RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE

27.9.2012 - (COM(2011)0683 – C7‑0380/2011 – 2011/0307(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Arlene McCarthy
Rapporteur għall-opinjoni (*):
Sirpa Pietikäinen, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2011/0307(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0292/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE

(COM(2011)0683 – C7‑0380/2011 – 2011/0307(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0683),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0380/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta' Frar 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7–0166/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Skont ir-rapport tal-Kummissjoni u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, il-piż amministrattiv assoċjat mal-obbligi marbuta mal-ammissjoni għall-kummerċ fi swieq regolati għandu jitnaqqas għall-emittenti żgħar u medji bil-għan li jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-kapital. L-obbligi li jiġu ppubblikati rapporti ta' ġestjoni interim jew rapporti finanzjarji kull tliet xhur jirrappreżentaw piż importanti għall-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fi swieq regolati, mingħajr ma huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-investituri. Huma jinkoraġġixxu wkoll il-prestazzjoni għal żmien qasir u jiskoraġġixxu l-investiment fit-tul. Sabiex jiġi inkoraġġit il-ħolqien ta' valur sostenibbli u strateġija ta' investiment orjentata fit-tul, huwa essenzjali li titnaqqas il-pressjoni fuq medda qasira ta' żmien fuq l-emittenti u li l-investituri jingħataw inċentiv sabiex jadottaw viżjoni aktar fit-tul. Ir-rekwiżit li jiġu ppubblikati rapporti ta' ġestjoni interim għalhekk għandu jiġi abolit.

(4) Skont ir-rapport tal-Kummissjoni u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, il-piż amministrattiv assoċjat mal-obbligi marbuta mal-ammissjoni għall-kummerċ fi swieq regolati għandu jitnaqqas għall-emittenti żgħar u medji bil-għan li jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-kapital. L-obbligi li jiġu ppubblikati rapporti ta' ġestjoni interim jew rapporti finanzjarji kull tliet xhur jirrappreżentaw piż importanti għall-emittenti żgħar u medji li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fi swieq regolati, mingħajr ma huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-investituri. Huma jinkoraġġixxu wkoll il-prestazzjoni għal żmien qasir u jiskoraġġixxu l-investiment fit-tul. Sabiex jiġi inkoraġġit il-ħolqien ta' valur sostenibbli u strateġija ta' investiment orjentata fit-tul, huwa essenzjali li titnaqqas il-pressjoni fuq medda qasira ta' żmien fuq l-emittenti u li l-investituri jingħataw inċentiv sabiex jadottaw viżjoni aktar fit-tul. Ir-rekwiżit li jiġu ppubblikati rapporti ta' ġestjoni interim għalhekk għandu jiġi abolit għall-emittenti żgħar u medji.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jitnaqqas aktar il-piż amministrattiv għall-emittenti żgħar u medji u sabiex tkun assigurata l-komparabilità tal-informazzjoni, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, minn hawn 'il quddiem 'AETS'), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha toħroġ linji gwida, fosthom formoli standards jew mudelli, sabiex tispeċifika liema informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni.

imħassar

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex tiġi pprovduta trasparenza akbar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lill-gvernijiet, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li għandhom attivitajiet fl-industriji estrattivi jew tal-qtugħ tal-injam primarju għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali l-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Ir-rapport għandu jinkludi tipi ta' pagamenti komparabbli għal dawk żvelati taħt l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) u jipprovdu lis-soċjetà ċivili b'informazzjoni sabiex iżommu lill-pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi, responsabbli għar-riċevuti tagħhom mill-isfruttament tar-riżorsi naturali. L-inizjattiva hija wkoll kumplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni tal-UE FLEGT Action Plan (Forest Law Enforcement, Governance and Trade) u r-Regolament dwar l-Injam3 li jirrikjedi li n-negozjati tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex jiġi evitat li jkun hemm injam illegali dieħel fis-suq tal-UE. Ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7) Sabiex tiġi pprovduta trasparenza akbar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lill-gvernijiet, l-emittenti li jkunu attivi fl-industrija estrattiva, fil-qtugħ tal-injam primarju, fis-settur bankarju, dak tal-bini u dak tat-telekomunikazzjonijiet u li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat għandhom jiżvelaw fuq bażi annwali l-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw u ċerta informazzjoni kuntestwali oħra. L-iżvelar ta' din id-data huwa intiż sabiex jippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet aktar informati u sabiex itejjeb il-governanza korporattiva, u jista' jikkontribwixxi sabiex tiġi limitata l-evażjoni tat-taxxa. Fil-każ ta' emittenti li għandhom attivitajiet fl-industriji estrattivi jew tal-qtugħ tal-injam primarju, l-iżvelar għandu jinkludi tipi ta' pagamenti li jibnu fuq dawk żvelati taħt l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) fost standards oħra ta' rappurtar. Dan l-iżvelar tal-pagamenti lill-gvernijiet għandu jipprovdi lis-soċjetà ċivili, inklużi l-investuri, informazzjoni dwar il-ġestjoni, mill-ġvernijiet ikkonċernati, tad-dħul mill-isfruttament tar-riżorsi naturali. L-inizjattiva hija wkoll kumplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni tal-UE FLEGT Action Plan (Forest Law Enforcement, Governance and Trade) u r-Regolament dwar l-Injam3 li jirrikjedi li n-negozjati tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex jiġi evitat li jkun hemm injam illegali dieħel fis-suq tal-UE. Għall-emittenti, l-iżvelar għandu jsir fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż u għall-emittenti attivi fl-industriji estrattivi u tal-qtugħ tal-injam fuq il-bażi ta' proġett bi proġett, meta proġett ikun ekwivalenti għall-attivitajiet regolati b'kuntratt uniku, liċenzja, kuntratt ta' kera, konċessjoni jew ftehim legali simili wieħed ma' gvern li fuqu jaqgħu l-obbligi ta' pagament, jekk kwalunkwe pagament jew pagament relatat multiplu tal-istess tip jammonta għal iktar minn EUR 80 000 u għandhom jiġu applikati regoli biex ikun żgurat li l-livelli limiti ma jkunux jistgħu jiġu evitati. Għall-iskopijiet ta' trasparenza u tal-protezzjoni tal-investitur, il-prinċipji dwar ir-rappurtar tal-pagamenti li jsiru lill-gvern, bħar-rappurtar integrat, il-materjalità, ir-rappurtar proġett bi proġett, l-universitalità, il-komprensività u l-komparabilità, kif stabbiliti f'din id-Direttiva. Il-bordijiet tal-kumpaniji għandhom jaċċettaw ir-rapport bħala li tħejja bl-attenzjoni xierqa u fl-aħjar għarfien u abilità tal-kittieb. Ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) F'bosta postijiet fid-dinja, ngħidu aħna fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-kunflitti armati huma marbutin mill-qrib mal-introjti li jkunu ġejjin mill-isfruttament illegali tal-minerali. It-tkissir ta' dik ir-rabta jgħin fit-tnaqqis tal-inċidenza u l-intensità tal-kunflitti. Soluzzjoni minnhom tista' tkun li l-emittenti tal-Unjoni Ewropea li l-fornimenti tagħhom tal-minerali ġejjin minn żoni miżgħudin bil-kunflitti, jew li qiegħdin fir-riskju li jsiru hekk, ikunu obbligati jagħmlu eżerċizzji ta' diliġenza dovuta ħalli jkun żgurat li l-ktajjen tal-forniment ma jkollhom l-ebda rabta mal-partijiet fil-kunflitt. Filwaqt li inizjattiva ta' dan it-tip ikollha tosserva fis-sħiħ l-interessi tal-partijiet interessati lokali, l-EITI kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi dwar id-diliġenza dovuta u l-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen tal-forniment jistgħu jiswew ta' punti utli ta' riferiment. Sabiex tinkiseb stampa aħjar ta' din is-soluzzjoni potenzjali, huwa importanti li l-fattibilità u l-impatt mistenni tal-introduzzjoni ta' tali obbligu tkun investigata aktar fil-kuntest tal-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Reġim armonizzat għan-notifika ta' detenturi importanti ta' drittijiet tal-vot, speċjalment fir-rigward tal-aggregazzjoni ta' detenturi ta' ishma ma' detenturi ta' strumenti finanzjarji, għandu jtejjeb iċ-ċertezza legali, iżid it-trasparenza u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-investituri transkonfinali. L-Istati Membri għalhekk m'għandhomx jitħallew jadottaw regoli aktar stretti jew diverġenti f'dak il-qasam minn dawk previsti fid-Direttiva 2004/109/KE. Madankollu, minħabba d-differenzi eżistenti fil-konċentrazzjonijiet tas-sjieda fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jitħallew jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi għan-notifika ta' detenturi ta' drittijiet tal-vot.

(10) Reġim armonizzat għan-notifika ta' detenturi importanti ta' drittijiet tal-vot, speċjalment fir-rigward tal-aggregazzjoni ta' detenturi ta' ishma ma' detenturi ta' strumenti finanzjarji, għandu jtejjeb iċ-ċertezza legali, iżid it-trasparenza u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-investituri transkonfinali. L-Istati Membri għalhekk m'għandhomx jitħallew jadottaw regoli aktar stretti f'dak il-qasam minn dawk previsti fid-Direttiva 2004/109/KE. Madankollu, minħabba d-differenzi eżistenti fil-konċentrazzjonijiet tas-sjieda fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jitħallew jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi għan-notifika ta' detenturi ta' drittijiet tal-vot; madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati miżuri li jinċentivaw l-investiment fit-tul kif ukoll ir-rekwiżit għal trasparenza sħiħa fil-votazzjoni ta' kwalunkwe sehem misluf. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta' offerti ta' xiri, tranżazzjonijiet ta' fużjoni u tranżazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta' kumpaniji, regolati mill-awtoritajiet ta' sorveljanza maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri1 li timponi rekwiżiti ta' żvelar iktar stretti minn dawk fid-Direttiva 2004/109/KE.

 

_______________

 

1 ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex timmodifika l-metodu ta' kalkolutan-numru ta' drittijiet tal-vot relatati mal-istrumenti finanzjarji, sabiex tispeċifika t-tipi ta' strumenti finanzjarji soġġetti għar-rekwiżiti ta' notifika u sabiex tispeċifika l-kontenut tan-notifika ta' detenturi importanti ta' strumenti finanzjarji. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tassigura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(12) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika l-kontenut tan-notifika ta' detenturi importanti ta' strumenti finanzjarji. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/109/KE u wara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2010 bit-titlu 'Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji', is-setgħat ta' sanzjonar tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżdiedu u għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jissospendu l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot għal detenturi ta' ishma u strumenti finanzjarji li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' notifika u li jimponu sanzjonijiet pekunarji li jkunu suffiċjentement għolja biex ikunu dissważivi. Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku b'mod ġenerali, is-sanzjonijiet normalment għandhom jiġu ppubblikati, għajr f'ċerti ċirkustanzi definiti sewwa.

(14) Sabiex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/109/KE u wara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2010 bit-titlu 'Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji', is-setgħat ta' sanzjonar tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżdiedu u għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali. B'mod partikolari, fil-każ ta' ksur iktar serju u mhux negliġenti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jissospendu fil-każ ta' ksur l-iktar gravi jew mhux minħabba negliġenza l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot għal detenturi ta' ishma u strumenti finanzjarji li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' notifika, sakemm dawk id-drittijiet tal-vot ma jaqbżux il-limitu tan-notifika u li jimponu sanzjonijiet pekunarji li jkunu suffiċjentement għolja biex ikunu dissważivi. Sabiex jiġi żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku b'mod ġenerali, is-sanzjonijiet normalment għandhom jiġu ppubblikati, għajr jekk dan imur kontra l-liġijiet nazzjonali eżistenti jew jekk il-pubblikazzjoni tkun se tipperikola serjament l-investigazzjonijiet uffiċjali kurrenti.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Format elettroniku armonizzat għar-rappurtar ikun ferm ta' benefiċċju għall-emittenti stabbiliti fl-Unjoni, billi dan jiffaċilita l-ħolqien ta' sistema unika ta' rappurtar li tista' tintuża wkoll minn utenti f'oqsma oħrajn. Għalhekk, il-preparazzjoni ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji f'format elottroniku uniku għar-rappurtar għandha tkun obbligatorja mill-1 ta' Jannar 2018, wara li jkun għadda perjodu ta' żmien xieraq għall-preparazzjoni u l-ittestjar. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji għall-adozzjoni mill-Kummissjoni, sabiex tispeċifika l-format elettroniku għar-rappurtar, b'referenza dovuta għall-għażliet teknoloġiċi kurrenti u futuri, bħall-eXtensible Busineses Reporting Language (XBRL). Qabel tadotta dawk l-istandards regolatorji, il-Kummissjoni, flimkien mal-AETS, għandha twettaq valutazzjoni adegwata tal-formati elettroniċi għar-rappurtar possibbli u tagħmel testijiet xierqa fl-Istati Membri kollha.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt a

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' irċevuti ta' depożiti ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, l-emittent ifisser l-emittent tat-titoli rappreżentati, kemm jekk dawk it-titoli jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat kif ukoll jekk le;';

Fil-każ ta' irċevuti ta' depożiti ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, l-emittent ifisser l-emittent tat-titoli rappreżentati, kemm jekk dawk it-titoli jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat kif ukoll jekk le;'; Sal-31  ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza l-għażliet differenti għal definizzjoni ta' emittenti żgħar u medji Ewropej.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru tal-oriġini jista' jissoġġetta lill-emittent għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, ħlief li jitlob lill-emittenti jippubblikaw informazzjoni perjodika għajr ir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5.

1. L-Istat Membru tal-oriġini jista' jissoġġetta lill-emittent għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, ħlief li jitlob lill-emittenti żgħar u medji jippubblikaw informazzjoni perjodika għajr ir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5.

L-Istat Membru tal-oriġini ma jistax jissoġġetta detentur ta' ishma, jew persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, ħlief biex jistabbilixxi livelli limitu ta' notifika aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 9(1).

L-Istat Membru tal-oriġini ma jistax jissoġġetta detentur ta' ishma, jew persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, ħlief meta:

 

(a) jistabbilixxi livelli limitu ta' notifika addizzjonali jew aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 9(1);

 

(b) japplika liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi adottati fir-rigward ta' offerti ta' xiri, tranżazzjonijiet ta' fużjoni u tranżazzjonijiet oħra li jaffettwaw is-sjieda jew il-kontroll ta' kumpaniji, regolati mill-awtoritajiet ta' sorveljanza maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3 – test introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fl-Artikolu 4, huwa miżjud il-paragrafu 7 li ġej:

(3) L-Artikolu 4 emendat huwa kif ġej:

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3 – punt a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

'1. L-emittent għandu jippubblika r-rapport finanzjarju annwali tiegħu sa mhux aktar tard minn erba' xhur mit-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jiżgura li dan jibqa' disponibbli pubblikament għal [...].';

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 3 – punt b (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 4 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) Jiżdied il-paragrafu li ġej:

'7. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem 'AETS'), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni.

'7. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem 'AETS'), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu proporzjonati u għandhom jikkunsidraw id-daqs relattiv tal-emittenti sabiex l-emittenti żgħar u medji jkunu soġġetti għal reġim aktar sempliċi.';

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – Punt 3 – punt c (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) Qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

'7a. B'effett mill-1 ta' Jannar 2018 ir-rapporti finanzjarji kollha għandhom jitħejjew f'format elettroniku uniku għar-rappurtar.

 

L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji tekniċi sabiex tispeċifika l-format elettroniku għar-rappurtar, b'referenza dovuta għall-għażliet teknoloġiċi kurrenti u futuir, bħall-eXtensible Busineses Reporting Language (XBRL). L-AETS għandha tressaq dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2015.

 

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

 

Qabel l-adozzjoni tal-istandards regolatorji tekniċi, il-Kummissjoni, flimkien mal-AETS, għandha twettaq valutazzjoni adegwata tal-formati elettroniċi possibbli għar-rappurtar u tagħmel testijiet xierqa fl-Istati Membri kollha.'.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 4

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 5 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fl-Artikolu 5, huwa miżjud il-paragrafu 7 li ġej:

imħassar

'7. L-AETS għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni interim.'.

 

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew tal-injam primarju, kif definiti fi […] biex iħejju, skont il-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku mill-anqas għal ħames snin. Il-pagamenti lill-gvernijiet għandhom jiġu rrappurtati f'livell konsolidat.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-emittenti attivi fl-industrija estrattiva, tal-qtugħ tal-injam primarju, tas-settur tal-bini u dak tat-telekomonunikazzjoni biex jiżvelaw u jħejju, skont l-Artikolu 6a ta' din id-Direttiva u l-Kaptiolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku. Il-pagamenti lill-gvernijiet għandhom jiġu rrappurtati f'livell konsolidat.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

'Artikolu 6a

 

Il-prinċipji għar-rappurtar dwar il-pagamenti lill-gvernijiet

 

Għall-iskopijiet ta' trasparenza u l-protezzjoni tal-investituri, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-prinċipji li ġejjin japplikaw għar-rappurtar tal-pagamenti lill-gvernijiet:

 

(a) ir-rappurtar integrat: ir-rapport dwar il-pagamenti lill-gvernijiet u ċerta informazzjoni kuntestwali oħra għandhom ikunu f'format aċċessibbli u faċilment paragunabbli;

 

(b) il-materjalità: il-pagamenti jew pagamenti relatati multipli għandhom jiġu żvelati biss jekk jaqbżu l-EUR 80 000;

 

(c) ir-rappurtar proġett bi proġett għall-emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew tal-injam primarju: ir-rappurtar dwar il-pagamenti lill-gvernijiet f'dawn l-industriji għandu jsir ukoll fuq bażi ta' proġett bi proġett; id-definizzjoni tal-proġett għandha tkun konformi mal-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2012/.../UE dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi;

 

(d) l-universalità: m'għandha ssir ebda eżenzjoni, pereżempju għal ċerti pajjiżi li fihom l-emittenti jkunu attivi, li jista' jkollha impatt distorsiv u tagħmilha possibbli li l-emittenti jisfruttaw xi rekwiżit laxk tat-trasparenza;

 

(e) il-komprensività: il-pagamenti u l-introjti rilevanti kollha mħallsa lill-gvernijiet għandhom jiġu rrapurtati, b'konformità mal-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2012/.../UE [id-Direttiva dwar il-Kontabilità];

 

(f) il-komparabilità: ir-rappurtar dwar il-pagamenti kollha lill-gvernijiet għandhom ikunu b'tali mod li jagħmluha possibbli li d-data fir-rigward ta' pajjiżi differenti jitqabblu faċilment.'.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 6b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

'Artikolu 6b

 

Impenn ta' trasparenza

 

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-emittenti jikkooperaw mal-gvernijiet tal-istat ospitanti lejn ftehimiet ta' trasparenza.';

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt a

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Artikoli 4, 5 u 6 m'għandhomx japplikaw għal emittent li jkun Stat, awtorità reġjonali jew lokali ta' Stat, korp internazzjonali pubbliku li tiegħu mill-anqas Stat Membru wieħed ikun membru, il-BĊE, u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, kemm jekk joħorġu ishma jew titoli oħra kif ukoll jekk le.';

1. L-Artikoli 4 u 5 m'għandhomx japplikaw għal emittent li jkun Stat, awtorità reġjonali jew lokali ta' Stat, korp internazzjonali pubbliku li tiegħu mill-anqas Stat Membru wieħed ikun membru, il-BĊE, u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, kemm jekk joħorġu ishma jew titoli oħra kif ukoll jekk le.';

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7 – sottopunt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta' kalkolu tal-livell limitu ta' 5 % msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu fil-każ ta' grupp ta' kumpaniji, billi tqis l-Artikolu 12(4) u (5).

imħassar

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7 – sottopunt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 7 – sottopunt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri biex tispeċifika l-metodu ta' kalkolu tal-limitu ta' 5 % msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu f'każ ta' gruppi ta' kumpaniji, b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 12(4) u (5).

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

 

(a) Fil-paragrafu 2, il-frażi introduttorja hi sostitwita b'dan li ġej :

 

"In-notifika lill-emittent għandha ssir kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn jumejn tal-kummerċ [...] wara d-data meta l-azzjonist, jew il-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika msemmija fl-Artikolu 10,";

 

(b) Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

'6. Malli jirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1, iżda mhux iktar tard minn jumejn tal-kummerċ, l-emittent għandu jagħmel pubblika l-informazzjoni kollha li tkun tinsab fin-notifika."

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8 – sottopunt a

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) strumenti finanzjarji li, fil-maturità, jagħtu lid-detentur, taħt ftehim formali, jew id-dritt mhux kondizzjonat ta' akkwist jew id-diskrezzjoni fir-rigward tad-dritt tiegħu li jakkwista, ishma li magħhom ikun hemm marbuta drittijiet tal-vot, diġà maħruġa, ta' emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat;

(a) strumenti finanzjarji li jagħtu lid-detentur, taħt ftehim formali, jew id-dritt mhux kondizzjonat ta' akkwist jew id-diskrezzjoni fir-rigward tad-dritt tiegħu li jakkwista, ishma li magħhom ikun hemm marbuta drittijiet tal-vot, kemm jekk ikunu diġà maħruġa u kemm jekk ikunu għad iridu jinħarġu, ta' emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat;

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni għandha tiġi estiża biex tinkludi strumenti li huma marbuta jew li jirreferu għall-ishma li għadhom ma nħarġux, bħal pereżempju strumenti konvertibbli. Tali strumenti għandhom effett ekonomiku simili bħall-proprjetà ta' strument bid-dritt li jinkisbu l-ishma sottostanti. Tali strumenti jirriżultaw fl-abilità tad-detentur li jikseb interess fl-emittent u għalhekk sabiex jinkiseb l-għarfien kollu tal-istruttura tal-votazzjoni, dawn il-proprjetajiet għandhom ikunu inklużi.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8 – sottopunt a

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) strumenti finanzjarji b'effetti ekonomiċi simili għal dawk imsemmija fil-punt (a), kemm jekk jagħtu dritt għal saldu fiżiku kif ukoll jekk le.

(b) strumenti finanzjarji li mhumiex inklużi fil-punt (a) iżda li jirreferu għall-ishma msemmija f'dak il-punt u li għandhom effett ekonomiku simili għall-istrumenti finanzjarji msemmija f'dak il-punt, kemm jekk jagħtu dritt għal saldu fiżiku kif ukoll jekk le.

Ġustifikazzjoni

Dan jgħin jiżgura li l-istrumenti finanzjarji ta' effett ekonomiku simili li jirreferu għall-ishma msemmija fil-punt 13(1)(a) jkunu koperti.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8 – sottopunt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. In-numru ta' drittijiet tal-vot għandu jiġi kkalkulat b'referenza għall-ammont konċettwali sħiħ ta' ishma sottostanti għall-istrument finanzjarju. Għal dan il-għan, id-detentur għandu jiġbor flimkien u jinnotifika l-istrumenti finanzjarji kollha relatati mal-istess emittent sottostanti. Sabiex jiġu kkalkulati d-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkunsidrati biss il-pożizzjonijiet twal. Il-pożizzjonijiet twal m'għandhomx jiġu netted ma' pożizzjonijiet bin-nieqes relatati mal-istess emittent sottostanti.

1a. In-numru ta' drittijiet tal-vot għandu jiġi kkalkulat b'referenza għall-ammont konċettwali sħiħ ta' ishma sottostanti għall-istrument finanzjarju, ħlief għall-istrumenti finanzjarji msemmija fit-tieni subparagrafu. Għal dan il-għan, id-detentur għandu jiġbor flimkien u jinnotifika l-istrumenti finanzjarji kollha relatati mal-istess emittent sottostanti. Sabiex jiġu kkalkulati d-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkunsidrati biss il-pożizzjonijiet twal. Il-pożizzjonijiet twal m'għandhomx jiġu netted ma' pożizzjonijiet bin-nieqes relatati mal-istess emittent sottostanti.

 

Għal strumenti finanzjarji saldati b'mod mhux fiżiku, in-numru ta' drittijiet tal-vot jeħtieġ li jiġi kkalkolat fuq bażi aġġustata skont id-delta. Għalhekk, l-ishma sottostanti msemmija fl-istrument finanzjarju għandhom ikunu kkalkolati fil-proporzjon li jkun daqs id-delta tal-istrument fi kwalunkwe punt partikolari fiż-żmien.

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta' kalkolu tan-numru ta' drittijiet tal-vot imsemmija fl-ewwel subparagrafu fil-każ ta' strumenti finanzjarji referenzjati ma' basket ta' ishma jew ma' indiċi.

L-AETS għandha  tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

 

(a) il-metodu ta' kalkolu tan-numru ta' drittijiet tal-vot imsemmija fl-ewwel subparagrafu fil-każ ta' strumenti finanzjarji referenzjati ma' basket ta' ishma jew ma' indiċi;

 

(b) il-metodi ta' determinazzjoni tad-delta għall-iskopijiet tal-kalkolu tad-drittijiet tal-vot relatati ma' strumenti finanzjarji saldati b'mod mhux fiżiku kif meħtieġ mit-tieni subparagrafu.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 8 – sottopunt c

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri sabiex:

2. L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kontenuti tan-notifika li għandha ssir, il-perjodu tan-notifika u lil min għandha ssir in-notifika, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

(a) timmodifika l-metodu biex jiġi kkalkulat in-numru ta' drittijiet tal-vot relatati mal-istrumenti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1a;

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.

(b) tispeċifika t-tipi ta' strumenti li għandhom jiġu kkunsidrati bħala strumenti finanzjarji skont it-tifsira tal-paragrafu 1b;

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(c) tispeċifika l-kontenuti tan-notifika li għandha ssir, il-perjodu tan-notifika u lil min għandha ssir in-notifika, kif imsemmi fil-paragrafu 1.';

 

(Il-Punt (c) fit-test tal-Kummissjoni sar parzjalment is-subparagrafu 1 fl-emenda tal-Parlament.)

Ġustifikazzjoni

Ikun aktar xieraq għall-AETS li tispeċifika l-kontenuti tan-notifika li għandha ssir. Lista magħluqa ta' strumenti (li tkun ir-riżultat tal-Artikolu 13(2)(b)) mhux se tippermetti li ssir innovazzjoni tas-suq u jista' jkollha impatt fuq l-effettività ta' dan ir-reġim il-ġdid. Jekk lista titqies neċessarja, nemmnu li l-lista indikattiva tal-AETS ipprovduta fl-Artikolu 13(1b) għandha tkun biżżejjed.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 12

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 21 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) regoli rigward l-interoperabilità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali u l-aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

(c) regoli li jiżguraw l-interoperabilità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali u l-aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 21a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Qed jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 21a

 

1. Għandu jiġi stabbilit punt ta' aċċess elettroniku Ewropew ("il-punt ta' aċċess").

 

2. Is-sistema ta' interkonnessjoni ta' mekkaniżmu ta' ħżin ċentrali għandha tkun magħmula minn:

 

– il-mekkaniżmi ta' ħżin ċentrali tal-istati Membri,

 

– il-portal li jservi bħala l-punt ta' aċċess elettroniku Ewropew.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità tal-mekkaniżmi ta' ħżin ċentrali tagħhom fi ħdan is-sistema permezz tal-punt ta' aċċess."

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 15

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 28 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jistgħu jieħdu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati, u għandhom jassiguraw li jiġu applikati. Dawk is-sanzjonijiet u miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. Bla ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 24 u d-drittijiet tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jistgħu jieħdu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati, u għandhom jassiguraw li jiġu applikati. Is-sanzjonijiet u l-miżuri kollha għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 16

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 28a – paragrafi 2 u 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li jistgħu jiġu applikati jkunu mill-anqas jinkludu dawn li ġejjin:

2. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li jistgħu jiġu applikati jkunu mill-anqas jinkludu dawn li ġejjin:

(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur;

(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur f'konformità mal-Artikolu 28b;

(b) ordni li teħtieġ lill-persuna fiżika jew ġuridika twaqqaf l-imġiba u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(b) ordni li teħtieġ lill-persuna fiżika jew ġuridika twaqqaf l-imġiba u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c) is-setgħa li jiġi sospiż l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jekk l-awtorità kompetenti tiskopri li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, rigward in-notifika ta' detenturi importanti jkunu nkisru mid-detentur tal-ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew minn persuna jew entità msemmija fl-Artikoli 10 jew 13;

(c) fil-każ ta' ksur serju u mhux negliġenti s-setgħa li jiġi sospiż l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot marbuta ma' ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat jekk l-awtorità kompetenti tiskopri li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, rigward in-notifika ta' detenturi importanti jkunu nkisru mid-detentur tal-ishma jew strumenti finanzjarji oħra, jew minn persuna jew entità msemmija fl-Artikoli 10 jew 13, sakemm dawn id-drittijiet tal-vot ma jaqbżux il-livelli limiti tan-notifika;

(d) fil-każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi sa 10 % tal-fatturat annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika fis-sena finanzjarja ta' qabel;

(d) fil-każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi sa 10 % tal-fatturat annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika fis-sena finanzjarja ta' qabel;

(e) fil-każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi sa EUR 5 000 000;

(e) fil-każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi sa EUR 5 000 000;

(f) sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikun jistgħu jiġu ddeterminati.

 

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta' impriża prinċipali, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-ammont konsolidat tal-impriża prinċipali finali fis-sena finanzjarja preċedenti.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, fejn il-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta' impriża prinċipali, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-ammont konsolidat tal-impriża prinċipali finali fis-sena finanzjarja preċedenti.

Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, fl-Istati Membri fejn l-Euro mhuwiex il-munita uffiċjali, il-valur li jikkorrispondi għal EUR 5,000,000 fil-munita nazzjonali għandu jiġi kkalkulat billi titqies ir-rata tal-kambju uffiċjali fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva – daħħal id-data].

Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, fl-Istati Membri fejn l-Euro mhuwiex il-munita uffiċjali, il-valur li jikkorrispondi għal EUR 5,000,000 fil-munita nazzjonali għandu jiġi kkalkulat billi titqies ir-rata tal-kambju uffiċjali fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva – daħħal id-data].

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet u miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta' sanzjonijiet pekunarji amministrattivi minn dawk previsti f'din id-Direttiva.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 16

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 28b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw mingħajr dewmien kull sanzjoni jew miżura imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, fosthom informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għal dan il-ksur, sakemm tali pubblikazzjoni ma tipperikolax serjament l-istabilità tas-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jippubblikaw mingħajr dewmien kull sanzjoni jew miżura imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, fosthom informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur, sakemm tali pubblikazzjoni ma tkunx f'konformità mal-liġijiet nazzjonali eżistenti jew jekk il-pubblikazzjoni tipperikola serjament l-investigazzjonijiet uffiċjali li jkunu qed isiru.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Artikolu 28, paragrafu 2, tad-Direttiva 2004/109/KE.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 16

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 28c – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-Istati Membri għandhom iħallu l-għażla bejn it-tipi ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fuq bażi ta' każ b'każ, b'kunsiderazzjoni tal-bżonn li l-miżuri u s-sanzjonijiet ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 16

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 28c – paragrafu 1 – kliem introduttorju

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell tas-sanzjonijiet pekunarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi kollha rilevanti, fosthom:

1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, meta jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell ta' sanzjonijiet amminstrattivi pekunarji, iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, fosthom:

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Reviżjoni

 

Il-Kummissjoni sa [tliet snin mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea] għandha tirrapporta dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

 

– l-operazzjoni tar-rappurtar tal-pagamenti lill-gvernijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-ambitu tal-obbligi ta' rappurtar, il-limiti u l-modalitajiet ta' rappurtar fuq bażi ta' proġett, u l-implimentazzjoni tal-prinċipji li għandhom jiġu osservati f'dak ir-rigward;

 

– l-operazzjoni tal-eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta' rappurtar li japplikaw għall-emittenti li jkunu awtoritajiet statali, reġjonali jew lokali, korpi internazzjonali pubbliċi li mill-anqas Stat Membru wieħed ikun membru tagħhom;

 

– il-funzjonament tas-sistema ta' interkonnessjoni ta' mekkaniżmu ta' ħżin ċentrali;

 

– kwalunkwe regola oħra neċessarja jew xierqa fl-interess pubbliku jew għall-protezzjoni tal-investituri;

 

– l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet.

 

Ir-rapport għandu jiġi preżentat flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk xieraq.

  • [1]  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 78.
  • [2]  ĠU C 93, 30.3.2012, p. 2.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kuntest

B'volatilità dejjem tikber fis-swieq finanzjarji dinjija, l-investituri qed jitolbu dejjem iktar informazzjoni dwar il-prattiki tal-kumpaniji. Hu ċar li l-investituri jridu jtejbu t-trasparenza sabiex jiksbu stampa ekonomika komprensiva tal-investiment u r-riskju. Barra minn hekk, it-trasparenza f'termini ta' divulgazzjoni hija indikatur importanti ta' governanza korporattiva b'saħħitha.

Il-kumpaniji qed jadottaw dejjem iktar standards ta' governanza korporattiva, inkluża t-trasparenza billi jiffirmaw skemi ta' rrapurtar globali bħall-Inizjattiva għat-trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI), barra linji gwida volontarji għall-kumpaniji multinazzjonali, bħall-Linji Gwida għall-Intrapriżi Multinazzjonali tal-OKŻE u Inizjattiva Globali tal-Irrapurtar, li qed imexxu l-aġenda tat-trasparenza.

Fid-dawl ta' dawn l-inizjattivi kollha, bħalissa hemm riskju ta' reazzjoni frammentata lejn it-trasparenza. Għalhekk hu importanti li jiġi stabbilit qafas għal standards globali b'saħħithom f'dan il-qasam. Il-proposta li tiġi emendata d-Direttiva dwar it-Trasparenza tal-2004 tapplika tali regoli għall-kumpaniji tal-UE, filwaqt li tirrifletti standards preżentati fl-Att Dodd-Frank fl-Istati Uniti. Dan jipprovdi punt qawwi ta' tluq għall-ksib tal-mira aħħarija ta' regoli globali f'dawn l-oqsma.

Din il-proposta leġiżlattiva tiġi bħala parti mill-Inizjattiva ta' Negozju Responsabbli tal-UE u bħala segwitu għall-ħidma li saret dwar r-riforma tas-settur finanzjarju, li bħala l-objettiv prinċipali tagħha għandha l-promozzjoni tat-trasparenza u l-ftuħ tas-swieq finanzjarji u standars ogħla ta' governanza korporattiva.

Fl-2011, il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu[1] dwar ir-rappurtar pajiż b'pajjiż filwaqt li ddikjara li "r-rappurtar fuq il-bażi ta' kull pajjiż għalih huwa tal-akbar importanza għall-industriji estrattivi, imma jfakkar li jkun ta' ġid ukoll għall-investituri fis-setturi kollha, u b'hekk isir jikkontribwixxi għall-governanza tajba globalment"[2].

It-tnaqqis tal-piż amministrattiv, is-simplifikazzjoni u l-promozzjoni tat-trasparenza

Dan ir-rapport jipproponi numru ta' emendi essenzjali għall-promozzjoni tat-trasparenza kullimkien u għall-iżgurar ta' kundizzjonijiet kompetittivi ugwali għall-kumpaniji tal-UE u għall-investituri tagħhom. It-tneħħija tar-rekwiżit tal-irrapurtar kull tliet xhur tnaqqas il-piż amministrattiv għall-emittenti żgħar u medji imma taġixxi wkoll biex tmexxi l-attenzjoni tad-detenturi tal-ishma u tal-kumpanija lil hinn mill-miri għaż-żmien qasir, u titfagħha lejn missjonijiet għaż-żmien twil li se jgħinu biex jistabilizzaw mill-ġdid is-swieq finanzjarji wara l-kriżi.

L-introduzzjoni ta' reġim armonizzat għall-informazzjoni dwar detenturi importanti ta' drittijiet tal-vot hija mfassla biex ittejjeb iċ-ċertezza legali u ttejjeb it-trasparenza. L-innovazzjoni finanzjarja wasslet għall-ħolqien ta' tipi ġodda ta' strumenti finanzjarji li jagħtu lill-investituri skopertura ekonomika għall-kumpaniji, li d-divulgazzjoni tagħhom ma kinitx prevista fid-Direttiva dwar it-Trasparenza tal-2004. Dawk l-istrumenti jistgħu jintużaw biex jinkisbu stokks sigrieti fil-kumpaniji u għandhom potenzjal kbir li jirriżultaw f'abbuż tas-suq u jagħtu stampa falza tas-sjieda tal-kumpaniji pubbliċi elenkati. L-investituri għandu jkollhom għarfien sħiħ dwar l-istruttura tas-sjieda korporattiva u din il-ħaġa se tgħin ukoll f'sitwazzjonijiet tal-hekk imsejħa żidiet kapitali 'snap'.

Ir-rekwiżiti tar-rappurtar huma essenzjali għat-trasparenza u hu vitali li din il-leġiżlazzjoni tilħaq bilanċ bejn it-tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-emittenti iżgħar u t-trasparenza għall-invesituri u għas-soċjetà ċivili. Għalhekk, ir-regoli dwar ir-rappurtar ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji biannwali u annwali għandhom ikunu stipulati b'mod ċar u għandu jkun hemm sanzjonijiet xierqa għall-każi ta' nuqqas ta' osservanza ta' dawn ir-regoli.

Ir-rappurtar dwar pagamenti lill-gvernijiet

Il-kunċett ta' rappurtar pajjiż b'pajjiż huwa mibni fuq prinċipji eżistenti fl-EITI, fost oħrajn, u fuq rekwiżiti stipulati fl-Att Dodd-Frank. Dawn ir-regoli jirrikjedu li l-kumpaniji li joperaw fl-industriji estrattivi jippubblikaw il-pagamenti lill-gvernijiet, għal kull kategorija u fil-livell tal-proġett, f'format ta' data interattiva bħala parti mir-rapport annwali tagħhom. Hu importanti li r-regoli jħallu lok li tintalab iktar informazzjoni li titqies neċessarja, ħaġa xierqa fl-interess tal-pubbliku jew għall-protezzjoni tal-investituri.

Il-pożizzjoni stabbilita tal-Parlament Ewropew[3] tiddikjara li "r-rappurtar fuq il-bażi ta' kull pajjiż għalih huwa tal-akbar importanza għall-industriji estrattivi, imma jfakkar li jkun ta' ġid ukoll għall-investituri fis-setturi kollha, u b'hekk isir jikkontribwixxi għall-governanza tajba globalment"[4]. Hu importanti li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet kompetittivi ugwali fil-pajjiżi fejn joperaw il-kumpaniji multinazzjonali u t-trasparenza fir-rappurtar pajjiż b'pajjiż m'għandhiex tkun limitata għal settur uniku sabiex ikun żgurat li l-investituri jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-pagamenti. Jista' jkun neċessarju li tiġi applikata l-proporzjonalità għal setturi oħra u li jitqiesu kriterji li jikkunsidraw l-impatt tagħhom fuq il-pajjiżi li joperaw fihom.

Il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jeħtieġu jimmassimizzaw l-introjtu tagħhom minn dawn ir-riżorsi naturali limitati u l-bejgħ lilhom tad-drittijiet tal-aċċess hija opportunità ta' darba biex wieħed jibbenefika minnhom. Fl-2010, l-esportazzjonijiet taż-żejt, il-gass u l-minerali mill-Afrika kellhom valur ta' madwar 7 darbiet il-valur tal-għajnuna internazzjonali għall-kontinent. Il-Publish What You Pay jagħmel stima ta' dawn iċ-ċifri ta' USD 333 biljun u USD 48 biljun rispettivament[5]. Hu essenzjali wkoll li s-soċjetà ċivili jkollha aċċess għall-informazzjoni dwar ir-rappurtar pajjiż b'pajjiż sabiex jirresponsabilizzaw lill-gvernijiet tagħhom.

Id-detenturi tal-ishma għandhom id-dritt li jimmonitorjaw u jiġġudikaw l-azzjonijiet ta' kumpanija u r-reazzjonijiet tagħha għas-swieq, u din l-informazzjoni għandha tkun preżentata b'mod ċar għall-investituri fir-rapport finanzjarju annwali. L-informazzjoni awditjata ta' rapport annwali tipprovdi lid-detenturi tal-ishma li jkunu qed ifittxu qligħ finanzjarju data affidabbli, sabiex dawn ikunu jistgħu jagħmlu ġudizzji kalkulati dwar l-investimenti tagħhom. Ir-rapporti annwali għandhom ikunu disponibbli għal perjodu mhux limitat ta' żmien sabiex l-investituri potenzjali jkunu jistgħu janalizzaw l-imġiba ta' kumpanija matul perjodu, matul iċ-ċiklu ekonomiku jew matul perjodu ħażin ekonomikament li jista' jkun itwal minn 5 snin.

Filwaqt li d-Direttiva ma tistabblixxix id-dettalji tar-rekwiżiti għar-rapport tal-kontabilità awditjata, hu importanti li jiġu stabbiliti xi prinċipji ta' gwida dwar it-trasparenza. Id-data awditjata dwar ir-rappurtar pajjiż b'pajjiż għandha tiddaħħal fir-rapport finanzjarju annwali, sabiex l-investituri potenzjali u d-detenturi tal-ishma jkunu jistgħu jagħmlu deċiżjonijiet infurmati aħjar.

Sanzjonijiet

Il-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva dwar it-Trasparenza atal-2004 tagħti dettalji ta' "kaxxa tal-għodda" għall-provvista ta' sanzjonijiet f'każi meta d-Direttiva ma tkunx ġiet implimentata kif suppost. Dawn jinkludu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-livelli massimi għal persuna fiżika jew għal entità legali. Il-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja fl-UE[6] ma jirrakkomandax livelli massimi imma minflok jirrakkomanda "tmexxija prudenzjali tajba tal-qafas tan-negozju għas-settur finanzjarju trid tkun ibbażata fuq sistemi b'saħħithom ta' sorveljanza u sanzjonar". L-awtoritajiet superviżorji, għalhekk, għandhom ikunu mgħammra b'biżżejjed setgħat sabiex jaġixxu u għandhom ikunu jistgħu jistrieħu fuq "sistemi ta' sanzjonijiet ugwali, qawwija u ta' deterrent kontra kull kondotta ħażina finanzjarja, sanzjonijiet li għandhom jiġu infurzati b'mod effettiv".

Fid-dawl tal-vantaġġ kompetittiv li jista' jinkiseb u tat-tneħħija tad-dritt fundamentali tad-detenturi tal-ishma għal informazzjoni li tista' sseħħ jekk ma jiġux applikati l-miżuri f'din id-Direttiva, l-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu jistgħu jużaw l-għarfien espert tagħhom billi japplikaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-kumpaniji li jiksru r-regoli. Il-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe sanzjoni, inklużi d-dettalji tat-tip u tan-natura tal-ksur tar-regoli, hija wkoll meħtieġa sabiex l-investituri potenzjali jkunu infurmati dwar l-azzjonijiet ta' kumpanija.

Klawsola ta' reviżjoni

Id-Direttiva ma tinkludix klawsola ta' reviżjoni. Hu importanti li wieħed ikun jista' jimmonitorja t-traspożizzjoni kif ukoll il-funzjonament tar-regoli stabbiliti fid-Direttiva u, għalhekk, żdiedet klawsola ta' reviżjoni.

  • [1]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp - kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali, (2011/2102(INI)), P7_TA(2011)0082.
  • [2]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp - kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (2011/2102(INI)), P7_TA(2011)0082, paragrafu 49.
  • [3]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp - kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali, (2011/2102(INI)), P7_TA(2011)0082.
  • [4]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp - kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali (2011/2102(INI)), P7_TA(2011)0082, paragrafu 49.
  • [5]  Il-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Trasparenza fis-Settur Estrattiv: Perspettiva tas-Soċjetà Ċivili, Publish What You Pay, 1.12.2011. p. 1.
  • [6]  Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja fl-UE, Brussell, 25.2.2009, p. 23.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (25.6.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE
(COM(2011)0683 – C7-0380/2011 – 2011/0307(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sirpa Pietikäinen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Żieda fl-armonizzazzjoni u tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi għal funzjonament aħjar taż-żona ta' suq uniku

Ir-rapporteur tqis li r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Trasparenza hija pass neċessarju għall-iżgurar tal-funzjonament taż-żona ta' suq uniku. Għalhekk iż-żieda fl-armonizzazzjoni u t-tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi sproporzjonati huma proposti apprezzati. Ir-rapporteur tilqa' s-setgħat miżjuda tal-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-aċċess tal-investituri għal informazzjoni regolata billi tistabbilixxi standards għal mekkaniżmu ta' ħżin ċentrali kif ukoll billi tiżviluppa kriterji tekniċi ta' aċċess għall-informazzjoni regolata u b'mod partikolari t-twaqqif ta' punt ta' aċċess ċentrali għat-tiftix ta' informazzjoni.

Ir-rapporteur tikkunsidra r-rekwiżiti ta' rappurtaġġ bħala essenzjali għal aktar trasparenza. Din it-trasparenza hija għall-benefiċċju tal-investituri iżda wkoll tal-kumpaniji.

Madankollu, ir-rekwiżiti ta' rappurtaġġ m'għandhomx jimponu piżijiet sproporzjonati fuq il-kumpaniji speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Għalhekk, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għat-tneħħija tar-rekwiżit ta' rappurtaġġ kull tliet xhur. Fil-valutazzjoni tagħha tal-impatt, il-Kummissjoni stmat li t-tfaddil jista' jilħaq EUR 60 000 għal kull SME permezz tat-tneħħija tar-rekwiżit ta' rappurtaġġ kull tliet xhur.

It-tneħħija tar-rekwiżit ta' rappurtaġġ kull tliet xhur flimkien mat-titjib tal-aċċess għall-informazzjoni huma prerekwiżiti għal ambjent favorevoli għall-SMEs u li jinkoraġġixxu investimenti fit-tul fl-ekonomija reali. Dawn jinkoraġġixxu wkoll lill-kumpaniji biex inaqqsu l-perspettivi għal żmien qasir u jippjanaw attivitajiet aktar sostenibbli fit-tul, xi ħaġa li għandha effett ta' stabilizzazzjoni fl-ekonomija.

Notifika ta' detenturi importanti u aggregazzjoni ta' strumenti finanzjarji

Fid-definizzjoni ta' liema tipi ta' detenturi għandhom jiġu notifikati, id-Direttiva eżistenti tħalli barra xi strumenti finanzjarji li jistgħu jintużaw għal ksib ta' interess ekonomiku fil-kumpaniji elenkati mingħajr l-akkwist ta' ishma. Bħala eżempju nsibu d-derivati ssaldati fi flus. Biex jimtela l-vojt eżistenti fin-notifika ta' detenturi, il-Kummissjoni tipproponi li testendi l-ambitu u li jkun meħtieġ divulgazzjoni tad-detenturi importanti ta' strumenti finanzjarji li għandhom effett ekonomiku simili għal dak tad-detenturi tal-ishma. Ir-rapporteur tappoġġa din il-proposta minħabba li hu indispensabbli li l-ishma u d-detenturi li għandhom effetti simili jiġu trattati b'mod ugwali.

B'żieda għat-test propost, ir-rapporteur tissuġġerixxi l-introduzzjoni tad-definizzjoni ta' strumenti finanzjarji li tkun aktar konformi mad-definizzjonijiet fir-Regolament propost dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFIR).

Ir-rapporteur tilqa' l-armonizzazzjoni tal-livelli limitu tan-notifika. Dwar l-iskedi ta' żmien tan-notifika, ir-rapporteur tifhem il-bżonn ta' aktar armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Madankollu, ir-rapporteur tissuġġerixxi skeda ta' żmien tan-notifika iqsar li tieħu post l-iskeda ta' żmien stabbilita fid-Direttiva attwali.

Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet

Attwalment il-kumpaniji ma jeħtiġux li jiddivulgaw il-prestazzjoni finanzjarja tagħhom fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż. Huwa diffiċli li wieħed jiskopri u jissorvelja prattiki ta' korruzzjoni, attivitajiet ta' pprezzar ħażin tat-trasferimenti u flussi finanzjarji illeċiti. Dan in-nuqqas ta' trasparenza jxekkel is-swieq, jippermetti l-evitar tat-taxxa u jċaħħad lill-investituri minn informazzjoni dwar is-sostenibbiltà fit-tul tal-kumpaniji. Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżit ta' rappurtaġġ pajjiż b'pajjiż għall-kumpaniji elenkati u dawk kbar iżda mhux elenkati li joperaw f'industriji estrattivi u fis-settur forestali. Din il-proposta ttejjeb it-trasparenza u l-kundizzjonijiet ekwi bejn il-kumpaniji li jaġixxu biss fis-swieq tal-UE u dawk li għandhom attivitajiet f'pajjiż terz. Din il-proposta hija konformi mal-inizjattivi li għaddejjin bħalissa f'żoni ekonomiċi kbar oħra bħall-Istati Uniti u Ħong Kong. Ir-rekwiżit ta' rappurtaġġ pajjiż b'pajjiż huwa wkoll konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-EITI (Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi). L-aktar problemi viżibbli ta' trasparenza bħalissa jinsabu f'dawn is-setturi, iżda jipprevalu wkoll f'setturi oħra. Għalhekk, sabiex jiġu evitati l-arbitraġġ regolatorju u l-evitar tar-regolament, m'għandu jkun hemm l-ebda distinzjoni bejn l-industriji estrattivi u dawk mhux estrattivi f'dan ir-rigward. Ir-rekwiżiti ta' rappurtaġġ huma proposti li għandhom ikunu aktar ċari u applikati b'mod aktar ġenerali waqt li jibqgħu jinkludu l-kontenut tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni mingħajr referenzi għal kodiċi ta' kondotta differenti.

Sanzjonijiet

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tarmonizza l-mekkaniżmi ta' sanzjoni eżistenti biż-żieda tas-setgħat ta' sanzjonar tal-awtoritajiet kompetenti. Ukoll, il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet hija waħda mill-elementi ewlenin ta' din il-parti tal-proposta. Ir-rieżami tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna s-sanzjonijiet fid-Direttiva dwar it-Trasparenza jieħu inkonsiderazzjoni l-iżviluppi leġiżlattivi tal-leġiżlazzjonijiet finanzjarji l-oħra li qed jiġu riveduti, bħad-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq u s-CRD4. Ir-rapporteur tqis importanti li jintużaw kriterji komuni għas-sanzjonijiet fil-qasam regolatorju tas-swieq finanzjarji tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Skont ir-rapport tal-Kummissjoni u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, il-piż amministrattiv assoċjat mal-obbligi marbuta mal-ammissjoni għall-kummerċ fi swieq regolati għandu jitnaqqas għall-emittenti żgħar u medji bil-għan li jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-kapital. L-obbligi li jiġu ppubblikati rapporti ta' ġestjoni interim jew rapporti finanzjarji kull tliet xhur jirrappreżentaw piż importanti għall-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fi swieq regolati, mingħajr ma huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-investituri. Huma jinkoraġġixxu wkoll il-prestazzjoni għal żmien qasir u jiskoraġġixxu l-investiment fit-tul. Sabiex jiġi inkoraġġit il-ħolqien ta' valur sostenibbli u strateġija ta' investiment orjentata fit-tul, huwa essenzjali li titnaqqas il-pressjoni fuq medda qasira ta' żmien fuq l-emittenti u li l-investituri jingħataw inċentiv sabiex jadottaw viżjoni aktar fit-tul. Ir-rekwiżit li jiġu ppubblikati rapporti ta' ġestjoni interim għalhekk għandu jiġi abolit.

(4) Skont ir-rapport tal-Kummissjoni u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, il-piż amministrattiv assoċjat mal-obbligi marbuta mal-ammissjoni għall-kummerċ fi swieq regolati għandu jitnaqqas għall-emittenti żgħar u medji bil-għan li jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-kapital. L-obbligi li jiġu ppubblikati rapporti ta' ġestjoni interim jew rapporti finanzjarji kull tliet xhur jirrappreżentaw piż importanti għall-emittenti żgħar u ta' daqs medju li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ fi swieq regolati, mingħajr ma huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-investituri. Huma jinkoraġġixxu wkoll il-prestazzjoni għal żmien qasir u jiskoraġġixxu l-investiment fit-tul. Sabiex jiġi inkoraġġit il-ħolqien ta' valur sostenibbli u strateġija ta' investiment orjentata fit-tul, huwa essenzjali li titnaqqas il-pressjoni fuq medda qasira ta' żmien fuq l-emittenti u li l-investituri jingħataw inċentiv sabiex jadottaw viżjoni aktar fit-tul. Ir-rekwiżit li jiġu ppubblikati rapporti ta' ġestjoni interim għalhekk għandu jiġi abolit għall-emittenti żgħar u ta' daqs medju.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Sabiex ikun assigurat li l-piż amministrattiv fil-fatt jitnaqqas fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew ikomplu jimponu r-rekwiżit ta' pubblikazzjoni tad-rapporti ta' ġestjoni interim fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

(5) Sabiex ikun assigurat li l-piż amministrattiv fil-fatt jitnaqqas fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew ikomplu jimponu fuq l-emittenti żgħar u ta' daqs medju r-rekwiżit ta' pubblikazzjoni tar-rapporti ta' ġestjoni interim fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jitnaqqas aktar il-piż amministrattiv għall-emittenti żgħar u medji u sabiex tkun assigurata l-komparabilità tal-informazzjoni, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, minn hawn 'il quddiem 'AETS'), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha toħroġ linji gwida, fosthom formoli standards jew mudelli, sabiex tispeċifika liema informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni.

(6) Sabiex jitnaqqas aktar il-piż amministrattiv għall-emittenti żgħar u medji u sabiex tkun assigurata l-komparabilità tal-informazzjoni, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, minn hawn 'il quddiem 'AETS'), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha toħroġ linji gwida, fosthom formoli standards jew mudelli, sabiex tispeċifika liema informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni. L-AETS għandha tipprovdi linji gwida proporzjonati għall-emittenti żgħar u medji sabiex ikunu soġġetti għal reġim aktar sempliċi.

 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissottometti rapport qabel il-31 ta' Diċembru 2012 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza l-għażliet differenti għal definizzjoni ta' emittenti żgħar u medji Ewropej.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex tiġi pprovduta trasparenza akbar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lill-gvernijiet, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li għandhom attivitajiet fl-industriji estrattivi jew tal-qtugħ tal-injam primarju għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali l-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Ir-rapport għandu jinkludi tipi ta' pagamenti komparabbli għal dawk iddivulgati taħt l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) u jipprovdu lis-soċjetà ċivili b'informazzjoni sabiex iżommu lill-pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi, responsabbli għar-riċevuti tagħhom mill-isfruttament tar-riżorsi naturali. L-inzijattiva hija wkoll kumplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni tal-UE FLEGT Action Plan (Forest Law Enforcement, Governance and Trade) u r-Regolament dwar l-Injam li jeħtieġ lin-negozjati tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex iżommu milli jkun hemm injam illegali dieħel fis-suq tal-UE. Ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7) Sabiex tiġi pprovduta trasparenza akbar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lill-gvernijiet, l-emittenti kbar li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandhom jiddivulgaw attivitajiet f'kull pajjiż li joperaw fih, inkluż fuq bażi annwali l-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Il-limitu biex l-emittenti jitqiesu bħala kbar għandu jkun ibbażat fuq id-doppju tal-limitu għall-SMEs fid-definizzjoni standard tal-UE. L-iżvelar ta' din id-data huwa intiż sabiex jippermetti lill-investituri jagħmlu deċiżjonijiet aktar informati, itejjeb il-governanza u r-responsabbiltà korporattiva u jikkontribwixxi sabiex titrażżan l-evażjoni tat-taxxa u jipprovdi lis-soċjetà ċivili b'informazzjoni sabiex iżżomm lill-pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi responsabbli għar-riċevuti tagħhom mill-isfruttament tar-riżorsi naturali. L-iżvelar għandu jiġi inkorporat fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż. L-iżvelar għandu jkun parti mid-dikjarazzjoni finanzjarja annwali u jinkludi tipi ta' pagamenti komparabbli għal dawk iddivulgati taħt l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) u għandu jkunu fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż u proġett bi proġett, fejn proġett ifisser kuntratt, liċenzja, kera jew ftehim legali ieħor li taħtu jopera emittent, u li minnu joriġinaw l-obbligi speċifiċi ta' dħul tiegħu. Għall-emittenti kollha, l-iżvelar għandu jinkludi l-fatturat (li jinkludi l-fatturat tal-partijiet terzi u tal-intragrupp) tal-entitajiet kostitwenti tal-impriża li minnu jistgħu joriġinaw il-pagamenti u, fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż, il-kwantitajiet prodotti, ix-xiri u l-bejgħ, il-flussi finanzjarji tal-partijiet terzi u tal-intragrupp, il-pagamenti tat-taxxa attwali, ir-rati tat-taxxa effettivi, l-obbligi ta' tassazzjoni differita għal kull pajjiż fil-bidu u t-tmiem ta' kull perjodu ta' kontabilità, in-numru totali tan-nies impjegati u r-rimunerazzjoni aggregata tagħhom u l-infiq fuq l-investiment ta' assi fiss matul il-perjodu ta' rappurtar. Ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Regoli ekwivalenti għall-kumpaniji kollha joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni sabiex l-investituri u l-kumpaniji jkollhom regoli ġenerali ċari u b'hekk aktar ċertezza. Rekwiżiti mtejba ta' rappurtaġġ huma wkoll prerekwiżiti li jostakolaw l-evitar tat-taxxa li jipprevali fis-setturi kollha.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Reġim armonizzat għan-notifika ta' detenturi importanti ta' drittijiet tal-vot, speċjalment fir-rigward tal-aggregazzjoni ta' detenturi ta' ishma ma' detenturi ta' strumenti finanzjarji, għandu jtejjeb iċ-ċertezza legali, iżid it-trasparenza u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-investituri transkonfinali. L-Istati Membri għalhekk m'għandhomx jitħallew jadottaw regoli aktar stretti jew diverġenti f'dak il-qasam minn dawk previsti fid-Direttiva 2004/109/KE. Madankollu, minħabba d-differenzi eżistenti fil-konċentrazzjonijiet tas-sjieda fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jitħallew jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi għan-notifika ta' detenturi ta' drittijiet tal-vot.

(10) Reġim armonizzat għan-notifika ta' detenturi importanti ta' drittijiet tal-vot, speċjalment fir-rigward tal-aggregazzjoni ta' detenturi ta' ishma ma' detenturi ta' strumenti finanzjarji, għandu jtejjeb iċ-ċertezza legali, iżid it-trasparenza u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-investituri transkonfinali. L-Istati Membri għalhekk m'għandhomx jitħallew jadottaw regoli aktar stretti jew diverġenti f'dak il-qasam minn dawk previsti fid-Direttiva 2004/109/KE. Madankollu, minħabba d-differenzi eżistenti fil-konċentrazzjonijiet tas-sjieda fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jibqgħu jitħallew jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi għan-notifika ta' detenturi ta' drittijiet tal-vot. madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati miżuri li jinċentivaw l-investiment fit-tul kif ukoll r-rekwiżit għal trasparenza sħiħa fil-votazzjoni ta' kwalunkwe ishma mislufa.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Format elettroniku armonizzat għar-rappurtar ikun ferm ta' benefiċċju għall-emittenti stabbiliti fl-Unjoni, billi jkun jiffaċilita l-ħolqien ta' sistema ta' rappurtar unika li tista' tintuża wkoll minn utenti f'oqsma oħrajn. Għalhekk, il-preparazzjoni ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji bl-XBRL (eXtensible Business Reporting Language) għandha tkun obbligatorja mill-1 ta' Jannar 2018, wara li jkun għadda perjodu ta' żmien xieraq għall-preparazzjoni u l-ittestjar. L-esperjenzi tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-format possibbli tal-XBRL.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' irċevuti ta' depożiti ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, l-emittent ifisser l-emittent tat-titoli rappreżentati, kemm jekk dawk it-titoli jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat kif ukoll jekk le;';

Fil-każ ta' irċevuti ta' depożiti ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, l-emittent ifisser l-emittent tat-titoli rappreżentati, kemm jekk dawk it-titoli jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat kif ukoll jekk le;'; Sal-31 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li janalizza l-għażliet differenti għal definizzjoni ta' emittenti żgħar u medji Ewropej.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru tal-oriġini jista' jissoġġetta lill-emittent għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, ħlief li jitlob lill-emittenti jippubblikaw informazzjoni perjodika għajr ir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5.

L-Istat Membru tal-oriġini jista' jissoġġetta lill-emittent għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, ħlief li jitlob lill-emittenti żgħar u ta' daqs medju jippubblikaw informazzjoni perjodika għajr ir-rapporti finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 4 u r-rapporti finanzjarji ta' kull sitt xhur imsemmija fl-Artikolu 5.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru tal-oriġini ma jistax jissoġġetta detentur ta' ishma, jew persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, ħlief biex jistabbilixxi livelli limitu ta' notifika aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 9(1).'.

L-Istat Membru tal-oriġini ma jistax jissoġġetta detentur ta' ishma, jew persuna fiżika jew entità ġuridika msemmija fl-Artikolu 10 jew 13, għal rekwiżiti aktar strinġenti minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, ħlief biex jistabbilixxi livelli limitu ta' notifika aktar baxxi minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 9(1).'. L-Istat Membru tal-oriġini għandu jiżgura li l-emittenti ma jkunux permessi jistabbilixxu limiti ta' notifika addizzjonali fl-artikoli tagħhom ta' assoċjazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Limiti ta' notifika addizzjonali stabbiliti minn emittenti individwali għandhom jiġu evitati sabiex inaqqsu l-kostijiet u l-piż amministrattiv fuq l-investituri.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 4 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem 'AETS'), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni.

7. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem 'AETS'), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu proporzjonati u jikkunsidraw id-daqs relattiv tal-emittenti sabiex l-emittenti żgħar u medji jkunu soġġetti għal reġim aktar sempliċi.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 4 – paragrafu 8 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-Artikolu 4, huwa miżjud il-paragrafu 8 li ġej:

 

'8. B'effett mill-1 ta' Jannar 2018 ir-rapporti finanzjarji kollha għandhom jitħejjew bl-XBRL (eXtensible Business Reporting Language).

 

L-AETS għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-format tal-XBRL u l-mod kif din id-dispożizzjoni għandha tiġi implimentata fl-Istati Membri. L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.

 

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

 

Qabel l-adozzjoni tal-istandards regolatorji tekniċi, il-Kummissjoni, flimkien mal-AETS, għandha twettaq valutazzjoni adegwata tal-formati XBRL possibbli u tagħmel testijiet xierqa fl-Istati Membri kollha."

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 5 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-AETS għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni interim.'.

7. L-AETS għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni interim.'. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu proporzjonati u jikkunsidraw id-daqs relattiv tal-emittenti sabiex l-emittenti żgħar u medji jkunu soġġetti għal reġim aktar sempliċi.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

'Artikolu 6

'Artikolu 6

Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet

Rappurtar pajjiż b'pajjiż

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew tal-injam primarju, kif definiti fi […] biex iħejju, skont il-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku mill-anqas għal ħames snin. Il-pagamenti lill-gvernijiet għandhom jiġu rrappurtati f'livell konsolidat.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-emittenti biex iħejju, skont il-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rapport dwar l-attivitajiet f'kull pajjiż li fih joperaw, inkluż il-pagamenti li t-total tagħhom jaqbeż l-EUR 30,000 magħmula lill-gvernijiet fuq bażi annwali fejn dawk l-emittenti jissodisfaw jew jaqbżu tnejn mill-kriterji li ġejjin:

 

a) total tal-karta bilanċjali: EUR 100,000,000;

 

b) fatturat nett: EUR 100,000,000;

 

c) impjieg fid-data tal-karta bilanċjali ta' mill-inqas 500 persuna.

 

Għall-emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew dawk tal-qtugħ tas-siġar fil-foresti primarji, ir-rapport għandu jinkludi r-rappurtaġġ tal-proġetti kollha speċifikati fl-[Artikolu 38(1)(c) tad-Direttiva dwar il-Kontabilità], fejn proġett ifisser kuntratt, liċenzja, kera jew ftehim legali ieħor li taħtu jopera emittent, u li minnu joriġinaw l-obbligi speċifiċi ta' dħul tiegħu.

 

Ir-rapport għandu jkun soġġett għal awditjar statutorju.

 

Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku mill-anqas għal ħames snin. Ir-rapport għandu jitħejja fil-livell konsolidat.

 

Għall-emittenti kollha, l-iżvelar għandu jinkludi l-fatturat (li jinkludi l-fatturat tal-partijiet terzi u tal-intragrupp) tal-entitajiet kostitwenti tal-impriża li minnu jistgħu joriġinaw il-pagamenti u, fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż, il-kwantitajiet prodotti, ix-xiri u l-bejgħ, il-flussi finanzjarji tal-partijiet terzi u tal-intragrupp, il-pagamenti tat-taxxa attwali, ir-rati tat-taxxa effettivi, l-obbligi ta' tassazzjoni differita għal kull pajjiż fil-bidu u t-tmiem ta' kull perjodu ta' kontabilità, in-numru totali tan-nies impjegati u r-rimunerazzjoni aggregata tagħhom u l-infiq fuq l-investiment ta' assi fiss matul il-perjodu ta' rappurtar.

Ġustifikazzjoni

Regoli ekwivalenti għall-kumpaniji kollha joħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni sabiex l-investituri u l-kumpaniji jkollhom regoli ġenerali ċari u b'hekk aktar ċertezza. Rekwiżiti mtejba ta' rappurtaġġ huma wkoll prerekwiżiti li jostakolaw l-evitar tat-taxxa li jipprevali fis-setturi kollha.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta' kalkolu tal-livell limitu ta' 5 % msemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu fil-każ ta' grupp ta' kumpaniji, billi tqis l-Artikolu 12(4) u (5).

imħassar

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AETS għandha tippreżenta dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2013.

imħassar

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 9 – paragrafu 6 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri biex tispeċifika l-metodu ta' kalkolu tal-limitu ta' 5 % imsemmi fil-punt (a) ta' dak is-subparagrafu f'każ ta' gruppi ta' kumpaniji, b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 12(4) u (5).

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 12 – paragrafi 2 u 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

 

(a) It-test introduttorju tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"In-notifika lill-emittent għandha ssir kemm jista' jkun malajr, iżda mhux aktar tard minn jumejn tal-kummerċ [...] wara d-data meta l-azzjonist, jew il-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika msemmija fl-Artikolu 10,";

 

(b) Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

'6. Malli jirċievi n-notifika skont il-paragrafu 1, iżda mhux iktar tard minn jumejn tal-kummerċ, l-emittent għandu jagħmel pubblika l-informazzjoni kollha li tkun tinsab fin-notifika."

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) strumenti finanzjarji li, fil-maturità, jagħtu lid-detentur, taħt ftehim formali, jew id-dritt mhux kondizzjonat ta' akkwist jew id-diskrezzjoni fir-rigward tad-dritt tiegħu li jakkwista, ishma li magħhom ikun hemm marbuta drittijiet tal-vot, diġà maħruġa, ta' emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat;

(a) strumenti finanzjarji li jagħtu lid-detentur, taħt ftehim formali, jew id-dritt mhux kondizzjonat ta' akkwist jew id-diskrezzjoni fir-rigward tad-dritt tiegħu li jakkwista, ishma li magħhom ikun hemm marbuta drittijiet tal-vot, kemm jekk ikunu diġà maħruġa jew għad iridu jinħarġu, ta' emittent li l-ishma tiegħu jkunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat;

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni għandha tiġi estiża biex tinkludi strumenti li huma marbuta jew li jirreferu għall-ishma li għadhom ma nħarġux, bħal pereżempju strumenti konvertibbli. Tali strumenti għandhom effett ekonomiku simili bħall-proprjetà ta' strument bid-dritt li jinkisbu l-ishma sottostanti. Tali strumenti jirriżultaw fl-abilità tad-detentur li jikseb interess fl-emittent u għalhekk sabiex jinkiseb l-għarfien kollu tal-istruttura tal-votazzjoni, dawn il-proprjetajiet għandhom ikunu inklużi.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) strumenti finanzjarji b'effetti ekonomiċi simili għal dawk imsemmija fil-punt (a), kemm jekk jagħtu dritt għal saldu fiżiku kif ukoll jekk le.

(b) strumenti finanzjarji li mhumiex inklużi fil-punt (a) iżda li jirreferu għall-ishma msemmija f'dak il-punt u li għandhom effett ekonomiku simili għall-istrumenti finanzjarji msemmija f'dak il-punt, kemm jekk jagħtu dritt għal saldu fiżiku kif ukoll jekk le.

Ġustifikazzjoni

Dan jgħin jiżgura li l-istrumenti finanzjarji ta' effett ekonomiku simili li jirreferu għall-ishma msemmija fil-punt 13(1)(a) ikunu koperti.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1a – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal strumenti finanzjarji saldati b'mod mhux fiżiku, in-numru ta' drittijiet tal-vot jeħtieġ li jiġi kkalkolat fuq bażi aġġustata skont id-delta. Għalhekk, ishma sottostanti msemmija fl-istrument finanzjarju jeħtieġ li jkunu kkalkolati fil-proporzjon li jkun daqs id-delta tal-istrument fi kwalunkwe punt partikolari fiż-żmien.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 13 – paragrafu 1a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta' kalkolu tan-numru ta' drittijiet tal-vot imsemmija fl-ewwel subparagrafu fil-każ ta' strumenti finanzjarji referenzjati ma' basket ta' ishma jew ma' indiċi.

L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodu ta' kalkolu tan-numru ta' drittijiet tal-vot imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 21 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) regoli rigward l-interoperabilità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali u l-aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

(c) regoli li jiżguraw l-interoperabilità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali u l-aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 21a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"l-Artikolu 21a

 

1. Għandu jiġi stabbilit punt ta' aċċess elettroniku Ewropew ("il-punt ta' aċċess").

 

2. Is-sistema ta' interkonnessjoni ta' mekkaniżmu ta' ħżin ċentrali għandha tkun magħmula minn:

 

– il-mekkaniżmi ta' ħżin ċentrali tal-istati Membri,

 

– il-portal li jservi bħala l-punt ta' aċċess elettroniku Ewropew.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità tal-mekkaniżmi ta' ħżin ċentrali tagħhom fi ħdan is-sistema permezz tal-punt ta' aċċess."

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 33 huwa mibdul b'dan li ġej:

 

'Artikolu 33

 

Rieżami

 

Il-Kummissjoni għandha sa [3 snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], tirraporta dwar l-operazzjoni ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

 

– it-tħaddim tar-rekwiżit ta' rappurtar pajjiż b'pajjiż fir-rigward tal-ambitu tal-obbligi ta' rappurtar, il-limiti u l-modalitajiet ta' rappurtar fuq bażi ta' proġett;

 

– l-operazzjoni tal-eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta' rappurtar li japplikaw għall-emittenti li jkunu Stati, awtoritajiet reġjonali jew lokali, korpi internazzjonali pubbliċi li mill-anqas Stat Membru wieħed ikun membru tiegħu, il-BĊE, u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri, kemm jekk joħorġu ishma jew titoli oħra kif ukoll jekk le;

 

– l-abbozzar ta' standards regulatorji tekniċi mill-AETS;

 

– il-funzjonament tas-sistema ta' interkonnessjoni ta' mekkaniżmu ta' ħżin ċentrali;

 

– kwalunkwe regola oħra neċessarja jew xierqa fl-interess pubbliku jew għall-protezzjoni tal-investituri;

 

– l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet.

 

Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk xieraq."

PROĊEDURI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE

Referenzi

COM(2011)0683 – C7-0380/2011 – 2011/0307(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

24.5.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sirpa Pietikäinen

10.5.2011

Eżami fil-kumitat

20.3.2012

30.5.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sari Essayah, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Sirpa Pietikäinen, Emilie Turunen

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (6.6.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE
(COM(2011)0683 – C7-0380/2011 – 2011/0307(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Fiona Hall

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-qasam ta' interess partikolari għall-Kumitat għall-Iżvilupp rigward id-Direttiva dwar it-Trasparenza huwa l-Artikolu 6, iżda d-dettalji tal-emendi proposti mir-rapporteur huma inklużi fl-abbozz ta' opinjoni dwar id-Direttiva dwar il-Kontabilità peress li d-Direttiva dwar it-Trasparenza tirreferi għad-Direttiva dwar il-Kontabilità.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE bħalissa ma tirrikjedix lill-kumpaniji jirrapportaw il-pagamenti li jkunu għamlu lill-gvernijiet f'pajjiżi fejn joperaw, anke jekk dawn il-pagamenti, b'mod partikolari fis-setturi tal-industrija estrattiva jew tal-qtugħ tas-siġar, jistgħu jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tad-dħul ta' pajjiż, b'mod partikolari f'pajjiżi li huma għanja fir-riżorsi. Mill-2007 'l hawn, il-Parlament Ewropew ilu jitlob proposti għal żvelar estensiv u komprensiv ta' informazzjoni bħal din.

Permezz ta' reviżjonijiet tad-Direttivi dwar it-Trasparenza u dwar il-Kontabilità, f'Ottubru 2011, il-Kummissjoni pproponiet li l-kumpaniji li huma attivi fl-industrija tal-estrazzjoni jew fil-qtugħ ta' siġar f'foresti primarji jiżvelaw fuq bażi annwali l-pagamenti li jagħmlu lill-gvernijiet f'kull pajjiż, fejn il-pagament ikun attribwit għal ċertu proġett u meta jkun materjali għall-gvern li jirċevih. Dan ir-rekwiżit ikun limitat għal kumpaniji kbar u għall-entitajiet kollha ta' interess pubbliku.

Il-proposti mill-Kummissjoni jsegwu l-Att Dodd Frank tal-Istati Uniti, li ġie adottat f'Lulju 2010 u li jirrikjedi li l-kumpaniji tal-industriji estrattivi (kumpaniji taż-żejt, tal-gass u tal-minjieri) rreġistrati mal-Kummissjoni għat-Titoli u l-Kambju (SEC - Securities and Exchange Commission) jirrappurtaw pubblikament il-pagamenti lill-gvernijiet fuq bażi speċifika għall-pajjiż u għall-proġett. Il-proposta se tibni wkoll fuq l-Inizjattiva volontarja ezistenti għat-Trasparenza tal-Industrija Estrattiva.

L-iżvelar ta' dawn il-pagamenti lill-gvernijiet jista' jipprovdi informazzjoni importanti dwar il-fluss tad-dħul biex il-parteċipanti tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini, ta' spiss f'pajjiżi li huma għanja fir-riżorsi iżda foqra, jitolbu rendikont aħjar mill-gvernijiet tagħhom. Trasparenza mtejba tista' tippromwovi governanza aħjar, tkun ta' deterrent għall-korruzzjoni, ittejjeb l-obbligu ta' rendikont fil-kumpaniji filwaqt li tippermetti wkoll lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar.

Ir-rapporteur tilqa' tajjeb ħafna l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass ewlieni 'l quddiem għat-trasparenza u għall-obbligu ta' rendikont iżda tqis li ċerti punti huma ta' importanza partikolari fil-kuntest tal-iżvilupp. Għalhekk, ir-rapporteur tipproponi emendi biex tinbidel id-definizzjoni ta' proġett, jitneħħew l-eżenzjonijiet u jiġi inkluż livell limitu ta' materjalità.

Barra minn hekk, filwaqt li r-rapporteur tirrikonoxxi l-importanza kruċjali tat-trasparenza fl-industrija estrattiva u fis-settur tal-qtugħ ta' siġar f'foresti primarji, temmen li l-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva għandu jitwessa' peress li huwa meħtieġ li jkun hemm obbligu ta' rendikont aħjar fis-setturi kollha. Għalhekk ipproponiet li s-setturi industrijali kollha għandhom jirrappurtaw rigward il-pagamenti, fuq bażi ta' pajjiż pajjiż, u li tiġi żvelata data finanzjarja addizzjonali biex kemm l-Istati Membri tal-UE kif ukoll il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna jnaqqsu l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa fis-setturi kollha. Dan huwa konsistenti mal-pożizzjoni adottata mill-Parlament Ewropew f'Marzu 2011 fir-rapport ta' Eva Joly dwar il-Kooperazzjoni ma' Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw dwar il-Promozzjoni ta' Governanza Tajba fi Kwistjonijiet Fiskali, li jgħid li r-rappurtar pajjiż pajjiż għandu jkun estensiv, jinkludi l-profitti qabel u wara t-taxxa u jkopri s-setturi kollha. Fil-każ tal-industriji estrattivi u s-settur tal-qtugħ tas-siġar, ir-rappurtar dwar il-pagamenti minn impriżi f'dawn is-setturi għandu jkun fuq bażi ta' proġett proġett.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex tiġi pprovduta trasparenza akbar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lill-gvernijiet, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li għandhom attivitajiet fl-industriji estrattivi jew tal-qtugħ tal-injam primarju għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali l-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Ir-rapport għandu jinkludi tipi ta' pagamenti komparabbli għal dawk iddivulgati taħt l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) u jipprovdu lis-soċjetà ċivili b'informazzjoni sabiex iżommu lill-pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi, responsabbli għar-riċevuti tagħhom mill-isfruttament tar-riżorsi naturali. L-inizjattiva hija wkoll kumplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni tal-UE FLEGT (Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ) u r-Regolament dwar l-Injam li jeħtieġ lin-negozjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex iżommu milli jkun hemm injam illegali dieħel fis-suq tal-UE. Ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7) Sabiex tiġi pprovduta trasparenza akbar tal-attivitajiet finanzjarji f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lill-gvernijiet, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandhom jiddivulgaw, bħala parti mir-rapport annwali tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw u għal kull pajjiż. Id-divulgazzjoni ta' din id-data hija intiża li tippermetti lill-investituri jagħmlu deċiżjonijiet aktar informati, ittejjeb il-governanza u r-responsabbiltà korporattiva u tikkontribwixxi għal-limitazzjoni tal-evażjoni tat-taxxa. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż. Għal emittenti attivi fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ ta' siġar f'foresti primarji, ir-rapport għandu jispeċifika wkoll il-proġett jew proġetti speċifiċi li għalihom ġew attribwiti dawk il-pagamenti, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) biex jipprovdu lis-soċjetà ċivili b'informazzjoni li biha l-gvernijiet tal-pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi jistgħu jinżammu responsabbli għar-riċevuti tagħhom mill-isfruttament tar-riżorsi naturali. L-inizjattiva hija wkoll kumplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni tal-UE FLEGT (Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ) u r-Regolament dwar l-Injam li jeħtieġ lin-negozjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex iżommu milli jkun hemm injam illegali dieħel fis-suq tal-Unjoni. Ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) F'bosta postijiet fid-dinja, ngħidu aħna fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-kunflitti armati huma marbutin mill-qrib mal-introjti li ġejjin mill-isfruttament illegali tal-minerali. It-tkissir ta' dik ir-rabta jgħin fit-tnaqqis tal-inċidenza u l-intensità tal-kunflitti. Soluzzjoni minnhom tista' tkun li l-emittenti tal-Unjoni Ewropea li l-fornimenti tagħhom tal-minerali ġejjin minn żoni miżgħudin bil-kunflitti, jew li qiegħdin fir-riskju li jsiru hekk, ikunu obbligati jagħmlu eżerċizzji ta' diliġenza dovuta ħalli jkun żgurat li l-ktajjen tal-forniment ma jkollhom l-ebda rabta mal-partijiet fil-kunflitt. Filwaqt li inizjattiva ta' dan it-tip ikollha tosserva fis-sħiħ l-interessi tal-istakeholders lokali, l-EITI kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi dwar id-diliġenza dovuta u l-ġestjoni responsabbli tal-ktajjen tal-forniment jistgħu jiswew ta' punti utli ta' riferiment. Sabiex tingħata stampa aħjar għal din is-soluzzjoni potenzjali, huwa importanti li l-fattibilità u l-impatt mistenni tat-tidħil ta' tali obbligu tkun investigata aktar fil-kuntest tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet

Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew tal-injam primarju, kif definiti fi […] biex iħejju, skont il-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku mill-anqas għal ħames snin. Il-pagamenti lill-gvernijiet għandhom jiġu rrappurtati f'livell konsolidat.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-emittenti kollha biex iħejju, skont il-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet u informazzjoni addizzjonali dwar l-attivitajiet finanzjarji tagħhom f'pajjiżi terzi fuq bażi annwali bħala parti mid-dikjarazzjonijiet finanzarji annwali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku. Il-pagamenti lill-gvernijiet għandhom jiġu rrappurtati f'livell konsolidat.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 6 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

 

"Artikolu 6a

 

Il-prinċipji għar-rappurtar dwar il-pagamenti lill-gvernijiet

 

Għall-finijiet ta' trasparenza u l-protezzjoni tal-investituri, l-Istati Membri jirrikjedu l-applikazzjoni tal-prinċipji li ġejjin għar-rappurtar tal-pagamenti lill-gvernijiet:

 

(a) Ir-rappurtar integrat: ir-rapport dwar il-pagamenti lill-gvernijiet jagħmel parti mir-rapport finanzjarju annwali u jkun f'format aċċessibbli u faċilment paragunabbli; b'mod partikoli, jippermetti li l-pagamenti jintrabtu mal-proġetti;

 

(b) il-materjalità: il-pagamenti jitqiesu materjali jekk kwalunkwe pagament wieħed jew sett ta' pagamenti tal-istess tip jammontaw għal aktar minn EUR 15 000;

 

(c) ir-rappurtar proġett bi proġett: ir-rappurtar għandu jsir fuq bażi ta' proġett bi proġett, b'kunsiderazzjoni tal-impatt lokali u reġjonali għall-iskop tad-definizzjoni ta' proġett; id-definizzjoni ta' proġett tinkludi kriterji bħalma huma l-liċenzja, il-kera, il-konċessjoni jew akkordju legali ieħor tal-istess tip;

 

(d) l-universalità: l-emittenti kollha jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' rrapurtar; ma ssir ebda eżenzjoni li jista' jkollha impatt distorsiv u tagħmilha possibbli li l-emittenti jisfruttaw xi rekwiżit laxk tat-trasparenza;

 

(e) komprensività: il-pagamenti u l-introjtu relevanti kollha mħallsa lill-gvernijiet jiġu rrapportati, inklużi l-ħlasijiet in natura, il-kostijiet tal-operat u l-pagamenti lil fornituri ta' ċerta portata tas-servizzi, inkluż il-għoti statali tas-servizzi;

 

(f) il-komparabilità: ir-rappurtar dwar il-pagamenti kollha lill-gvernijiet ikunu b'tali mod li jagħmluha possibbli li d-data fir-rigward ta' pajjiżi differenti jitqabblu faċilment.'.

PROĊEDURI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE

Referenzi

COM(2011)0683 – C7-0380/2011 – 2011/0307(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

1.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Fiona Hall

14.2.2012

Eżami fil-kumitat

14.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Corina Creţu, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Ivo Vajgl, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emer Costello, Enrique Guerrero Salom, Fiona Hall, Edvard Kožušník, Judith Sargentini, Horst Schnellhardt, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marisa Matias

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (21.6.2012)

għall-Kumitat tal-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE
(COM(2011)0683 – C7-0380/2011 – 2011/0307(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Helmut Scholz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta għal rieżami tad-Direttiva dwar it-Trasparenza (COM(683)2011) għandha skop ġenerali: "li tassigura livell għoli ta' fiduċja tal-investituri permezz ta' trasparenza ekwivalenti għall-emittenti u l-investituri ta' titoli fl-Unjoni Ewropea kollha".

Ir-rapporteur jixtieq jesprimi l-appoġġ tiegħu għal aspett wieħed maġġuri ta' din il-proposta leġiżlattiva, l-introduzzjoni tal-prinċipju ta' rekwiżiti addizzjonali dwar il-pagamenti magħmula mill-industriji estrattivi u mill-kumpaniji tal-industrija tal-qtugħ tas-siġar tal-UE lill-gvernijiet, anke f'pajjiżi terzi, meta joħorġu titoli fis-swieq kummerċjali tal-UE. Madankollu, ir-rapporteur ma jridx jillimita r-rekwiżit il-ġdid għal dawn iż-żewġ setturi, peress li din l-informazzjoni hija ta' relevanza għolja għall-investituri fis-setturi kollha.

Fil-livell tal-UE, il-premessa 14 tad-Direttiva dwar it-Trasparenza (2004/109/KE) diġà rrakkomandat lill-Istati Membri jħeġġu kumpaniji elenkati li l-attivitajiet prinċipali tagħhom huma relatati mal-industrija estrattiva biex jiżvelaw pagamenti lill-gvernijiet fir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom. Iżda, attwalment, din id-direttiva ma tagħmilx dan rekwiżit mandatorju. Għalhekk tali pagamenti magħmula lill-gvernijiet f'pajjiż speċifiku normalment ma jkunux żvelati. Iżda dawn iċ-ċifri huma prerekwiżit għal approċċ b'suċċess dwar governanza tajba fit-taxxi, kif ukoll għall-abilità tal-investituri u s-soċjetà ċivili biex iżommu bordijiet tal-kumpaniji u gvernijiet responsabbli.

Il-prinċipju "ippubblika dak li tħallas" huwa indispensabbli biex irawwem it-trasparenza u r-responsabilità soċjali korporattiva, jagħmel lill-gvernijiet responsabbli għall-użu tar-riżorsi tagħhom u jtejjeb il-governanza tajba fit-taxxi fil-pajjiżi terzi u jgħin l-iżvilupp ta' dawn il-pajjiżi. Ir-rapporteur għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jixtieq li l-investituri tal-UE jieħdu r-riedni f'idejhom rigward t-trasparenza u r-responsabilità soċjali korporattiva meta joperaw f'pajjiżi oħra. It-trasparenza rigward pagamenti lill-gvernijiet se tikkontribwixxi għal ġestjoni aħjar tad-dħul iġġenerat mill-użu tar-riżorsi ta' dawn il-pajjiżi, permezz tal-iskrutinju pubbliku. Mingħajr l-iskrutinju pubbliku, il-governanza faċilment tista' tintilef u tali dħul mir-riżorsi jista' jirriżulta f'faqar, korruzzjoni u kunflitt. Tali pagamenti jistgħu jinterferixxu serjament mal-prinċipji tal-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli u dan ikun ta' żvantaġġ għall-kumpaniji li jikkompetu b'mod ġust, partikolarment dawk elenkati fl-Istati Uniti wkoll.

L-industrija nnifisha rrikonoxxiet, permezz tal-EITI (Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi), li t-titjib tat-trasparenza u tar-responsabilità jikkontribwixxi għal governanza tajba u kompetizzjoni ġusta. L-EITI hija proġett globali mmexxi mill-pajjiż ospitanti li jippromwovi t-trasparenza tad-dħul, fil-livell tal-pajjiż. 35 pajjiż diġà mexjin sew bl-implimentazzjoni tal-EITI u 60 mill-ikbar kumpaniji taż-żejt, gass u tal-minjieri huma impenjati li jappoġġaw l-EITI. Din l-inizjattiva rċeviet ukoll l-appoġġ ta' aktar minn 80 istituzzjoni globali tal-investiment li kollettivament jamministraw aktar minn 16-il triljun dollaru Amerikan. Numru ta' gvernijiet, inklużi l-Kummissjoni Ewropea u organizzazzjonijiet internazzjonali jappoġġaw ukoll l-EITI. L-Istati Uniti daqt se tissieħeb mal-inizjattiva.

Attwalment m'hemm l-ebda azzjoni tal-gvern bħala rispons għall-EITI fl-UE. Il-proposta tal-KE hija, skont in-nota spjegattiva tagħha, "paragunabbli għall-Att ta' Dodd-Frank tal-Istati Uniti", adottat f'Lulju 2010 fl-Istati Uniti. L-Att dwar ir-Riforma ta' Wall Street u l-Ħarsien tal-Konsumatur ta' Dodd-Frank tal-2010 (fit-taqsima 1504 tiegħu ta' żewġ partiti, magħrufa wkoll bħala d-dispożizzjoni ta' Cardin-Lugar ) impona l-Kummissjoni dwar is-Sigurtajiet u l-Kambju tal-Istati Uniti (SEC) biex tadotta regoli għall-kumpaniji tal-industrija estrattiva (involuti fiż-żejt, gass u minerali) rreġistrati mas-SEC biex jirrappurtaw b'mod pubbliku l-pagamenti lill-gvernijiet. Sfortunatament, l-istadju finali tal-istabbiliment ta' dawn ir-regoli għadu ma ġiex konkluż. Wegħda simili saret fid-Dikjarazzjoni tas-Summit tal-G8 f'Deauville ta' Mejju 2011. Iżda dan għadu ma ġiex immaterjalizzat fil-liġijiet domestiċi tal-pajjiżi tal-G8.

Billi tieħu pożizzjoni ta' mexxejja f'din il-kwistjoni, l-Unjoni Ewropea se tħeġġeġ is-sħab ewlenin tagħna fil-G8 u bnadi oħra biex isegwu u jadottaw miżuri simili. Dan se jagħti lill-kumpaniji tal-UE immaġni ta' vantaġġ kbir meta joperaw barra mill-UE. Sa minn Ġunju 2010, Hong Kong diġà inforza regolamenti ġodda ta' rappurtar li jistabbilixxu rappurtar pajjiż b'pajjiż għall-kumpaniji taż-żejt u tal-minerali elenkati fil-Borża ta' Hong Kong.

F'dan id-dibattitu, il-Parlament Ewropew, f'diversi reżoluzzjonijiet, wera b'mod deċiżiv l-appoġġ tiegħu tar-rekwiżiti mandatorji ta' rappurtar għas-setturi estrattivi. Barra minn hekk, tali żvelar imsaħħaħ tar-rekwiżiti huwa kumplimentari għall-espansjoni tal-EITI fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni mingħajr ma jħalli impatt fuq ir-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi terzi, inkluż fil-kummerċ u l-investimenti relatati mal-industriji estrattivi. L-inizjattiva hija wkoll kumplimentari għall-pjan ta' azzjoni FLEGT tal-Unjoni Ewropea biex tiġġieled kontra l-qtugħ illegali tal-foresti primarji.

Għalhekk, f'din l-opinjoni, il-bidliet proposti mir-rapporteur għandhom l-għan li jżidu r-rekwiżiti ta' żvelar, b'paragun mal-proposta mill-Kummissjoni. Filwaqt li l-proposta attwali tagħti sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja lill-emittenti biex jiżvelaw tali pagamenti, l-Istati Uniti tagħti minn xahrejn sa tliet xhur lill-emittenti tal-Istati Uniti u erba' xhur lill-emittenti mhux tal-Istati Uniti. Dan għandu jiġi allinjat.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex tiġi pprovduta trasparenza akbar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lill-gvernijiet, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li għandhom attivitajiet fl-industriji estrattivi jew tal-qtugħ tal-injam primarju għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali l-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Ir-rapport għandu jinkludi tipi ta' pagamenti komparabbli għal dawk iddivulgati taħt l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) u jipprovdu lis-soċjetà ċivili b'informazzjoni sabiex iżommu lill-pajjiżi li għandhom ħafna riżorsi, responsabbli għar-riċevuti tagħhom mill-isfruttament tar-riżorsi naturali. L-inizjattiva hija wkoll kumplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni tal-UE FLEGT (Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ) u r-Regolament dwar l-Injam li jeħtieġ lin-negozjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex iżommu milli jkun hemm injam illegali dieħel fis-suq tal-UE. Ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(7) Sabiex tiġi pprovduta trasparenza akbar tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula lill-gvernijiet, l-emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat għandhom jiżvelaw f'rapport fuq bażi annwali l-pagamenti magħmula lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali fil-pajjiżi fejn joperaw u ċerta informazzjoni kuntestwali. L-għan ta' tali żvelar huwa li jippermetti lill-investituri jagħmlu deċiżjonijiet infurmati aħjar, b'hekk itejbu l-governanza korporattiva u r-responsabilità u jikkontribwixxu għal governanza tajba fil-qasam tat-tassazzjoni u t-tnaqqis tal-evażjoni tat-taxxa. Ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu effikaċi, jeħtieġ li r-rekwiżiti għall-pagamenti ta' rappurtar jinkludu pagamenti magħmula lill-awtoritajiet f'livell lokali jew reġjonali. Ir-rappurtar għandu jissodisfa d-domandi tal-investituri rigward ir-responsabilità. Huma għandhom ukoll jipprovdu ċ-ċifri meħtieġa biex jappoġġaw governanza tajba fil-qasam tat-taxxa u għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa. Huma għandhom ukoll jappoġġaw is-soċjetà ċivili sabiex il-gvernijiet rispettivi jinżammu responsabbli. L-obbligu l-ġdid ikun ta' valur għoli għall-investituri fis-setturi kollha u għalhekk m'għandux ikun limitat għall-industriji estrattivi u l-kumpaniji tal-qtugħ tas-siġar.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Għall-emittenti attivi fl-industrija estrattiva, l-agrikoltura, is-sajd, il-produzzjoni tal-enerġija fuq skala kbira, is-settur tal-kostruzzjoni jew l-industriji tal-qtugħ tal-foresti primarji, ir-rapport dwar il-pagamenti lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali għandu jinkludi informazzjoni, aktar dettaljata minn dik li normalment hija pprovduta rigward l-impriżi attivi f'setturi oħra tal-ekonomija, fuq bażi ta' proġett bi proġett sakemm il-pagamenti annwali totali relatati ma' proġett jaqbżu l-limitu tal-materjalità kif definit fil-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill¹. Tali rapporti għandhom jinkludu ċerta informazzjoni kuntestwali kif ukoll tipi ta' pagamenti paragunabbli għal dawk żvelati taħt l-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi (EITI) u jipprovdu lill-investituri u lis-soċjetà ċivili b'informazzjoni li tippermettilhom li jżommu lil bordijiet tal-kumpaniji u gvernijiet responsabbli għall-infiq u rċevuti relatati mal-użu ta' riżorsi naturali, inkluż art u stokkijiet tal-ħut, u għall-kuntratti u konċessjonijiet mogħtija. L-inizjattiva hija wkoll kumplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni FLEGT tal-UE (Infurzar tal-Liġi Forestali, Governanza u Kummerċ)² u r-Regolament dwar l-Injam³ li jobbligaw lill-operaturi li jikkumerċjalizzaw prodotti tal-injam jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex jevitaw li fis-suq tal-Unjoni jidħol injam illegali.

 

______________

 

¹ Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali: proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, (COM(2011)684 finali)

 

² Kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1).

 

³ Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 995/2010 tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23). Il-kumpaniji li jimpurtaw prodotti tal-injam taħt ftehimiet volontarji tal-UE ser ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Ġustifikazzjoni

In order to be effective, requirements for payments reporting must include payments made to authorities on the local or regional level. Reporting shall satisfy investors' demands regarding accountability. They shall also supply the figures needed to support good governance in the tax area and for the prevention of tax evasion and support civil society in holding their respective governments accountable. While the Commission proposal addresses the specific sectors of extractive industry and logging as the sectors historically involving the most controversial projects, the scope has been updated to include current day problems such as land grabbing in the agriculture sector and payments related to fisheries, to large scale energy production projects and to contracts in the construction sector.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – punt 5

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew tal-injam primarju, kif definiti fi […] biex iħejju, skont il-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas sitt xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku mill-anqas għal ħames snin. Il-pagamenti lill-gvernijiet għandhom jiġu rrappurtati f'livell konsolidat.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-emittenti biex iħejju, skont il-Kapitolu 9 tad-Direttiva 2011/../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*), rapport dwar il-pagamenti magħmula lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali fuq bażi annwali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas erba' xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u għandu jibqa' disponibbli għall-pubbliku mill-anqas għal għaxar snin. Il-pagamenti lill-gvernijiet għandhom jiġu rrappurtati f'livell konsolidat.

Imħassar

L-obbligu li jiġu ppubblikati pagamenti magħmula lill-gvernijiet u informazzjoni addizzjonali relatata m'għandux ikun limitat għall-industriji estrattivi u tal-qtugħ tas-siġar, peress li din l-informazzjoni hija rilevanti għall-investituri fi kwalunkwe settur. Ir-rappurtar għandu jinkludi wkoll pagamenti taħt il-livell tal-gvern ċentrali. Ir-rapport għandu jsir pubbliku mill-anqas erba' xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja u b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti rispettiva. L-informazzjoni għandha tibqa' disponibbli għat-tul normali ta' għaxar snin.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Rieżami

 

Il-Kummissjoni [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], għandha tevalwa l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari dwar l-elementi li ġejjin:

 

– l-implimentazzjoni tas-sistema tad-dikjarazzjoni tal-pagamenti mħallsa lill-gvernijiet;

 

– il-possibbiltà li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu estiżi għall-emittenti kollha li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozjar, irrispettivament mis-settur ta' attività tagħhom;

 

– l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet.

 

Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

IL-PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE

Referenzi

COM(2011)0683 – C7-0380/2011 – 2011/0307(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.12.2011

Relatur

Data tal-ħatra

Helmut Scholz

25.1.2012

Eżami fil-kumitat

26.3.2012

29.5.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, John Attard-Montalto, Maria Badia i Cutchet, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, George Sabin Cutaş, Syed Kamall, Elisabeth Köstinger, Marietje Schaake, Konrad Szymański

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Castex, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg