuntratt. L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/83/UE jipprevedi li, fil-każ ta' kuntratti li jsiru barra l-bini, din l-informazzjoni għandha tiġi provduta bil-miktub jew, jekk jaqbel il-konsumatur, b'mezz ieħor li jservi.

(22) Meta jinqala' tilwim huwa meħtieġ li l-konsumaturi jkunu jistgħu jidentifikaw malajr liema entitajiet tal-ADR huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim tagħhom u li jkunu jafu jekk in-negozjant ikkonċernat ikunx se jieħu sehem jew le fil-proċedimenti mressqa lil entità tal-ADR. In-negozjanti għandhom jinfurmaw il-konsumaturi dwar l-isem, l-indirizz u l-indirizz tal-websajt tal-entità jew tal-entitajiet tal-ADR li jkunu koperti minnhom. In-negozjanti għandhom jispeċifikaw ukoll jekk huma jimpenjawx ruħhom jew jekk humiex obbligati li jużaw dawk l-entitajiet bl-iskop li jsolvu t-tilwim mal-konsumaturi. L-informazzjoni għandha tingħata b’mod ċar, komprensibbli u faċilment aċċessibbli fuq il-websajt tan-negozjant, meta n-negozjant ikollu waħda, u f'termini u kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għal kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi bejn in-negozjant u konsumatur u kull meta n-negozjant jirrifjuta lment imressaq lilu direttament minn konsumatur. Fejn ikun xieraq, dik l-informazzjoni għandha tingħata wkoll f'dokumenti rilevanti oħra, pereżempju dokumenti prekuntrattwali, fatturi u rċevuti.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) L-obbligu rigward l-informazzjoni msemmi fil-premessa preċedenti għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 6(1)(t), l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumaturi1.

 

______________

 

1 ĠU L 304 tat-22.11.2011, p. 64.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Din id-Direttiva ma timponix li l-parteċipazzjoni tan-negozjanti fil-proċeduri tal-ADR tkun obbligatorja jew li r-riżultat ta' tali proċeduri jkun jorbot lin-negozjanti, meta konsumatur ikun ressaq ilment kontrihom. Madankollu, din id-Direttiva hija bla ħsara lil kwalunkwe regola nazzjonali li tagħmel il-parteċipazzjoni tan-negozjanti f'tali proċeduri obbligatorja jew li r-riżultat tagħhom jorbot lin-negozjanti, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tipprojbixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom lis-sistema ġudizzjarja kif garantit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(23) Din id-Direttiva ma timponix li l-parteċipazzjoni tan-negozjanti fil-proċeduri tal-ADR tkun obbligatorja jew li r-riżultat ta' tali proċeduri jkun jorbot lin-negozjanti, meta konsumatur ikun ressaq ilment kontrihom. Madankollu, sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal rimedju u li dawn ma jiġux sfurzati jirrinunċjaw għall-ilmenti tagħhom, in-negozjanti għandhom jitħeġġu kemm jista' jkun li jipparteċipaw fil-proċeduri tal-ADR. Madankollu, din id-Direttiva hija bla ħsara lil kwalunkwe regola nazzjonali li tagħmel il-parteċipazzjoni tan-negozjanti f'tali proċeduri obbligatorja jew suġġetta għal inċentivi jew sanzjonijiet jew li r-riżultat tagħhom jorbot lin-negozjanti, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tipprojbixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom lis-sistema ġudizzjarja kif garantit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jekk l-eżitu ta' proċedura tal-ADR ikun vinkolanti għal negozjant skont il-liġi domestika, għandu jkun garantit id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, skont id-diskrezzjoni tagħhom, jippermettu lill-entitajiet tal-ADR jintroduċu jew iżommu regoli proċedurali li jippermettu lill-entitajiet tal-ADR joperaw b’mod iktar effikaċi u effiċjenti, sakemm ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu standards ta’ kwalità ogħla mill-istandards minimi armonizzati stabbiliti b’din id-Direttiva.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Premessa 23c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23c) Biex inaqqsu l-piżijiet bla bżonn fuq l-entitajiet tal-ADR, f'każ ta' lment li jirriżulta mill-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-konsumaturi, qabel ma jirreferu l-ilmenti lil entità tal-ADR jew lil qorti, jikkuntattjaw lin-negozjant jew lill-fornitur tas-servizz fl-istadju inizjali fi sforz biex tissolva l-problema b'mod bilaterali. F'ħafna każijiet, dik il-proċedura tista' tkun mod rapidu kif jissolva t-tilwim tal-konsumaturi minn qabel.

Ġustifikazzjoni

Dan l-obbligu preliminari huwa assolutament esenzjali biex jitnaqqas ix-xogħol tal-entitajiet tal-ADR.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Premessa 23d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23d) L-Istati Membri għandhom jinvolvu lir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tan-negozji fit-twaqqif tas-sistema tal-ADR u fil-governanza tal-iskema, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji ta’ imparzjalità u indipendenza.

Ġustifikazzjoni

L-involviment tar-rappreżentanti tal-konsumaturi u tan-negozji fit-twaqqif u fil-governanza tal-ADR se jagħti iktar kredibilità lis-sistema kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozjanti, u se jkun ta’ appoġġ għas-sodisfar tal-kriterji ta’ imparzjalità u indipendenza.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) In-netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali, bħall-FIN-NET fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, għandhom jissaħħu ġewwa l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR biex isiru parti minn tali netwerks.

(25) In-netwerks tal-entitajiet tal-ADR, bħall-FIN-NET fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, għandhom jissaħħu ġewwa l-Unjoni. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR biex isiru parti minn tali netwerks.

Ġustifikazzjoni

FIN-NET huwa netwerk li permezz tiegħu jsiru skambji tal-aqwa prattiki u tal-għarfien, imma mhuwiex involut fis-soluzzjoni ta’ tilwimiet speċifiċi.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-entitajiet tal-ADR u l-awtoritajiet nazzjonali bil-kompitu li jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandha ssaħħaħ l-applikazzjoni effettiva ta' tali leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(26) Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, l-entitajiet tal-ADR u l-awtoritajiet nazzjonali bil-kompitu li jinfurzaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandha ssaħħaħ l-applikazzjoni effettiva ta' tali leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri u l-entitajiet tal-ADR billi jkollha laqgħat regolari mal-partijiet interessati differenti biex tiskambja l-aħjar prattiki u l-kompetenzi tekniċi bejn l-entitajiet tal-ADR u biex tiddiskuti kwalunkwe problema li tirriżulta mit-tħaddim tal-iskemi tal-ADR.

Ġustifikazzjoni

Importanti li jkun żgurat li l-entitajiet tal-ADR ikunu indipendenti mill-infurzar u mir-regolaturi, għax inkella dan ikun jista’ jġiegħel lin-negozjanti joqogħdu lura milli jużaw l-ADR.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet tal-ADR jaħdmu sew u b'mod effettiv, dawn għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti f'din id-Direttiva għandhom jippubblikaw u jaġġornaw lista ta' entitajiet tal-ADR li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Korpi oħrajn, bħall-entitajiet tal-ADR, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji u n-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur għadhom jippubblikaw din il-lista wkoll. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti b'mod regolari dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. L-entitajiet tal-ADR għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni speċifika li fuqha għandhom jiġu bbażati dawk ir-rapporti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR biex jipprovdu tali informazzjoni bl-użu tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/304/UE dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi.

(27) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet tal-ADR jaħdmu sew u b'mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità jew awtoritajiet kompetenti li għandhom jimmonitorjaw u jissorvelaw mill-qrib dawk l-entitajiet. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti f'din id-Direttiva għandhom jippubblikaw u jaġġornaw lista ta' entitajiet tal-ADR li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Korpi oħrajn, bħall-entitajiet tal-ADR, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji u n-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur għadhom jippubblikaw din il-lista wkoll. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti regolari dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR fl-Istati Membri tagħhom. L-entitajiet tal-ADR għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni speċifika li fuqha għandhom jiġu bbażati dawk ir-rapporti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR biex jipprovdu tali informazzjoni bl-użu tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/304/UE dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Il-ħruġ ta’ ċertifikat Ewropew tal-kwalità għal entitajiet tal-ADR għandu jqawwi l-fiduċja taċ-ċittadini fil-kwalità tas-sistema tal-ADR, speċjalment fil-bejgħ transkonfinali. Ċertifikat Ewropew tal-kwalità li jingħaraf faċilment, immonitorjat u ssorveljat regolarment mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, għandu jservi ta' garanzija għall-konsumaturi li l-entità tal-ADR relevanti tikkonforma mal-kriterji ta’ kwalità stipulati f’din id-Direttiva.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b) Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koordinata u effikaċi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lil partijiet interessati relevanti, għandha tfassal linji gwida dwar il-kriterji ta’ kwalità bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza ġenerali tal-entitajiet tal-ADR.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, li speċifikament huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(31) Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, li speċifikament huwa li tikkontribwixxi, billi tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jinkiseb aħjar f'livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur billi tiżgura li t-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti jista' jitressaq quddiem entitajiet li joffru proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim imparzjali, trasparenti, effettivi u ġusti.

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi, billi tilħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tiżgura, f'każ ta' tilwim kuntrattwali li jirriżulta mill-bejgħ ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi, li l-konsumaturi jkunu jistgħu, fuq bażi volontarja, iressqu lmenti kontra negozjanti quddiem entitajiet li joffru proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim imparzjali, trasparenti, effettivi, indipendenti, rapidi u ġusti.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi minn negozjant stabbilit fl-Unjoni lil konsumatur li joqgħod fl-Unjoni permezz tal-intervent ta' entità tas-soluzzjoni għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tiġbor il-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni amikevoli, aktar 'il quddiem "proċeduri tal-ADR".

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali domestiku u transkonfinali li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi minn negozjant stabbilit fl-Unjoni lil konsumatur li joqgħod fl-Unjoni permezz tal-intervent ta' entità tas-soluzzjoni għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tiġbor il-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni amikevoli.

Ġustifikazzjoni

Għall-ilħiq ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, huwa importanti li d-Direttiva proposta tapplika sew għal tilwim transkonfinali kif ukoll għal dak domestiku. Jekk l-ambitu tagħha jkun ristrett għal sitwazzjonijiet transkonfinali, id-diverġenzi bejn l-Istati Membri rigward l-eżistenza, il-kwalità u l-għarfien dwar proċeduri tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jibqgħu jeżistu għat-tilwim domestiku kollu.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal dawk l-entitajiet tal-ADR li jiġu stabbiliti minn assoċjazzjonijiet nazzjonali jew gruppi ta’ ditti u li jikkostitwixxu entità legali differenti minn negozjant individwali.

Ġustifikazzjoni

Nuqqas ta’ kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva inevitabbilment iwassal għal diverġenzi fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tagħha, u jista’ jkun kontropruduttiv għall-partijiet kollha.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu impjegati esklussivament min-negozjant;

(a) proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu impjegati min-negozjant jew minn assoċjazzjoni professjonali jew kummerċjali li n-negozjant ikun membru tagħha, jew inkella jirċievu xi forma ta' remunerazzjoni esklussivament minnu jew minn assoċjazzjoni bħal din, sakemm l-Istati Membri ma jiddeċiedux li jippermettu tali proċeduri, f'liema każ, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II, ir-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi li ġejjin ta' indipendenza u trasparenza għandhom jiġu ssodisfati:

 

(i) il-persuni fiżiċi inkarigati mis-soluzzjoni għat-tilwim għandhom, kull fejn japplika, jinħatru minn korp kolleġjali li jkun magħmul minn numru ugwali ta' rappreżentanti tal-interessi tal-konsumaturi u tan-negozjanti. Il-ħatra tal-persuni fiżiċi inkarigati mis-soluzzjoni għat-tilwim għandha tkun ir-riżultat ta' proċedura trasparenti;

 

(ii) il-persuni fiżiċi inkarigati mis-soluzzjoni għat-tilwim għandhom jinħatru għal mandat li hu twil biżżejjed biex jiżgura l-indipendenza tal-azzjonijiet tagħhom u m'għandux ikun posibbli li jkunu jistgħu jitneħħew mill-kariga tagħhom fin-nuqqas ta' mottiv ġust;

 

(iii) il-persuni fiżiċi inkarigati mis-soluzzjoni għat-tilwim ma jistgħux ikunu suġġetti għal istruzzjonijiet min-negozjant jew mir-rappreżentanti tan-negozjant u ma jistax ikollhom rabtiet mal-maniġment jew mas-servizzi operattivi tan-negozjant jew ta' assoċjazzjoni professjonali jew kummerċjali li n-negozjant ikun membru tagħha;

 

(iv) ir-remunerazzjoni tal-persuni fiżiċi inkarigati mis-soluzzjoni għat-tilwim ma tistax tkun marbuta mal-eżitu tal-proċeduri;

 

(v) l-awtonomija tagħhom għandha tkun garantita permezz ta' baġit iddedikat li jkun separat mill-baġit ġenerali tan-negozjant, jew, fejn ikun applikabbli, mill-baġit ġenerali tal-organizzazzjoni professjonali jew tal-assoċjazzjoni kummerċjali, li jipprovdi r-riżorsi adegwati biex jiġu żgurati l-effikaċja u t-trasparenza tal-proċeduri tal-ADR;

 

(vi) l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, ħlief jekk dawk il-persuni fiżiċi jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi, huma għandhom ikunu parti minn korp kolleġjali magħmul minn numru ugwali ta' rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ta' rappreżentanti tan-negozjant jew, fejn ikun applikabbli, tal-organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni kummerċjali li n-negozjant ikun membru tagħha;

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi li huma pprovduti bħala servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali, irrispettivament mir-relazzjoni legali bejn in-negozjant u l-konsumatur;

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) tilwimiet bejn negozjanti;

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) proċeduri mibdija minn negozjant kontra konsumatur.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu proċeduri msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1). Fil-valutazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi tal-indipendenza u t-trasparenza.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jippermettu proċeduri msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR li japplikaw dawn il-proċeduri jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti, minbarra l-informazzjoni u d-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(1), l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti addizzjonali speċifiċi stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Din id-Direttiva tistabbilixxi standard minimu armonizzat għall-entitajiet tal-ADR biex tiżgura li, wara l-implimentazzjoni tagħha, il-konsumaturi jkollhom aċċess għal mekkaniżmi ta’ rimedju ta' kwalità għolja, trasparenti, effikaċi u ġusti, irrispettivament minn fejn joqogħdu fl-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti b'din id-Direttiva, biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Għandha tittieħed nota tal-fatt, barra minn hekk, li d-Direttiva proposta hija direttiva ta’ qafas li tkompli tiżviluppa s-sistemi tal-ADR li hemm fl-Istati Membri. Għandha l-għan li tistabbilixxi standards ta’ kwalità minimi għal entitajiet u proċeduri tal-ADR u b’hekk timxi fuq approċċ ta’ armonizzazzjoni minima.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Din id-Direttiva tirrikonoxxi l-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-entitajiet tal-ADR stabbiliti fit-territorji tagħhom għandhomx ikunu jistgħu jimponu soluzzjoni.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Article 3 – paragraph 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva għandu jirbaħ fuq id-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Anness.

2. F' każ ta' kunflitt bejn kwalunkwe dispożizzjoni ta' din id-Direttiva u dispożizzjoni ta' att ieħor tal-Unjoni li jirregola setturi speċifiċi, id-dispożizzjoni tal-att l-ieħor tal-Unjoni għandha tirbaħ u għandha tapplika għal tali setturi speċifiċi. Madankollu, jekk id-dispożizzjoni ta' dak l-att l-ieħor tal-Unjoni jkollha l-għan li tħeġġeġ l-istabbiliment ta' entitajiet tal-ADR f'settur speċifiku, id-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva jipprevalu u japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Ikun diffiċli li dak li jkun jimplimenta rekwiżit ta’ paragun bejn il-livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur żgurat minn leġiżlazzjoni differenti tal-Unjoni. Barra minn hekk, din id-Direttiva għandha tipprevali fuq dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u mhux fuq dik il-leġiżlazzjoni fl-intier tagħha.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Din id-Direttiva għandha tirbaħ fuq id-dispożizzjonijiet obbligatorji li jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li hija speċifika għas-settur li huma relatati mas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biss meta tali dispozizzjonijiet ma jiżgurawx mill-inqas livell ekwivalenti ta' protezzjoni għall-konsumatur.

imħassar

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) “konsumatur” ifisser persuna fiżika li taġixxi għal għanijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tiegħu;

(a) “konsumatur” ifisser persuna fiżika li taġixxi għal għanijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tiegħu jew li jikkonkludi kuntratt għal skopijiet li jkunu parzjalment koperti u parzjalment mhux koperti mill-kummerċ ta' dik il-persuna (kuntratti bi skop doppju), fejn l-iskop tal-kummerċ ikun limitat b'tali mod li ma jkunx predominanti fil-kuntest ġenerali tal-provvista;

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) “tilwim kuntrattwali” ifisser tilwim li jirriżulta mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi skont kuntratt bejn il-konsumatur u n-negozjant u/jew il-fornitur tas-servizzi;

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) "bejgħ ta’ oġġetti" ifisser bejgħ skont kwalunkwe kuntratt li jistipula li negozjant jittrasferixxi jew jimpenja ruħu li jittrasferixxi s-sjieda ta' oġġetti lil konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tagħhom, inkluż kwalunkwe kuntratt li jirrigwarda kemm oġġetti kif ukoll servizzi;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-Artikolu 2(1), id-Direttiva għandha tapplika għal tilwim li jirriżulta mill-bejgħ ta’ oġġetti jew mill-provvista ta’ servizzi, u għalhekk jeħtieġ li jkunu identifikati l-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti li se jkunu koperti b’din id-Direttiva.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt d b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) "provvista ta' servizzi" ifisser il-provvista ta' servizzi skont kwalunkwe kuntratt, li ma jkunx kuntratt ta' bejgħ ta’ oġġetti, li abbażi tiegħu n-negozjant iforni jew jimpenja ruħu li jforni servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-Artikolu 2(1), id-Direttiva għandha tapplika għal tilwim li jirriżulta mill-bejgħ ta’ oġġetti jew mill-provvista ta’ servizzi, u għalhekk jeħtieġ li jkunu identifikati l-kuntratti għall-provvista ta' servizzi li se jkunu koperti b’din id-Direttiva.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) "proċedura tal-ADR" ifisser proċedura kif imsemmija fl-Artikolu 2 li tikkonforma ma' din id-Direttiva u li titwettaq minn entità tal-ADR;

Ġustifikazzjoni

Importanti li jkun ċar li din id-Direttiva tapplika biss għal proċeduri tal-ADR imwettqa minn fornituri tal-ADR li jagħżlu li jsiru entitajiet tal-ADR skont din id-Direttiva.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) "entità tal-ADR" ifisser kwalunkwe entità, irrispettivament minn kif inhi msemmija jew minn kif issir referenza għaliha, li hija stabbilita fuq bażi li tibqa' fit-tul u toffri s-soluzzjoni ta' tilwim permezz ta' proċedura tal-ADR;

(e) "entità tal-ADR" ifisser kwalunkwe entità, irrispettivament minn kif inhi msemmija jew minn kif issir referenza għaliha, li tfittex li tasal għal soluzzjoni extraġudizzjarja ta' tilwim permezz ta' proċedura tal-ADR, li ġiet stabbilita fuq bażi li tibqa' fit-tul, ġiet innotifikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u hija elenkata f'konformità mal-Artikolu 17(2);

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt f – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– jekk l-entità titħaddem minn persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fil-post fejn dik il-persuna ġuridika jew l-assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi twettaq attivitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jew fejn għandha s-sede statutorja tagħha;

– jekk l-entità titħaddem minn persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, anke fil-forma ta’ korp kolleġjali msemmi fl-Artikolu 2(2), fil-post fejn dik il-persuna ġuridika jew l-assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi twettaq attivitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jew fejn għandha s-sede statutorja tagħha;

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) "awtorità kompetenti" ifisser kwalunkwe awtorità pubblika maħtura minn Stat Membru u stabbilita fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali b’responsabbiltajiet speċifiċi sabiex tinforza l-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika meħtieġa bi qbil mat-tibdiliet li saru fl-Artikolu 15.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilwim kopert minn din id-Direttiva jista' jitressaq lil entità tal-ADR li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

1. Kull Stat Membru għandu jiffaċilita l-aċċess mill-konsumaturi għal proċeduri tal-ADR u għandu jiżgura li t-tilwim kopert minn din id-Direttiva li jinvolvi negozjant stabbilit fit-territorju tiegħu jista' jitressaq lil entità jew entitajiet tal-ADR li jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi-rigward ta’ tilwim kopert b’din id-Direttiva, l-entitajiet tal-ADR:

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għandhom websajt li tippermetti lill-partijiet iressqu ilment onlajn;

(a) iżommu websajt aġġornata li tipprovdi lill-partijiet b'aċċess faċli għal informazzjoni li tikkonċerna l-proċedura tal-ADR b'mod ċar u li jinftiehem, u li tippermetti wkoll lill-konsumaturi jressqu ilment u d-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa onlajn permezz ta' email jew mezzi elettroniċi oħra;

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jipprovdu lill-partijiet, jekk jintalbu minnhom, l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) fuq mezz li jservi għal żmien twil;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-ADR tkun disponibbli u aċċessibbli faċilment fil-formati adegwati.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) jippermettu lill-konsumatur iressaq ilment permezz ta’ proċedura bil-miktub, jekk ikun meħtieġ;

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jippermettu lill-partijiet jiskambjaw informazzjoni magħhom permezz ta' mezzi elettroniċi;

(b) jassistu l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-partijiet permezz ta' mezzi elettroniċi jew bil-posta;

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) meta jindirizzaw tilwim kopert minn din id-Direttiva jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ipproċessar tad-dejta personali jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46KE.

(d) jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ipproċessar tad-dejta personali jikkonforma mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita l-entità tal-ADR.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-paragrafu 1 billi jiżguraw l-eżistenza ta' entità residwa tal-ADR li hija kompetenti biex tindirizza tilwim kif imsemmi fil-paragrafu 1 li għas-soluzzjoni tiegħu l-ebda entità tal-ADR eżistenti ma hija kompetenti.

3. L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-paragrafu 1 billi jiżguraw it-twaqqif u l-eżistenza ta' entità residwa tal-ADR li hija kompetenti biex tindirizza tilwim kif imsemmi fil-paragrafu 1 li għas-soluzzjoni tiegħu l-ebda entità tal-ADR eżistenti ma hija kompetenti. L-Istati Membri jistgħu jissodisfaw dan l-obbligu wkoll billi jużaw entitajiet tal-ADR settorjali stabbiliti fi Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Għall-funzjonament tajjeb tas-soluzzjoni alternattiva u onlajn tat-tilwim, jeħtieġ li tkun żgurata kopertura massima tal-entitajiet tal-ADR fis-setturi kollha. Madankollu, dan jista’ jsir fil-livell Ewropew. M’hemmx għalfejn li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu entitajiet tal-ADR settorjali.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jistgħu, skont id-diskrezzjoni tagħhom, jippermettu lill-entitajiet tal-ADR jintroduċu jew iżommu regoli proċedurali li jippermettu lill-entitajiet tal-ADR joperaw b’mod iktar effikaċi u effiċjenti, sakemm jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri, meta jkunu obbligati jagħmlu dan skont id-dispożizzjonijiet legali tagħhom, jistgħu jippermettu lill-entitajiet tal-ADR jirrifjutaw li jittrattaw tilwim partikolari minħabba li, inter alia:

 

(a) it-tilwim ikun frivolu jew vessatorju;

 

(b) it-tilwim ikun ġie kkunsidrat preċedentament minn entità oħra tal-ADR jew minn kwalunkwe qorti;

 

(c) il-limitu ta' żmien sakemm il-konsumatur jista' jressaq ilment ikun skada. Dawn il-limiti ta' żmien ma jistgħux ikunu iqsar mil-limitu ta' żmien, meta jkun jeżisti wieħed, previst fil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, li jippermetti lill-partijiet jibdew proċedimenti legali;

 

(d) il-konsumatur jiddikjara li ma ppruvax jikkuntattja lin-negozjant ikkonċernat biex jiddiskuti l-ilment tiegħu u jfittex, bħala l-ewwel pass, li jsolvi l-problema b'mod bilaterali;

 

Fil-każijiet kollha ta' rifjut minħabba regoli proċedurali, l-entitajiet tal-ADR għandhom jipprovdu lill-partijiet b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom fi żmien 14-il jum tal-kalendarju minn meta jkunu rċevew l-applikazzjoni għal ADR. Dawn ir-regoli proċedurali m'għandhomx ifixklu b'mod perċettibbli l-aċċess tal-konsumaturi għall-proċeduri tal-ADR.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammissibbiltà ta’ tilwim għall-ADR billi jistabbilixxu limiti minimi għall-valur tat-talba, filwaqt li jqisu jekk il-valur tat-talba huwiex sproporzjonatament inqas mill-ispejjeż tal-proċedura tal-ADR.

Ġustifikazzjoni

Jista’ jkun utli li l-Istati Membri jistabbilixxu limiti minimi għall-valur tat-talba sabiex jiġi evitat li jitressqu każijiet mhux raġonevoli għall-ADR.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Rikors għal proċeduri tal-ADR

 

1. Qorti li quddiemha titressaq azzjoni tista’, fejn xieraq u wara li tkun ikkunsidrat iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, tistieden lill-partijiet sabiex jużaw l-ADR sabiex jiġi solvut it-tilwim. Il-qorti tista’ tistieden ukoll lill-partijiet sabiex jattendu għal sessjoni ta’ informazzjoni dwar l-użu ta' proċeduri tal-ADR jekk dawn is-sessjonijiet isiru u huma disponibbli faċilment, u tista’ tipprovdi lill-partijiet bl-informazzjoni dwar il-pjattaforma għas-soluzzjoni onlajn tat-tilwim stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta’ referenza] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data tal-adozzjoni] dwar soluzzjoni onlajn tat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi).

 

2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li tagħmel l-użu tal-ADR obbligatorju jew suġġett għal inċentivi jew għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet fejn l-ADR jiġi rifjutat, kemm jekk qabel kif ukoll jekk wara li jkunu bdew proċedimenti ġudizzjarji, sakemm tali liġi ma timpedixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għas-sistema ġudizzjarja.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu u paragrafi 1 sa 1c (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għarfien espert u imparzjalità

Għarfien espert, indipendenza u imparzjalità

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ikollhom l-għarfien espert meħtieġ u li jkunu imparzjali. Dan għandu jiġi garantit billi jiġi żgurat li:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ikollhom l-għarfien espert meħtieġ u li jkunu indipendenti funzjonalment u imparzjali. Dan għandu jiġi garantit billi jiġi żgurat li:

(a) ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim;

(a) ikollhom l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa fil-qasam tas-soluzzjoni alternattiva jew ġudizzjarja għat-tilwim tal-konsumaturi, kif ukoll fehim tal-liġi;

(b) ma jkunux jistgħu jinħelsu mill-kompiti tagħhom mingħajr raġuni valida;

(b) jinħatru għal terminu fiss u ma jkunux jistgħu jinħelsu mill-kompiti tagħhom mingħajr raġuni valida;

(c) ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess ma' xi waħda mill-partijiet fit-tilwim.

(c) ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess ma' xi waħda mill-partijiet fit-tilwim.

 

1a. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli skemi speċifiċi ta’ taħriġ għal persuni fiżiċi responsabbli għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ dawn l-iskemi ta’ taħriġ u l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità.

 

1b. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jiżvelaw kull ċirkostanza li tista’, jew tista’ tidher li, taffettwa l-indipendenza tagħhom jew toħloq kunflitt ta’ interess.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’tali ċirkostanzi, il-persuna kkonċernata taqbel biss li taġixxi jew tkompli taġixxi jekk il-partijiet jagħtu l-kunsens tagħhom b'mod espliċitu u tkun ċerta li tista’ twettaq il-proċedura tal-ADR b’indipendenza sħiħa sabiex tiġi żgurata imparzjalità sħiħa.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu ta' żvelar li ġie stipulat f’dan il-paragrafu jkun obbligu kontinwu fil-proċedura tal-ADR.

 

1c. Meta l-persuni fiżiċi responsabbli mis-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ikunu partijiet terzi indipendenti, iċ-ċirkostanzi li jridu jiġu żvelati skont il-paragrafu 1b għandhom jinkludu:

 

(a) kwalunkwe relazzjoni personali jew kummerċjali ma’ wieħed jew bosta mill-partijiet waqt it-tliet snin qabel ma l-persuna kkonċernata assumiet il-pożizzjoni;

 

(b) kull interess finanzjarju jew ta’ xorta oħra, dirett jew indirett, fir-riżultat tal-proċedura tal-ADR;

 

(c) il-persuna kkonċernata aġixxiet, waqt it-tliet snin qabel ma assumiet il-pożizzjoni, fi kwalunkwe kapaċità lil hinn mill-iskopijiet tal-ADR għal wieħed jew bosta mill-partijiet, għal organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni kummerċjali li tagħha wieħed mill-partijiet huwa membru, jew għal kwalunkwe membru ieħor tagħha.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts tagħhom u fil-forma stampata fil-bini tagħhom informazzjoni dwar:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk jintalbu dan, l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts tagħhom, fuq mezz durabbli u permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor li huma jqisu adatt, ċar u li jiftiehem faċilment, informazzjoni dwar:

Ġustifikazzjoni

L-entitajiet tal-ADR jeħtiġilhom jagħmlu disponibbli informazzjoni speċifika, mhux biss fil-websajts tagħhom iżda wkoll fil-binjiet tagħhom. F’xi każijiet, m'hemm l-ebda binja li hija aċċessibbli għall-pubbliku. Għaldaqstant għandu jkun biżżejjed li l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli, fuq talba fuq mezz durabbli.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn xieraq, l-adeżjoni tagħhom f'netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim transkonfinali;

(c) l-adeżjoni tagħhom f'netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim transkonfinali, jekk applikabbli;

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-tipi ta' tilwim li huma kompetenti jindirizzaw;

(d) it-tipi ta' tilwim li huma kompetenti jindirizzaw, inkluż il-valur minimu tat-talba, fejn applikabbli;

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-regoli tal-proċedura li jirregolaw is-soluzzjoni ta' tilwim;

(e) ir-regoli tal-proċedura li jirregolaw is-soluzzjoni ta' tilwim u r-raġunijiet li għalihom entità tista’ tirrifjuta li tittratta tilwima;

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) kwalunkwe rekwiżit preliminarju li l-partijiet jistgħu jkollhom jissodisfaw qabel ma tkun tista' tibda proċedura tal-ADR;

(h) kwalunkwe rekwiżit preliminarju li l-partijiet jistgħu jkollhom jissodisfaw qabel ma tkun tista' tibda proċedura tal-ADR, inkluż ir-rekwiżit li jsir tentattiv mill-konsumatur ta’ lħiq ta’ soluzzjoni bonarja tal-kwistjoni direttament man-negozjant;

Ġustifikazzjoni

L-ewwel għandu jiġi kkuntattjat in-negozjant, u jkun biss jekk dan it-tentattiv ma jirnexxiex li t-tilwima tista’ titressaq quddiem korp tal-ADR. L-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tqawwi l-effiċjenza tal-korpi tal-ADR billi tħallihom jiffukaw fuq każijiet rilevanti biss.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-ispejjeż, jekk ikun hemm, li għandhom jiġġarrbu mill-partijiet;

(i) l-ispejjeż, jekk ikun hemm, li għandhom jiġġarrbu mill-partijiet, inklużi r-regoli dwar l-aġġudikazzjoni tal-ispejjeż fl-aħħar tal-proċedura;

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) it-tul approssimattiv tal-proċedura tal-ADR;

(j) it-tul medju tal-proċedura tal-ADR;

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 - punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) l-infurzabbiltà tad-deċiżjoni tal-ADR, jekk relevanti;

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt kb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kb) il-penali għal nuqqas ta’ konformità f’każ ta’ deċiżjoni b’effett li jorbot fuq il-partijiet.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts tagħhom u fil-forma stampata fil-bini tagħhom rapporti tal-attivitajiet annwali. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja li għandha x'taqsam mat-tilwim domestiku kif ukoll ma' dak transkonfinali:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts tagħhom, fuq mezz li jservi għal żmien twil jekk jiġu mitluba u bi kwalunkwe mezz ieħor li huma jqisu adatt, rapporti tal-attivitajiet annwali: Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja li għandha x'taqsam mat-tilwim domestiku kif ukoll ma' dak transkonfinali:

Ġustifikazzjoni

Huwa siewi li jkun ċar li l-entitajiet tal-ADR għandhom jipprovdu rapporti biss f’konnessjoni ma’ tilwimiet koperti b’din id-Direttiva. Barra minn hekk, jista’ ma jkunx dejjem f’loku li jkun hemm disponibbli verżjonijiet stampati u l-entitajiet tal-ADR jistgħu jġarrbu spejjeż sinifikanti biex jagħmlu hekk u jżommu din l-informazzjoni aġġornata.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kwalunkwe problema rikorrenti li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti;

(b) kwalunkwe problema sistematika li sseħħ spiss u li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. L-informazzjoni kkomunikata f’dan ir-rigward tista’ tkun akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet dwar kif tali problemi jistgħu jiġu evitati jew solvuti fil-futur;

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) b’kunsiderazzjoni xierqa għall-protezzjoni tad-data, “deċiżjonijiet eżemplari” li jirriflettu r-riżultati ta’ tilwim sinifikanti, sabiex jgħollu l-istandards tan-negozjanti u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-ADR tħalli impatt akbar fis-suq minn dak imħolli sempliċement bis-soluzzjoni tat-tilwimiet individwali. Biex jintlaħaq dan il-għan, l-ADR għandu jfittex li jgħolli l-istandard tal-prattika tajba fl-industrija, billi jippubblika “deċiżjonijiet eżemplari” dwar tilwimiet individwali.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-rata tal-proċeduri ta' soluzzjoni għat-tilwim li ma tkomplewx qabel ma' waslu għal riżultat;

(c) in-numru tal-proċeduri ta' soluzzjoni għat-tilwim li ma tkomplewx u r-raġunijiet għalfejn ma tkomplewx;

Ġustifikazzjoni

Ir-rata tal-proċeduri ta' soluzzjoni għat-tilwim li ma tkomplewx qabel intlaħaq eżitu mhijiex ċara biżżejjed sakemm ma jkollniex ukoll informazzjoni dwar ir-raġunijiet għat-terminazzjoni tal-proċedura tal-ADR. Barra minn hekk, it-terminazzjoni ta’ proċedura tal-ADR mhux bilfors tfisser li ma jkun intlaħaq l-ebda eżitu. Din l-informazzjoni tingħata f’rapport annwali tal-attività u għaldaqstant huwa aktar f’loku li r-referenza tkun għall-għadd milli għal rata.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-rata ta' konformità, jekk tkun magħrufa, mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR:

(e) ir-rata ta' konformità mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR;

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) fejn xieraq, il-kooperazzjoni tagħhom ma' netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni għal tilwim transkonfinali.

(f) il-kooperazzjoni tagħhom ma' netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni għal tilwim transkonfinali, jekk applikabbli;

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-proċedura tal-ADR tkun aċċessibbli faċilmenti liż-żewġ partijiet ikun xi jkun il-post fejn tinsab il-parti;

(a) il-proċedura tal-ADR tkun disponibbli u aċċessibbli sew onlajn kif ukoll offlajn, ikun xi jkun il-post fejn jinsabu l-partijiet;

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-partijiet ikollhom aċċess għall-proċedura mingħajr ma jkunu obbligati li jużaw rappreżentant legali; madankollu il-partijiet jistgħu jiġu rappreżentati jew megħjuna minn parti terza fi kwalunkwe stadju tal-proċedura;

(b) il-partijiet ikollhom aċċess għall-proċedura mingħajr ma jkunu obbligati li jużaw rappreżentant legali; il-proċedura m’għandhiex iċċaħħad lill-partijiet mid-dritt tagħhom li jirċievu parir indipendenti jew li jiġu rappreżentati jew megħjuna minn parti terza fi kwalunkwe stadju tal-proċedura;

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju tar-rappreżentanza għandu jinżamm fid-Direttiva permezz ta’ referenza ċara għall-possibbiltajiet li għandu jkollhom il-partijiet li jfittxu pariri indipendenti jew il-possibbiltà ta' rappreżentanza minn parti terza.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) proċedura tal-ADR tista’ tinbeda biss mill-konsumatur;

Ġustifikazzjoni

L-iskop tal-iskemi tal-ADR hu li jkun żgurat aċċess akbar għall-ġustizzja għall-parti l-aktar vulnerabbli - sikwit din tkun il-konsumatur - billi tipprovdi mezz li jagħtu bidu għal rimedju. In-negozjanti m’għandhomx ikunu jistgħu jużaw l-iskemi tal-ADR kontra l-konsumaturi għal skopijiet ta’ ġbir tad-djun.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-proċedura tal-ADR tkun bla ħlas jew bi spejjeż moderati għall-konsumaturi;

(c) il-proċedura tal-ADR tkun bla ħlas jew disponibbli bi ħlas nominali għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq forma adegwata ta’ finanzjament għall-proċeduri tal-ADR fit-territorji tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Jekk mal-proċedura jkun hemm assoċjati spejjeż, dan iservi ta’ deterrent għall-konsumaturi mill-użu tal-ADR. Regoli proċedurali dwar talbiet frivoli jew vessatorji se jirrestrinġu t-talbiet għal dawk li huma neċessarji. Fil-klima ekonomika attwali, jeħtiġilna nkunu ċari li mhux iċ-ċittadin li jħallas it-taxxa għandu jiffinanzja l-proċeduri tal-ADR, imma l-industrija.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-entità tal-ADR, li tkun irċeviet l-ilment, tinnotifika lill-partijiet bit-tilwim malli tkun irċeviet id-dokumenti kollha li jinkludu l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-ilment;

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-tilwim ikun solvut fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-entità tal-ADR tkun irċeviet l-ilment. Fil-każ ta' tilwim kumpless, l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-perjodu ta' żmien;

(d) it-tilwim ikun solvut f’perjodu ta’ żmien ta’ 90 jum tal-kalendarju mid-data li fiha l-entità tal-ADR tkun irċeviet il-fajl komplut tal-ilment. Fil-każ ta’ tilwim ta’ natura kumplessa jew teknika ħafna, il-persuna jew il-korp kolleġjali inkarigat jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jestendi l-perjodu ta’ żmien ta’ 90 jum. Il-partijiet għandhom jiġu infurmati dwar kwalunkwe estensjoni ta’ dan il-perjodu u dwar it-tul approssimattiv ta’ żmien mistenni li se jkun meħtieġ għall-konklużjoni tat-tilwim;

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-proċeduri tal-ADR:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR:

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) jippermettu l-partijiet jirtiraw mill-proċedura fi kwalunkwe stadju jekk ma jkunux sodisfatti bil-prestazzjoni jew bl-operat tal-proċedura; Huma għandhom jiġu infurmati dwar dan id-dritt qabel ma tibda l-proċedura. Meta r-regoli nazzjonali jipprevedu l-parteċipazzjoni mandatorja tan-negozjant fil-proċeduri tal-ADR, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għall-konsumatur;

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-partijiet ikollhom il-possibbiltà li jesprimu l-opinjoni tagħhom u jisimgħu l-argumenti u l-fatti mressqa mill-parti l-oħra u kwalunkwe dikjarazzjoni mill-esperti.

(a) jippermettu lill-partijiet li jesprimu l-opinjoni tagħhom, li jiġu provduti bl-argumenti, l-evidenza, id-dokumenti u l-fatti mressqa mill-parti l-oħra u jikkummentaw dwarhom, inklużi kwalunkwe dikjarazzjoni u opinjoni mressqa mill-esperti u li jwieġbu fi żmien perjodu raġonevoli;

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva m’għandhiex tipprekludi proċeduri li jsiru għalkollox bil-kitba jew elettronikament, billi timponi obbligu li l-partijiet jistgħu "jisimgħu" l-argumenti. Barra minn hekk, il-partijiet għandhom ikunu jistgħu jikkummentaw dwar l-argumenti u l-fatti mressqa mill-parti l-oħra, inklużi kwalunkwe dikjarazzjoni u opinjoni mressqa mill-esperti.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-riżultat tal-proċedura tal-ADR ikun disponibbli għaż-żewġ partijiet bil-miktub jew fuq mezz ieħor li jservi, filwaqt li jiġu dikjarati r-raġunijiet li fuqhom ġie bbażat dan ir-riżultat.

(b) jinnotifikaw lill-partijiet bir-riżultat tal-proċedura tal-ADR bil-miktub jew fuq mezz ieħor li jservi, u li dawn jingħataw dikjarazzjoni tar-raġunijiet li fuqhom ġie bbażat dan ir-riżultat.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jissuġġerixxu soluzzjoni

2. Fil-proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jipproponu soluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 2 – punt a – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-konsumatur, qabel ma jaqbel ma' soluzzjoni li tkun ġiet suġġerita, jiġi infurmat li:

(a) il-partijiet, qabel ma jaqblu ma' soluzzjoni li tkun ġiet proposta, jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom skont il-leġiżlazzjoni eżistenti u li:

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) għandu l-għażla li jaqbel ma' soluzzjoni suġġerita jew le;

(i) għandhom l-għażla li jaqblu mas-soluzzjoni proposta jew le;

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – punt -ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) il-parteċipazzjoni fil-proċedura ma tipprekludix il-possibbiltà li wieħed ifittex rimedju permezz ta’ proċeduri normali tal-qorti;

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) is-soluzzjoni suġġerita tista' tkun inqas favorevoli mir-riżultat determinat minn qorti li tapplika regoli legali;

(ii) is-soluzzjoni proposta tista' tkun differenti mir-riżultat determinat minn qorti li tapplika regoli legali;

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) qabel ma jaqbel mas-soluzzjoni suġġerita jew jirrifjutaha, għandu d-dritt li jikseb parir indipendenti;

(iii) għandhom id-dritt li jiksbu parir indipendenti;

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia) is-soluzzjoni proposta se jkollha effett legali determinat;

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-partijiet, qabel ma jaqblu ma' soluzzjoni suġġerita, jiġu infurmati dwar l-effett legali ta' tali qbil;

imħassar

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-partijiet, qabel ma jesprimu l-kunsens tagħhom għal soluzzjoni suġġerita jew qbil amikevoli, jingħataw perjodu raġonevoli ta' żmien biex jirriflettu.

(c) il-partijiet, qabel ma jagħtu l-kunsens tagħhom għal soluzzjoni proposta jew qbil amikevoli, jingħataw perjodu raġonevoli ta' żmien biex jirriflettu;

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jekk il-partijiet jiddeċiedu li jirrifjutaw is-soluzzjoni proposta, l-entità tal-ADR tista’ tippubblika din is-soluzzjoni.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta jiġu stabbiliti proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu tilwima billi jipproponu soluzzjoni, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw li tali soluzzjonijiet proposti għandhom, meta l-konsumatur jiddeċiedi hekk, ikunu vinkolanti għan-negozjant.

 

F’tali każijiet, l-Artikolu 9(2) għandu jinqara b’mod li japplika biss għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu ikomplu jużaw u jimplimentaw skemi tal-ADR ġodda biex fejn konsumatur jagħżel li jaċċetta r-riżultat ta’ proċedura, in-negozjant ikun marbut b'dik id-deċiżjoni.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Libertà

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qbil bejn konsumatur u negozjant biex jiġu ppreżentati lmenti lil entità tal-ADR ma jkunx vinkolanti fuq il-konsumatur jekk ikun ġie konkluż qabel ma qam it-tilwim u jekk ikollu l-effett li jċaħħad lill-konsumatur mid-dritt tiegħu li jressaq azzjoni quddiem il-qrati biex ikun iddeterminat it-tilwim.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jimponu soluzzjoni, is-soluzzjoni imposta tista' tkun vinkolanti għall-partijiet biss jekk huma jkunu ġew informati bin-natura vinkolanti minn qabel u jkunu aċċettawha b'mod speċifiku. Aċċettazzjoni speċifika min-negozjant m’għandhiex tkun rikjesta jekk ir-regoli nazzjonali jipprevedu li s-soluzzjonijiet huma vinkolanti għan-negozjanti.

Ġustifikazzjoni

Bħala regola ġenerali, meta proċeduri tal-ADR jimponu soluzzjoni vinkolanti għall-partijiet, dawk il-partijiet għandhom ikunu taw il-kunsens tagħhom bil-quddiem. L-eċċezzjoni għal dan hija fejn ir-regoli nazzjonali jipprovdu li s-soluzzjonijiet huma vinkolanti għan-negozjanti. Dawn l-iskemi joperaw b’mod effikaċi ħafna għall-konsumaturi u m’għandhomx jisfaw imminati.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9b

 

Legalità

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi proċeduri tal-ADR li jkollhom l-għan li jsolvu t-tilwima billi jimponu soluzzjoni fuq il-konsumatur, is-soluzzjoni imposta ma twassalx biex il-konsumatur jiġi mċaħħad mill-protezzjoni pprovduta mid-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita l-entità tal-ADR. Fil-każ ta’ tilwim transkonfinali, is-soluzzjoni imposta mill-enità tal-ADR m’għandhiex twassal biex il-konsumatur jiġi mċaħħad mill-protezzjoni pprovduta permezz tad-dispożizzjonijiet obbligatorji applikabbli skont il-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu għall-każijiet fejn tali protezzjoni hija prevista mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva proposta ma tinkludix il-prinċipju importanti tal-legalità li jiżgura li l-konsumaturi dejjem ikunu protetti bid-dispożizzjonijiet legali obbligatorji fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom. Għaldaqstant jeħtieġ li l-prinċipju tal-legalità jiddaħħal għal tilwimiet fejn soluzzjoni tkun imposta fuq il-partijiet, ħalli jiggarantixxi li l-konsumaturi ma jiġux imċaħħda mill-protezzjoni pprovduta bid-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 9c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9c

 

L-effett ta’ proċeduri tal-ADR fuq perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jirrikorru għall-ADR f’tentattiv li jsolvu tilwima ma jinżammux sussegwentement milli jibdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ dik it-tilwima minħabba li jiskadu l-perjodi ta' limitazzjoni jew ta' preskrizzjoni matul il-proċedura tal-ADR.

 

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni jew il-preskrizzjoni inklużi fi ftehimiet internazzjonali li l-Istati Membri jkunu firmatarji tagħhom.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 9d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9d

 

Linji gwida

 

1. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-persuni interessati rilevanti, għandha tfassal linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawn il-linji gwida għandhom jiffukaw b’mod partikolari fuq il-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fil-Kapitolu II, il-kooperazzjoni bejn entitajiet tal-ADR f’każijiet transkonfinali u bejn entitajiet tal-ADR u awtoritajiet nazzjonali kif previst fl-Artikoli 13 u 14, u r-relazzjoni bejn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tfassal dawk il-linji gwida abbażi tal-prassi stabbilita fl-Istati Membri, kodiċi ta’ kondotta volontarji, standards ta’ kwalità u kwalunkwe data rilevanti oħra.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-linji gwida lill-Istati Membri u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-approċċ ta’ armonizzazzjoni minima meħud minn din id-Direttiva u d-diversità ta’ proċeduri tal-ADR fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta linji gwida li jagħtu lill-Istati Membri r-regoli supplimentari meħtieġa biex jiffaċilitaw u jiċċaraw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti stabbiliti fit-territorji tagħhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-entitajiet tal-ADR li huma koperti minnhom u li huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim li jista' jinqala' bejniethom u l-konsumaturi. Tali informazzjoni għandha tinkludi l-indirizzi tal-websajts tal-entitajiet tal-ADR rilevanti u tispeċifika jekk in-negozjant jimpenjax ruħu jew le li juża dawn l-entitajiet biex isolvi t-tilwim mal-konsumaturi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti stabbiliti fit-territorji tagħhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-isem, l-indirizz u l-indirizz tal-websajt tal-entitajiet tal-ADR li huma koperti minnhom u li huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim li jista' jinqala' bejniethom u l-konsumaturi. In-negozjanti għandhom jispeċifikaw ukoll jekk huma jimpenjawx ruħhom jew humiex obbligati jew le li jużaw dawn l-entitajiet biex isolvu t-tilwim mal-konsumaturi.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata b'mod li wieħed jista' jkollu aċċess għaliha faċilment, direttament, b'mod prominenti u permanenti fuq il-websajt tan-negozjant, jekk ikun jeżisti wieħed, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi bejn in-negozjant u konsumatur u fil-fatturi u l-irċevuti li għandhom x'jaqsmu ma' tali kuntratti. Din għandha tispeċifika kif wieħed jista' jkollu aċċess għal informazzjoni addizzjonali dwar l-entità tal-ADR ikkonċernata u dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tagħha.

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata b’mod ċar u komprensibbli u b'mod li wieħed jista' jkollu aċċess għaliha faċilment u b’mod permanenti fuq il-websajt tan-negozjant, jekk ikun jeżisti wieħed, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi bejn in-negozjant u konsumatur u kull meta negozjant jirrifjuta lment imressaq quddiemu direttament minn konsumatur. Din għandha tispeċifika kif wieħed jista' jkollu aċċess għal informazzjoni addizzjonali dwar l-entità tal-ADR ikkonċernata u dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tagħha.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar l-informazzjoni għall-konsumatur għall-kuntratti magħmula mill-bogħod u barra l-bini.

3. Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar l-informazzjoni għall-konsumatur għall-kuntratti magħmula mill-bogħod u barra l-bini, fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi1 u l-Artikolu 185 tad-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)2.

 

______________

 

1 ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.

 

2 ĠU L 335, 17.12.2008, p. 1.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jistgħu jiksbu għajnuna fir-rigward tat-tilwim tagħhom li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi transkonfinali. Tali għajnuna għandu jkollha l-għan b'mod partikolari li tgħin lill-konsumaturi jkollhom aċċess għall-entità tal-ADR li tiffunzjona fi Stat Membru ieħor li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim transkonfinali tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fir-rigward tat-tilwim li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi transkonfinali, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jiksbu għajnuna biex ikollhom aċċess għall-entità tal-ADR li tiffunzjona fi Stat Membru ieħor li hija kompetenti biex tindirizza t-tilwim transkonfinali tagħhom.

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu r-responsabbiltà tal-kompitu msemmi fil-paragrafu 1 liċ-ċentri tagħhom tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur, lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi jew lil kwalunkwe korp ieħor.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu r-responsabbiltà tal-kompitu msemmi fil-paragrafu 1 liċ-ċentri tagħhom tan-netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-għajnuna lill-konsumaturi involuti f'tilwimiet transkonfinali tingħata permezz ta’ netwerk strutturat u fformalizzat imwaqqaf mill-Kummissjoni, in-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji, iċ-ċentri tan-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur u, fejn xieraq, il-korpi maħtura skont l-Artikolu 11(2) jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fil-bini u fuq il-websajts tagħhom il-lista tal-entitajiet tal-ADR imsemmijin fl-Artikolu 17(3).

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR u ċ-ċentri tan-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts tagħhom, u kull fejn dan ikun possibbli, fuq mezz li jservi għal żmien twil fil-bini tagħhom, il-lista tal-entitajiet tal-ADR imsemmijin fl-Artikolu 17(3).

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u lin-negozjanti biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fuq il-websajts tagħhom u bi kwalunkwe mezz ieħor li jidhrilhom f’loku, il-lista ta’ entitajiet tal-ADR imsemmija fl-Artikolu 17(3).

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw divulgazzjoni adatta tal-informazzjoni dwar kif il-konsumaturi jistgħu jaċċedu għall-proċeduri tal-ADR jekk jinqala' tilwim kuntrattwali kif imsemmi fl-Artikolu 2(1) fir-rigward ta' negozjant partikolari.

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni bejn l-entitajiet tal-ADR dwar is-soluzzjoni għat-tilwim transkonfinali

Kooperazzjoni u skambji ta' esperjenza bejn l-entitajiet tal-ADR

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jikkooperaw fis-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali u jwettqu skambji regolari dwar prattiki tajba rigward is-soluzzjoni ta’ tilwimiet sew transkonfinali kif ukoll domestiċi.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa u tiffaċilita l-iskambji ta’ esperjenzi bejn l-entitajiet tal-ADR biex tinkoraġġixxi l-użu tal-aqwa prattiki, b’mod partikolari permezz tal-Programm tal-Konsumaturi.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li jkun fiha l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tan-netwerks imsemmija fil-paragrafu 1, Il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, taġġorna din il-lista kull sentejn.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li jkun fiha l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tan-netwerks imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha taġġorna din il-lista kull sentejn.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni dwar il-prattiċi tan-negozju min-negozjanti li fuqhom ikunu ressqu l-ilmenti l-konsumaturi. Għandha tinkludi wkoll il-provvista ta' valutazzjoni u informazzjoni teknika minn dawn l-awtoritajiet lill-entitajiet tal-ADR fejn tali valutazzjoni jew informazzjoni tkun meħtieġa għall-immaniġġjar ta' tilwim individwali.

2. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni dwar il-prattiki f’setturi tan-negozju speċifiċi min-negozjanti li fuqhom ikunu ressqu l-ilmenti l-konsumaturi ripetutament. Għandha tinkludi wkoll il-provvista ta' valutazzjoni u informazzjoni teknika minn dawn l-awtoritajiet nazzjonali lill-entitajiet tal-ADR fejn tali valutazzjoni jew informazzjoni tkun meħtieġa għall-immaniġġjar ta' tilwim individwali u tkun diġà disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-prattiki tan-negozju tal-impriżi m’għandhomx jiġu ppubbliċizzati kollha f’daqqa: din l-informazzjoni tinkludi wkoll data kunfidenzjali u sigrieti tan-negozju li m’għandhomx jingħaddu lill-pubbliku. Barra minn hekk, entita tal-ADR ma tistax iġġiegħel lil aġenziji tal-Istat jagħtu valutazzjonijiet permezz tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Dan japplika b’mod partikolari għall-finanzjament.

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-segretezza professjonali u kummerċjali li japplikaw għall-awtoritajiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti li tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-funzjonament u l-iżvilupp tal-entitajiet tal-ADR stabbiliti fit-territorju tiegħu. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-awtorità li jkun ħatar lill-Kummissjoni.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti biex twettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 16 u 17. Kull Stat Membru jista' jaħtar aktar minn awtorità kompetenti waħda. Jekk Stat Membru jagħmel hekk, għandu jiddetermina liema waħda mill-awtoritajiet kompetenti maħtura għandha tkun il-punt uniku ta’ kuntatt mal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-awtorità kompetenti jew, fejn ikun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-punt uniku ta' kuntatt, li jkun ħatar.

Ġustifikazzjoni

Biex nirriflettu approċċi differenti settorjali jew ġeografiċi dwar l-ADR, jeħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda.

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-awtoritajiet kompetenti kkomunikati lilha skont il-paragrafu 1 u tippubblika din il-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-awtoritajiet kompetenti inkluż, fejn ikun xieraq, dawk li jaġixxu ta’ punt uniku ta' kuntatt, ikkomunikati lilha skont il-paragrafu 1 u tippubblika din il-lista f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) stqarrija dwar it-tipi ta' tilwim koperti minn proċeduri tal-ADR;

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) dikjarazzjoni dwar l-elementi meħtieġa għall-istabbiliment tal-kompetenza tagħhom;

imħassar

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) stqarrija raġunata, ibbażata fuq awtovalutazzjoni mill-entità tal-ADR, dwar jekk tikkwalifikax bħala entità tal-ADR li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II.

(h) stqarrija raġunata dwar jekk l-entità tikkwalifikax bħala entità tal-ADR li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li tikkonforma mal-kriterji tal-kwalità stabbiliti fil-Kapitolu II.

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jikkomunikaw lill-awtorità kompetenti mill-inqas darba fis-sena l-informazzjoni li ġejja:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sentejn informazzjoni dwar:

Emenda  145

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-rata ta' konformità, jekk tkun magħrufa, mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR:

(d) ir-rata ta’ konformità mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR fejn id-deċiżjonijiet ikunu vinkolanti u, jekk l-informazzjoni rilevanti tkun disponibbli, fil-każ ta’ deċiżjonijiet mhux vinkolanti;

Ġustifikazzjoni

L-entitajiet tal-ADR għandu jkollhom id-dmir li jimmonitorjaw il-konformità mar-riżultati. Dan huwa indikatur importanti għall-effiċjenza tal-iskemi tal-ADR u jgħin ukoll lill-konsumaturi u lin-negozji sabiex jiddeċiedu jekk l-involviment fi proċedura tal-ADR huwiex utli.

Emenda  146

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-istatistika rilevanti li turi l-mod li bih in-negozjanti jużaw is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tagħhom mal-konsumaturi;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni li l-entitajiet tal-ADR ikunu obbligati jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun prattika, fattibbli u ħielsa minn piż amministrattiv bla ħtieġa.

Emenda  147

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) kwalunkwe problema rikorrenti li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti;

(f) kwalunkwe problema sistematika li sseħħ spiss u li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti; L-informazzjoni kkomunikata f’dan ir-rigward tista’ tkun akkumpanjata minn rakkomandazzjonijiet dwar kif tali problemi jistgħu jiġu evitati jew solvuti fil-futur;

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiċi, jista' jkun utli li l-entitajiet tal-ADR jipprovdu soluzzjonijiet ta’ gwida għal-każijiet li jkunu solvew, filwaqt illi jippriservaw il-kunfidenzjalità

Emenda  148

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) fejn ikun applikabbli, valutazzjoni tal-effikaċja tal-kooperazzjoni tagħhom fin-netwerks tal-entitajiet tal-ADR li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim transkonfinali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni li l-entitajiet tal-ADR ikunu obbligati jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun prattika, fattibbli u ħielsa minn piż amministrattiv bla ħtieġa.

Emenda  149

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) awtovalutazzjoni tal-effikaċja tal-proċedura tal-ADR offruta mill-entità u ta' modi possibbli ta' kif tista' titjieb il-prestazzjoni tagħha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni li l-entitajiet tal-ADR ikunu obbligati jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun prattika, fattibbli u ħielsa minn piż amministrattiv bla ħtieġa.

Emenda  150

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull awtorità kompetenti għandha tivvaluta, fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet b'mod konformi mal-Artikolu 16(1), jekk l-entitajiet tal-ADR notifikati lilha jikkwalifikawx bħala entitajiet tal-ADR li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II.

1. Kull awtorità kompetenti għandha tivvaluta, fuq il-bażi ta' evalwazzjoni oġġettiva u indipendenti u tal-informazzjoni li tkun irċeviet b'mod konformi mal-Artikolu 16(1), jekk l-entitajiet tal-ADR notifikati lilha jikkwalifikawx bħala entitajiet tal-ADR li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jikkonformaw mal-kriterji tal-kwalità stabbiliti fil-Kapitolu II.

Emenda  151

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull awtorità kompetenti għandha, fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tistabbilixxi lista tal-entitajiet tal-ADR li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

2. Kull awtorità kompetenti għandha, fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tistabbilixxi lista tal-entitajiet tal-ADR li jkunu ġew innotifikati lilha u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti m'għandhiex tirrifjuta li telenka entità tal-ADR jekk tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Għandu jidher biċ-ċar li l-awtoritajiet ma għandhom l-ebda setgħa ta’ diskrezzjoni li jirrifjutaw l-inklużjoni fil-lista sakemm il-valutazzjoni turi li l-iskema tal-ADR tirrispetta d-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu II.

Emenda  152

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-elementi meħtieġa għall-istabbiliment tal-kompetenza tagħhom;

imħassar

Emenda  153

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) is-setturi u l-kategoriji ta' tilwim koperti minn kull entità tal-ADR;

Emenda  154

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika; kif ukoll

(e) il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika, inkluża stqarrija mill-entità tal-ADR dwar jekk il-proċedura tal-ADR issirx jew tistax issir bħala proċedura orali jew bil-miktub;

Emenda  155

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-lista lill-Kummissjoni. Jekk jiġu notifikati xi bidliet lill-awtorità kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1), il-lista għandha tiġi aġġornata minnufih u l-informazzjoni rilevanti għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni.

Kull awtorità kompetenti għandha tinnotifika l-lista lill-Kummissjoni. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1), jekk jiġu notifikati xi bidliet lill-awtorità kompetenti, il-lista għandha tiġi aġġornata minnufih u l-informazzjoni rilevanti għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni. Jekk entità tal-ADR ma tibqax konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha tneħħiha mil-lista.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun żgurat li l-Istati Membri jirreġistraw u jaġġornaw regolarment informazzjoni dwar xi bidliet fir-rigward tal-entitajiet tal-ADR.

Emenda  156

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk Stat Membru jkun ħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda, il-lista u l-aġġornamenti tagħha msemmijin fil-paragrafu 2 għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mill-punt uniku ta' kuntatt. Il-lista u l-aġġornamenti għandhom ikunu relatati mal-entitajiet tal-ADR kollha stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu evitati l-burokrazija u l-piż amministrattiv huwa essenzjali li, fil-każ li tinħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru, il-punt uniku ta’ kuntatt jagħti lill-Kummissjoni l-lista u kull aġġornament rilevanti.

Emenda  157

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-entitajiet tal-ADR li ġew ikkomunikati lilha skont il-paragrafu 2 u taġġorna din il-lista kull meta jiġu notifikati xi bidliet lill-Kummissjoni skont it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din il-lista u l-aġġornamenti tagħha u tibgħatha lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Istati Membri.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista tal-entitajiet tal-ADR notifikati li ġew ikkomunikati lilha skont il-paragrafu 2 u taġġorna din il-lista kull meta jiġu notifikati xi bidliet lill-Kummissjoni skont it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din il-lista u l-aġġornamenti tagħha u tibgħatha lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Istati Membri, lill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u dawk kummerċjali kif ukoll lin-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur.

Emenda  158

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-entitajiet tal-ADR notifikati ppubblikati fil-lista tal-Kummissjoni għandhom jingħataw ċertifikat Ewropew tal-kwalità li jingħaraf faċilment u li jservi ta’ garanzija għall-konsumaturi li l-entità tal-ADR rilevanti tkun konformi mal-kriterji tal-kwalità stipulati f'din id-Direttiva. Fil-każ li entità tal-ADR titneħħa mil-lista tal-Kummissjoni, iċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità m’għandux jibqa’ jgħodd.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitneħħa kull dubju u tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fis-sistema, għandu jinħoloq ċertifikat Ewropew tal-kwalità li jingħaraf faċilment u li jiggarantixxi li l-entitajiet tal-ADR jissodisfaw l-istandards tal-kwalità meħtieġa minn din id-Direttiva. Dan iċ-ċertifikat tal-kwalità għandu jitneħħa minnufih f'każ li l-entità ma tibqax fil-lista tal-Kummissjoni.

Emenda  159

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull awtorità kompetenti għandha tippubblika l-lista konsolidata tal-entitajiet tal-ADR imsemmija fil-paragrafu 3 fuq il-websajt tagħha u b'kull mezz ieħor li tqis xieraq.

4. Kull awtorità kompetenti għandha tippubblika l-lista konsolidata tal-entitajiet tal-ADR imsemmija fil-paragrafu 3 fuq il-websajt tagħha u fuq mezz li jservi għal żmien twil fejn ikun xieraq.

Emenda  160

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull sentejn, kull awtorità kompetenti għandha tippubblika rapport dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari:

5. Sal-31 ta' Diċembru 2015 u kull tliet snin wara din id-data, kull awtorità kompetenti għandha tippubblika u tibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari:

Ġustifikazzjoni

Bħala kwistjoni ta’ kooperazzjoni tajba bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, huwa mixtieq li dawn tal-aħħar jibagħtu r-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni li se tiċċentralizza l-informazzjoni, minħabba li dan jiffaċilita l-ġbir tal-informazzjoni tal-Kummissjoni.

Emenda  161

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jidentifika oqsma, jekk ikun hemm, fejn il-proċeduri tal-ADR għadhom ma jindirizzawx tilwim kopert minn din id-Direttiva;

(a) jidentifika oqsma u setturi, jekk ikun hemm, fejn il-proċeduri tal-ADR għadhom ma jindirizzawx tilwim kopert minn din id-Direttiva;

Emenda  162

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 - paragrafu 5 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jittejjeb il-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR, fejn xieraq.

(d) jagħmel rakkomandazzjonijiet fuq kif wieħed jista' jtejjeb il-funzjonament effikaċi u effiċjenti tal-entitajiet tal-ADR, fejn xieraq.

Emenda  163

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Jekk Stat Membru jkun ħatar aktar minn awtorità kompetenti waħda, ir-rapport għandu jiġi ppubblikat mill-punt uniku ta' kuntatt. Ir-rapport għandu jinkludi l-entitajiet tal-ADR kollha stabbiliti f'dak l-Istat Membru.

Emenda  164

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 10 u l-Artikolu 16(1) u (2) ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 10 u l-Artikolu 16(1) u (2) ta' din id-Direttiva jekk tkun inħarġet twissija inizjali obbligatorja iżda din ma tkunx ġiet ħalliet effett, u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi.

Emenda  165

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-aktar tard sal-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data: l8-il xahar wara d-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi, jew l-arranġamenti ta’ awtoregolazzjoni, meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-aktar tard sal-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data: l8-il xahar wara d-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

F’xi Stati Membri, eż. fil-Pajjiżi l-Baxxi, l-ADR żviluppat sew, filwaqt m’hemm l-ebda leġiżlazzjoni. F’dawn l-Istati Membri, in-negozji jistgħu jintroduċu l-ADR permezz ta’ awtoregolazzjoni. Ħafna negozji jaraw l-ADR bħala mekkaniżmu tajjeb biex jipprovdu lill-konsumaturi mekkaniżmu addizzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim. Dan jista’ jiġri fuq bażi fejn anki l-gvern jieħu sehmu (finanzjajru) f’tali mekkaniżmi kooperattivi. Jitqies f’loku li jkun stipulat espliċitament fl-Artikolu 22 li d-Direttiva tal-ADR tista’ tiġi implimentata permezz tal-awtoregolazzjoni.

Emenda  166

Proposta għal direttiva

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard mill-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ], u wara dan kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jqis l-iżvilupp u l-użu tal-entitajiet tal-ADR u l-impatt ta' din id-Direttiva fuq il-konsumaturi u n-negozjanti. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti ta' emendi għal din id-Direttiva.

Mhux aktar tard mill-[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data: erba’  snin wara d-dħul fis-seħħ], u wara dan kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dak ir-rapport għandu jqis l-iżvilupp u l-użu tal-entitajiet tal-ADR u l-impatt ta' din id-Direttiva fuq il-konsumaturi u n-negozjanti. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti ta' emendi għal din id-Direttiva.

  • [1]  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 93-98

NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) tal-konsumaturi huwa li tipprovdi mod sempliċi, espedjenti u li ma jinvolvix spejjeż kbar għas-soluzzjoni tat-tilwim li jinvolvi l-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fl-Unjoni Ewropea kollha. Ladarba tiġi implimentata, din id-direttiva tippermetti lil kwalunkwe konsumatur li jkun residenti fl-UE jkollu aċċess għal entità tal-ADR ta' kwalità jekk ikollu problemi li joriġinaw mix-xiri ta' oġġetti jew servizzi - kemm jekk domestiċi kif ukoll jekk transkonfinali - minn negozjant stabbilit fi Stat Membru tal-UE.

Kuntest

Minkejja t-titjib fil-ħarsien tal-konsumatur mill-bidu tas-Suq Uniku, għad fadal "lakuni" li jagħmlu l-ħajja diffiċli għaċ-ċittadini, u b'mod partikolari għall-konsumaturi u l-SMEs. Kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari[1] u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2010 dwar ir-Realizzazzjoni tas-Suq Uniku għall-Konsumaturi u ċ-Ċittadini[2], kif ukoll fl-Att dwar is-Suq Uniku, iċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom ikunu jistgħu jiċċaqilqu u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, fosthom id-dritt li jkunu jistgħu jixtru oġġetti jew servizzi minn negozjanti stabbiliti fi Stati Membri oħra, fis-Suq Uniku kollu.

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea t-tnejn jorbtu lill-UE biex tipprovdi livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur. It-TFUE jiddikjara wkoll li s-suq intern għandu jinkludi żona mingħajr fruntieri interni li fiha jkun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u s-servizzi.

Il-Kummissjoni ħarġet l-ewwel Rakkomandazzjoni tagħha dwar l-iskemi tal-ADR tal-konsumaturi 14-il sena ilu. Madankollu, il-miżuri adottati f'livell nazzjonali kienu għalkollox insuffiċjenti, billi ħafna ċittadini għadhom ma jistgħux jaċċessaw skema effikaċi tal-ADR fis-settur jew ir-reġjun neċessarju. Għalhekk, jinħtieġ li tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew biex jinħoloq livell ta' armonizzazzjoni minima u biex ikun żgurat li konsumaturi fl-Unjoni kollha jibbenefikaw mill-istess livell għoli ta' ħarsien.

L-ADR u s-Suq Intern

Attwalment, in-nuqqas ta' mezz sempliċi, espedjenti u li ma jinvolvix spejjeż kbar għas-soluzzjoni tat-tilwim, għal bosta ċittadini jikkostitwixxi ostaklu fis-Suq Uniku. Il-konsumaturi jitilfu madwar 0.4 % tal-PDG Ewropew minħabba tali problemi, iżda 5 % biss tal-konsumaturi ressqu l-każ tagħhom quddiem entità tal-ADR fl-2010, u 9 % biss tan-negozji jirrappurtaw li xi darba użaw ADR. Il-konsumaturi jixtru minn pajjiżi oħra biss jekk ikollhom il-fiduċja li jistgħu jiksbu rimedju jekk jaffaċċaw problemi b'rabta mal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu xtraw. In-negozjanti, b'mod partikolari l-SMEs, jaqtgħu qalbhom bl-istess mod milli jagħmlu negozju minn naħa għall-oħra tal-fruntieri minħabba l-inċertezza li jkollhom x'jaqsmu mas-sistemi ġuridiċi ta' Stati Membri oħra. Għaldaqstant, huwa ta' importanza fundamentali li d-Direttiva ma tkoprix biss it-tilwim transkonfinali, iżda anke dak domestiku.

Barra minn hekk, il-kummerċ onlajn sar pilastru importanti tal-attività ekonomika fl-UE, iżda ħafna konsumaturi u negozjanti jaħsbuha darbtejn qabel ma jixtru u jbigħu onlajn għaliex jibżgħu li ma jkollhomx aċċess għal rimedju f'każ ta' tilwim. Mekkaniżmu integrat sew ta' soluzzjoni alternattiva u onlajn għat-tilwim jagħti liċ-ċittadini l-fiduċja meħtieġa biex igawdu l-benefiċċji kollha tal-kummerċ elettroniku. Il-pjattaforma assoċjata tas-Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim se sservi bħala għodda li toffri lill-konsumaturi u lin-negozjanti punt ta' dħul wieħed għas-soluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim onlajn, abbażi tad-disponibbiltà ta' entitajiet tal-ADR ta' kwalità fl-Unjoni kollha.

Barra minn hekk, il-ħtieġa ta' azzjoni leġiżlattiva deċiżiva f'dan il-qasam hija dejjem aktar urġenti għaliex it-tisħiħ tal-konsumaturi u l-fatt li jingħataw is-setgħa huma vitali għar-rivitalizzazzjoni tas-Suq Uniku, u għalhekk biex jiġu mħeġġa t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Bħala tali, l-implimentazzjoni tal-ADR għall-konsumaturi hija konformi wkoll mal-istrateġija Ewropa 2020 u se tifforma parti minn approċċ olistiku għat-tnedija mill-ġdid tas-Suq Uniku.

Għanijiet

Essenzjalment, l-għan tad-direttiva huwa li tindirizza t-tliet ostakli l-aktar sinifikanti u persistenti li jwaqqfu lill-konsumturi u lin-negozjanti milli jkollhom aċċess għal entità tas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim li taħdem sew. L-ewwel nett, il-kopertura tal-ADR għadha mhix uniformi kemm fil-livell settorjali kif ukoll f'dak ġeografiku. It-tieni, ħafna konsumaturi u negozjanti sempliċement mhumiex konxji jew m'għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-użu tal-mekkaniżmi tas-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim. Fl-aħħar nett, anke meta jkun hemm sistemi tal-ADR, dawn ivarjaw ferm fil-kwalità u spiss ma jissodisfawx il-prinċipji tal-kwalità stabbiliti mir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni.

L-abbozz ta' rapport

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni bħala qafas inizjali b'saħħtu biex tinkiseb kopertura tal-ADR sħiħa għaċ-ċittadini. Madankollu, ir-Rapporteur għamel sforz li jikkjarifika għadd ta' miżuri fil-proposta, kif enfasizzat hawn taħt, bl-għan li tinkiseb sistema bilanċjata li toffri protezzjoni b'saħħitha għall-indipendenza u l-kwalità tal-entitajiet tal-ADR, filwaqt li jkun żgurat ukoll li dawn joperaw b'mod prattiku, effiċjenti u trasparenti.

Il-Kamp ta’ applikazzjoni

L-Artikoli 1 u 2 jiddeskrivu fil-qosor il-kamp ta' applikazzjoni u s-suġġett tad-direttiva. Hawnhekk, sar sforz biex ikun żgurat li jintlaħaq l-għan ta' kopertura kompleta għat-tilwim tal-konsumaturi, filwaqt li l-konsumaturi jingħataw mekkaniżmu ta' rimedju effikaċi, trasparenti, ġusti u ta' kwalità għolja. Kemm il-mekkaniżmi eżistenti ta' soluzzjoni għat-tilwim kif ukoll dawk li għadhom kif ġew stabbiliti li jikkonformaw mal-istandards minimi tal-kwalità stabbiliti b'din id-direttiva se jissejħu "entitajiet tal-ADR" u sussegwentement se jingħataw ċertifikat Ewropew tal-kwalità li jagħti spinta lill-fiduċja tal-konsumaturi. Il-possibbiltà li n-negozjanti jressqu tilwim kontra l-konsumaturi ġiet eskluża, billi n-negozjanti diġà għandhom mezzi biżżejjed biex isolvu dawn it-talbiet mingħajr ma jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ADR.

L-aċċessibilità

L-Artikolu 5 jittratta primarjament kif l-entitajiet tal-ADR isiru aċċessibbli. L-ADR għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi kollha residenti fl-UE. Għalhekk l-abbozz ta' rapport jipproponi li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw informazzjoni u jressqu tilwima kemm offlajn kif ukoll onlajn. Barra minn hekk, ir-Rapporteur żied klawżola li ma tippermettix li każ jiġi rrifjutat minħabba li jkun frivolu, vessatorju, jew ikun tressaq quddiem entità tal-ADR oħra, sakemm ma tingħatax ġustifikazzjoni raġonevoli lill-partijiet kollha.

Indipendenza

Fir-rigward tal-ADR, il-kredibbiltà hija ta' importanza fundamentali. Minbarra r-rekwiżit li l-persuni inkarigati mill-ADR ikunu imparzjali, ir-Rapporteur jipproponi wkoll li jiddaħħal ir-rekwiżit li jridu jkunu indipendenti wkoll mill-partijiet kollha fit-tilwima, u dan jiżgura li l-eżiti jkunu imparzjali u ġusti għaż-żewġ partijiet. L-abbozz ta' rapport jipproponi wkoll Artikolu ġdid dwar l-indipendenza li joħloq salvagwardji istituzzjonali robusti biex ikun żgurat li l-assoċjazzjonijiet professjonali u tal-konsumatur ikunu involuti ugwalment fil-governanza tal-ADRs. Sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-ADRs li fihom il-persuni inkarigati mill-proċedura jkunu impjegati minn assoċjazzjoni professjonali, l-abbozz ta' rapport jipproponi li jridu jkunu nnominati minn korp kolleġġjali, irid ikollhom mandat stabbilit u ma jridu jkunu soġġetti għall-ebda istruzzjoni min-negozjant jew mir-rappreżentanti tan-negozjant.

It-trasparenza

L-Artikolu 7 jistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ trasparenza li l-entitajiet tal-ADR iridu jissodisfaw. Livell għoli ta' trasparenza jtejjeb il-kredibbiltà tal-entitajiet tal-ADR fost il-konsumaturi u n-negozji, iżda jipprovdi wkoll data li tgħin biex il-funzjonament tal-entitajiet jittejjeb kontinwament. Dan għandu jinkludi l-pubblikazzjoni ta' "deċiżjonijiet eżemplari" li jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki u jħeġġu lin-negozjanti jgħollu l-istandards.

Effikaċja

F'termini ta' orjentazzjoni, l-ADRs għandhom ikunu sempliċi, rapidi, għall-but ta' kulħadd u mhux burokratiċi żżejjed. Fi kliem ieħor, irid ikollhom vantaġġi ovvji meta mqabbla mal-istrutturi konvenzjonali tas-soluzzjoni tat-tilwim bħall-qrati, inkella l-konsumaturi ma jużawhomx. Għaldaqstant, ir-Rapporteur jipproponi li entitajiet tal-ADR li jiffunzjonaw sew għandhom ikunu jistgħu jagħtu soluzzjoni għat-tilwim normalment fi żmien 90 jum minn meta jibdew uffiċjalment il-proċedimenti. Dan il-perjodu ta' żmien jista' jinqabeż biss skont id-diskrezzjoni tal-persuni inkarigati mill-proċedura tal-ADR meta tkun tinħtieġ estensjoni biex tkun iggarantita soluzzjoni għat-tilwim ta' kwalità tajba f'tilwima partikolarment kumplessa jew teknika.

Libertà u Legalità

Huwa importanti ferm li jitħarsu d-drittijiet ġuridiċi taċ-ċittadini, speċjalment meta l-entitajiet tal-ADR jimponu soluzzjonijiet vinkolanti. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, skont id-diskrezzjoni tagħhom, jippermettu lill-ADRs joħorġu deċiżjonijiet li jkunu vinkolanti għal parti waħda jew għall-partijiet kollha fit-tilwima. Madankollu, ir-Rapporteur ippropona Artikolu addizzjonali sabiex jitħares id-dritt taż-żewġ partijiet li jkunu infurmati dwar deċiżjoni vinkolanti u li jagħżlu jekk jaċċettawhiex. Barra minn hekk, il-konsumaturi ma jistgħux ikunu soġġetti għal deċiżjoni vinkolanti jekk ġiet deċiża qabel ma tkun qamet it-tilwima u jekk iċċaħħad lill-konsumatur mid-dritt tiegħu li jibda proċeduri quddiem il-qrati. L-Artikolu addizzjonali jsaħħaħ ukoll id-drittijiet taċ-ċitadini fi proċeduri tal-ADR li jkollhom l-għan li t-tilwim jiġi solvut bl-impożizzjoni ta' deċiżjonijiet, billi jiżgura li l-konsumatur ma jistax jiċċaħħad mill-protezzjoni tad-dispożizzjonijiet mandatorji tal-liġi tal-Istat Membru li l-entità tal-ADR tkun stabbilita fih.

Informazzjoni

L-aħħar nuqqas sinifikanti tas-sitwazzjoni attwali tas-soluzzjoni għat-tilwim huwa li ftit ċittadini huma konxji dwar proċeduri bħal dawn u l-benefiċċji li joffru. L-għan tal-Artikolu 10 huwa li jirrimedja din is-sitwazzjoni billi jirrikjedi li n-negozjanti jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-entitajiet tal-ADR li huma koperti bihom fil-websajt tagħhom, fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti jew f'dokumenti xierqa oħra. Fil-fehma tar-Rapporteur, il-fatt li ċ-ċittadini jingħataw informazzjoni eżatta u ċara dwar kif jista' jkollhom aċċess għal ADR huwa tal-akbar importanza għas-suċċess ta' din l-inizjattiva. Għalhekk l-abbozz ta' rapport jitlob li n-negozjanti jipprovdu din l-informazzjoni f'firxa wiesgħa ta' dokumentazzjoni, iżda mingħajr ma jiddaħħlu rekwiżiti li jkunu ta' piż eċċessiv, speċjalment għall-mikroentitajiet u l-SMEs.

Konklużjoni

L-abbozz ta’ rapport jipproponi approċċ fuq tliet livelli. L-ewwel livell, il-kopertura mraqqa’ tal-ADR li ġiet rimedjata billi ingħatat qafas robust għall-iżvilupp ta’ entitajiet tal-ADR tal-konsumatur li se jiżguraw kopertura sħiħa. It-tieni, il-fatt li ħafna konsumaturi u negozjanti attwalment mhumiex konxji mill-proċeduri tal-ADR huwa indirizzat billi n-negozjanti jintalbu jipprovdu informazzjoni xierqa dwar l-ADR fil-websajts u fid-dokumenti tagħhom. Finalment, l-armonizzazzjoni tal-kriterji tal-kwalità tfisser li, irrispettivament minn fejn il-konsumaturi jixtru fl-Unjoni kollha, se jkollhom aċċess għal proċedura tal-ADR ta' kwalità għolja, imparzjali, indipendenti, ġusta u trasparenti.

OPINJONI tAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALi DWAR IL-BAŻI LEGALI PROPOSTA

Is-Sur Malcolm Harbour

'Il-President'

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali għal proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi) (COM(2011)0793 – C7 - 0454/2011 – 2011/0373(COD))

Għażiż Sur President,

Permezz tal-ittra tas-16 ta' Lulju 2012 int tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37 tar-Regoli ta' Proċedura, biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kemm hu xieraq li l-Artikolu 169 jiżdied mal-Artikolu 114 TFUE bħala l-bażi legali tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

Il-proposta għal direttiva dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi (COM(2011)0793) kienet preżentata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 114 TFUE u kienet għalhekk imressqa lill-Parlament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) adotta r-rapport tiegħu fl-10 ta' Lulju 2012. Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, flimkien mal-IMCO skont l-Artikolu 50, adotta l-opinjoni tiegħu fid-19 ta' Ġunju 2012.

Is-Servizz Legali tal-Parlament iddikjara f'nota datata 13 ta' Settembru 2012 li l-bażi legali xierqa għad-Direttiva proposta kif emendata mill-IMCO hi biss l-Artikolu 114 TFUE.

Sfond

L-elementi ewlenin tal-proposta huma: L-Istati Membri huma mitluba li jiżguraw li l-proċeduri ADR jeżitu għall-kwistjonijiet kollha ­− nazzjonali u transkonfinali (l-Artikolu 2) − koperti mill-proposta (Artikolu 5). Barra minn hekk, id-Direttiva proposta tistabbilixxi prinċipji ġenerali li l-entitajiet kollha ADR huma mitluba li jirrispettaw, inklużi kwalifiki adatti, imparzjalità, trasparenza, effikaċja u ġustizzja (l-Artikoli 6 sa 9). Il-konformità ma' dawn il-prinċipji se tkun monitorata mill-awtoritajiet nazzjonali (l-Artikoli 15 sa 17). Fl-aħħar nett, in-negozjanti huma mitluba li jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni relevanti u kompleta dwar l-entitajiet ADR relevanti disponibbli (l-Artikolu 10).

2. Ir-rapport adottat fil-Kumitat IMCO

Ir-rapport adottat fil-Kumitat IMCO juri għadd ta' differenzi meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni. Il-karatteristiċi ewlenin huma dawn li ġejjin:

− Is-suġġett ġie riformulat: minflok li "tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur", it-test relevanti issa jaqra "tikkontribwixxi, billi tilħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern" (emenda 52). Emenda parallela ġiet adottata għall-premessa dwar is-sussidjarjetà (emenda 51).

− Il-kamp ta' applikazzjoni fir-rigward tal-entitajiet ADR impjegati jew imħallsa min-negozjant ġiet ridefinita: billi l-proposta tal-Kummissjoni teskludi dawn mill-kamp ta' applikazzjoni, it-test tal-IMCO iħalliha f'idejn l-Istati Membri biex jinkluduhom, sakemm jintlaħqu għadd ta' salvagwardji dwar l-indipendenza u t-trasparenza (emenda 55).

− Tilwim bejn negozjanti u proċeduri mibdija minn negozjant kontra konsumatur huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni (emendi 57, 58).

− Hu speċifikat li d-Direttiva tistabbilixxi standard ta' armonizzazzjoni minimu (emenda 61).

− Idaħħlu għadd ta' dispożizzjonijiet li jkomplu jispeċifikaw l-aċċess għall-ADR, pereżempju għażliet għall-Istati Membri li jippermettu entitajiet ADR li jirrifjutaw li jittrattaw ma' tilwim f'ċertu każi u jekk meħtieġ b'leġiżlazzjoni nazzjonali (emenda 81), jew għażla għall-Istati Membri li jintroduċu limiti minimi (emenda 82).

− It-test fih dispożizzjoni li tinkoraġġixxi rikors għal proċeduri ADR (emenda 83).

− Il-prinċipju ta' imparzjalità li diġà qiegħed fil-proposta tal-Kummissjoni qed ikun definit aktar u jinkludi indipendenza, filwaqt li ddaħħlu għadd ta' kriterji sabiex tiġi żgurata assenza ta' konflitt ta' interessi (emenda 84).

− Saru għadd ta' modifikazzjonijiet għad-dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza (l-Artikolu 7, emendi 85-99), l-effikaċja (l-Artikolu 8, emendi 100-105) u l-ġustizzja (l-Artikolu 9, emendi 106-120).

− Żdiedu dispożizzjonijiet dwar il-libertà (emenda 121), il-legalità (emenda 122) u l-effett tal-proċeduri ADR fuq perjodi ta' limitazzazzjoni u l-preskrizzjoni (emenda 123).

3. Il-bażi legali inkwistjoni

a. Il-bażi legali tal-proposta

Il-proposta hi bbażata fuq l-Artikolu 114 TFUE, li jgħid dan li ġej:

"Artikolu 114

1. Ħlief fejn provdut xort'oħra fit-Trattati, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 26. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern.

2. [...]

3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba fil-paragrafu 1 li jikkonċerna s-saħħa, is-sigurtà, il-ħarsien tal-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-għola livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta' kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ukoll ifittxu li jilħqu dan l-objettiv."

L-Artikolu 26 TFUE li hemm referenza għalih fl-Artikolu 114 TFUE jgħid:

"1. L-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tassigura l-funzjonament tas-suq intern, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

2. Is-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

b. Bidla proposta fil-bażi legali

L-IMCO talab l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar kemm hu xieraq li jiżdied l-Artikolu 169 TFUE mal-Artikolu 114 TFUE, minħabba li emenda (emenda 1) li żżid l-Artikolu 169 TFUE mal-bażi legali ġiet adottata minn IMCO. L-IMCO jirreferi wkoll għal emenda oħra (emenda 2) li żżid mat-test propost mill-Kummissjoni fl-ewwel premessa "L-Artikolu 169(1) u l-Artikolu 169(2) TFUE jipprovdu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tiegħu" l-espressjoni "inter alia", sabiex l-aħħar parti tas-sentenza issa taqra "inter alia permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tiegħu".

L-Artikolu 169 TFUE jgħid dan li ġej:

"1. Sabiex tippromwovi l-interessi tal-konsumaturi u sabiex tassigura livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-informazzjoni, l-edukazzjoni u l-organizzazzjoni tagħhom infushom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom.

2. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għar-realizzazzjoni tal-objettivi imsemmija fil-paragrafu 1, permezz ta’:

a) miżuri adottati skont l-Artikolu 114 fil-kuntest tal-kompletament tas-suq intern;

b) miżuri li jgħinu, jissuplimentaw u jissorveljaw il-politika użata mill-Istati Membri.

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2(b).

4. Il-miżuri adottati skond il-paragrafu 3 m’għandhomx jimpedixxu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri protettivi aktar stretti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kumpattibli mat-Trattati. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħarrfa bihom.

III. Analiżi

Ċerti prinċipji joħorġu mill-ġurisprudenza tal-Qorti fir-rigward tal-għażla tal-bażi legali. L-ewwel, minħabba l-konsegwenzi tal-bażi legali f'termini ta' kompetenza sostantiva u ta' proċedura, l-għażla tal-bażi legali korretta hi ta' importanza kostituzzjonali[1]. It-tieni, skont l-Artikolu 13(2) TUE, kull istituzzjoni għandha taġixxi skont il-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattat[2]. It-tielet, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, "l-għażla tal-bażi legali ta’ att Komunitarju għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att"[3]. Fl-aħħar nett, fir-rigward ta' bażijiet legali multipli, jekk miżura tal-UE, meta tiġi eżaminata, turi li għandha skop doppju jew li għandha komponent doppju u jekk wieħed minn dawn ikun identifikabbli bħala l-iskop jew komponent ewlieni jew predominanti, waqt li l-ieħor ikun biss inċidentali, l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti[4]. Min-naħa l-oħra, fejn miżura għandha diversi objettivi fl-istess ħin li huma marbuta flimkien b'mod permanenti mingħajr ma jkunu sekondarji u indiretti fir-rispett ta' l-oħrajn, il-miżura għandha tkun ibbażata fuq dispożizzjonijiet relevanti u varji tat-Trattat[5].

1. L-Artikolu 114 TFUE

L-Artikolu 114 TFUE jipprovdi l-bażi legali għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet imniżżla fil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri li għandhom bħala objettiv tagħhom it-twaqqif u l-funzjonament tas-suq intern. Fis-sentenza li biha l-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-direttiva dwar ir-riklamar tat-tabakk[6], hi żammet li l-Artikolu 100a KE ta' qabel (issa l-Artikolu 114 TFUE) ma jagħtix "lil-leġiżlatura tal-Komunità setgħa ġenerali li tirregola s-suq intern"[7]. Iddeċidiet ukoll li "att adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 100a tat-Trattat għandu jkollu effettivament l-għan li jtejjeb kundizzjonijiet tal-istabbiliment u tat-tħaddim tas-suq intern"[8].

Il-Kummissjoni ppreżentat id-Direttiva ADR proposta appożitament bħala inizjattiva tas-suq intern: impenjat lilha nnifisha li tipproponi miżuri dwar l-ADR bħala "Inizjattiva Ewlenija Ewropa 2020"[9] fil-kuntest tal-"Aġenda Diġitali għall-Ewropa"[10] u "L-Att dwar is-Suq Uniku"[11]. Il-premessi 1 u 2 fil-preambolu tad-Direttiva proposta għandhom l-objettiv li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern. B'mod partikolari l-premessa 2 tispjega li "sabiex il-konsumaturi jkollhom fiduċja fis-suq intern u jibbenefikaw minnu, huwa meħtieġ li dawn ikollhom aċċess għal modi faċli u irħas biex isolvu t-tilwim li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi". Il-premessa 6 tiżviluppa aktar din l-idea billi tiddikjara li "l-iżvilupp fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li taħdem sew huwa meħtieġ għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern, inkluż fil-qasam tal-kummerċ elettroniku." L-Artikolu 1 jirrepeti, fid-definizzjoni tas-suġġett tad-Direttiva proposta, li "għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern".

Dwar kif dan l-objettiv se jinkiseb, il-Kummissjoni tispjega li hi identifikat il-problemi li ġejjin: lakuni fil-kopertura tal-ADR; nuqqas ta' għarfien għall-konsumatur u n-negozju; kwalità varjabbli tal-ADR[12]. Il-miżura proposta għandha l-għan li ssib soluzzjoni għall-kwistjonijiet billi tiżgura li l-konsumaturi jistgħu jirreferu l-kwistjonijiet kollha domestiċi u transkonfinali tagħhom lill-iskemi ADR, li huma jirċievu informazzjoni dwar skema tal-ADR kompetenti u li l-entitajiet ADR jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali ta' kwalità.

Intqal li l-Artikolu 114 TFUE ma jkoprix il-miżuri proposti relatati mal-kwistjonijiet domestiċi. Dan l-argument tqajjem, pereżempju, mill-opinjoni motivata tal-Bundestag Ġermaniża[13]. Is-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi, fl-opinjoni motivata tiegħu, qajjem it-tħassib dwar is-sussidjarjetà fuq il-bażi li "dan imur lil hinn minn dak li hu meħtieġ"[14]. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, targumenta li l-problemi identifikati fil-kuntest transkonfinali ma jidhirx li jistgħu jkunu indirizzati jekk qabel ma jkunux indirizzati fil-livell nazzjonali[15] u tikkwantifika l-iffrankar li jista' jsir fil-kuntest domestiku[16]. Hi tispjega wkoll li l-lakuni eżistenti fir-rigward tal-ADR ma jistgħux ikunu koperti mingħajr ma jkunu koperti problemi (domestiċi) fi ħdan l-Istati Membri[17]. Hi tenfasizza li "mingħajr sistema domestika ta' ADR li tiffunzjona sew u li fuqha tista' tkun ibbażata u ankrata l-ADR transkonfinali, l-iżvilupp ta' ADR, effiċjenti u effikaċi, għal tilwim transkonfinali ma' jintlaħaqx"[18].

Fil-fatt, hu plawsibbli li sistema li tiżgura kopertura ġenerali tal-ADR u l-konformità mal-kriterji ta' kwalità ma tista' tkun żviluppata għal tilwim transkonfinali biss, b'mod partikolari jekk se tinbena − kif qed jiġi propost − fuq ADR eżistenti fl-Istati Membri. Il-miżuri proposti − li jinkludu tilwim domestiku u transkonfinali − jistgħu għalhekk ikunu bbażati fuq l-Artikolu 114 TFUE.

2. L-Artikolu 169 TFUE

Il-kwistjoni issa hi dwar jekk hemmx lok li jiżdied l-Artikolu 169 TFUE għall-bażi legali. L-Artikolu 169 TFUE għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-konsumatur. Id-Direttiva proposta repetutament tiddikjara li għandha l-għan li tiżgura l-protezzjoni tal-konsumatur. Pereżempju, l-ewwel premessa tikkwota l-objettivi tal-Artikolu 169(1) u (2) TFUE (huma jikkontribwixxu għal "livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur"). Il-premessa 31 dwar il-prinċipju ta' sussidjarjetà tiddefinixxi bħala objettiv tad-direttiva "li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi". L-Artikolu 1, meta jiddefinixxi s-suġġett, jiddikjara li d-direttiva tikkontribwixxi "għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur". Il-kwistjoni hi, madankollu, jekk dan ifissirx li l-Artikolu 169 TFUE jeħtieġx li jkun inkluż fil-bażi legali.

L-Artikolu 169(1) TFUE jistipula l-prinċipju u l-objettiv ġenerali għall-Unjoni li "tikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u interessi ekonomiċi tal-konsumaturi". L-Artikolu 169(2) TFUE jispeċifika l-mezzi impjegati għal dan il-għan: dawn huma miżuri ta' armonizzazzjoni adottati skont l-Artikolu 114 TFUE (l-Artikolu 169(2)(a) TFUE) u miżuri li jgħinu, jissuplimentaw u jissorveljaw il-politika użata mill-Istati Membri, li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-Artikolu 169(2)(b) u (3) TFUE).

Għalhekk, l-Artikolu 169(1) TFUE jiddefinixxi l-objettiv relevanti u ma jipprovdix għall-adozzjoni ta' miżuri. Dawn huma indirizzati fl-Artikolu 169(2) TFUE. L-Artikolu 169(2)(a) TFUE madankollu ma jagħtix setgħat fih innifsu, imma jirreferi għall-Artikolu 114 li jagħti s-setgħa lill-Parlament u lill-Kunsill li jadottaw miżuri skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Hu għalhekk li l-Artikolu 114, u mhux l-Artikolu 169(2)(a) TFUE, li jikkwalifika bħala bażi legali potenzjali għal miżuri tas-suq intern sabiex jiġu promossi l-interessi tal-konsumaturi. Dan hu kkonfermat mill-Artikolu 114(3) TFUE, li fih impenn għall-Kummissjoni, fil-każ li tipproponi miżuri li jikkonċernaw, inter alia, il-protezzjoni tal-konsumatur, li tieħu bħala l-bażi tagħha "protezzjoni fl-għola livell, waqt li tieħu kont partikolarment ta' kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi".

Fir-rigward tal-Artikolu 169(2)(b) TFUE f'konnessjoni mal-Artikolu 169(3) TFUE, dawn id-dispożizzjonijiet jipprovdu għal miżuri mill-UE fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur meħuda biex "jgħinu, jissuplimentaw u jissorveljaw il-politika użata mill-Istati Membri". Il-proposta, madankollu, tfittex li tistabbilixxi kopertura fl-UE kollha għall-ADR tal-konsumatur, bi kriterji ta' kwalità speċifiċi u monitoraġġ kumplimentari. Dan ma jistax jitqies biss bħala appoġġ lill-politika tal-konsumatur tal-Istati Membri.

Fl-analiżi finali, hu meqjus li mhux meħtieġ li l-Artikolu 169 TFUE jiġi inkluż f'kunsiderazzjoni biex jifforma parti mill-bażi legali. Minħabba li dak l-artikolu mhuwiex bażi legali ikun biżżejjed li ssir referenza għall-Artikolu 169 fl-ewwel premessa tal-preambolu kif tipproponi l-Emenda 2 adottata mill-IMCO: "L-Artikolu 169(1) u l-Artikolu 169(2) TFUE jipprovdu li l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-ksib ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur permezz tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 114 tiegħu".

3. Bażi legali oħra?

Għad irid ikun evalwat jekk iż-żidiet adottati mill-IMCO jaffettwawx l-adegwatezza tal-Artikolu 114 bħala l-bażi legali.

L-ewwel, ir-rapport tal-IMCO iżid xi kriterji tal-kwalità, ibbażati fuq prinċipji ADR bħal-libertà u l-legalità. Dawn jikkompletaw il-kriterja tal-kwalità proposti mill-Kummissjoni. Il-miżuri jibqgħu mmirati li jtejbu l-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jtejbu l-protezzjoni tal-konsumatur.

It-tieni, ir-rapport tal-IMCO fih dispożizzjonijiet li jkomplu jsaħħu l-ADR, pereżempju billi jinkoraġġixxu rikors għall-ADR (emenda 83) jew billi jipprovdu għal ADR li taffettwa l-limitazzjoni u l-preskrizzjoni (emenda 123). Dawn id-dispożizzjonijiet jikkorrispondu għal regoli paralleli fid-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali[19]. Id-Direttiva 2008/52/KE hi bbażata fuq l-Artikolu 61(c) u l-Artikolu 67(5)KE, i.e. il-bażijiet legali preċedenti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja dwar kwistjonijiet ċivili. Il-bażi legali f'dan ir-rigward wara t-Trattat ta' Lisbona, l-Artikolu 81(2)(g)TFUE, issa jsemmi l-ADR b'mod espliċitu[20].

Sabiex l-Artikolu 81(2)(g) TFUE jkun relevanti, id-direttiva proposta trid tkun diretta lejn l-iżvilupp ta' "koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali" (l-Artikolu 81(1) TFUE). L-ewwel nett, jeħtieġ ikun innutat li, minħabba r-referenza għal "implikazzjonijiet transkonfinali", l-Artikolu 81(1)(g) TFUE ma jkunx adatt bħala bażi legali għal miżuri li jinkludu kwistjonijiet transkonfinali u domestiċi. It-tieni nett, ma jidhirx possibbli li tgħaqqad flimkien l-Artikolu 114 TFUE u l-Artikolu 81(2) TFUE (li hu parti mill-Kapitlu V tat-TFUE dwar il-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja) minħabba l-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' dan il-Kapitlu wara l-Protokol Nru 21 għat-TUE u t-TFUE kif ukoll minħabba l-pożizzjoni tad-Danimarka wara l-Protokol Nru 22 għat-TUE u t-TFUE. Fl-aħħar nett (u l-aktar importanti), ma jistax ikun identifikat objettiv addizzjonali tal-kooperazzjoni ġudizzjarja li jkun jirrikjedi bażi legali doppja jekk ikun ta' importanza ekwivalenti għall-objettiv kumbinat tas-suq intern/protezzjoni tal-konsumatur. Għal kuntrarju, l-elementi l-ġodda huma proposti sabiex jikkumplimentaw il-miżuri mressqa mill-Kummissjoni u biex isegwu l-istess objettiv, i.e. it-tisħiħ tal-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jtejbu l-protezzjoni tal-konsumatur.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali qies din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta' Settembru 2012. Fil-laqgħa tiegħu, għaldaqstant iddeċieda, b'unanimità[21], li jirrakkomanda li l-bażi legali xierqa għall-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu jkun l-Artikolu 114 TFUE.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

  • [1]  Opinjoni 2/00 Carthagna Protocol [2001] E.C.R. I-9713, punt 5; Kawża C-370/07 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2009] E.C.R. I-8917, punti 46-49; Opinjoni 1/08, Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi [2009] ECR I-11129, punt 110.
  • [2]  Kawża C-403/05 Il-Parlament vs Il-Kummissjoni [2007] E.C.R. I-9045, punt 49, u l-ġurisprudenza ċitata fih.
  • [3]  Ara l-aktar reċenti l-Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2009] E.C.R. I-7585.
  • [4]  Kawża C-42/97 Il-Parlament vs Il-Kunsill [1999] E.C.R. I-868, punti 39-40; Każ C-36/98 Spanja vs Il-Kunsill [2001] E.C.R. I-779, punt 59; Kawża C-211/07 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2003] E.C.R. I-8913, punt 39;
  • [5]  Kawża C-165/07 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [1988] E.C.R. 5545, punt 11; Kawża C-178/03 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2006] E.C.R. I-107, punti 43-56.
  • [6]  Kawża C-376/98 Il-Ġermanja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2000] E.C.R. I-8419.
  • [7]  Kawża C-376/98 Il-Ġermanja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2000] E.C.R. I-8419, punt 83.
  • [8]  Kawża C-376/98 Il-Ġermanja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2000] E.C.R. I-8419, punt 84.
  • [9]  COM(2011)0793, Memorandum ta' spjegazzjoni, p.3.
  • [10]  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2010 "Aġenda Diġitali għall-Ewropa" (COM (2010)0245), p. 13
  • [11]  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-13 ta' April 2011 "L-Att dwar is-Suq Uniku - Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja 'Flimkien għal tkabbir ġdid'" (COM (2011)0206), p. 9
  • [12]  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2011 "Soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumatur fis-Suq Uniku", COM (2011)0791, p.6.
  • [13]  Opinjoni motivata tal-Bundesrat tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja tal-24 ta' Jannar 2012, PE480.713v01-00.
  • [14]  Opinjoni motivata mis-Senat tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-24 ta' Jannar 2012,
  • [15]  Dokument ta’ ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-29 ta' Novembru 2011 "Valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja d-dokument "Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwin tal-konsumaturi (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)" u "Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumatur) (SEC(2011)1408), p. 21.
  • [16]  SEC(2011)1408, p.22.
  • [17]  SEC(2011)1408, p.24.
  • [18]  SEC(2011)1408, p.30, 31.
  • [19]  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3; ara l-Artikolu 5 tiegħu dwar "Rikors għal medjazzjoni" u l-Artikolu 8 dwar "L-effett ta' medjazzjoni fuq perjodi ta' limitazzjoni u ta' preskrizzjoni".
  • [20]  L-Artikolu 81 TFUE jgħid dan li ġej:
    "(1) L-Unjoni għandha tiżviluppa koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji. Din il-koperazzjoni tista' tinkludi l-adozzjoni ta' miżuri għall-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.
    (2) Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw, b'mod partikolari fejn dan ikun meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, miżuri bil-għan li jassiguraw: [...]
    (g) l-iżvilupp ta' metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim;"
  • [21]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Raffaele Baldassarre (Vici-President), Edit Bauer (skont l-Artikolu 187(2)), Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu (Vici-President), Piotr Borys, Françoise Castex (Vici-President), Christian Engström, Marielle Gallo, Eva Lichtenberger (rapporteur), Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner (Vici-President), Dagmar Roth-Behrendt, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Axel Voss, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka, Charalampos Angourakis (skont l-Artikolu 187(2)).

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI (21.6.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)
(COM(2011)0793 – C7‑0454/2011 – 2011/0373(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Cristian Silviu Buşoi

(*) Kumitat assoċjat — Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-interess tal-ADR huwa fil-problema bażika ta’ aċċess għall-ġustizzja ffaċċjata minn ċittadini Ewropej, b'mod partikolari l-konsumaturi, minħabba fi proċedimenti ġudizzjarji twal u għaljin.

Riċentement, il-Parlament Ewropew esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-kwistjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim fi kwistjonijiet ċivili, kummerċjali u familjari (2011/2117(INI))[1], huwa u jikkunsidra li miżuri leġiżlattivi adottati fil-livell tal-UE se jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-ADR u jinkoraġġixxu lill-persuni fiżiċi u ġudizzjarji sabiex jużawha, u filwaqt illi jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-użu ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għal kwistjonijiet tal-konsumaturi fl-UE.

L-għan tad-Direttiva li l-Kummissjoni pproponiet huwa li jiġu eliminati diskrepanzi fil-kopertura tal-ADR u li jiġi żgurat li teżisti soluzzjoni għat-tilwim b’mod extraġudizzjarju ta’ kwalità biex jiġi ttrattat kwalunkwe tilwim kuntrattwali bejn konsumatur u negozju. Id-Direttiva proposta tilqa’ l-prinċipji ġenerali li l-entitajiet kollha tal-ADR jeħtieġu li jirrispettaw, inklużi l-kwalifiki adattati, l-imparzjalità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-ġustizzja. Huwa propost li l-iżgurar tar-rispett ta’ dawn il-prinċipji jiġi mmonitorajt mill-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, in-negozjanti se jeħtieġu, taħt il-proposta, li jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni rilevanti u kompluta dwar l-entitajiet tal-ADR rilevanti disponibbli.

Ir-rapporteur tal-opinjoni tiegħek jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-isforzi sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern u jissaħħu r-rimedji għall-konsumaturi. Madankollu, jara xi oqsma fejn il-proposta tal-Kummissjoni tista’ tittejjeb, u għalhekk ippropona soluzzjonijiet għal dan fl-abbozz ta’ opinjoni. Dawn huma kif ġej:

Il-kwistjoni dwar jekk l-ADR għandhiex issir obbligatorja għal negozji b'mod partikolari billi l-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema tal-ADR issir obbligatorja jew billi r-riżultat tal-iskema tal-ADR isir vinkolanti għalihom, hija waħda diffiċli. Min-naħa l-waħda, jiġi diskuss li sistemi obbligatorji jżidu l-fiduċja tal-konsumatur minħabba li l-konsumaturi jistgħu jiddependu minnhom b’mod sigur jekk xi ħaġa tmur ħażin. Min-naħa l-oħra, li l-ADR issir obbligatorja tqajjem kwistjonijiet serji konnessi mad-drittijiet fundamentali tal-partijiet ta’ aċċess għall-ġustizzju u d-dritt għal rimedju effettiv (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) u tmur kontra n-natura volontarja u flessibbli tal-ADR li tiddefiniha u hija wkoll is-sors tal-utilità partikolari tagħha. Ir-rapporteur għal opinjoni tiegħek għalhekk isegwi t-triq murija mid-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali[2], viz.: ADR ma ssirx obbligatorja, iżda l-Istati Membri jinħtieġu li joħolqu inċentivi jew jimponu sanzjonijiet filwaqt illi l-qrati għandhom jipprovdu informazzjoni konkreta sabiex jinkoraġġixxu l-użu tagħha. Fir-rigward ta’ kull effett li jorbot tar-riżultat tal-ADR, huwa propost li l-partijiet jiġu infurmati u huwa meħtieġ il-kunsens tagħhom għaliha.

– Id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ilmenti mressqa minn negozjanti kontra l-konsumaturi minħabba li l-ADR hija ddisinjata bħala strument ta’ rimedju għall-konsumatur maħsub sabiex jelimina l-iżbilanċ li jeżisti bejn in-negozjanti u l-konsumaturi u biex jiftaħ triq faċli għal konsumaturi li qed ifittxu rimedju. Naturalment, dan ma japplikax bl-istess mod għal ilmenti minn negozjanti.

– Sabiex jiddaħħlu fis-seħħ salvagwardji biex jiġi evitat li jitressqu każijiet irrelevanti lil entitajiet tal-ADR, għandu jkun hemm rekwiżit li trid tinstab soluzzjoni amikevoli qabel ma jitressaq tilwim lill-entità tal-ADR. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu limiti minimi wkoll għall-valur tat-talba sabiex jiġi evitat li jiġu ttrattati każijiet fejn it-talba hija sproporzjonatament inqas mill-ispiża attwali tal-proċedura tal-ADR.

– B’mod ġenerali, il-prinċipji għall-proċeduri tal-ADR iridu jiġu spjegati b’mod iktar komprensiv u komplut, permezz tad-Direttiva 2008/52/KE, il-Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew għall-Medjaturi u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responsabbli għal soluzzjoni extraġudizzjarja tat-tilwim tal-konsumaturi [3] u tal-4 ta’ April 2001 dwar il-prinċipji għall-korpi extraġudizzjarji li huma involuti fir-riżoluzzjoni kunsenswali tat-tilwim tal-konsumaturi[4]. Huwa għalhekk propost li fid-Direttiva jiġu inklużi dispożizzjonijiet konkreti b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji ta’ indipendenza, legalità u kunfidenzjalità.

– It-taħriġ ta’ persuni fiżiċi involuti fil-proċeduri tal-ADR huwa prijorità, anke sabiex tiġi żgurata l-fiduċja fil-proċeduri tal-ADR u r-riżultat tagħhom, u għandhom jiġu assigurati b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.

– Il-proċeduri tal-ADR ma għandhomx ifixklu l-partijiet fl-aċċess ta’ proċeduri ġudizzjarji normali permezz tal-applikazzjoni ta’ perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni. Għalhekk id-Direttiva għandha, b’mod parallel mad-dispożizzjoni korrispondenti fid-Direttiva 2008/52/KE (Artikolu 8) tipprevedi li l-ADR ikollha, in ġenerali, effett ta’ sospensjoni fuq il-perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jiġu inkorporati fir-rapport tiegħu l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim toffri soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi, rapida u rħisa għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. Madankollu, is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għad mhijiex żviluppata biżżejjed madwar l-Unjoni Ewropea. Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw il-potenzjal kollu tagħha, huwa meħtieġ li s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tkun disponibbli għat-tipi kollha ta' tilwim tal-konsumaturi, li l-livelli ta' kwalità tal-proċeduri tal-ADR ikunu l-istess u l-konsumaturi u n-negozjanti jkunu konxji ta' tali proċeduri. Huwa wkoll meħtieġ li l-entitajiet tal-ADR jimmaniġġjaw it-tilwim transkonfinali b'mod effettiv.

(3) Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim toffri soluzzjoni extra-ġudizzjarja sempliċi, rapida u rħisa għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti. Madankollu, is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għad mhijiex żviluppata biżżejjed madwar l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-proċeduri tal-ADR mhumiex disponibbli fl-Istati Membri kollha jew fis-setturi kollha tan-negozju, filwaqt li l-livelli u l-istandards tal-kwalità għadhom ivarjaw fl-Unjoni. Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jużaw il-potenzjal kollu tagħha, huwa meħtieġ li s-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tkun disponibbli għat-tipi kollha ta' tilwim tal-konsumaturi, li l-livelli ta' kwalità tal-proċeduri tal-ADR ikunu l-istess u l-konsumaturi u n-negozjanti jkunu konxji ta' tali proċeduri. Huwa wkoll meħtieġ li l-entitajiet tal-ADR jimmaniġġjaw it-tilwim transkonfinali b'mod effettiv.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Jidher li l-Istati Membri li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tmur lil hinn mir-rekwiżiti bażiċi tad-Direttiva dwar il-Medjazzjoni kisbu riżultati importanti fil-promozzjoni tat-trattament mhux ġudizzjarju ta' tilwim f’materji ċivili u kummerċjali; ir-riżultati miksuba, b’mod partikulari fl-Italja, il-Bulgarija u r-Rumanija, juru li l-medjazzjoni tista’ tgħin biex tipprovdi soluzzjoni konvenjenti u rapida barra mill-qrati għat-tilwim permezz ta’ proċeduri mfassla skont ir-rekwiżiti tal-partijiet u l-ħtieġa li l-konsumaturi jkunu protetti.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-iżvilupp fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li taħdem sew huwa meħtieġ għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern, inkluż fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Tali żvilupp għandu jibni fuq proċeduri tal-ADR eżistenti fl-Istati Membri u jirrispetta t-tradizzjonijiet legali tagħhom.

(6) L-iżvilupp fi ħdan l-Unjoni Ewropea ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li taħdem sew huwa meħtieġ għat-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern, inkluż fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Tali żvilupp għandu jibni fuq proċeduri tal-ADR eżistenti fl-Istati Membri u jirrispetta t-tradizzjonijiet legali tagħhom. It-tixrid tal-ADR jista’ jkun ukoll importanti f’pajjiżi li għandhom għadd sostanzjali ta’ każijiet pendenti quddiem il-qrati, li ma jagħmilhiex possibbli għaċ-ċittadini tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal proċess ġust f'tul ta’ żmien raġonevoli.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fis-setturi ekonomiċi kollha. Dan għandu jinkludi ilmenti mressqa mill-konsumaturi kontra n-negozjanti iżda wkoll ilmenti mressqa min-negozjanti kontra l-konsumaturi. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għat-tilwim bejn in-negozjanti; madankollu, ma għandhiex tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet dwar proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tali tilwim.

(7) Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi fis-setturi ekonomiċi kollha. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għat-tilwim bejn in-negozjanti jew għal ilmenti mressqa min-negozjanti kontra l-konsumaturi; madankollu, ma għandhiex tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet dwar proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tali tilwim.

Ġustifikazzjoni

L-ADR ġiet iddisinjata bħal strument ta’ rimedju għall-konsumaturi maħsub sabiex jelimina l-iżbilanċ li jeżisti bejn in-negozjanti li għandhom abilità ogħla biex isostnu telf finanzjarju u biex iħallsu r-rimedju legali u l-konsumaturi li alitrimenti ma jfittxux rimedju quddiem qorti minħabba fi spiża finanzjarja, li f’xi każijiet tista’ tkun ogħla mit-talba nnifisha.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim huma impjegati esklussivament min-negozjant u lanqas għal proċeduri permezz ta' sistemi li jimmaniġġjaw l-ilmenti tal-konsumaturi li jitħaddmu min-negozjant. Ma għandhiex tapplika għan-negozjati diretti bejn il-partijiet. Barra minn hekk, ma għandhiex tapplika għal sforzi li saru minn imħallef biex isolvi tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim.

(12) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-proċeduri quddiem sistemi li jimmaniġġjaw l-ilmenti tal-konsumaturi li jitħaddmu min-negozjant. Ma għandhiex tapplika għan-negozjati diretti bejn il-partijiet. Barra minn hekk, ma għandhiex tapplika għal sforzi li saru minn imħallef biex isolvi tilwim matul proċediment ġudizzjarju li jikkonċerna dak it-tilwim.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali diġà tistabbilixxi qafas għal sistemi ta’ medjazzjoni fil-livell tal-Unjoni, speċjalment għal tilwim transkonfinali mingħajr ma tipprojbixxi l-applikazzjoni tiegħu għal sistemi interni ta’ medjazzjoni. Din id-Direttiva tikkumplimenta din is-sistema fir-rigward ta’ proċeduri oħra ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għandhom jitqiesu imparzjali biss jekk ma jistgħux ikunu soġġetti għal pressjoni li potenzjalment tinfluwenza l-attitudni tagħhom lejt it-tilwim. Hemm ħtieġa partikolari għall-iżgurar tan-nuqqas ta' tali pressjoni meta l-entitajiet tal-ADR ikunu ffinanzjati minn waħda mill-partijiet fit-tilwim jew organizzazzjoni li jkollha bħala membru waħda mill-partijiet.

(17) Il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għandhom jitqiesu imparzjali biss jekk ma jistgħux ikunu soġġetti għal pressjoni li potenzjalment tinfluwenza l-attitudni tagħhom lejt it-tilwim. Hemm ħtieġa partikolari għall-iżgurar tan-nuqqas ta' tali pressjoni meta l-entitajiet tal-ADR ikunu ffinanzjati minn waħda mill-partijiet fit-tilwim jew organizzazzjoni li jkollha bħala membru waħda mill-partijiet. Sabiex jiġi żgurat in-nuqqas ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess, persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għandhom jiżvelaw kull ċirkostanza li tista' tfixkel l-indipendenza tagħhom jew toħloq kunflitt ta' interess. Għandhom japplikaw rekwiżiti speċifiċi għall-persuni impjegati esklużivament min-negozjant jew minn assoċjazzjoni tan-negozju li n-negozjant ikun membru tagħha u għandhom jiġu mmoniterjati b'mod regolari mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Huwa essenzjali għas-suċċess tal-ADR, b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-fiduċja meħtieġa fil-proċeduri tal-ADR, li l-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ikollhom l-għarfien espert meħtieġ. Għalhekk għandhom jiġu previsti skemi speċifiċi ta’ taħriġ fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) Għalkemm is-soluzzjonijiet imfassla mill-entitajiet tal-ADR u r-riżultat tal-proċeduri tal-ADR jistgħu, minbarra regoli ġuridiċi, ikollhom ukoll il-bażi tagħhom fl-ekwità u l-kodiċijiet ta’ kondotta, din il-flessibbiltà m’għandhiex twassal għal tnaqqis fil-livell tal-protezzjoni tal-konsumatur meta mqabbel ma’ dak li l-konsumaturi jgawdu permezz tal-applikazzjoni tal-liġi mill-qrati. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tistipula l-prinċipju tal-legalità li japplika għal proċeduri tal-ADR fejn l-entità tal-ADR timponi soluzzjoni li tkun vinkolanti fuq il-konsumatur, inklużi dawk imwettqa minn persuni fiżiċi impjegati esklużivament min-negozjant jew minn organizzazzjonijiet professjonali jew assoċjazzjoni tan-negozju li n-negozjant ikun membru tagħha. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi m’għandhomx ikunu mċaħħda mill-protezzjoni offruta mid-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-Istat fejn tkun stabbilita l-entità. Fil-każ ta' tilwim transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi ma jkunux mċaħħda mill-protezzjoni offruta mid-dispożizzjonijiet obbligatorji li japplikaw taħt il-liġi tal-Istat Membru li fih ikunu residenti normalment fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I).

 

_____________

 

1 ĠU L 177, 4.7.2008, p.6.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu effettivi. Għandhom jipprevedu proċedura sempliċi u rapida li t-tul tagħha ġeneralment ma jaqbiżx 90 jum. L-entità tal-ADR għandha tkun tista' testendi dan il-perjodu ta' żmien meta l-kumplessità tat-tilwim ikkonċernat jitlob hekk.

(19) Il-proċeduri tal-ADR għandhom ikunu effettivi. Għandhom jipprevedu proċedura sempliċi u rapida li t-tul tagħha ġeneralment ma jaqbiżx 90 jum mid-data ta’ meta l-partijiet ikunu ġew innotifikati li jkun ġie mressaq ilment. L-entità tal-ADR għandha tinnotifika l-ilment lill-partijiet wara li tirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa biex twettaq il-proċedura tal-ADR. L-entità tal-ADR għandha tkun tista' testendi dan il-perjodu ta' żmien meta t-tilwim ikun ta’ natura kumplessa jew teknika ħafna. Il-partijiet għandhom jiġu infurmati dwar kwalunkwe estensjoni, kif ukoll dwar it-tul ta’ żmien aprossimattiv mistenni għall-konklużjoni tat-tilwima.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tagħhom, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-entitajiet tal-ADR jittrattaw biss każijiet rilevanti. Għandu għalhekk jinħtieġ li l-konsumaturi jippruvaw isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim man-negozjant, qabel ma jressquh quddiem l-entità tal-ADR. Tali sistemi interni għat-trattament ta' ilmenti jistgħu jikkostitwixxu mezz effettiv għas-soluzzjoni ta' tilwim tal-konsumaturi fi stadju bikri. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali rigward proċeduri dwar proċeduri ta’ lment interni. Dawn għandhom barra minn hekk ikunu jistgħu jippermettu lill-entitajiet tal-ADR li jeħtieġu prova li jkun sar attentat għal soluzzjoni amikevoli u li jiddeċiedu li l-ilment huwa inammissibbli jekk il-konsumatur jonqos milli jipprovdi din il-prova. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu limiti minimi wkoll għall-valur tat-talba sabiex jiġi evitat li jiġu ttrattati każijiet fejn it-talba hija sproporzjonatament inqas mill-ispiża attwali tal-proċedura tal-ADR.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Biex jikkonforma mal-prinċipju rikonoxxut tal-libertà, l-eżitu tal-proċedui tal-ADR m'għandux ikun vinkolanti għall-partijiet għajr jekk ma jkunux infurmati qabel il-bidu tal-proċedura dwar in-natura vinkolanti tal-eżitu u jistqarru l-kunsens tagħhom għal dan espliċitament. Meta r-regoli nazzjonali jipprevedu li s-soluzzjonijiet huma vikolanti għan-negozjant, il-konsumatur biss għandu jintalab jiddikjara b'mod espliċitu l-kunsens tiegħu.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) Il-kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-ADR hija importanti u din id-Direttiva għaldaqstant għandha tipprevedi grad minimu ta’ kompatibilità ta’ regoli proċedurali ċivili rigward kif il-kunfidenzjalità tal-prċeduri tal-ADR tkun protetta fi proċedimenti ġudizzjarji jew arbitrazzjoni sussegwenti ta’ natura ċivili u kummerċjali.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 21c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21c) Sabiex il-partijiet jiġu inkoraġġiti sabiex jużaw l-ADR, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli tagħhom dwar il-perjodi ta' limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni ma jipprojbixxux lill-partijiet milli jmorru l-qorti jew għal arbitraġġ jekk ifalli l-attentat tagħhom li jsibu soluzzjoni permezz ta’ proċedura tal-ADR. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinkiseb dan ir-riżultat għalkemm din id-Direttiva ma tarmonizzax ir-regoli nazzjonali dwar il-perjodi ta' limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni fi ftehimiet internazzjonali kif implimentati fl-Istati Membri, pereżempju fil-qasam tal-liġi dwar it-trasport, ma għandhomx jiġu affettwati minn din id-Direttiva.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Din id-Direttiva ma timponix li l-parteċipazzjoni tan-negozjanti fil-proċeduri tal-ADR tkun obbligatorja jew li r-riżultat ta' tali proċeduri jkun jorbot lin-negozjanti, meta konsumatur ikun ressaq ilment kontrihom. Madankollu, din id-Direttiva hija bla ħsara lil kwalunkwe regola nazzjonali li tagħmel il-parteċipazzjoni tan-negozjanti f'tali proċeduri obbligatorja jew li r-riżultat tagħhom jorbot lin-negozjanti, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tipprojbixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom lis-sistema ġudizzjarja kif garantit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(23) Din id-Direttiva ma timponix li l-parteċipazzjoni tan-negozjanti fil-proċeduri tal-ADR tkun obbligatorja jew li r-riżultat ta' tali proċeduri jkun jorbot lin-negozjanti, meta konsumatur ikun ressaq ilment kontrihom. Madankollu, sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal rimedju u li dawn ma jiġux sfurzati jirrinunċjaw għall-ilmenti tagħhom, in-negozjanti għandhom jitħeġġu kemm jista' jkun li jipparteċipaw fil-proċeduri tal-ADR. Madankollu, din id-Direttiva hija bla ħsara lil kwalunkwe regola nazzjonali li tagħmel il-parteċipazzjoni tan-negozjanti f'tali proċeduri obbligatorja jew suġġetta għal inċentivi jew sanzjonijiet jew li r-riżultat tagħhom jorbot lin-negozjanti, sakemm tali leġiżlazzjoni ma tipprojbixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta' aċċess tagħhom lis-sistema ġudizzjarja kif garantit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Biex titjieb il-kopertura tal-ADR fl-UE, għandu jkun imħeġġeġ l-iżvilupp ta’ entitajiet pan-Ewropej tal-ADR. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, entità tal-ADR għandha titqies li hi pan-Ewropea jekk tkun komuni għal żewġ Stati Membri jew aktar jew jekk tkun stabbilita bħala assoċjazzjoni komprensiva Ewropea. Tali entitajiet jistgħu jiġu stabbiliti taħt id-dritt Ewropew, pereżempju, bħala Grupp Ewropew ta’ Interess Ekonomiku.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet tal-ADR jaħdmu sew u b'mod effettiv, dawn għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti f'din id-Direttiva għandhom jippubblikaw u jaġġornaw lista ta' entitajiet tal-ADR li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Korpi oħrajn, bħall-entitajiet tal-ADR, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji u n-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur għadhom jippubblikaw din il-lista wkoll. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti b'mod regolari dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. L-entitajiet tal-ADR għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni speċifika li fuqha għandhom jiġu bbażati dawk ir-rapporti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR biex jipprovdu tali informazzjoni bl-użu tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/304/UE dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi.

(27) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet tal-ADR jaħdmu sew u b'mod effettiv, dawn għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jinnominaw awtorità kompetenti. Minħabba li jista’ jkun diffiċli fil-każ ta' ADR settorjali biex il-kompiti ta' monitoraġġ jiġu fdati lil awtorità waħda biss, l-Istati Membri, f'dan il-każ, għandhom ikunu jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti għal kull settur. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti f'din id-Direttiva għandhom jippubblikaw u jaġġornaw lista ta' entitajiet tal-ADR li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozji u n-Netwerk taċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur wkoll jippubblikaw din il-lista. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti b'mod regolari dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. L-entitajiet tal-ADR għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti informazzjoni speċifika li fuqha għandhom jiġu bbażati dawk ir-rapporti. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-entitajiet tal-ADR biex jipprovdu tali informazzjoni bl-użu tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2010/304/UE dwar l-użu ta' metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar u l-irrappurtar tal-ilmenti u d-domandi tal-konsumaturi.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur billi tiżgura li t-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti jista' jitressaq quddiem entitajiet li joffru proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim imparzjali, trasparenti, effettivi u ġusti.

Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq intern u għall-kisba ta' livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumatur billi tiżgura li t-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti jista' jiġi rreferit mill-konsumaturi lill-entitajiet li joffru proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim imparzjali, operattiv, indipendenti, trasparenti, effettivi u ġusti.

Ġustifikazzjoni

L-ADR ġiet iddisinjata bħal strument ta’ rimedju għall-konsumaturi maħsub sabiex jelimina l-iżbilanċ li jeżisti bejn in-negozjanti li għandhom abilità ogħla biex isostnu telf finanzjarju u biex iħallsu r-rimedju legali u l-konsumaturi li alitrimenti ma jfittxux rimedju quddiem qorti minħabba fi spiża finanzjarja, li f’xi każijiet tista’ tkun ogħla mit-talba nnifisha.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi minn negozjant stabbilit fl-Unjoni lil konsumatur li joqgħod fl-Unjoni permezz tal-intervent ta' entità tas-soluzzjoni għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew tiġbor il-partijiet flimkien bl-għan li tiffaċilita soluzzjoni amikevoli, aktar 'il quddiem "proċeduri tal-ADR".

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għal proċeduri għas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja ta' tilwim kuntrattwali li jinqala' mill-bejgħ ta' oġġetti jew mill-provvista ta' servizzi minn negozjant stabbilit fl-Unjoni lil konsumatur li joqgħod fl-Unjoni permezz tal-intervent ta' entità tal-ADR.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-ADR għandha tiġi stabbilita b’mod ċar fl-Artikolu 4 dwar id-definizzjonijiet.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) proċeduri quddiem entitajiet ta' soluzzjoni għat-tilwim fejn il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu impjegati esklussivament min-negozjant;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Xi skemi interni tal-ADR jaħdmu sew ħafna, huma magħrufa sew mill-konsumaturi li jidhru sodisfatti mill-funzjonament u r-riżultati tagħhom. Sakemm dawn l-iskemi interni jimxu mal-istess kriterji ta’ kwalità jiġifieri, l-imparzjalità, it-trasparenza, l-effikaċja u l-ġustizzja, ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn skemi interni u partijiet terzi.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) ilmenti ppreżentati min-negozjanti kontra l-konsumaturi.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) "Proċedura ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim" tfisser proċedura għas-soluzzjoni extraġudizzjarja ta’ tilwim fejn il-partijiet involuti jippruvaw isolvu l-kunflitt tagħhom permezz tal-intervent ta’ entità ta' soluzzjoni għat-tilwim li tipproponi jew timponi soluzzjoni jew iġġib lill-partijiet flimkien bil-għan li tiffaċilita soluzzjoni bonarja;

Ġustifikazzjoni

Din hija kjarifika meħtieġa biex ikunu stabbiliti b'mod ċar l-oġġettiv u l-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt f – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– jekk l-entità titħaddem minn persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fil-post fejn dik il-persuna ġuridika jew l-assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi twettaq attivitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jew fejn għandha s-sede statutorja tagħha;

– jekk l-entità titħaddem minn persuna ġuridika jew assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, anke fil-forma ta’ korp kolleġjali li hemm referenza għalih fl-Artikolu 6(2), fil-post fejn dik il-persuna ġuridika jew l-assoċjazzjoni ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi twettaq attivitajiet ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jew fejn għandha s-sede statutorja tagħha;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għandhom websajt li tippermetti lill-partijiet iressqu ilment onlajn;

(a) iżommu websajt aġġornata li tippermetti lill-partijiet jiksbu informazzjoni dwar il-proċeduri tal-ADR u jressqu lment onlajn, u li l-websajt tkun funzjonalment marbuta mal-pjattaforma onlajn Ewropea tas-soluzzjoni għat-tilwim skont ir-Regolament (UE) Nru [...]/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- [...] [dwar is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi];

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Rikors għal proċeduri tal-ADR

 

 

 

1. Qorti li quddiemha titressaq azzjoni tista’, fejn xieraq u wara li tkun ikkunsidrat iċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, tistieden lill-partijiet sabiex jużaw l-ADR sabiex jissolva t-tilwim. Il-qorti tista’ tistieden ukoll lill-partijiet sabiex jattendu għal sessjoni ta’ informazzjoni dwar l-użu ta' proċeduri tal-ADR jekk dawn is-sessjonijiet jinżammu u huma disponibbli faċilment, u jipprovdu lill-partijiet bl-informazzjoni dwar il-pjattaforma tal-ODR stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal in-numru ta’ referenza] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet daħħal id-data tal-adozzjoni] dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi).

 

2. Din id-Direttiva hija bla ħsara għal-liġi nazzjonali li tagħmel l-użu tal-ADR obbligatorja jew suġġett għal inċentivi jew sanzjonijiet meta l-ADR tiġi rrifjutata, kemm jekk qabel kif ukoll jekk wara li jkunu bdew proċedimenti ġudizzjarji, sakemm tali leġiżlazzjoni ma timpedixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' aċċess għas-sistema ġudizzjarja.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu u paragrafi 1 sa 1e (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għarfien espert u imparzjalità

Kompetenzi, indipendenza u imparzjalità

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ikollhom l-għarfien espert meħtieġ u li jkunu imparzjali. Dan għandu jiġi garantit billi jiġi żgurat li:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ikollhom l-għarfien espert meħtieġ u li jkunu indipendenti funzjonalment u imparzjali. Dan għandu jiġi garantit billi jiġi żgurat li:

(a) ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim;

(a) ikollhom l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa fil-qasam tas-soluzzjoni alternattiva u ġudizzjarja għat-tilwim tal-konsumaturi, kif ukoll fehim tal-liġi;

(b) ma jkunux jistgħu jinħelsu mill-kompiti tagħhom mingħajr raġuni valida;

(b) jinħatru għal terminu fiss u ma jkunux jistgħu jinħelsu mill-kompiti tagħhom mingħajr raġuni valida;

(c) ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess ma' xi waħda mill-partijiet fit-tilwim.

(c) ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess ma' xi waħda mill-partijiet fit-tilwim.

 

1a. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli skemi speċifiċi ta’ taħriġ għal persuni fiżiċi responsabbli għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim. Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ dawn l-iskemi ta’ taħriġ u l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità.

 

1b. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (c), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim jiżvelaw kull ċirkostanza li tista’, jew tista’ tidher li, taffettwa l-indipendenza tagħhom jew toħloq kunflitt ta’ interess.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’tali ċirkostanzi, il-persuna kkonċernata taqbel biss li taġixxi jew tkompli taġixxi jekk il-partijiet jagħtu l-kunsens tagħhom b'mod espliċitu u hija ċerta li tista’ twettaq il-proċedura tal-ADR b’indipendenza sħiħa sabiex tiġi żgurata imparzjalità kompluta.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu li jiżvelaw skont dan il-paragrafu huwa obbligu kontinwu permezz tal-proċedura tal-ADR.

 

1c. Meta l-persuni fiżiċi responsabbli mis-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ikunu partijiet terzi indipendenti, iċ-ċirkostanzi li jridu jiġu żvelati bi qbil mal-paragrafu 1b jinkludu:

 

(a) kull relazzjoni personali jew ta' negozju ma’ waħda jew iktar mill-partijiet matul l-aħħar tliet snin qabel ma daħlu fil-kariga;

 

(b) kull interess finanzjarju jew ta’ xorta ieħor, dirett jew indirett, fir-riżultat tal-proċedura tal-ADR;

 

(c) il-persuna kkonċernata li tkun aġixxiet matul l-aħħar tliet snin qabel daħlet fil-kariga fi kwalunkwe kapaċità oħra barra għall-iskopijiet tal-ADR għal parti waħda jew iktar minn waħda, għal organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni tan-negozju li waħda mill-partijiet ikun membu tagħha jew għal kwalunkwe membru ieħor tagħha.

 

1d. Għall-finijiet tal-paragrafu 1(c), meta l-persuni fiżiċi responsabbli mir-riżoluzzjoni tat-tilwim ikunu impjegati esklużivament min-negozjant jew minn organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni tan-negozju li n-negozjant ikun membru tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm dawk il-persuni fiżiċi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1e, dawn jagħmlu parti minn korp kolleġġjali magħmuil minn għadd ugwali ta' rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u ta' rappreżentanti tan-negozjant jew, meta jkun xieraq, l-organizzazzjoni professjonali jew l-assoċjazzjoni tan-negozju:

 

1e. Meta l-persuni fiżiċi responsabbli mir-riżoluzzjoni tat-tilwim ikunu impjegati esklużivament min-negozjant jew minn organizzazzjoni professjonali jew assoċjazzjoni tan-negozju li n-negozjant ikun membru tagħha, u ma jkunux parti mill-korp kolleġjali kif imesmmi fil-paragrafu 1d, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) li jinħatru għal tul ta’ żmien suffiċjenti biex tiġi żgurata l-indipendenza tal-azzjoni tagħhom;

 

(b) li ma jistgħu jirċievu ebda struzzjonijiet min-negozjant, la direttament u lanqas indirettament;

 

(c) li r-rimunerazzjoni tagħhom tkun kompletament indipendenti mir-riżultati tal-proċedura tal-ADR;

 

(d) li l-awtonomija tagħhom tkun garantita permezz ta' baġit dedikat separat mill-baġit ġenerali tan-negozjant, jew, meta jkun xieraq, mill-baġit ġenerali tal-organizzazzjoni professjonali jew tal-assoċjazzjoni tan-negozju, li jipprovdi r-riżorsi xierqa biex tkun żgurata l-effettività tal-proċeduri tal-ADR.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts tagħhom u fil-forma stampata fil-bini tagħhom informazzjoni dwar:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem faċilment, fuq il-websajts tagħhom u, fuq talba, fil-forma stampata fil-bini tagħhom informazzjoni dwar:

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, il-metodu tal-ħatra tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom;

(a) lista tal-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim u s-CVs tagħhom, inkluż il-qasam/l-oqsma tal-kompetenzi tagħhom, il-metodu tal-ħatra tagħhom u t-tul tal-mandat tagħhom;

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-tipi ta' tilwim li huma kompetenti jindirizzaw;

(d) it-tipi ta' tilwim li huma kompetenti jindirizzaw, inkluż il-valur minimu tat-talba fejn applikabbli;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 - punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-ispejjeż, jekk ikun hemm, li għandhom jiġġarrbu mill-partijiet;

(i) l-ispejjeż, jekk ikun hemm, li għandhom jiġġarrbu mill-partijiet, inklużi r-regoli dwar l-għotja tal-ispejjeż fl-aħħar tal-proċedura;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 - punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) il-penalitajiet għal nuqqas ta’ konformità f’każ ta’ deċiżjoni b’effett li jorbot fuq il-partijiet.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts tagħhom u fil-forma stampata fil-bini tagħhom rapporti tal-attivitajiet annwali. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja li għandha x'taqsam mat-tilwim domestiku kif ukoll ma' dak transkonfinali:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħmlu disponibbli b'mod pubbliku fuq il-websajts tagħhom u, fuq talba, fil-forma stampata fil-bini tagħhom rapporti tal-attivitajiet annwali. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja li għandha x'taqsam mat-tilwim domestiku kif ukoll ma' dak transkonfinali:

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kwalunkwe problema rikorrenti li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti;

(b) kwalunkwe problema rikorrenti li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti, li tista' tkun akkumpanjata minn rakkomandazzjoni dwar kif problemi simili jistgħu jkunu evitati jew solvuti fil-futur;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-rata ta' konformità, jekk tkun magħrufa, mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR:

(e) ir-rata ta' konformità mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-proċedura tal-ADR tkun aċċessibbli faċilmenti liż-żewġ partijiet ikun xi jkun il-post fejn tinsab il-parti;

(a) il-proċedura tal-ADR tkun disponibbli u aċċessibbli sew onlajn kif ukoll offlajn, ikun xi jkun il-post fejn jinsabu l-partijiet;

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) proċedura tal-ADR tista’ tiġi inizjata biss mill-konsumatur;

Ġustifikazzjoni

L-iskop tal-iskemi tal-ADR hu lijkun żgurat aċċess akbar għall-ġustizzja għall-parti l-aktar vulnerabbli – sikwit din tkun il-konsumatur – billi tipprovdi mezz li jagħtu bidu għal rimedju. In-negozjanti m’għandhomx ikunu jistgħu jużaw l-iskemi tal-ADR kontra l-konsumaturi għal skopijiet ta’ ġbir tad-djun.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-entità tal-ADR, li tkun irċeviet ilment, tinnotifika lill-partijiet bit-tilwim malli tkun irċeviet id-dokumenti kollha li jkun fihom l-informazzjoni rilevanti relatata mal-ilment;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-tilwim ikun solvut fi żmien 90 jum mid-data li fiha l-entità tal-ADR tkun irċeviet l-ilment. Fil-każ ta' tilwim kumpless, l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-perjodu ta' żmien;

(d) it-tilwim ikun solvut fi żmien 90 mid-data li fiha l-partijiet ikunu ġew innotifikati li jkun ġie mressaq ilment. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta t-tilwim ikun ta' natura kumplessa u teknika ħafna l-entità tal-ADR tista' testendi dan il-perjodu ta' żmien. Il-partijiet għandhom jiġu notifikati dwar kwalunkwe estensjoni taż-żmien, flimkien mat-tul ta’ żmien mistenni għall-konklużjoni tat-tilwima.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sabiex tiġi salvagwardjata l-effikaċja ta’ proċeduri tal-ADR, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jinħtieġu li jfittxu soluzzjoni amikevoli tat-tilwim direttament man-negozjant qabel ma jressquh quddiem entità tal-ADR. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-entitajiet tal-ADR jeħtieġu prova li jkun sar dan l-attentat u jiddeċiedu li l-ilment ikun inammissibbli jekk il-konsumatur jonqos milli jagħmel dan.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi evitat li l-entitajiet tal-ADR ikollhom piż żejjed, każijiet rilevanti biss għandhom jitressqu quddiem l-ADR. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi llimitata l-ammissibbiltà ta’ każijiet billi jinħtieġ li l-konsumaturi l-ewwel jippruvaw isolvu l-problema man-negozjant u jekk dak l-attentat ifalli biss, imorru għall-ADR.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ammissibbiltà ta’ tilwim għall-ADR billi jistabbilixxu limiti minimi għall-valur tat-talba, filwaqt illi jqisu jekk il-valur tat-talba huwiex sproporzjonatament inqas mill-ispejjeż tal-proċedura tal-ADR.

Ġustifikazzjoni

Jista’ jkun utli li l-Istati Membri jistabbilixxu limiti minimi għall-valur tat-talba sabiex jiġi evitat li jitressqu każijiet mhux raġonevoli għall-ADR.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) il-partijiet għandhom il-possibbiltà li jirtiraw mill-proċedura fi kwalunkwe stadju jekk ma jkunux sodisfatti bil-prestazzjoni jew bl-operat tal-proċedura; għandhom jiġu infurmati dwar dan id-dritt qabel il-bidu tal-proċedura; meta r-regoli nazzjonali jipprevedu l-parteċipazzjoni obbligatorja fil-proċeduri tal-ADR għan-negozjant, din id-dispożizzjoni għandha tapplika biss għall-konsumatur.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-partijiet ikollhom il-possibbiltà li jesprimu l-opinjoni tagħhom u jisimgħu l-argumenti u l-fatti mressqa mill-parti l-oħra u kwalunkwe dikjarazzjoni mill-esperti.

(a) il-partijiet ikollhom il-possibbiltà li jesprimu l-opinjoni tagħhom, li jingħataw u li jkunu jistgħu jikkumentaw dwar l-argġumenti u l-fatti mressqa mill-parti l-oħra, inkluża kwalunkwe dikjarazzjoni u opinjoni mogħtija mill-esperti;

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ jiġi ċċarat li mhux il-proċeduri kollha se jsiru wiċċ-imb-wiċċ, u jista’ jkun li jinbdew totalment jew parzjalment bil-kitba. Il-partijiet għandhom jingħataw ukoll id-dritt li jikkumentaw dwar l-argumenti u l-fatti ppreżentanti mill-parti l-oħra, fosthom kwalunkwe dikjarazzjoni jew opinjoni mogħtija mill-esperti.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipju tal-libertà jiġi osservat billi jirrikjedu li:

 

(a) ftehim bejn konsumatur u negozjant għat-tressiq ta’ lmenti quddiem entità tal-ADR ma jkunx vinkolanti fuq il-konsumatur jekk ikun ġie konkluż qabel ma tkun immaterjalizzat it-tilwima u jekk il-ftehim ikollu l-effett li jċaħħad lill-konsumatur mid-dritt tiegħu li jressaq azzjoni quddiem il-qrati għas-soluzzjoni tat-tilwima;

 

(b) ir-riżultat ta’ proċedura tal-ADR ma jistax ikollu kwalunkwe effett li jorbot fuq il-partijiet involuti sakemm jiġu infurmati qabel il-bidu tal-proċedura dwar in-natura li torbot ta’ dak ir-riżultat u jiddikjaraw b’mod espliċitu l-kunsens tagħhom għalih. Meta r-regoli nazzjonali jipprevedu li s-soluzzjonijiet huma vinkolanti għan-negozjat, għandu jitfittex il-kunsens espliċitu mill-konsumatur biss.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Meta jiġu stabbiliti proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jissuġġerixxu soluzzjoni, l-Istati Membri jistgħu jispeċifaw li s-soluzzjonijiet issuġġeriti minn dawn il-proċeduri tal-ADR ikunu vinkolanti fuq negozjant, jekk il-konsumatur jagħżel hekk.

 

F’dan it-tip ta’ każijiet, l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(2)(c) għandhom jinqraw li japplikaw biss għall-konsumatur.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu ikomplu jużaw u jimplimentaw skemi tal-ADR ġodda biex fejn konsumatur jagħżel li jaċċetta r-riżultat ta’ proċedura, in-negozjant ikun marbut b'dik id-deċiżjoni.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) il-parteċipazzjoni fil-proċedura ma tipprekludix il-possibbiltà li wieħed ifittex rimedju permezz ta’ proċedura normali tal-qorti;

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Il-legalità tad-deċiżjonijiet tal-ADR

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżitu ta’ proċedura tal-ADR, anke meta tkun operata mill-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(1d), li jkollha l-għan li ssolvi t-tilwima billi timponi soluzzjoni fuq il-konsumatur ma jwassalx biex il-konsumatur jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija permezz tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità tal-ADR.

 

2. Fil-każ ta’ tilwimiet transkonfinali tal-konsumatur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżitu ta’ proċedura tal-ADR, anke meta tkun operata mill-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(1d), li jkollha l-għan li ssolvi t-tilwima billi timponi soluzzjoni fuq il-konsumatur ma jwassalx biex il-konsumatur jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu dderogati bi ftehim bis-saħħa tal-liġi tal-Istat Membru fejn il-konsumatur jkollu r-residenza abitwali tiegħu, fl-istanzi previsti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I).

 

3. Fil-każ ta' proċeduri tal-ADR li għandhom l-għan li jsolvu t-tilwim billi jipproponu soluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soluzzjoni proposta tista' tkun ibbażata wkoll fuq l-ekwità u fuq kodiċi jew linjigwida awtoregolatorji, filwaqt li tiġi rrispettata kif xieraq il-liġi applikabbli.

 

______________

 

1 ĠU L 177, 4.7.2008, p.6.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9b

 

Il-kunfidenzjalità ta’ proċeduri tal-ADR

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, la l-entitajiet tal-ADR u lanqas il-persuni fiżiċi responsabbli għas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ma għandhom jiġu mġiegħla li jagħtu xhieda fi proċedimenti ġuddizzjarji jew arbitraġġ ċivili u kummerċjali fir-rigward ta' informazzjoni li tirriżulta minn jew f'konnessjoni ma' proċedura tal-ADR, ħlief:

 

(a) fejn dan huwa meħtieġ għal kunsiderazzjonijiet prevalenti tal-politika pubblika tal-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari meta jkun meħtieġ li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal jew biex tiġi evitata ħsara għall-intergrità fiżika jew psikoloġika ta' persuna;

 

(b) fejn l-iżvelar tal-kontenut tar-riżultat ta’ proċedura tal-ADR huwa meħtieġ sabiex jiġi implimentat jew infurzat dak ir-riżultat.

 

2. Xejn fil-paragrafu 1 ma għandu jipprekludi lill-Istati Membri milli jdaħħlu fis-seħħ miżuri biex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-proċeduri tal-ADR.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 9c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9c

 

L-effett ta’ proċeduri tal-ADR fuq perjodi ta’ limitazzjoni u ta’ preskrizzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet li jagħżlu l-ADR f’attentat li jsolvu tilwim ma jiġux ipprojbiti sussegwentement milli jibdew proċedimenti ġudizzjarji jew arbitraġġ fir-rigward ta’ dak it-tilwim sad-data tal-iskadenza ta' perjodi ta' limitazzjoni jew ta' preskrizzjoni matul il-proċedura tal-ADR.

 

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet dwar il-perjodi ta’ limitazzjoni jew ta’ preskrizzjoni fi ftehimiet internazzjonali li l-Istati Membri huma parti minnhom.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-ADR m'għandux ixekkel l-aċċess għal-proċedimenti ġudizzjarji normali.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti stabbiliti fit-territorji tagħhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-entitajiet tal-ADR li huma koperti minnhom u li huma kompetenti biex jindirizzaw it-tilwim li jista' jinqala' bejniethom u l-konsumaturi. Tali informazzjoni għandha tinkludi l-indirizzi tal-websajts tal-entitajiet tal-ADR rilevanti u tispeċifika jekk in-negozjant jimpenjax ruħu jew le li juża dawn l-entitajiet biex isolvi t-tilwim mal-konsumaturi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozjanti stabbiliti fit-territorji tagħhom jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-entitajiet tal-ADR li huma kommessi li jużaw biex jirriżolvu t-tilwim li jista' jinqala' bejniethom u l-konsumaturi. Tali informazzjoni għandha tinkludi l-indirizzi tal-websajts tal-entitajiet tal-ADR rilevanti.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata b'mod li wieħed jista' jkollu aċċess għaliha faċilment, direttament, b'mod prominenti u permanenti fuq il-websajt tan-negozjant, jekk ikun jeżisti wieħed, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi bejn in-negozjant u konsumatur u fil-fatturi u l-irċevuti li għandhom x'jaqsmu ma' tali kuntratti. Din għandha tispeċifika kif wieħed jista' jkollu aċċess għal informazzjoni addizzjonali dwar l-entità tal-ADR ikkonċernata u dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tagħha.

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jeħtiġilha għandha tingħata b'mod li wieħed jista' jifhmu, b'mod ċar u aċċessibbli faċilment.

 

(a) fil-websajt tan-negozjant, jekk ikun jeżisti wieħed,

 

(b) jekk applikabbli, fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti jew il-provvista ta' servizzi bejn in-negozjant u konsumatur; u

 

(c) kulmeta n-negozjant jinnotifika lill-konsumatur bil-miktub ir-rifjut ta' lment preżentat direttament lilu.

 

Din għandha tispeċifika kif wieħed jista' jkollu aċċess għal informazzjoni addizzjonali dwar l-entità tal-ADR ikkonċernata u dwar il-kundizzjonijiet tal-użu tagħha.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar l-informazzjoni għall-konsumatur għall-kuntratti magħmula mill-bogħod u barra l-bini.

3. Id-dispożizzjonijiet f'dan l-Artikolu għandhom ikunu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 6, 7 u 8 tad-Direttiva 2011/83/UE dwar l-informazzjoni għall-konsumatur għall-kuntratti magħmula mill-bogħod u barra l-bini, fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b'distanza ta' servizzi finanzjarji ta' konsumaturi u l-Artikolu 185 tad-tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)2.

 

______________

 

1 ĠU L 271, 9.10.2002, p.16.

 

2 ĠU L 335, 17.12.2008, p.1.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li jkun fiha l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tan-netwerks imsemmija fil-paragrafu 1, Il-Kummissjoni għandha, jekk meħtieġ, taġġorna din il-lista kull sentejn.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista li jkun fiha l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tan-netwerks imsemmija fil-paragrafu 1, Il-Kummissjoni għandha taġġorna din il-lista kull sentejn.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti li tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-funzjonament u l-iżvilupp tal-entitajiet tal-ADR stabbiliti fit-territorju tiegħu. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-awtorità li jkun ħatar lill-Kummissjoni.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti li tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-funzjonament u l-iżvilupp tal-entitajiet tal-ADR stabbiliti fit-territorju tiegħu. Fil-każ ta’ ADR settorjali, l-Istati Membri jistgħu jinnominaw awtorità kompetenti għal kull settur. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-awtoritajiet li jkun ħatar lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Xi entitajiet tal-ADR huma settorjali. Ikun diffiċli ħafna li l-kompiti ta’ monitoraġġ jiġu fdati lil awtorità waħda biss li tkopri s-setturi kollha u li joħloq piż sinifikanti fuq din l-awtorità. Li jkun hemm awtorità kompetenti għal kull settur għandha tibqa’ opzjoni disponibbli għal dawk l-Istati Membri li ma għandhomx awtorità kompetenti waħda għas-setturi kollha.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-rata ta' konformità, jekk tkun magħrufa, mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR:

(d) ir-rata ta' konformità mar-riżultati tal-proċeduri tal-ADR;

Ġustifikazzjoni

L-entitajiet tal-ADR għandu jkollhom id-dmir li jimmonitorjaw il-konformità mar-riżultati. Dan huwa indikatur importanti għall-effiċjenza tal-iskemi tal-ADR u jgħin ukoll lill-konsumaturi u lin-negozji sabiex jiddeċiedu jekk l-involviment fi proċedura tal-ADR huwiex utli.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) kwalunkwe problema rikorrenti li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti;

(f) kwalunkwe problema rikorrenti li twassal għal tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti li tista’ tiġi akkumpanjata minn soluzzjonijiet ta’ gwida inklużi b'mod partikolari suġġerimenti dwar kif għandhom jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattiċi, jista' jkun utli li l-entitajiet tal-ADR jipprovdu soluzzjonijiet ta’ gwida għal-każijiet li jkunu solvew, filwaqt illi jippriservaw il-kunfidenzjalità.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull awtorità kompetenti għandha, fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tistabbilixxi lista tal-entitajiet tal-ADR li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

2. Kull awtorità kompetenti għandha, fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tistabbilixxi lista tal-entitajiet tal-ADR li jkunu ġew innotifikati lilha u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Għandu jidher biċ-ċar li l-awtoritajiet ma għandhom l-ebda setgħa ta’ diskrezzjoni li jirrifjutaw l-inklużjoni fil-lista sakemm il-valutazzjoni turi li l-iskema tal-ADR tirrispetta d-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu II.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika; kif ukoll

(e) il-ħtieġa tal-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jekk japplika, b’indikazzjoni tal-għażliet għas-soluzzjoni tat-tilwim mingħajr il-preżenza fiżika tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom jekk dawn huma domiċiljati jew normalment residenti fi Stati Membri differenti; kif ukoll

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ineħħu entità tal-ADR mil-lista jekk dik l-entità tal-ADR ma tibqax tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1. Il-lista għandha tiġi aġġornata immedjatament u l-informazzjoni rilevanti għandha tingħadda lill-Kummissjoni.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull sentejn, kull awtorità kompetenti għandha tippubblika rapport dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari:

5. Kull sentejn, kull awtorità kompetenti għandha tippubblika u tibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp u l-funzjonament tal-entitajiet tal-ADR. Ir-rapport għandu, b'mod partikolari:

Ġustifikazzjoni

Bħala kwistjoni ta’ kooperazzjoni tajba bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, huwa mixtieq li dawn tal-aħħar jibagħtu r-rapporti tagħhom lill-Kummissjoni li se tiċċentralizza l-informazzjoni, minħabba li dan jiffaċilita l-ġbir tal-informazzjoni tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)

Referenzi

COM(2011)0793 – C7-0454/2011 – 2011/0373(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.12.2011

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

20.4.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Cristian Silviu Buşoi

1.2.2012

Eżami fil-kumitat

1.3.2012

25.4.2012

30.5.2012

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Cristian Silviu Buşoi, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Patrice Tirolien

  • [1] P7_TA(2011)0449.
  • [2]     ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3.
  • [3]     ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31.
  • [4]     ĠU L 109, 19.4.2001, p. 56.

PROĊEDURA

Titolu

Is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)

Referenzi

COM(2011)0793 – C7-0454/2011 – 2011/0373(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.12.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.12.2011

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

20.4.2012

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Louis Grech

30.11.2011

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

17.9.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.12.2011

28.2.2012

29.2.2012

8.5.2012

 

20.6.2012

9.7.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Robert Rochefort, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Jürgen Creutzmann, Ashley Fox, María Irigoyen Pérez, Olle Schmidt, Sabine Verheyen, Anja Weisgerber

Data tat-tressiq

16.10.2012