RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom

10.10.2012 - (COM(2011)0881 – C7‑0017/2012 – 2011/0432(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Relatur: Edit Bauer


Proċedura : 2011/0432(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0288/2012
Testi mressqa :
A7-0288/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom

(COM(2011)0881 – C7‑0017/2012 – 2011/0432(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0881),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C7–0017/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0288/2012),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tibdel il-proposta tagħha kif xieraq, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinnotifika lill-Parlament jekk ikun beħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsulta lill-Parlament jekk beħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni sostanzjalment;

5.  Jagħti lill-President tiegħu struzzjonijiet biex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Skont l-Artikolu 35 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, il-missjonijiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi għandhom jikkooperaw u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jiġu protetti fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Meta ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom bżonn protezzjoni f'pajjiżi terzi, hija meħtieġa koperazzjoni u koordinament effiċjenti. L-Istat Membru li jagħti l-għajnuna, li jkun preżenti f’pajjiż terz u l-Istat Membru tal-oriġini taċ-ċittadin jista’ jkollhom bżonn jikkoperaw mill-qrib. Il-kooperazzjoni konsolari legali tista' tkun aktar kumplessa għaċ-ċittadini mhux rappreżentati, billi teħtieġ koordinament ma' awtoritajiet li ma jkunux rappreżentati fil-post. Sabiex jimtela l-vojt ikkawżat min-nuqqas ta' ambaxxati jew konsolati tal-Istat Membru proprju taċ-ċittadin, għandu jiġi assigurat li jkun hemm qafas stabbli.

(7) Meta ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom bżonn protezzjoni f'pajjiżi terzi, hija meħtieġa koperazzjoni u koordinament effiċjenti. L-Istat Membru li jagħti l-għajnuna u d-delegazzjoni tal-Unjoni, li jkun preżenti f’pajjiż terz u l-Istat Membru tal-oriġini taċ-ċittadin għandhom jikkoperaw mill-qrib.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-kooperazzjoni konsolari legali tista' tkun aktar kumplessa għaċ-ċittadini mhux rappreżentati, billi teħtieġ koordinament ma' awtoritajiet li ma jkunux rappreżentati fil-post. Sabiex jimtela l-vojt ikkawżat min-nuqqas ta' ambaxxati jew konsolati tal-Istat Membru proprju taċ-ċittadin, għandu jiġi assigurat li jkun hemm qafas stabbli. Il-kooperazzjoni konsolari lokali għandha tagħti attenzjoni xierqa lil ċittadini mhux rappreżentati, pereżempju billi tiġbor dettalji tal-kuntatt relevanti tal-eqreb ambaxxati u konsulati tal-Istati Membri.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Sabiex tiffaċilita u ttejjeb il-protezzjoni konsolari, b’attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni ta’ ċittadini mhux rappreżentati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida prattiċi.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jkunux rappreżentati jekk l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom ma jkollux ambaxxata jew konsolat aċċessibbli f’pajjiż terz. Il-kunċett ta' aċċessibbiltà għandu jiġi interpretat bil-ħsieb li tiġi salvagwardjata l-protezzjoni taċ-ċittadini.

(8) Iċ-ċittadini tal-Unjoni ma jkunux rappreżentati jekk l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom ma jkollux ambaxxata jew konsolat aċċessibbli f'pajjiż terz jew l-aċċess għall-ambaxxata jew għall-konsolat jaf jippreżenta liċ-ċittadin ta' Stat Membru partikolari l-użu bla bżonn ta' ħin prezzjuż u ta' riżorsi finanzjarji f'każijiet ta' emerġenza. Il-kunċett ta' aċċessibbiltà għandu jiġi interpretat bil-ħsieb li tiġi salvagwardjata l-protezzjoni taċ-ċittadini.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) F'konformità mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari kif rikonoxxut fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna għandu jipprovdi protezzjoni lill-membri tal-familja minn pajjiżi terzi, taċ-ċittadini tal-Unjoni, bl-istess kundizzjonijiet bħal fil-każ tal-membri tal-familja minn pajjiżi terzi, taċ-ċittadini tiegħu stess. Kwalunkwe definizzjoni ta' liema persuni huma membri tal-familja għandha tkun ispirata mill-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Jista' jkun li l-Istati Membri ma jkunux f'pożizzjoni li jagħtu t-tipi kollha ta' protezzjoni konsolari lill-membri tal-familja li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, notevolment id-dokumenti tal-ivvjaġġar provviżorji mhux qed jinħarġu. F'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta, l-aħjar interessi tat-tfal, kif preskritt fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989, għandhom ikunu konsiderazzjoni primarja.

(9) F'konformità mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari kif rikonoxxut fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna għandu jipprovdi protezzjoni lill-membri tal-familja minn pajjiżi terzi, taċ-ċittadini tal-Unjoni kif definit fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, fl-istess kundizzjonijiet bħal għall-membri tal-familja ta' pajjiżi terzi taċ-ċittadini tiegħu stess filwaqt li jqis li jista' jkun li l-Istati Membri ma jkunux f'pożizzjoni li jagħtu t-tipi kollha ta' protezzjoni konsolari lill-membri tal-familja li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, bħad-dokumenti tal-ivvjaġġar provviżorji. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jieħdu kull azzjoni fil-poter tagħhom biex jiggarantixxu l-inkolumità tal-familja taċ-ċittadin. F'konformità mal-Artikolu 24 tal-Karta, l-aħjar interessi tat-tfal, kif preskritt fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989, għandhom ikunu konsiderazzjoni primarja.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-Istat Membru li jagħti l-għajnuna għandu jipprovdi protezzjoni lir-rifuġjati rikonoxxuti u lill-apolidi u lil persuni oħrajn li ma għandhom iċ-ċittadinanza ta' ebda Stat Membru iżda jirrisjedu f'wieħed mill-Istati Membri u jkunu fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru, fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-rifuġjati rikonoxxuti u l-apolidi u persuni oħrajn li ma għandhom iċ-ċittadinanza ta' ebda pajjiż, li jirrisjedu fi Stat Membru u jkunu fil-pussess ta' dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn tali Stat Membru, ma jistgħu jirrikorru għall-ebda protezzjoni konsolari jekk l-Istat Membru ta' residenza mhuwiex rappreżentat.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Iċ-ċittadini mhux rappreżentati għandu jkollhom il-possibilità li jagħżlu liberament l-ambaxxata jew il-konsolat li minnhom ifittxu l-protezzjoni konsulari. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jilħqu ftehim dwar il-kondiviżjoni tar-responsabilità. Madankollu, dawn it-tipi ta’ arranġamenti għandhom ikunu trasparenti għaċ-ċittadini u m’għandhomx jipperikolaw il-protezzjoni konsolari effettiva. Kwalunkwe arranġament bħal dan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni u ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħha maħsub apposta.

(10) Iċ-ċittadini mhux rappreżentati għandu jkollhom il-possibilità li jagħżlu liberament l-ambaxxata, il-konsolat jew, fejn hu xieraq, id-delegazzjoni tal-Unjoni li minnhom ifittxu l-protezzjoni konsolari. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jilħqu ftehim dwar il-kondiviżjoni tar-responsabilità. Tali arranġamenti għandhom jitqassmu liberament u jqisu l-kapaċitajiet ta' kull Stat Membru. Madankollu, dawn it-tipi ta’ arranġamenti għandhom ikunu trasparenti għaċ-ċittadini u m’għandhomx jipperikolaw il-protezzjoni konsolari effettiva. Kwalunkwe arranġament bħal dan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni u ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħha maħsub apposta kif ukoll fuq is-siti elettroniċi relevanti tal-Istati Membri kkunċernati u tal-Kunsill.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Għandha tingħata protezzjoni jekk l-applikanti jistabbilixxu li huma ċittadini tal-Unjoni. Iċ-ċittadini mhux rappreżentati, li jkunu jeħtieġu protezzjoni konsolari, jista' jkun li ma jkunx għadhom fil-pussess tad-dokumenti tal-identità tagħhom. L-istatus fundamentali taċ-ċittadinanza tal-Unjoni huwa mogħti direttament mid-dritt tal-Unjoni u d-dokumenti tal-identità huma ta' valur sempliċement dikjaratorju. Fil-każ li l-applikanti ma jkunux jistgħu jipprovdu d-dokumenti tal-identità, għandhom ikunu jistgħu jagħtu prova tal-identità tagħhom bi kwalunkwe mezz ieħor, jekk ikun meħtieġ wara verifika mal-awtoritajiet tal-Istat Membru li tiegħu l-applikant jgħid li huwa ċittadin.

(12) Għandha tingħata protezzjoni jekk l-applikanti jistabbilixxu li huma ċittadini tal-Unjoni. Iċ-ċittadini mhux rappreżentati, li jkunu jeħtieġu protezzjoni konsolari, jista' jkun li ma jkunx għadhom fil-pussess tad-dokumenti tal-identità tagħhom. L-istatus fundamentali taċ-ċittadinanza tal-Unjoni huwa mogħti direttament mid-dritt tal-Unjoni u d-dokumenti tal-identità huma ta' valur sempliċement dikjaratorju. Fil-każ li l-applikanti ma jkunux jistgħu jipprovdu d-dokumenti tal-identità, għandhom ikunu jistgħu jagħtu prova tal-identità tagħhom bi kwalunkwe mezz ieħor, jekk ikun meħtieġ wara verifika mal-awtoritajiet tal-Istat Membru li tiegħu l-applikant jgħid li huwa ċittadin. L-ambaxxata jew il-konsulat li jagħtu l-għajnuna għandhom jipprovdu liċ-ċittadini mhux rappreżentati bil-mezzi neċessarji għall-verifika tal-identità tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex jiġi ċċarat liema miżuri ta’ koordinazzjoni u koperazzjoni jkunu neċessarji, għandu jiġi speċifikat l-ambitu tal-koperazzjoni u l-koordinazzjoni. Il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini mhux rappreżentati tinkludi għajnuna f’numru ta’ sitwazzjonijiet tipiċi, bħal fil-każ ta’ arrest jew detenzjoni, inċident serju jew mard serju u mewt, kif ukoll fir-rigward tal-għoti ta’ solljiev u ripatrijazzjoni fil-każ ta’ sofferenza u l-ħruġ ta’ dokumenti provviżorji. Billi l-protezzjoni meħtieġa tiddependi dejjem fuq is-sitwazzjoni fattwali, il-protezzjoni konsolari m’għandhiex tkun limitata għal dawk is-sitwazzjonijiet speċifikament imsemmija f’din id-Direttiva.

(14) Sabiex jiġi ċċarat liema miżuri ta’ koordinazzjoni u koperazzjoni jkunu neċessarji, għandu jiġi speċifikat l-ambitu tal-koperazzjoni u l-koordinazzjoni. Il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini mhux rappreżentati tinkludi għajnuna f’numru ta’ sitwazzjonijiet tipiċi, bħal fil-każ ta’ arrest jew detenzjoni, inċident serju jew mard serju u mewt, kif ukoll fir-rigward tal-għoti ta’ solljiev u ripatrijazzjoni fil-każ ta’ sofferenza u l-ħruġ ta’ dokumenti provviżorji, u f’sitwazzjonijiet ta' kriżi. Billi l-protezzjoni meħtieġa tiddependi dejjem fuq is-sitwazzjoni fattwali, il-protezzjoni konsolari m’għandhiex tkun limitata għal dawk is-sitwazzjonijiet speċifikament imsemmija f’din id-Direttiva.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

PREMESSA 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Meta tiġi provduta protezzjoni konsolari f’każijiet ta’ arrest jew detenzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati sitwazzjonijiet speċjali, b’mod partikolari meta l-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jiġu arrestati jew detenuti minħabba li jkunu wettqu reati bħala konsegwenza diretta li jkunu ġew traffikati. Ċittadini mhux rappreżentati jistgħu jkunu f’sitwazzjoni aktar vulnerabbli minħabba l-fatt li m’għandhomx rappreżentanza diretta.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Prerekwiżit għall-koordinazzjoni u l-koperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri huwa li jiġu stabbiliti t-tipi differenti ta’ għajnuna li jingħataw f’sitwazzjonijiet speċifiċi. Dawk it-tipi ta’ għajnuna għandhom jirriflettu l-prattiċi komuni fost l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jimponi obbligu fuq l-Istati Membri sabiex jagħtu protezzjoni bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tagħhom.

(15) Prerekwiżit għall-koordinazzjoni u l-koperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet konsolari tal-Istati Membri huwa li jiġu stabbiliti t-tipi differenti ta’ għajnuna li jingħataw f’sitwazzjonijiet speċifiċi. Dawk it-tipi ta’ għajnuna għandhom jirriflettu l-prattiċi komuni fost l-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jimponi obbligu fuq l-Istati Membri sabiex jagħtu protezzjoni bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tagħhom. Għandu jiġi żgurat li l-ostakli lingwistiċi jiġu megħluba u ċ-ċittadini mhux rappreżentati jiġu pprovduti b’interpretazzjoni jew assistenza oħra meħtieġa.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu ‘fond fiduċjarju’ għall-protezzjoni konsolari, li minnu l-ambaxxata jew il-konsulat tal-Istat Membru li jassisti jkun jista’ jħallas l-ispejjeż tiegħu bil-quddiem biex jgħin ċittadin mhux rappreżentat u li fih l-Istati Membri taċ-ċittadin mhux rappreżentat assistit għandhom iħallsu lura l-avvanz finanzjarju. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi regoli ċari li jiddefinixxu l-qsim tal-piżijiet finanzjarji għal finijiet ta' funzjonament xieraq ta' tali fond.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Rigward il-koordinazzjoni fuq il-post u f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, għandhom jiġu ċċarati l-kompetenzi u r-rwoli rispettivi sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu mħarsa b’mod sħiħ. Il-kooperazzjoni konsulari lokali għandha tagħti attenzjoni xierqa lil ċittadini mhux rappreżentati, pereżempju billi tiġbor dettalji tal-kuntatt relevanti tal-eqreb ambaxxati u konsulati tal-Istati Membri.

(20) Rigward il-koordinazzjoni fuq il-post u f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, għandhom jiġu ċċarati l-kompetenzi u r-rwoli rispettivi sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu mħarsa b’mod sħiħ. F’każijiet ta’ kriżi, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jassiguraw il-koordinazzjoni neċessarja fost l-Istati Membri. Sabiex ikun jista’ jwettaq dan ir-rwol, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jkun provdut bil-mezzi finanzjarji neċessarji, inkluż biex jipprovdi taħriġ għall-persunal konsolari tal-Istati Membri.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) F'każ ta' kriżi, huma essenzjali preparazzjoni adegwata u separazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet. Għalhekk l-ippjanar ta' kontinġenza għall-kriżijiet għandu jinkludi b'mod sħiħ iċ-ċittadini mhux rappreżentati u l-pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali għandhom ikunu kkoordinati. F’dak il-kuntest għandu jiġi żviluppat aktar il-kunċett ta’ Stat Mexxej.

(21) F'każ ta' kriżi, huma essenzjali preparazzjoni adegwata u separazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet. Għalhekk l-ippjanar ta’ kontinġenza għall-kriżijiet għandu jinkludi b’mod sħiħ iċ-ċittadini mhux rappreżentati u l-pjanijiet ta’ kontinġenza nazzjonali għandhom ikunu kkoordinati mis-SEAE.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Is-SEAE għandu jorganizza t-taħriġ għall-persunal konsolari sabiex jiffaċilita l-assistenza liċ-ċittadini inkluż liċ-ċittadini mhux rappreżentati bħala parti mit-tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Għandhom jiġu organizzati korsijiet ta’ taħriġ għall-persunal konsolari ħalli titjieb il-kooperazzjoni u jiżdied l-għarfien tagħhom dwar il-jeddijiet taċ-ċittadini skont it-Trattati u skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-persunal konsolari jkun konxju mill-jeddijiet taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li jmorru għandhom għall-għajnuna.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Fil-pajjiżi terzi, l-Unjoni hija rappreżentata mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li flimkien mal-missjonijiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrigwarda l-protezzjoni konsolari kif speċifikat ulterjorment fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Bi qbil mal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-relazzjonijiet konsolari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu protezzjoni konsolari f'isem Stat Membru ieħor sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ma joġġezzjonax. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-pajjiżi terzi sabiex jassiguraw li tkun tista' tiġi pprovduta protezzjoni konsolari f'isem Stati Membri oħra.

(23) Fil-pajjiżi terzi, l-Unjoni hija rappreżentata mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li flimkien mal-missjonijiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrigwarda l-protezzjoni konsolari kif speċifikat ulterjorment fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni meħtieġa fost l-Istati Membri u jistgħu jkunu fdati bil-kompiti konsolari kull fejn ikun rilevanti. Sabiex ikun jista' jwettaq dan ir-rwol, is-SEAE għandha tkun ipprovduta bil-mezzi finanzjarji neċessarji.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa dispożizzjonijiet nazzjonali iżjed favorevoli sakemm ikunu kompatibbli magħha.

(25) Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa dispożizzjonijiet nazzjonali iżjed favorevoli sakemm ikunu kompatibbli magħha. Din id-Direttiva m’għandhiex timponi obbligu fuq l-Istati Membri li jipprovdu lil ċittadini mhux rappreżentati b'dawk it-tipi ta’ assistenza li mhumiex provduti liċ-ċittadini tagħhom stess.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Din id-Direttiva m’għandhiex tolqot l-obbligu u/jew id-dritt li għandhom Stati Membri li mhumiex irrappreżentati li jassistu liċ-ċittadini tagħhom direttament fejn dan ikun meħtieġ u/jew mixtieq. L-Istati Membri mhux rappreżentati għandhom jagħtu sostenn kontinwu lill-Istati Membri li jkunu qed jagħtu l-assistenza konsolari liċ-ċittadini tal-Istati Membri mhux rappreżentati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tikkjarifika jekk, ukoll fil-pajjiżi fejn ma humiex rappreżentati, l-Istati Membri xorta waħda jkollhom rwol fl-għajnuna liċ-ċittadini tagħhom.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 25 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b) Sabiex ikun żgurat li jkun hemm tħaddim b’ħeffa u effikaċi ta’ din id-Direttiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont it-termini tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegatha lill-Kummissjoni għal dak li jikkonċerna kull emenda għall-Annessi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni jkollha konsultazzjonijiet adegwati matul ix-xogħol ta' preparazzjoni tagħha, inklużi dawk fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur iqis li l-Kummissjoni għandu jkunilha ddelegat il-poter li temenda l-annessi, li jikkonsistu f'formuli li għandu mnejn ikunu jeħtieġu aġġornament minn żmien għal ieħor. Dan jimplimentawh l-Artikolu 18a u 18b il-ġodda.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) F’konformità mal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni li tinsab fil-Karta, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji tagħha abbażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

(27) F'konformità mal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni li tinsab fil-Karta, b'mod partikolari fl-Artikolu 21, l-Istati Membri, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u, fejn ikun relevanti, is-SEAE għandhom dejjem jimplimentaw din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni bejn il-benefiċjarji tagħha abbażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu ċ-ċittadini nazzjonali tagħhom jirreġistraw lilhom infushom fuq is-siti tal-internet tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qabel ma jżuru pajjiżi terzi sabiex jiffaċilitaw l-assistenza tagħhom f’każijiet ta’ bżonn, b’mod partikolari f’sitwazzjoniijiet ta’ kriżi.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tistabbilixxi linja diretta 24/7 sabiex tagħmel l-informazzjoni aċċessibbli faċilment għal dawk iċ-ċittadini li jfittxu protezzjoni konsolari f’każijiet ta’ emerġenza.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri ta’ koperazzjoni u koordinazzjoni meħtieġa biex tkun iffaċilitata l-eżerċitazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni, fit-territorju ta’ pajjiż terz li fih l-Istat Membru li tiegħu jkunu ċittadini ma jkunx rappreżentat, għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari ta’ Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri ta’ koperazzjoni u koordinazzjoni meħtieġa biex tkun iffaċilitata l-protezzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni, fit-territorju ta’ pajjiż terz li fih l-Istat Membru li tiegħu jkunu ċittadini ma jkunx rappreżentat, mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari ta’ Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru u mid-delegazzjoni tal-Unjoni. Fejn ikun relevanti, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jistgħu wkoll jingħataw kompiti konsolari għas-servizz taċ-ċittadini mhux rappreżentati.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull ċittadin li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-Unjoni li ma jkunx rappreżentat minn awtorità diplomatika jew konsolari f’pajjiż terz, minn hawn ’il quddiem "ċittadin mhux rappreżentat", għandu d-dritt għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari ta’ Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tiegħu.

1. Kull ċittadin li jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-Unjoni li ma jkunx rappreżentat minn awtorità diplomatika jew konsolari f’pajjiż terz, minn hawn ’il quddiem "ċittadin mhux rappreżentat", għandu jiġi protett mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari ta’ Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tiegħu u mid-delegazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-membri tal-familja ta ċittadini mhux rappreżentati li huma nfushom ma jkunux ċittadini tal-Unjoni għandhom dritt għal protezzjoni konsolari bl-istess kundizzjonijiet bħall-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Istat Membru li jagħti l-għajnuna, li huma nfushom ma jkunux ċittadini.

3. Il-membri tal-familja ta' ċittadini mhux rappreżentati li huma nfushom ma jkunux ċittadini tal-Unjoni għandhom dritt għal protezzjoni konsolari bl-istess kundizzjonijiet bħall-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-oriġini, jew għall-protezzjoni konsolari minn delegazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-konsli onorarji jitqiesu bħala ekwivalenti għall-ambaxxati u l-konsolati aċċessibbli fl-ambitu tal-kompetenzi tagħhom skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali.

3. Il-konsli onorarji jitqiesu bħala ekwivalenti għall-ambaxxati u l-konsolati aċċessibbli sal-punt li jkollhom il-kompetenzi relevanti skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Iċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu jagħżlu l-ambaxxata jew il-konsolat tal-Istat Membru li mingħandhom ifittxu protezzjoni konsolari.

1. Iċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu jagħżlu l-ambaxxata jew il-konsolat tal-Istat Membru li mingħandhom ifittxu protezzjoni konsolari. Jistgħu wkoll ifittxu l-assistenza mid-delegazzjoni tal-Unjoni, kull meta jkun neċessarju u rilevanti. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli, fuq is-siti tal-Ministeri tagħhom inkarigati mill-affarijiet barranin, tagħrif dwar id-dritt taċ-ċittadini tagħhom li jfittxu, f’pajjiż terz li fih dawk l-Istati Membri mhumiex irrappreżentati, protezzjoni konsolari, skont din id-Direttiva, mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari ta' Stat Membru ieħor, u dwar il-kundizzjonijiet tal-eżerċitar ta’ dan id-dritt.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi enfasizzat ir-rwol tad-delegazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jista' jirrappreżenta Stat Membru ieħor fuq bażi permanenti u l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri f'pajjiż terz jistgħu jilħqu arranġament dwar il-kondiviżjoni tal-piż, bil-kundizzjoni li jkun żgurat li jkun hemm trattament effettiv tal-applikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe arranġament simili bil-ħsieb li jiġi ppubblikat fuq is-sit tagħha fuq l-internet maħsub apposta.

2. Sabiex jingħata aċċess għall-protezzjoni konsolari liċ-ċittadini mhux rappreżentati u biex ikun żgurat li jkun hemm trattament effettiv tal-applikazzjonijiet, ir-rappreżentanzi tal-Istati Membri u, fejn ikun relevanti, id-delegazzjoni tal-Unjoni jikkonkludu arranġamenti lokali dwar il-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-iskambju ta' informazzjoni. Wara notifika lill-awtoritajiet lokali, tali arranġamenti lokali għandhom ikunu rrappurtati lill-Kummissjoni u lis-SEAE u ppubblikati fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni u fis-siti relevanti tal-Istati Membri kkonċernati. Dawk l-arranġamenti għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkunx jista' jippreżenta passaport jew karta tal-identità validi, iċ-ċittadinanza tista' tiġi ppruvata bi kwalunkwe mezz ieħor, jekk ikun meħtieġ wara verifika mal-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari tal-Istat Membru li tiegħu l-applikant isostni li huwa ċittadin.

2. Jekk iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkunx jista' jippreżenta passaport jew karta tal-identità validi, iċ-ċittadinanza tista' tiġi ppruvata bi kwalunkwe mezz ieħor, jekk ikun meħtieġ wara verifika mal-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari tal-Istat Membru li tiegħu l-applikant isostni li huwa ċittadin. L-ambaxxata jew il-konsulat li jagħtu l-għajnuna jipprovdu liċ-ċittadini mhux rappreżentati bil-mezzi neċessarji għall-verifika tal-identità tagħhom.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Kapitolu 2 u Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU 2

 

Kooperazzjoni u koordinazzjoni tal-protezzjoni konsolari lokali

 

Artikolu 5a

 

Prinċipju ġenerali

L-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw mill-qrib u jikkoordinaw bejniethom u mal-Unjoni sabiex tkun assigurata protezzjoni taċ-ċittadini mhux rappreżentati, bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini. Meta konsolat jew ambaxxata tgħin lil ċittadini mhux rappreżentat, għandu jiġi kkuntattjat il-konsolat jew l-ambaxxata repsonabbli reġjonalment li jkunu jinsabu l-iktar viċin jew il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-persuni ta' kuntatt rilevanti fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin li għandhom jiġu aġġornati kontinwament fis-sit tal-internet sikur tiegħu.

L-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw mill-qrib u jikkoordinaw bejniethom u mal-Unjoni sabiex tkun assigurata protezzjoni taċ-ċittadini mhux rappreżentati, bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u l-koordinament fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Unjoni sabiex tkun żgurata protezzjoni taċ-ċittadini mhux rappreżentati, bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini. Meta konsolat jew ambaxxata jew, fejn ikun relevanti, id-delegazzjoni tal-Unjoni tgħin lil ċittadin mhux rappreżentat, għandu jiġi kkuntattjat il-konsolat jew l-ambaxxata responsabbli reġjonalment li jkunu jinsabu l-iktar viċin jew il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza, kif ukoll id-delegazzjoni tal-Unjoni, u għandhom jikkooperaw sabiex jiġu definiti miżuri xierqa li jkollhom jittieħdu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-persuni ta' kuntatt rilevanti fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin li għandhom jiġu aġġornati kontinwament fis-sit tal-internet sikur tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Ġie emendat l-Artikolu 7 preċedenti tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-protezzjoni konsolari msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-għajnuna fis-sitwazzjonijiet li ġejjin

2. Il-protezzjoni konsolari msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-għajnuna, b’mod partikolari, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

(b) meta wieħed jisfa vittma ta’ delitt;

(b) meta wieħed jisfa vittma ta’ delitt jew ikun fil-periklu li jisfa vittma ta’ delitt;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din il-protezzjoni konsolari testendi wkoll għas-sitwazzjonijiet l-oħrajn kollha fejn l-Istat Membru rappreżentat ikun abitwalment ta l-assistenza liċ-ċittadini tiegħu stess.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta ċittadin mhux rappreżentat jiġi arrestat jew miżmum, l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 6(1), għandhom b’mod partikolari:

1. Meta ċittadin mhux rappreżentat jiġi arrestat jew miżmum b’xi mod ieħor, l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 6(1), għandhom b’mod partikolari:

(a) jassistu biex jiġu infurmati l-membri tal-familja taċ-ċittadin jew persuni relatati oħra, jekk iċ-ċittadin jitlob li jsir dan;

(a) jassistu biex jiġu infurmati l-membri tal-familja taċ-ċittadin jew persuni relatati oħra, jekk iċ-ċittadin jitlob li jsir dan;

(b) iżuru liċ-ċittadin u jimmonitorjaw l-istandards minimi tat-trattament fil-ħabs;

(b) iżuru liċ-ċittadin u jiżguraw li l-istandards minimi ta’ kundizzjonijiet ta’ detenzjoni qed jingħataw;

(c) jipprovdu liċ-ċittadini b’informazzjoni dwar id-drittijiet tal-persuni miżmuma.

(c) jipprovdu liċ-ċittadin b’informazzjoni dwar drittijiet tiegħu/tagħha;

 

(ca) jassiguraw li ċ-ċittadin ikollu aċċess għal parir legali xieraq.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jagħmlu rapport lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza wara kwalunkwe żjara li jagħmlu liċ-ċittadin u wara l-monitoraġġ tal-istandards minimi ta' trattament fil-ħabs. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar kwalunkwe lment ta trattament ħażin.

3. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jagħmlu rapport lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza wara kwalunkwe żjara li jagħmlu liċ-ċittadin u wara l-monitoraġġ tal-istandards minimi ta’ kundizzjonijiet ta' detenzjoni. Huma għandhom jinformaw immedjatament lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar kwalunkwe lment ta' trattament ħażin u dwar l-azzjonijiet meħuda għall-prevenzjoni ta' tali trattament ħażin u jiġi żgurat li jiġu offruti l-istandards minimi tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinformaw lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar l-informazzjoni pprovduta minnhom liċ-ċittadin dwar id-drittijiet tiegħu. Huma għandhom jaġixxu bħala intermedjarju, inkluż dwar l-għajnuna għat-tfassil ta’ petizzjonijiet għall-maħfriet jew liberazzjonijiet bikrija u meta ċ-ċittadin ikun jixtieq japplika għal trasferiment. Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaġixxu bħala intermedjarju għal kwalunkwe tariffa legali depożitata permezz tal-awtoritajiet diplomatiċi jew konsulari tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza

4. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinformaw lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar l-informazzjoni pprovduta minnhom liċ-ċittadin dwar id-drittijiet tiegħu. Huma għandhom jaġixxu bħala intermedjarju, inkluż biex jassigura li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għal parir legali xieraq u għall-għajnuna inkluż għat-tfassil ta’ petizzjonijiet għall-maħfriet jew liberazzjonijiet bikrija u meta ċ-ċittadin ikun jixtieq japplika għal trasferiment. Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaġixxu bħala intermedjarju għal kwalunkwe tariffa legali depożitata permezz tal-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta ċittadin mhux rappreżentat ikun vittma ta’ delitt, skont l-Artikolu 6(1) l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri għandhom b’mod partikolari:

1. Meta ċittadin mhux rappreżentat ikun vittma ta’ delitt, jew fil-periklu li jkun vittma ta’ delitt skont l-Artikolu 6(1) l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri għandhom b’mod partikolari:

(a) jassistu biex jiġu infurmati l-membri tal-familja taċ-ċittadin jew persuni relatati oħra, jekk tkun ix-xewqa taċ-ċittadin;

(a) jassistu biex jiġu infurmati l-membri tal-familja taċ-ċittadin jew persuni relatati oħra, jekk tkun ix-xewqa taċ-ċittadin;

(b) jipprovdu liċ-ċittadin b’informazzjoni u/jew għajnuna dwar kwistjonijiet legali rilevanti u l-kura tas-saħħa.

(b) jipprovdu liċ-ċittadin b’informazzjoni u/jew għajnuna dwar il-kura tas-saħħa.

 

(ba) jipprovdi liċ-ċittadin b’informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħu/tagħha u b’aċċess għal assistenza legali u konsulenza xierqa.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li tiegħu iċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar dak li jkun ġara, il-gravità tiegħu u l-għajnuna mogħtija u jikkomunikaw mal-membri tal-familja taċ-ċittadin jew ma’ persuni oħra li jiġu minnu jekk iċ-ċittadin, jekk possibbli, ikun ta l-kunsens tiegħu.

2. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li tiegħu iċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar dak li jkun ġara, il-gravità tiegħu u l-għajnuna mogħtija. Dak l-Istat Membu jikkomunika mal-membri tal-familja taċ-ċittadin jew persuni relatati oħra sakemm iċ-ċittadin ma jkunx irrifjuta li jagħti l-kunsens.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda, u dik ta’ warajha, qed jiġu intavolati minħabba fix-xkiel lingwistiku li jista’ jeżisti bejn il-persunal konsolari u l-familja taċ-ċittadin. Jidher li jkun aktar xieraq li l-komunikazzjoni mal-familja tgħaddi mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tagħha.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar dak li jkun ġara, il-gravità tiegħu u l-għajnuna mogħtija, u jekk ikun xieraq, jikkomunikaw mal-membri tal-familja tal-vittma jew ma’ persuni oħrajn li jiġu minnha. L-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza għandu jiġi infurmat jekk ikun hemm bżonn ta’ evakwazzjoni medika. Kwalunkwe evakwazzjoni medika għandha tkun soġġetta għall-kunsens bil-quddiem tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza, għajr f’każijiet ta’ urġenza estrema.

2. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar dak li jkun ġara, il-gravità tiegħu u l-għajnuna mogħtija. Dak l-Istat Membu jikkomunika mal-membri tal-familja tal-vittma jew persuni relatati oħra sakemm iċ-ċittadin ma jkunx irrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu. L-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza għandu jiġi infurmat jekk ikun hemm bżonn ta’ evakwazzjoni medika. Kwalunkwe evakwazzjoni medika għandha tkun soġġetta għall-kunsens bil-quddiem tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza, għajr f’każijiet ta’ urġenza estrema.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Kooperazzjoni lokali

 

Il-laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali għandhom jinkludu skambju regolari ta’ informazzjoni relatat maċ-ċittadini mhux rappreżentati, dwar kwistjonijiet bħas-sigurtà taċ-ċittadini, il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni jew l-aċċess konsolari. Sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin b'mod ċentrali, il-Presidenza għandha tkun ta' rappreżentant ta’ Stat Membru jew tad-delegazzjoni tal-Unjoni fuq deċiżjoni lokali. Il-Presidenza għandha tiġbor u taġġorna b’mod regolari d-dettalji ta' kuntatt, b’mod partikolari dawk tal-punti ta’ kuntatt ta’ Stati Membri mhux rappreżentati, u għandha taqsamhom mal-ambaxxati u l-konsolati lokali u mad-delegazzjoni tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu huwa identiku mal-Artikolu 14 tal-proposta għal direttiva, iżda huwa biss impoġġi f’ordni differenti

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Kapitolu 3 u Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KAPITOLU 3

imħassar

Proċeduri Finanzjarji

 

Artikolu 12

 

Regoli ġenerali

 

Fejn ċittadin mhux rappreżentat jitlob assistenza fil-forma ta’avvanz finanzjarju jew ripatrijazzjoni, soġġetti għall-Artikolu 6(1), tapplika l-proċedura li ġejja:

 

(a) iċ-ċittadini mhux rappreżentati għandhom jwiegħdu li jħallsu lura lill-Istat Membru ta’ nazzjonalità tagħhom il-valur sħiħ ta’ kwalunkwe avvanz finanzjarju jew spiża minfuqa, flimkien ma’ miżata konsulari jekk tkun tapplika, billi juża l-formola standard stabbilita f’Anness 1;

 

(b) jekk ikun meħtieġ mill-ambaxxata jew konsolat tal-għajnuna, l-Istat Membru ta’ ċittadinanza taċ-ċittadin għandu mingħajr dewmien jipprovdi l-informazzjoni neċessarja dwar it-talba, u jispeċifika jekk kwalunkwe tariffa konsurali tkunx applikabbli;

 

(c) l-ambaxxata jew il-konsolat tal-għajnuna għandu jinforma lill-Istat Membru ta’ nazzjonalità taċ-ċittadin dwar kwalunkwe talba għal avvanz finanzjarju jew ripatrijazzjoni li jkun/tkun ipproċessa/t;

 

(d) fuq talba bil-miktub tal-ambaxxata jew tal-konsolat li jagħtu l-għajnuna skont il-format stabbilit fl-Anness I, l-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza għandu jirrimborża l-valur sħiħ ta’ kwalunkwe self finanzjarju jew spiża mġarrba.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu qed jiġi ssostitwit mill-Artikolu 16a identiku, iżda huwa biss impoġġi f’ordni differenti. Il-Kapitolu 3 huwa mħassar

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

imħassar

Proċedura ffaċilitata f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi

 

1. F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, l-ambaxxata jew il-konsolat li jagħtu l-għajnuna għandhom jikkordinaw kwalunkwe evakwazzjoni jew appoġġ ieħor meħtieġ li jingħata lil ċittadin mhux rappreżentat mal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu.

 

L-Istat Membru li jagħti l-għajnuna għandu jissottometti kwalunkwe talba għal rimborż tal-ispejjeż ta’ tali evakwazzjoni jew appoġġ lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin. L-Istat Membru li jagħti l-għajnuna jista’ jitlob ir-rimborż anki jekk iċ-ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx iffirma impenn li jħallas skont l-Artikolu 12 (a).

 

Dan il-paragrafu m’għandhux jostakola lill-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin milli jitlob rimborż fuq il-bażi ta’ regoli nazzjonali.

 

2. Fi kriżijiet maġġuri, l-ispejjeż tal-evakwazzjoni jew l-appoġġ għandhom jiġu rimborżati mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin fuq bażi pro rata, billi l-ispejjeż globali jiġu diviżi bin-numru ta’ ċittadini megħjuna, jekk l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna jitlob dan.

 

3. Meta l-ispejjeż ma jkunux jistgħu jiġu kkalkulati, l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna jista’ jitlob li jiġi rimborżat fuq il-bażi ta’ somom fissi li jikkorrispondu mat-tip ta’ appoġġ mogħti, kif stabbilit fl-Anness 2.

 

4. Meta l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna jkun ġie appoġġat finanzjarjament fir-rigward tal-għajnuna mill-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE, kwalunkwe kontribuzzjoni mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin għandha tiġi determinata wara li titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

 

5. Għat-talbiet għal rimborż għandhom jintużaw il-formati komuni li jinsabu fl-Anness 2.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu qed jiġi ssostitwit mill-Artikolu 16b ġdid

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Koperazzjoni u koordinazzjoni lokali u fi kriżijiet

Kooperazzjoni u koordinazzjoni fi kriżijiet

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

imħassar

Kooperazzjoni lokali

 

Il-laqgħat ta’ kooperazzjoni lokali għandhom jinkludu skambju regolari ta’ informazzjoni dwar iċ-ċittadini mhux rappreżentati, dwar kwistjonijiet bħas-sigurtà taċ-ċittadini, il-kundizzjonijiet fil-ħabs jew l-aċċess konsolari. Sakemm ma jkunx sar qbil mod ieħor mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin, il-Presidenza għandha tkun rappreżentant ta’ Stat Membru jew tad-delegazzjoni tal-Unjoni fuq deċiżjoni lokali. Il-Presidenza għandha tiġbor u taġġorna b’mod regolari d-dettalji ta' kuntatt, b’mod partikolari dawk tal-punti ta’ kuntatt ta’ Stati Membri mhux rappreżentati, u għandha taqsamhom mal-ambaxxati u l-konsolati lokali u mad-delegazzjoni tal-Unjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 24.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex tkun assigurata stat ta' tħejjija komprensiv, l-ippjanar ta' kontinġenza lokali għandu jinkludi ċ-ċittadini mhux rappreżentati. L-Istati Membri rappreżentati f’pajjiż terz għandhom jikkordinaw il-pjanijiet ta’ kontinġenza, kemm bejniethom kif ukoll mad-delegazzjoni tal-Unjoni. Għandhom jiftiehmu dwar il-kompiti rispettivi biex ikun żgurat li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu megħjuna kompletament f'każ ta' kriżi, li jinħatru rappreżentanti għall-postijiet magħżula fejn jinġabru n-nies u li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu infurmati dwar l-arranġamenti ta' tħejjija f'każ ta' kriżi bl-istess mod li jiġu infurmati ċ-ċittadini proprji.

1. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoordinaw ippjanar ta' kontinġenza fost l-Istati Membri sabiex jiżguraw stat ta' tħejjija komprensiv, inkluż il-qsim tal-kompiti biex ikun żgurat li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu megħjuna kompletament fkaż ta kriżi, il-ħatra ta' rappreżentanti għall-postijiet magħżula fejn jinġabru n-nies u l-informazzjoni li għandha tingħata lil ċittadini mhux rappreżentati dwar l-arranġamenti ta tħejjija fkaż ta kriżi bl-istess mod li jiġu infurmati ċ-ċittadini proprji.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'każ ta' kriżi, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jassiguraw għajnuna effiċjenti liċ-ċittadini mhux rappreżentati. L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin f’ħin opportun dwar il-kapaċitajiet disponibbli għall-evakwazzjoni. Fuq talba, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġjati minn timijiet ta intervent eżistenti fil-livell tal-Unjoni, fosthom esperti konsolari, bmod partikolari mill-Istati Membri mhux rappreżentati.

2. F'każ ta' kriżi, l-Istati Membri u s-SEAE għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jassiguraw għajnuna effiċjenti liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Id-delegazzjoni tal-Unjoni għandha tikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni f'ħin opportun dwar il-kapaċitajiet disponibbli għall-evakwazzjoni u tikkoordina l-evakwazzjoni nnifisha u tipprovdi l-għajnuna neċessarja għall-evakwazzjoni, bl-appoġġ possibbli minn timijiet ta' intervent eżistenti fil-livell tal-Unjoni, fosthom esperti konsolari, b'mod partikolari mill-Istati Membri mhux rappreżentati.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Mexxej

Koordinament bi tħejjija għal kriżijiet u f'każ li jseħħu

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-iskop ta’ din id-direttiva, l-Istat(i) Mexxej(a) hu/huma wieħed jew aktar mill-Istat(i) Membru/i f'pajjiż terz, li jkun(u) responsabbli biex jikkordina(w) u jmexxi/u l-għajnuna f'dak li jirrigwarda t-tħejjija għal kriżi u f’każ ta’ kriżi, li jinkludi rwol speċifiku għaċ-ċittadini mhux rappreżentati.

1. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu responsabbli biex jikkordinaw u jipprovdu l-għajnuna f'dak li jirrigwarda t-tħejjija għal kriżi u f’każ ta’ kriżi, li jinkludi rwol speċifiku għaċ-ċittadini mhux rappreżentati.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jiġi magħżul bħala Stat Mexxej f’pajjiż terz partikolari, jekk huwa jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu permezz tan-netwerk eżistenti għall-komunikazzjonijiet fiż-żgur; sakemm xi Stat Membru ieħor ma joġġezzjonax fi żmien 30 ġurnata jew jekk l-Istat Mexxej propost ma jċedix il-kompitu permezz tan-netwerk għall-komunikazzjonijiet fiż-żgur. Jekk iktar minn Stat Membru wieħed ikunu jixtiequ jieħdu flimkien il-kompitu ta’ Stat Mexxej, huma għandhom jinnotifikaw flimkien l-intenzjoni tagħhom permezz tan-netwerk għall-komunikazzjonijiet fiż-żgur. F’każ ta’ kriżi, Stat Membru wieħed jew aktar jista’ jassumi dan il-kompitu immedjatament u għandu jagħmel in-notifika fi żmien 24 siegħa. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw l-offerta, iżda ċ-ċittadini tagħhom u benefiċjarji potenzjali oħra jibqgħu, skont l-Artikolu 6(1), eliġibbli għal għajnuna mill-Istat Mexxej. Jekk ma jkun hemm l-ebda Stat Mexxej, l-Istati Membri rappreżentati fil-post għandhom jiftiehmu dwar liema Stat Membru se jikkoordina l-għajnuna għaċ-ċittadini mhux rappreżentati.

imħassar

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Biex jipprepara(w) għall-kriżijiet, l-Istat Mexxej/l-Istati Mexxejja għandu/għandhom jassigura(w) li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jiġu inklużi fl-ippjanar ta kontinġenza tal-ambaxxati u tal-konsolati, li l-pjanijiet ta kontinġenza jkunu kompatibbli u li l-ambaxxati u l-konsolati kif ukoll id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkunu infurmati sewwa dwar dawn l-arranġamenti.

3. Biex tipprepara għall-kriżijiet, id-delegazzjoni tal-Unjoni tiżgura li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jiġu inklużi fl-ippjanar ta' kontinġenza tal-ambaxxati u tal-konsolati, li l-pjanijiet ta' kontinġenza jkunu kompatibbli u li l-ambaxxati u l-konsolati jkunu infurmati sewwa dwar dawn l-arranġamenti.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fkaż ta kriżi, l-Istat Mexxej/l-Istati Mexxejja jew l-Istat Membru li jkun qed jikkoordina l-għajnuna għandu/għandhom ikun(u) responsabbli biex jikkordina(w) u jmexxu l-għajnuna u l-operazzjonijiet biex jinġabru ċ-ċittadini mhux rappreżentati, u jekk ikun meħtieġ, jiżgura(w) li ssir evakwazzjoni għal post sigur bl-appoġġ tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati. Isservi wkoll ta' punt ta' kuntatt għall-Istati Membri mhux rappreżentati, li permezz tiegħu jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni dwar iċ-ċittadini tagħhom u jikkoordinaw l-għajnuna meħtieġa. L-Istat(i) Mexxej(ja) jew l-Istat Membru li jkun qed jikkoordina l-għajnuna għaċ-ċittadini mhux rappreżentati jista’/jistgħu jfittex/ifittxu, jekk ikun xieraq, appoġġ minn strumenti bħall-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE u l-istrutturi għall-immaniġġar tal-kriżijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Istat Mexxej jew lill-Istat Membru li jkun qed jikkoordina l-għajnuna, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar iċ-ċittadini mhux rappreżentati tagħhom preżenti fsitwazzjoni ta kriżi.

4. F'każ ta' kriżi, id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija responsabbli biex tikkoordina u tmexxi l-għajnuna u l-operazzjonijiet biex jinġabru ċ-ċittadini mhux rappreżentati, u tikkoordina evakwazzjoni għal post sigur bl-appoġġ tal-Istati Membri kkonċernati. Isservi wkoll ta' punt ta' kuntatt għall-Istati Membri mhux rappreżentati, li permezz tiegħu jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni dwar iċ-ċittadini tagħhom u jikkoordinaw l-għajnuna meħtieġa. Id-delegazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jfittxu, jekk ikun xieraq, appoġġ minn strumenti bħall-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE u l-istrutturi għall-immaniġġar tal-kriżijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lid-delegazzjoni tal-Unjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar iċ-ċittadini mhux rappreżentati tagħhom preżenti f'sitwazzjoni ta' kriżi.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Kapitolu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

KAPITOLU 4a (ġdid)

 

Proċeduri Finanzjarji

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Regoli ġenerali

 

Fejn ċittadin mhux rappreżentat jitlob assistenza fil-forma ta’avvanz finanzjarju jew ripatrijazzjoni, soġġetti għall-Artikolu 6(1), tapplika l-proċedura li ġejja:

 

(a) iċ-ċittadin mhux rappreżentat għandu jintrabat li jħallas lura lill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu l-valur sħiħ ta’ kwalunkwe self finanzjarju jew spiża mġarrba, flimkien ma’ tariffa konsolari jekk applikabbli, bl-użu tal-formola standard stabbilita fl-Anness 1;

 

(b) jekk ikun meħtieġ mill-ambaxxata jew konsolat tal-għajnuna, l-Istat Membru ta’ ċittadinanza taċ-ċittadin għandu mingħajr dewmien jipprovdi l-informazzjoni neċessarja dwar it-talba, u jispeċifika jekk kwalunkwe tariffa konsurali tkunx applikabbli;

 

(c) l-ambaxxata jew il-konsolat tal-għajnuna għandu jinforma lill-Istat Membru ta’ nazzjonalità taċ-ċittadin dwar kwalunkwe talba għal avvanz finanzjarju jew ripatrijazzjoni li jkun/tkun ipproċessa/t;

 

(d) b'talba bil-miktub mill-ambaxxata jew il-konsolat tal-għajnuna fil-format stabbilit fl-Anness 1, l-Istat Membru ta’ nazzjonalità taċ-ċittadin għandu jagħti lura l-valur sħiħ ta’ kwalunkwe avvanz finanzjarju jew spejjeż minfuqa.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għall-Emenda 25.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16b

 

Proċedura ffaċilitata f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi

 

1. F’sitwazzjonijiet ta’ kriżi d-delegazzjoni tal-Unjoni għandha tikkoordina kwalunkwe evakwazzjoni jew appoġġ ieħor mogħti lil ċittadin mhux rappreżentat mal-Istat Membru tan-nazzjonalità taċ-ċittadin.

 

2. Is-SEAE għandu jkollu l-mezzi finanzjarji neċessarji biex jikkoordina u jipprovdi assistenza rigward tħejjija għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u fihom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu post u temenda l-Artikolu 13 tal-proposta għal Direttiva

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

L-Emendi għall-Annessi

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 b fir-rigward ta' kull emenda għall-Annessi.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 18a għandha tingħata għal ta' żmien indeterminat minn … *.

 

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 18 a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 18 a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

______

 

*Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

NOTA SPJEGATTIVA

Skont l-Artikolu 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) kull ċittadin tal-Unjoni għandu, fit-territorju ta’ pajjiż terz fejn l-Istat Membru li tiegħu ikun ċittadin ma jkunx rappreżentat, ikun intitolat għal protezzjoni minn awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari ta’ kwalunkwe Stat Membru, fuq l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat. Dan il-prinċipju huwa integrat ukoll fl-Artikolu 46 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Din id-Direttiva għandha l-għan li tirrevoka d-Deċiżjoni 95/353/KE, il-qafas leġiżlattiv attwali fis-seħħ.

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal ċittadini tal-UE għad-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt ta’ protezzjoni f’pajjiżi terzi, huwa meħtieġ strument leġiżlattiv ġdid. Il-Programm ta’ Stokkolma kif ukoll il-Parlament Ewropew talbu għal kunċetti komuni fil-protezzjoni konsolari. Rigward in-numru dejjem jikber ta’ żoni milquta minn kriżijiet, approċċ komuni huwa ħafna aktar meħtieġ.

Hemm żewġ livelli differenti ta’ protezzjoni konsolari, li jistgħu jinsabu wkoll fir-rapport:

- protezzjoni konsolari lokali fil-ħajja ta’ kuljum,

- protezzjoni konsolari f’sitwazzjoni ta’ kriżi.

Skont it-Trattat ta’ Lisbona s-solidarjetà fost l-Istati Membri għandha tiġi sostnuta, għalhekk fil-każijiet ta’ kuljum ta’ protezzjoni konsolari, bħal fil-każi ta’ dokumenti ta’ identità mitlufa, arrest, detenzjoni jew mewt, iċ-ċittadin mhux rappreżentat għandu d-dritt jitlob l-għajnuna ta’ kwalunkwe awtorità konsolari ta’ kwalunkwe Stat Membru. Hemm każi, fejn minkejja li ċ-ċittadin tal-UE jkollu l-ambaxxata jew konsolat fil-pajjiż terz, din/dan tkun/ikun inaċċessibbli. F’dawn il-każijiet il-proposta tal-Kummissjoni li tiddefinixxi l-aċċessibilità tal-ambaxxata jew konsolat f’ħin biżżejjed sakemm jilħqu l-ambaxxata jew konsolat u jirritornaw għall-post tat-tluq fl-istess ġurnata, huwa raġjonevoli li wieħed iżomm f’moħħu l-inċidenza possibbli ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fil-ħajja ta’ kuljum.

F’każijiet ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ir-rapport jipproponi li d-Delegazzjoni tal-Unjoni tkun responsabbli mill-koordinazzjoni u mill-għoti tal-assistenza rigward it-tħejjija għal u f'każi ta' kriżi. Sabiex ma jitpoġġiex piż insopportabbli fuq l-Istat Mexxej, jew kwalunkwe Stat Membru ieħor preżenti fiż-żona, għandha tkun id-Delegazzjoni tal-Unjoni li tittratta mal-koordinazzjoni kollha ta’ kooperazzjoni, inkluż il-pjanijiet ta’ kontinġenza fost l-Istati Membri u l-evakwazzjoni. Għandha tkun id-Delegazzjoni tal-Unjoni, li tiżgura li kull ċittadin tal-UE, inkluż iċ-ċittadini mhux rappreżentati, ikun kopert mill-pjanijiet ta’ kontinġenza. Din l-idea hija konformi mal-Artikolu 35 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TEU) li jgħid li “il-missjonijiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi (...) għandhom jikkooperaw billi jassiguraw li d-deċiżjonijiet li jiddefinixxu l-pożizzjonijiet u l-azzjonijiet tal-Unjoni (...) jiġu implimentati. Għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għal protezzjoni fit-territorju ta’ pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 20(2)(c) tat-TFEU u tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 23 ta' dak it-Trattat.”

Fil-protezzjoni konsolari lokali ta’ kuljum ir-rapport huwa bbażat fuq l-arranġamenti finanzjarji preżenti. Min-naħa l-oħra, f’każijiet ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, li fihom id-Delegazzjoni tal-Unjoni għandha r-rwol ta’ koordinazzjoni, għandu jkollha l-mezzi finanzjarji meħtieġa biex tipprovdi din il-koordinazzjoni. Barra minn hekk, id-Delegazzjoni tal-Unjoni tista’ tfittex, fejn xieraq, appoġġ minn strumenti bħall-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE. Madanakollu, għall-faċilitazzjoni tal-protezzjoni konsolari futura, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jistabbilixxu “fond fiduċjarju” għall-protezzjoni konsolari, li minnu l-ambaxxata jew konsulat tal-Istat Membru assistenti jista’ javvanza l-ispejjeż tiegħu għall-assistenza ta’ ċittadin mhux rappreżentat u li fih l-Istati Membri taċ-ċittadin mhux rappreżentat assistit għandhom iħallsu lura l-avvanz finanzjarju.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (4.9.2012)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom
(COM(2011)0881 – C7‑0017/2012 – 2011/0432(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Kristiina Ojuland

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jemmen li hu kruċjali li jkunu ċċarati l-miżuri ta' koordinament u kooperazzjoni meħtieġa għall-protezzjoni konsolari ta' kuljum ta' ċittadini tal-UE mingħajr rappreżentanza, li hi dritt fundamentali mogħti miċ-ċittadinanza tal-UE kif iddefinita fl-Artikoli 20(2)(c) u 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fl-Artikolu 46 tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Il-Kumitat madankollu jesprimi l-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni setgħet kienet ħafna iktar ambizzjuża u li din ma tisfruttax il-possibilitajiet kollha li joffri t-Trattat ta' Lisbona, speċjalment ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE enfasizzat fl-Artikolu 35 tat-TUE. Din id-direttiva tal-Kunsill għandha twitti t-triq għal rwol ikbar tan-netwerk estensiv tad-delegazzjonijiet tal-UE fl-eżerċizzju tal-protezzjoni konsolari. Il-Kumitat jemmen li, fi prospettiva fit-tul, id-delegazzjonijiet tal-UE għandu jkollhom rwol ta' koordinament f'dan ir-rispett u, f'ċirkostanzi definiti b'mod ċar ħafna, għandhom anke jkunu fdati jagħmlu kompiti konsolari. Dan:

· jissemplifika l-proċeduri għaċ-ċittadini tal-UE msiefra;

· jippermetti ekonomiji ta' skala permezz tal-akkomunament ta' riżorsi umani u finanzjarji;

· itejjeb il-viżibilità tal-UE fir-rigward ta' pajjiżi terzi;

· isaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-UE.

Id-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tiddikjara li skont l-Artikolu 5(10) id-delegazzjonijiet tal-UE għandhom, fuq talba tal-Istati Membri, jappoġġawhom fir-rwol tagħhom li jipprovdu protezzjoni konsolari liċ-ċittadini tal-UE f'pajjiżi terzi fuq bażi ta' riżorsi newtrali. Ir-rieżami ta' din id-deċiżjoni tal-Kunsill li għandu jsir fl-2013 għandu jagħti ħarsa mill-qrib lejn l-arranġamenti finanzjarji meħtieġa sabiex id-delegazzjonijiet tal-UE jkunu jistgħu jiżvolġu r-rwol sħiħ tagħhom fil-mekkaniżmi li kienu stabbiliti sabiex tkun żgurata l-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-UE mhux rappreżentati.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin għalhekk jipproponi li din id-direttiva tal-Kunsill isservi ta' bażi ġuridika għal-linja 19-06-06 (protezzjoni konsolari) tal-baġit tal-UE, sabiex l-Unjoni jkollha disponibbli l-mezzi finanzjarji meħtieġa għar-realizzazzjoni ta' dawn il-kompiti permezz tad-delegazzjonijiet tagħha.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 35 tiegħu,

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Meta ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom bżonn protezzjoni f'pajjiżi terzi, hija meħtieġa koperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti. L-Istat Membru li jagħti l-għajnuna, li jkun preżenti f'pajjiż terz u l-Istat Membru tal-oriġini taċ-ċittadin jista' jkollhom bżonn jikkoperaw mill-qrib. Il-koperazzjoni konsolari legali tista' tkun aktar kumplessa għaċ-ċittadini mhux rappreżentati, billi teħtieġ koordinazzjoni ma' awtoritajiet li ma jkunux rappreżentati fil-post. Sabiex jimtela l-vojt ikkawżat min-nuqqas ta' ambaxxati jew konsolati tal-Istat Membru proprju taċ-ċittadin, għandu jiġi assigurat li jkun hemm qafas stabbli.

(7) Meta ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom bżonn protezzjoni f'pajjiżi terzi, hija meħtieġa koperazzjoni u koordinament effiċjenti. L-Istat Membru li jagħti l-għajnuna, li jkun preżenti f'pajjiż terz, id-delegazzjoni tal-Unjoni f'tali pajjiż terz u l-Istat Membru tal-oriġini taċ-ċittadin jista' jkollhom bżonn jikkoperaw mill-qrib. Il-koperazzjoni konsolari legali tista' tkun aktar kumplessa għaċ-ċittadini mhux rappreżentati, billi teħtieġ koordinament ma' awtoritajiet li ma jkunux rappreżentati fil-post. Sabiex jimtela l-vojt ikkawżat min-nuqqas ta' ambaxxati jew konsolati tal-Istat Membru proprju taċ-ċittadin, għandu jiġi assigurat li jkun hemm qafas stabbli.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) F'każ ta' kriżi, huma essenzjali preparazzjoni adegwata u separazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet. Għalhekk l-ippjanar ta' kontinġenza għall-kriżijiet għandu jinkludi b'mod sħiħ iċ-ċittadini mhux rappreżentati u l-pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali għandhom ikunu kkoordinati. F'dak il-kuntest għandu jiġi żviluppat aktar il-kunċett ta' Stat Mexxej.

(21) F'każ ta' kriżi, huma essenzjali preparazzjoni adegwata u separazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet. Għalhekk l-ippjanar ta' kontinġenza għall-kriżijiet għandu jinkludi b'mod sħiħ iċ-ċittadini mhux rappreżentati u l-pjanijiet ta' kontinġenza nazzjonali għandhom ikunu kkoordinati.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Fil-pajjiżi terzi, l-Unjoni hija rappreżentata mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li flimkien mal-missjonijiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrigwarda l-protezzjoni konsolari kif speċifikat ulterjorment fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Bi qbil mal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-relazzjonijiet konsolari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu protezzjoni konsolari f'isem Stat Membru ieħor sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ma joġġezzjonax. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-pajjiżi terzi sabiex jassiguraw li tkun tista' tiġi pprovduta protezzjoni konsolari f'isem Stati Membri oħra.

(23) Fil-pajjiżi terzi, l-Unjoni hija rappreżentata mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni, li flimkien mal-missjonijiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jirrigwarda l-protezzjoni konsolari kif speċifikat ulterjorment fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Bi qbil mal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar ir-relazzjonijiet konsolari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu protezzjoni konsolari f'isem Stat Membru ieħor sakemm il-pajjiż terz ikkonċernat ma joġġezzjonax. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-pajjiżi terzi sabiex jassiguraw li tkun tista' tiġi pprovduta protezzjoni konsolari f'isem Stati Membri oħra. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiżguraw il-koordinament meħtieġ fost l-Istati Membri u jkunu fdati bil-kompiti konsolari rilevanti kull fejn u meta jkun rilevanti, speċjalment fi żminijiet ta' diffikultà. Sabiex tkun tista' tiżvolġi dan ir-rwol, l-Unjoni għandha tingħata l-mezzi finanzjarji neċessarji.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri ta' koperazzjoni u koordinazzjoni meħtieġa biex tkun iffaċilitata l-eżerċitazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni, fit-territorju ta' pajjiż terz li fih l-Istat Membru li tiegħu jkunu ċittadini ma jkunx rappreżentat, għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari ta' Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru.

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-miżuri ta' koperazzjoni u koordinament meħtieġa biex ikun iffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni, fit-territorju ta' pajjiż terz li fih l-Istat Membru li tiegħu jkunu ċittadini ma jkunx rappreżentat, għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari ta' Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru, jew mid-delegazzjoni tal-Unjoni preżenti f'tali pajjiż terz.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Delegazzjonijiet tal-Unjoni

 

1. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni huma primarjament responsabbli biex jiżguraw il-kooperazzjoni u l-koordinament fost l-Istati Membri għall-għoti tal-protezzjoni konsolari liċ-ċittadini tal-Unjoni mhux rappreżentati, inkluż billi jikkondividu l-infrastruttura u r-riżorsi disponibbli.

 

2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jistgħu, meta jkun neċessarju u rilevanti, ikunu wkoll fdati b'kompiti konsolari għal ċittadini mhux rappreżentati. Kull referenza għall-ambaxxati jew konsolati tal-Istati Membri f'din id-Direttiva għalhekk tinftiehem bħala referenza għal "ambaxxati jew konsolati tal-Istati Membri, jew delegazzjonijiet tal-Unjoni, kull fejn ikun miftiehem".

 

3. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jingħataw il-mezzi finanzjarji u kull riżorsa neċessarja oħra, inkluż taħriġ adegwat u tisħiħ tal-kapaċitajiet biex iwettqu l-kompiti stabbiliti fil-paragrafi (1) u (2).

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull ċittadin li jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru tal-Unjoni li ma jkunx rappreżentat minn awtorità diplomatika jew konsolari f'pajjiż terz, minn hawn 'il quddiem "ċittadin mhux rappreżentat", għandu d-dritt għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari ta' Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tiegħu.

1. Kull ċittadin li jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru tal-Unjoni li ma jkunx rappreżentat minn awtorità diplomatika jew konsolari f'pajjiż terz, minn hawn 'il quddiem "ċittadin mhux rappreżentat", għandu d-dritt għal protezzjoni mill-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tiegħu jew mid-delegazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-membri tal-familja ta' ċittadini mhux rappreżentati li huma nfushom ma jkunux ċittadini tal-Unjoni għandhom dritt għal protezzjoni konsolari bl-istess kundizzjonijiet bħall-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Istat Membru li jagħti l-għajnuna, li huma nfushom ma jkunux ċittadini.

3. Il-membri tal-familja ta' ċittadini mhux rappreżentati li huma nfushom ma jkunux ċittadini tal-Unjoni għandhom dritt għal protezzjoni konsolari bl-istess kundizzjonijiet bħall-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-Istat Membru tal-oriġini, jew għall-protezzjoni konsolari minn delegazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Iċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu jagħżlu l-ambaxxata jew il-konsolat tal-Istat Membru li mingħandhom ifittxu protezzjoni konsolari.

1. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jinfurmaw liċ-ċittadini mhux rappreżentati bil-possibilità li jirċievu l-protezzjoni konsolari. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jissensibilizzaw liċ-ċittadini tal-Unjoni dwar id-dritt tagħhom li jirrikorru għad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'pajjiżi terzi biex ifittxu l-assistenza.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jista' jirrappreżenta Stat Membru ieħor fuq bażi permanenti u l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri f'pajjiż terz jistgħu jilħqu arranġament dwar il-kondiviżjoni tal-piż, bil-kundizzjoni li jkun żgurat li jkun hemm trattament effettiv tal-applikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe arranġament simili bil-ħsieb li jiġi ppubblikat fuq is-sit tagħha fuq l-internet maħsub apposta.

2. Stat Membru jista' jirrappreżenta Stat Membru ieħor fuq bażi permanenti u l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri f'pajjiż terz jistgħu jilħqu arranġament dwar il-kondiviżjoni tal-piż, bil-kundizzjoni li jkun żgurat li jkun hemm trattament effettiv tal-applikazzjonijiet. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jikkoordinaw, fil-pajjiżi terzi, l-isforzi biex jiġu stabbiliti tali arranġamenti, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea fi żmien utli bi kwalunkwe arranġament simili bil-ħsieb li jiġi ppubblikat fuq is-sit fuq l-internet maħsub apposta.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet diplomatiċi u konsolari tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw mill-qrib u jikkoordinaw bejniethom u mal-Unjoni sabiex tkun assigurata protezzjoni taċ-ċittadini mhux rappreżentati, bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini. Meta konsolat jew ambaxxata tgħin lil ċittadini mhux rappreżentat, għandu jiġi kkuntattjat il-konsolat jew l-ambaxxata repsonabbli reġjonalment li jkunu jinsabu l-iktar viċin jew il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-persuni ta' kuntatt rilevanti fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin li għandhom jiġu aġġornati kontinwament fis-sit internet fiż-żgur tiegħu.

Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom imexxu l-kooperazzjoni u l-koordinament fost l-Istati Membri min-naħa u bejn l-Istati Membri u l-Unjoni min-naħa l-oħra sabiex tkun assigurata protezzjoni taċ-ċittadini mhux rappreżentati, bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini. Meta konsolat jew ambaxxata tgħin lil ċittadini mhux rappreżentat, għandu jiġi kkuntattjat il-konsolat jew l-ambaxxata repsonabbli reġjonalment li jkunu jinsabu l-iktar viċin jew il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-persuni ta' kuntatt rilevanti fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin li għandhom jiġu aġġornati kontinwament fis-sit internet fiż-żgur tiegħu.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'sitwazzjonijiet ta' kriżi, l-ambaxxata jew il-konsolat li jagħtu l-għajnuna għandhom jikkordinaw kwalunkwe evakwazzjoni jew appoġġ ieħor meħtieġ li jingħata lil ċittadin mhux rappreżentat mal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu.

F'sitwazzjonijiet ta' kriżi, l-ambaxxata jew il-konsolat jew id-delegazzjoni tal-Unjoni li jagħtu l-għajnuna għandhom jikkoordinaw kwalunkwe evakwazzjoni jew appoġġ ieħor meħtieġ li jingħata lil ċittadin mhux rappreżentat mal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-laqgħat ta' koperazzjoni lokali għandhom jinkludu skambju regolari ta' informazzjoni dwar iċ-ċittadini mhux rappreżentati, dwar kwistjonijiet bħas-sigurtà taċ-ċittadini, il-kundizzjonijiet fil-ħabs jew l-aċċess konsolari. Sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin ċentralment, il-Presidenza għandha tkun rappreżentant ta' Stat Membru jew tad-delegazzjoni tal-Unjoni fuq deċiżjoni lokali. Il-Presidenza għandha tiġbor u taġġorna b'mod regolari d-dettalji ta kuntatt, b'mod partikolari dawk tal-punti ta' kuntatt ta' Stati Membri mhux rappreżentati, u għandha taqsamhom mal-ambaxxati u l-konsolati lokali u mad-delegazzjoni tal-Unjoni.

Il-laqgħat ta' koperazzjoni lokali għandhom ikunu ppreseduti minn rappreżentant tad-delegazzjoni tal-Unjoni. Dawn għandhom jinkludu skambju regolari ta' informazzjoni dwar iċ-ċittadini mhux rappreżentati, dwar kwistjonijiet bħas-sigurtà taċ-ċittadini, il-kundizzjonijiet fil-ħabs jew f'detenzjoni, l-aċċess konsolari u l-ippjanar għall-kriżijiet. Il-Presidenza għandha tiġbor u taġġorna b'mod regolari d-dettalji ta' kuntatt, b'mod partikolari dawk tal-punti ta' kuntatt ta' Stati Membri mhux rappreżentati, u għandha taqsamhom mal-ambaxxati u l-konsolati lokali.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sabiex tkun assigurata stat ta' tħejjija komprensiv, l-ippjanar ta' kontinġenza lokali għandu jinkludi ċ-ċittadini mhux rappreżentati. L-Istati Membri rappreżentati f'pajjiż terz għandhom jikkordinaw il-pjanijiet ta' kontinġenza, kemm bejniethom kif ukoll mad-delegazzjoni tal-Unjoni. Għandhom jiftiehmu dwar il-kompiti rispettivi biex ikun żgurat li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu megħjuna kompletament f'każ ta' kriżi, li jinħatru rappreżentanti għall-postijiet magħżula fejn jinġabru n-nies u li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu infurmati dwar l-arranġamenti ta' tħejjija f'każ ta' kriżi bl-istess mod li jiġu infurmati ċ-ċittadini proprji.

1. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoordinaw ippjanar ta' kontinġenza fost l-Istati Membri sabiex jiżguraw stat ta' tħejjija komprensiv, inkluż il-qsim tal-kompiti biex ikun żgurat li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkunu megħjuna kompletament f'każ ta' kriżi, il-ħatra ta' rappreżentanti għall-postijiet magħżula fejn jinġabru n-nies u l-informazzjoni li għandha tingħata lil ċittadini mhux rappreżentati dwar l-arranġamenti ta' tħejjija f'każ ta' kriżi bl-istess mod li jiġu infurmati ċ-ċittadini proprji.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'każ ta' kriżi, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jassiguraw għajnuna effiċjenti liċ-ċittadini mhux rappreżentati. L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin f'ħin opportun dwar il-kapaċitajiet disponibbli għall-evakwazzjoni. Fuq talba, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġjati minn timijiet ta' intervent eżistenti fil-livell tal-Unjoni, fosthom esperti konsolari, b'mod partikolari mill-Istati Membri mhux rappreżentati.

2. F'każ ta' kriżi, l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jikkoperaw mill-qrib sabiex jassiguraw għajnuna effiċjenti liċ-ċittadini mhux rappreżentati. Id-delegazzjoni tal-Unjoni għandha tassigura l-koordinament tal-iskambju ta' informazzjoni f'ħin opportun dwar il-kapaċitajiet disponibbli għall-evakwazzjoni u tagħti l-għajnuna meħtieġa għall-evakwazzjoni, bl-appoġġ possibbli minn timijiet ta' intervent eżistenti fil-livell tal-Unjoni, fosthom esperti konsolari, b'mod partikolari mill-Istati Membri mhux rappreżentati.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Mexxej

Koordinament bi tħejjija għal kriżijiet u f'każ li jseħħu

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-iskop ta' din id-direttiva, l-Istat(i) Mexxej(a) hu/huma wieħed jew aktar mill-Istat(i) Membru/i f'pajjiż terz, li jkun(u) responsabbli biex jikkordina(w) u jmexxi/u l-għajnuna f'dak li jirrigwarda t-tħejjija għal kriżi u f'każ ta' kriżi, li jinkludi rwol speċifiku għaċ-ċittadini mhux rappreżentati.

1. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni huma responsabbli biex jikkoordinaw u jmexxu l-għajnuna f'dak li jirrigwarda t-tħejjija għal kriżi u f'każ ta' kriżi, li jinkludi rwol speċifiku għaċ-ċittadini mhux rappreżentati.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jiġi magħżul bħala Stat Mexxej f'pajjiż terz partikolari, jekk huwa jkun innotifika l-intenzjoni tiegħu permezz tan-netwerk eżistenti għall-komunikazzjonijiet fiż-żgur; sakemm xi Stat Membru ieħor ma joġġezzjonax fi żmien 30 ġurnata jew jekk l-Istat Mexxej propost ma jċedix il-kompitu permezz tan-netwerk għall-komunikazzjonijiet fiż-żgur. Jekk iktar minn Stat Membru wieħed ikunu jixtiequ jieħdu flimkien il-kompitu ta' Stat Mexxej, huma għandhom jinnotifikaw flimkien l-intenzjoni tagħhom permezz tan-netwerk għall-komunikazzjonijiet fiż-żgur. F'każ ta' kriżi, Stat Membru wieħed jew aktar jista' jassumi dan il-kompitu immedjatament u għandu jagħmel in-notifika fi żmien 24 siegħa. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw l-offerta, iżda ċ-ċittadini tagħhom u benefiċjarji potenzjali oħra jibqgħu, skont l-Artikolu 6(1), eliġibbli għal għajnuna mill-Istat Mexxej. Jekk ma jkun hemm l-ebda Stat Mexxej, l-Istati Membri rappreżentati fil-post għandhom jiftiehmu dwar liema Stat Membru se jikkoordina l-għajnuna għaċ-ċittadini mhux rappreżentati.

imħassar

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Biex jipprepara(w) għall-kriżijiet, l-Istat Mexxej/l-Istati Mexxejja għandu/għandhom jassigura(w) li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jiġu inklużi fl-ippjanar ta' kontinġenza tal-ambaxxati u tal-konsolati, li l-pjanijiet ta' kontinġenza jkunu kompatibbli u li l-ambaxxati u l-konsolati kif ukoll id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkunu infurmati sewwa dwar dawn l-arranġamenti.

3. Biex tipprepara għall-kriżijiet, id-delegazzjoni tal-Unjoni tiżgura li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jiġu inklużi fl-ippjanar ta' kontinġenza tal-ambaxxati u tal-konsolati, li l-pjanijiet ta' kontinġenza jkunu kompatibbli u li l-ambaxxati u l-konsolati jkunu infurmati sewwa dwar dawn l-arranġamenti.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F'każ ta' kriżi, l-Istat Mexxej/l-Istati Mexxejja jew l-Istat Membru li jkun qed jikkoordina l-għajnuna għandu/għandhom ikun(u) responsabbli biex jikkordina(w) u jmexxu l-għajnuna u l-operazzjonijiet biex jinġabru ċ-ċittadini mhux rappreżentati, u jekk ikun meħtieġ, jiżgura(w) li ssir evakwazzjoni għal post sigur bl-appoġġ tal-Istati Membri l-oħra kkonċernati. Għandu/għandhom jipprovdi/jipprovdu wkoll punt ta' kuntatt għall-Istati Membri mhux rappreżentati, li permezz tiegħu jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni dwar iċ-ċittadini tagħhom u jikkoordinaw l-għajnuna meħtieġa. L-Istat(i) Mexxej(ja) jew l-Istat Membru li jkun qed jikkoordina l-għajnuna għaċ-ċittadini mhux rappreżentati jista'/jistgħu jfittex/ifittxu, jekk ikun xieraq, appoġġ minn strumenti bħall-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE u l-istrutturi għall-immaniġġar tal-kriżijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Istat Mexxej jew lill-Istat Membru li jkun qed jikkoordina l-għajnuna, l-informazzjoni kollha rilevanti dwar iċ-ċittadini mhux rappreżentati tagħhom preżenti f'sitwazzjoni ta' kriżi.

4. F'każ ta' kriżi, id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija responsabbli biex tikkoordina u tmexxi l-għajnuna u l-operazzjonijiet biex jinġabru ċ-ċittadini mhux rappreżentati, u tikkoordina evakwazzjoni għal post sigur bl-appoġġ tal-Istati Membri kkonċernati. Isservi wkoll ta' punt ta' kuntatt għall-Istati Membri mhux rappreżentati, li permezz tiegħu jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni dwar iċ-ċittadini tagħhom u jikkoordinaw l-għajnuna meħtieġa. Id-delegazzjoni tal-Unjoni u l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jfittxu, jekk ikun xieraq, appoġġ minn strumenti bħall-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-UE u l-istrutturi għall-immaniġġar tal-kriżijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lid-delegazzjoni tal-Unjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar iċ-ċittadini mhux rappreżentati tagħhom preżenti f'sitwazzjoni ta' kriżi.

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom

Referenzi

COM(2011)0881 – C7-0017/2012 – 2011/0432(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

2.2.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

2.2.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kristiina Ojuland

11.1.2012

Eżami fil-kumitat

10.7.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Richard Howitt, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Evgeni Kirilov, Maria Eleni Koppa, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, María Muñiz De Urquiza, Raimon Obiols, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Fiorello Provera, Tokia Saïfi, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Marek Siwiec, Charles Tannock, Sir Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emilio Menéndez del Valle, Norbert Neuser, Joachim Zeller

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Leonidas Donskis, Danuta Jazłowiecka

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (12.7.2012)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom
(COM(2011)0881 – C7‑0017/2012 – 2011/0432(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Tadeusz Zwiefka

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-jedd ta’ ċittadin minn Stat Membru li ma jkollux rappreżentanza, li jfittex l-assistenza mill-awtoritajiet konsolari ta’ Stati Membri oħrajn li jkollhom rappreżentanza, huwa wieħed mill-jeddijiet ikkonferiti miċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi huma l-Artikolu 23 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 46 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali.

L-ewwel darba li tqiegħed qafas ġuridiku għall-implimentazzjoni ta’ dan il-jedd kien bid-Direttiva 95/353/KE. Dan il-jedd għalhekk ilu jeżisti għal xi żmien. B’danakollu, hemm ħtieġa għat-tisħiħ ta’ dan il-qafas billi l-esperjenza tgħallem li ċ-ċittadini mhux qegħdin għalkollox f’qagħda li jibbenefikaw minn jeddijethom għall-protezzjoni konsolari.

Waħda mill-problemi ewlenin hija li ċ-ċittadini għadhom mhumiex konxji minn jeddhom li jiksbu l-għajnuna minn konsolat ta’ Stat Membru ieħor meta jkunu f’pajjiż terz fejn l-Istat Membru tagħhom ma jkollux rappreżentanza. Id-Direttiva l-ġdida l-għan li tindirizza din il-problema.

Barra minn hekk, din id-Direttiva għandha l-objettiv li jingħata approċċ ikkoordinat għall-kwestjoni tal-assistenza lil ċittadini tal-Unjoni li ma jkunux irrappreżentati. Mingħajr ħsara għall-jedd ta' ċittadini mhux rappreżentati li jfittxu l-għajnuna mill-awtoritajiet ta’ kwalunkwe Stat Membru, id-Direttiva toħloq qafas skont id-Dritt tal-UE li jippermetti lill-Istati Membri jaqblu li, f’ċertu pajjiż jew ċerti nħawi, Stat Membru wieħed jagħmilha ta’ “Stat Mexxej” u jikkoordina l-attività konsolari. Dawn il-ftehimiet tingħatalhom pubbliċità, b’tali mod li ċ-ċittadini li jkunu qed jivvjaġġaw lejn ċertu post ikunu jafu liema konsolat għandhom jikkuntattjaw mal-ewwel ħtieġa.

Fit-tul, dan jista’ wkoll iwassal għall-iffrankar tal-flus, billi ladarba jinħatar Stat Membru bi ftehim bejn l-Istati Membri, ikun hemm anqas ħtieġa għall-Istati Membri l-oħrajn li jkunu rrappreżentati f’dik il-lokalità.

Fl-aħħar nett, wieħed mill-ostakli għall-kooperazzjoni konsolari ta’ bħalissa huwa d-differenza fid-drawwa bejn l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tas-sostenn konsolari. Xi Stati Membri jiffinanzjaw tali sostenn mill-baġit ġenerali tagħhom, filwaqt li Stati Membri oħrajn iqisu li l-persuna assistita għandha tirrimborża l-flus pubbliku minfuq għall-assistenza li tkun ingħatat. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli għall-kumpens bejn is-sistemi konsolari tal-Istati Membri, filwaqt li tħalli d-drawwiet nazzjonali f’dan ir-rigward bla mittiefsa.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jappoġġjaha ħafna lil din il-proposta, iżda jqis li għandhom isirulha xi emendi. L-emendi mressqa għandhom l-iskop, b’mod partikolari, li jiżguraw li t-tagħrif dwar il-protezzjoni konsolari jkun kemm jista’ jkun disponibbli b’mod mifrux, li jagħmluha ċar li ċ-ċittadini għandhom jibqgħu jibbenefikaw mill-gamma sħiħa ta’ assistenza konsolari li b’konswetudni tingħatalhom mir-rappreżentanzi tal-Istati Membri, u li jagħmluha ċara wkoll li r-rwol li għandhom l-awtoritajiet tal-Istati Membri rrappreżentati ma jfissirx li l-Istati Membri mhux rappreżentati jkunu esklużi milli jagħtu l-assistenza.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda          1

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Iċ-ċittadini mhux rappreżentati għandu jkollhom il-possibilità li jagħżlu liberament l-ambaxxata jew il-konsolat li minnhom ifittxu l-protezzjoni konsolari. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jilħqu ftehim dwar il-kondiviżjoni tar-responsabilità. Madankollu, dawn it-tipi ta’ arranġamenti għandhom ikunu trasparenti għaċ-ċittadini u m’għandhomx jipperikolaw il-protezzjoni konsolari effettiva. Kwalunkwe arranġament bħal dan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni u ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħha maħsub apposta.

(10) Iċ-ċittadini mhux rappreżentati għandu jkollhom il-possibilità li jagħżlu liberament l-ambaxxata jew il-konsolat li minnhom ifittxu l-protezzjoni konsolari. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jilħqu ftehim dwar il-kondiviżjoni tar-responsabilità. Madankollu, dawn it-tipi ta’ arranġamenti għandhom ikunu trasparenti għaċ-ċittadini u m’għandhomx jipperikolaw il-protezzjoni konsolari effettiva. Kwalunkwe arranġament bħal dan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni u ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħha maħsub apposta, kif ukoll fuq is-siti elettroniċi relevanti tal-istituzzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri involuti.

Ġustifikazzjoni

Waħda mir-raġunijiet għaliex iċ-ċittadini Ewropej ma jibbenefikawx mill-jeddijiet konsolari tagħhom f’pajjiżi terzi hi minħabba fit-tagħrif insuffiċjenti li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex jiġi ċċarat liema miżuri ta’ koordinazzjoni u koperazzjoni jkunu neċessarji, għandu jiġi speċifikat l-ambitu tal-koperazzjoni u l-koordinazzjoni. Il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini mhux rappreżentati tinkludi għajnuna f’numru ta’ sitwazzjonijiet tipiċi, bħal fil-każ ta’ arrest jew detenzjoni, inċident serju jew mard serju u mewt, kif ukoll fir-rigward tal-għoti ta’ solljiev u ripatrijazzjoni fil-każ ta’ sofferenza u l-ħruġ ta’ dokumenti provviżorji. Billi l-protezzjoni meħtieġa tiddependi dejjem fuq is-sitwazzjoni fattwali, il-protezzjoni konsolari m’għandhiex tkun limitata għal dawk is-sitwazzjonijiet speċifikament imsemmija f’din id-Direttiva.

(14) Sabiex jiġi ċċarat liema miżuri ta’ koordinazzjoni u koperazzjoni jkunu neċessarji, għandu jiġi speċifikat l-ambitu tal-koperazzjoni u l-koordinazzjoni. Il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini mhux rappreżentati tinkludi għajnuna f’numru ta’ sitwazzjonijiet tipiċi, bħal fil-każ ta’ arrest jew detenzjoni, inċident serju jew mard serju u mewt, kif ukoll fir-rigward tal-għoti ta’ solljiev u ripatrijazzjoni fil-każ ta’ sofferenza u l-ħruġ ta’ dokumenti provviżorji, u f’sitwazzjonijiet ta' kriżi. Billi l-protezzjoni meħtieġa tiddependi dejjem fuq is-sitwazzjoni fattwali, il-protezzjoni konsolari m’għandhiex tkun limitata għal dawk is-sitwazzjonijiet speċifikament imsemmija f’din id-Direttiva.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Għandhom jiġu organizzati korsijiet ta’ taħriġ għall-persunal konsolari ħalli titjieb il-kooperazzjoni u jiżdied l-għarfien tagħhom dwar il-jeddijiet taċ-ċittadini skont it-Trattati u skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-persunal konsolari jkun konxju mill-jeddijiet taċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li jmorru għandhom għall-għajnuna.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Din id-Direttiva ma għandhiex tolqot l-obbligu u/jew il-jedd tal-Istati Membri mhux rappreżentati li jassistu liċ-ċittadini tagħhom direttament fejn ikun neċessarju u/jew deżiderabbli. L-Istati Membri mhux rappreżentati għandhom jagħtu sostenn kontinwu lill-Istati Membri li jkunu qed jagħtu l-assistenza konsolari liċ-ċittadini tal-Istati Membri mhux rappreżentati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li tikkjarifika jekk, ukoll fil-pajjiżi fejn ma humiex rappreżentati, l-Istati Membri xorta waħda jkollhom rwol fl-għajnuna liċ-ċittadini tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b) Sabiex ikun żgurat li jkun hemm tħaddim b’ħeffa u effikaċi ta’ din id-Direttiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont it-termini tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegatha lill-Kummissjoni għal dak li jikkonċerna kull emenda għall-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur iqis li l-Kummissjoni għandu jkunilha ddelegat il-poter li temenda l-annessi, li jikkonsistu f'formuli li għandu mnejn ikunu jeħtieġu aġġornament minn żmien għal ieħor. Dan jimplimentawh l-Artikolu 18a u 18b il-ġodda.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċittadini tal-Unjoni jridu jkunu għall-inqas kapaċi jaslu fl-ambaxxata jew fil-konsolat u jerġgħu lura fil-post tat-tluq tagħhom fl-istess ġurnata, b’mezz tat-trasport użat komunement fil-pajjiż terz, sakemm l-urġenza tal-kwistjoni ma titlobx għajnuna aktar veloċi. L-ambaxxata jew il-konsolat ma jkunux aċċessibbli jekk ikunu temporanjament mhux f’pożizzjoni li fil-fatt jipprovdu protezzjoni, b’mod partikolari jekk ikunu temporanjament magħluqa f’każ ta’ kriżi.

L-ambaxxata jew il-konsolat ma jkunux aċċessibbli jekk ikunu temporanjament mhux f’pożizzjoni li fil-fatt jipprovdu protezzjoni, b’mod partikolari jekk ikunu temporanjament magħluqa f’każ ta’ kriżi.

Ġustifikazzjoni

L-aċċessibilità għal konsolat ma għandhiex tkun iddeterminata b’mod tant iddettaljat, billi jkun hemm differenzi konsiderevoli bejn pajjiżi terzi.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-konsli onorarji jitqiesu bħala ekwivalenti għall-ambaxxati u l-konsolati aċċessibbli fl-ambitu tal-kompetenzi tagħhom skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali.

3. Il-konsli onorarji jitqiesu bħala ekwivalenti għall-ambaxxati u l-konsolati aċċessibbli sal-punt biss li jkollhom il-kompetenzi relevanti skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Iċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu jagħżlu l-ambaxxata jew il-konsolat tal-Istat Membru li mingħandhom ifittxu protezzjoni konsolari.

1. Iċ-ċittadini mhux rappreżentati jistgħu jagħżlu l-ambaxxata jew il-konsolat tal-Istat Membru li mingħandhom ifittxu protezzjoni konsolari. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli, fuq is-sit tal-ministeru tagħhom inkarigat mill-affarijiet barranin, tagħrif dwar id-dritt taċ-ċittadini tagħhom li jfittxu, f’pajjiż terz li fih dawk l-Istati Membri mhumiex irrappreżentati, protezzjoni konsolari, skont din id-Direttiva, mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari ta' Stat Membru ieħor, u dwar il-kundizzjonijiet tal-eżerċitar ta’ dan id-dritt.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jsiru effettivi u jinġieb valur miżjud għaċ-ċittadini, dawn tal-aħħar għandhom jiġu mgħarrfa kif xieraq dwar id-dritt tagħhom, bis-saħħa ta’ din id-Direttiva, għal protezzjoni konsolari mill-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari ta’ Stat Membru ieħor.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jista’ jirrappreżenta Stat Membru ieħor fuq bażi permanenti u l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri f'pajjiż terz jistgħu jilħqu arranġament dwar il-kondiviżjoni tal-piż, bil-kundizzjoni li jkun żgurat li jkun hemm trattament effettiv tal-applikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe arranġament simili bil-ħsieb li jiġi ppubblikat fuq is-sit tagħha fuq l-internet maħsub apposta.

2. Stat Membru jista’ jirrappreżenta Stat Membru ieħor fuq bażi permanenti u l-ambaxxati jew il-konsolati tal-Istati Membri f'pajjiż terz jistgħu jilħqu arranġament dwar il-kondiviżjoni tal-piż, bil-kundizzjoni li jkun żgurat li jkun hemm trattament effettiv tal-applikazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe arranġament simili bil-ħsieb li jiġi ppubblikat fuq is-sit tagħha fuq l-internet maħsub apposta, u jippubblikaw ukoll tali tagħrif fuq is-siti tal-internet tal-ministeri tagħhom li jkunu responsabbli mill-affarijiet barranin, u fuq is-siti tal-internet tal-ambaxxati u/jew konsolati relevanti.

Ġustifikazzjoni

Waħda mir-raġunijiet għaliex iċ-ċittadini Ewropej ma jibbenefikawx mill-jeddijiet konsolari tagħhom f’pajjiżi terzi hi minħabba fit-tagħrif insuffiċjenti li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-protezzjoni konsolari msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-għajnuna fis-sitwazzjonijiet li ġejjin

2. Il-protezzjoni konsolari msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi, bħala minimu, l-għajnuna fis-sitwazzjonijiet li ġejjin

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda, u dik ta’ warajha, għandhom it-tir li jikkjarifikaw li l-elenku ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-assistenza għandha tingħata ma huwiex elenku eżawstiv, u li l-Istati Membri għandhom jissoktaw jagħtu l-assistenza f’sitwazzjonijiet oħrajn fejn huwa tingħata skont il-konswetudni.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din il-protezzjoni konsolari testendi wkoll għas-sitwazzjonijiet l-oħrajn kollha fejn l-Istat Membru rappreżentat ikun abitwalment ta l-assistenza liċ-ċittadini tiegħu stess.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jgħinu liċ-ċittadin jottjeni l-għajnuna ta’ professjonist tal-liġi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-iskop li jistabbilixxu li l-konsolati ma humiex obbligati huma stess jagħtu pariri legali, imma pjuttost li jgħinu liċ-ċittadin jikseb tali pariri mingħand professjonist lokali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinformaw lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar l-informazzjoni pprovduta minnhom liċ-ċittadin dwar id-drittijiet tiegħu. Huma għandhom jaġixxu bħala intermedjarju, inkluż dwar l-għajnuna għat-tfassil ta’ petizzjonijiet għall-maħfriet jew liberazzjonijiet bikrija u meta ċ-ċittadin ikun jixtieq japplika għal trasferiment. Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaġixxu bħala intermedjarju għal kwalunkwe tariffa legali depożitata permezz tal-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin.

4. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinformaw lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar l-informazzjoni pprovduta minnhom liċ-ċittadin dwar id-drittijiet tiegħu. Jekk ikun meħtieġ, huma għandhom jaġixxu bħala intermedjarju għal kwalunkwe tariffa legali depożitata permezz tal-awtoritajiet diplomatiċi jew konsolari tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza taċ-ċittadin.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jipprovdu liċ-ċittadin b’informazzjoni u/jew għajnuna dwar kwistjonijiet legali rilevanti u l-kura tas-saħħa.

(b) jipprovdu liċ-ċittadin b’informazzjoni u/jew għajnuna dwar kwistjonijiet legali rilevanti u l-kura tas-saħħa u pariri.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jgħinu liċ-ċittadin jottjeni l-għajnuna ta’ professjonist tal-liġi.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li tiegħu iċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar dak li jkun ġara, il-gravità tiegħu u l-għajnuna mogħtija u jikkomunikaw mal-membri tal-familja taċ-ċittadin jew ma’ persuni oħra li jiġu minnu jekk iċ-ċittadin, jekk possibbli, ikun ta l-kunsens tiegħu.

2. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li tiegħu iċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar dak li jkun ġara, il-gravità tiegħu u l-għajnuna mogħtija. Dak l-Istat Membu jikkomunika mal-membri tal-familja taċ-ċittadin jew persuni relatati oħra sakemm iċ-ċittadin ma jkunx irrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda, u dik ta’ warajha, qed jiġu intavolati minħabba fix-xkiel lingwistiku li jista’ jeżisti bejn il-persunal konsolari u l-familja taċ-ċittadin. Jidher li jkun aktar xieraq li l-komunikazzjoni mal-familja tgħaddi mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tagħha.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar dak li jkun ġara, il-gravità tiegħu u l-għajnuna mogħtija, u jekk ikun xieraq, jikkomunikaw mal-membri tal-familja tal-vittma jew ma’ persuni oħrajn li jiġu minnha. L-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza għandu jiġi infurmat jekk ikun hemm bżonn ta’ evakwazzjoni medika. Kwalunkwe evakwazzjoni medika għandha tkun soġġetta għall-kunsens bil-quddiem tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza, għajr f’każijiet ta’ urġenza estrema.

2. L-ambaxxata jew il-konsolat għandhom jinfurmaw lill-Istat Membru li tiegħu iċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza dwar dak li jkun ġara, il-gravità tiegħu u l-għajnuna mogħtija. Dak l-Istat Membu jikkomunika mal-membri tal-familja taċ-vittma jew persuni relatati oħra sakemm iċ-ċittadin ma jkunx irrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu. L-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza għandu jiġi infurmat jekk ikun hemm bżonn ta’ evakwazzjoni medika. Kwalunkwe evakwazzjoni medika għandha tkun soġġetta għall-kunsens bil-quddiem tal-Istat Membru li tiegħu ċ-ċittadin ikollu ċ-ċittadinanza, għajr f’każijiet ta’ urġenza estrema.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

L-Emendi għall-Annessi

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 b fir-rigward ta' kull emenda għall-Annessi.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati tingħata lill-Kummissjoni b’mod soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 18a għandha tingħata għal ta' żmien indeterminat minn … *.

 

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 18 a tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Tidħol fis-seħħ fid-data wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma tolqotx il-validità ta’ kwalunkwe atti delegati diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha minnufih tavża simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dan.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 18 a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx ġiet espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

______

 

*Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom

Referenzi

COM(2011)0881 – C7-0017/2012 – 2011/0432(CNS)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

2.2.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

2.2.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Tadeusz Zwiefka

19.12.2011

Eżami fil-kumitat

31.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Luis de Grandes Pascual, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt, József Szájer, Axel Voss

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni konsolari taċ-ċittadini tal-Unjoni li jkunu jinsabu barra minn pajjiżhom

Referenzi

COM(2011)0881 – C7-0017/2012 – 2011/0432(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

20.1.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

2.2.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

2.2.2012

DEVE

2.2.2012

JURI

2.2.2012

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

25.1.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Edit Bauer

9.2.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.4.2012

9.7.2012

3.9.2012

19.9.2012

Data tal-adozzjoni

19.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Sonia Alfano, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Rita Borsellino, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Philip Claeys, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Jacek Protasiewicz, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Valdemar Tomaševski, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Anna Maria Corazza Bildt, Dimitrios Droutsas, Ana Gomes, Monika Hohlmeier, Franziska Keller, Jean Lambert, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Hubert Pirker

Data tat-tressiq

10.10.2012