RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll addizzjonali għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Istat ta' Iżrael dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA)
26.9.2012 - (12428/2012 – C7‑0205/2012 – 2009/0155(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Vital Moreira
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll addizzjonali għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Istat ta' Iżrael dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA)
(12428/2012 – C7‑0205/2012 – 2009/0155(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12428/2012),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa, u l-Istat ta' Israel min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-20 ta' Novembru 1995;
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA) (05212/2010),
– wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 207, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0205/2012),
- wara li kkunsidra l-Mistoqsija għal Tweġiba Orali O-000129/2012 imressqa mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin li biha l-Kummissjarju ntalab jiddefinixxi l-ambitu tal-kompetenza territorjali tal-Awtorità Responsabbli Iżraeljana,
- wara li kkunsidra t-tweġibiet għall-mistoqsija li titlob Tweġiba Orali mogħtija mill-Kummissarju De Gucht fis-sessjoni plenarja tat-3 ta' Lulju 2012 li fihom il-Kummissjoni ċċarat it-tħassib kollu espress mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0289/2012),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel regolarment rapport lill-Parlament dwar kull progress fl-implimentazzjoni tal-Protokoll;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istat tal-Iżrael.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (13.6.2012)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom minn naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael min-naħa l-oħra dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA)
(05190/2010 – C7‑0126/2010 – 2009/0155(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Véronique De Keyser
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) intalab iressaq opinjoni dwar il-Protokoll addizzjonali għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, u l-Istat tal-Iżrael dwar Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (ACAA) għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) skont il-proċedura ta' approvazzjoni.
Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Iżrael huma bbażati fuq il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni.
Il-Protokoll jippermetti lill-esportaturi tal-UE, biex jekk huma jkunu jixtiequ, jeżaminaw u jiċċertifikaw il-prodotti industrijali tagħhom, qabel l-esportazzjoni għal darba waħda biss. Dawn ikunu suġġetti għall-istess rekwiżiti u standards allinjati, u wara jkollhom aċċess għas-suq Iżraeljan mingħajr il-bżonn li jkunu konformi ma’ proċedura oħra ta’ ċertifikazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-konformità. Dan għandu japplika bil-kontra wkoll, fuq il-bażi tal-istess rekwiżiti u standards allinjati.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (AFET) huwa mitlub jevalwa l-kuntest politiku li fih għandu jiġi applikat il-Protokoll, bl-ipotesi li ġie konkluż, l-implikazzjonijiet possibbli tiegħu għall-impenji tal-UE fir-rigward tal-konformità mal-liġi internazzjonali u tal-Komunità, u l-koerenza tiegħu mal-objettivi ġenerali tal-UE tal-azzjonijiet esterni tagħha bħala rekwiżit espliċitu tat-Trattat ta’ Lisbona.
Attwalment l-Iżrael qiegħed japplika l-ftehimiet kollha konklużi mal-UE “fit-territorji tal-Istat tal-Iżrael” kollha, kif definit fil-liġi nazzjonali Iżraeljana, inklużi t-territorji li ilu jokkupa mill-1967. L-UE ma tirrikonoxxix l-applikazzjoni tal-Iżrael ta’ dawn il-ftehimiet fit-territorji okkupati minnu, u ma tirrikonoxxi l-ebda leġiżlazzjoni Iżraeljana li tħeġġeġ l-annessjoni u l-okkupazzjoni ta’ dawk it-territorji (eż. il-Liġi Fundamentali: Ġerusalemm, il-Kapitali tal-Iżrael adottata mill-Knesset fit-30 ta’ Lulju 1980 u li jannetta l-Ġerusalemm tal-Lvant), li hi tikkunsidra kuntrarju għal-liġi internazzjonali. Għaldaqstant, l-awtoritajiet tal-UE huma meħtieġa jżommu lura milli jimplimentawhom b’kwalunkwe mod, minħabba li huwa pprojbit mil-liġi tal-Komunità attwali u mill-obbligi internazzjonali tal-UE.
F’dan il-kuntest, it-termini tat-test propost jistgħu jippermettu lill-Iżrael jimplimenta l-Protokoll fuq il-bażi tal-liġi nazzjonali tiegħu li jiddefinixxi l-ambitu territorjali tas-suq domestiku tiegħu, b'hekk jinkludi t-territorji li ilu jokkupa mill-1967 li ma jaqgħux taħt l-amministrazzjoni ekonomika Palestinjana. Jekk jiġri dan, l-UE tkun qiegħda tonqos milli tkun konformi mal-liġi tal-Komunità tagħha u l-obbligi tagħha skont il-liġi internazzjonali.
Barra minn hekk, fit-tmexxija tal-politika estera tagħha, l-UE m’għandhiex tiddevja mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona li jimponu rekwiżit espliċitu fuq l-UE biex tiżgura koerenza bejn żoni differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn iż-żoni ta’ politika esterna u politiki oħra. B’dan ir-rigward, il-politika komuni kummerċjali tal-UE għandha titmexxa fil-kuntest tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, fl-ispirtu tal-prinċipji li fuqhom hija mibnija l-UE, inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali[1]. Dawn l-obbligi japplikaw ukoll għall-verżjoni riveduta tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tibbaża fuq kundizzjonalità pożittiva (“aktar għal aktar”). F’dan l-isfond, il-politiki tal-gvern Iżraeljan attwali, b’kunsiderazzjoni speċjali għall-bini u l-espansjoni kontinwi tat-territorji okkupati f’Ġerusalemm tal-Lvant u x-Xatt tal-Punent u l-imblokk tal-Istrixxa ta' Gaża, kif ukoll is-sitwazzjoni taċ-ċittadini Għarab tal-Iżrael u l-pressjoni dejjem akbar fuq l-NGOs għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, iqajmu tħassib serju dwar il-kuntest politiku ta’ dan il-ftehim.
******
Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jagħti l-kunsens tiegħu sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet legali msemmija fl-ittra tat-23 ta' Mejju 2012 mibgħuta mill-President tiegħu, is-Sur Elmar Brok, lill-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ, is-Sur Karel De Gucht.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
7.6.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 2 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pino Arlacchi, Franziska Katharina Brantner, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Maria Eleni Koppa, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Ulrike Lunacek, Kyriakos Mavronikolas, Francisco José Millán Mon, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Pier Antonio Panzeri, Alojz Peterle, Hans-Gert Pöttering, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, Werner Schulz, Adrian Severin, Marek Siwiec, Charles Tannock, Kristian Vigenin, Sir Graham Watson, Boris Zala |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Véronique De Keyser, Andrew Duff, Hélène Flautre, Kinga Gál, Peter Liese, Baroness Sarah Ludford, Marietje Schaake, Ivo Vajgl, Janusz Władysław Zemke |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Patrick Le Hyaric, Marian-Jean Marinescu, Teresa Riera Madurell, Ioannis A. Tsoukalas |
||||
- [1] “L-Unjoni hija stabbilita fuq il-prinċipji ta’ liberta', demokrazija, rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-istat tad-dritt, prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri.” (TUE Art. 6.1)
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 13 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Nora Berra, David Campbell Bannerman, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Henri Weber, Jan Zahradil, Paweł Zalewski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, George Sabin Cutaş, Syed Kamall, Marietje Schaake, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Linda McAvan, Emilio Menéndez del Valle, Raimon Obiols |
||||