RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti
1.10.2012 - (COM(2011)0798 – C7‑0431/2011 – 2011/0364(COD)) - ***I
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Maria do Céu Patrão Neves
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti
(COM(2011)0798 – C7‑0431/2011 – 2011/0364(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0798),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0431/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7‑0295/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(2) Il-ħut li jappartjeni għall-grupp tassonomiku Elasmobranchii, inklużi l-klieb il-baħar, ir-rebekkini u r-raj ġeneralment huma vulnerabbli ħafna għas-sajd eċċessiv minħabba l-karatteristiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom billi jikbru bil-mod, jimmaturaw tard, u jkollhom għadd żgħir ta' friegħ. Fis-snin riċenti, xi popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar kienu ħafna fil-mira u kienu mhedda serjament speċjalment minħabba ż-żieda drammatika fid-domanda għall-prodotti tal-klieb il-baħar, speċjalment ix-xewk. |
(2) Il-ħut li jappartjeni għall-grupp tassonomiku Elasmobranchii, inklużi l-klieb il-baħar, ir-rebekkini u r-raj ġeneralment huma vulnerabbli ħafna għas-sajd eċċessiv minħabba l-karatteristiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom billi jikbru bil-mod, jimmaturaw tard, u jkollhom għadd żgħir ta' frieħ, minkejja li l-produttività bijoloġika mhijiex l-istess għall-ispeċijiet kollha. Ġeneralment, fis-snin reċenti, xi popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar kienu ħafna fil-mira anki minn bastimenti li jtajru bandiera tal-UE li joperaw f'ilmijiet tal-UE u mhux tal-UE, u kienu mhedda serjament speċjalment minħabba ż-żieda drammatika fid-domanda għall-prodotti tal-klieb il-baħar, speċjalment ix-xewk. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
The generalization presented in this recital is not acceptable in terms of the scientific accuracy which is necessary for introduction of additional protection and conservation measures. This kind of generalization generates misunderstandings mainly when a large variety of species are put together: "Elasmobranchii, including sharks, skates and rays". Just within the almost 400 species of sharks there is a wide range of biological productivity. | ||||||||||||||||
Generalizations leading to ambiguities continue also in the second paragraph where it is written that "some shark populations have been severely targeted and put under serious threat as a result of a dramatic increase in demand for shark products, fins in particular". The shark populations under serious threat are not identified nor are the fleets responsible for that situation clearly mentioned. This regulation applies only to the vessels in maritime waters under the sovereignty or jurisdiction of Member States and to vessels flying the flag or registered in Member States in other maritime waters. | ||||||||||||||||
EU nations combined catch the second-largest share of sharks globally – 17% of the world's reported shark catches in 2009, according to the Food and Agriculture Organization of the United Nations (FAO). These catches are mainly realized by Spanish and Portuguese fleets operating in the Atlantic Oceana, Pacific Ocean and Indian Ocean. | ||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(2a) Ix-xewk tal-klieb il-baħar ma jikkostitwixxux ingredjent tradizzjonali tad-dieta Ewropea, iżda l-klieb il-baħar jikkostitwixxu element neċessarju tal-ekosistema tal-baħar eżistenti fl-Unjoni; għaldaqstant, il-ġestjoni u l-konservazzjoni tagħhom, kif ukoll, ġeneralment, il-promozzjoni ta' settur tas-sajd immexxi b'mod sostenibbli għall-ġid tal-ambjent u tan-nies li jaħdmu fis-settur, għandhom ikunu l-prijorità. | |||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 2b (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(2b) L-għarfien xjentifiku attwali, ibbażat fuq l-eżami tar-rati ta' qbid tal-klieb il-baħar, jindika ġeneralment li l-ħafna stokkijiet ta' klieb il-baħar huma mhedda serjament, minkejja li s-sitwazzjoni mhijiex l-istess għall-ispeċijiet kollha jew anki għall-istess speċi f'żoni marittimi differenti. Skont l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN), aktar minn 25 % tal-ispeċijiet kollha ta' klieb il-baħar pelaġiċi, li minnhom 'il fuq minn 50 % huma klieb il-baħar pelaġiċi oċeaniċi kbar, jinsabu mhedda. F'dan l-aħħar snin, il-qbid, iż-żamma, it-trasbord, jew l-iżbark ta' għadd dejjem akbar ta' speċijiet ta' klieb il-baħar kien ipprojbit skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fil-qafas tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd, inklużi l-klieb il-baħar li x-xewka tagħhom hija prezzjuża ħafna fil-kummerċ. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
L-emenda proposta tissejjes fuq il-ġustifikazzjoni tal-emenda 1. | ||||||||||||||||
Għal deċennji sħaħ, il-klieb il-baħar ilhom jinqabdu bħala speċi li tiġi mistada speċifikament u/jew bħala qbid inċidentali mill-flotta tal-UE mingħajr limiti fuq il-qabdiet għall-maġġoranza tal-ispeċijiet. Attivitajiet tas-sajd fit-tul u mhux regolati bħal dawn wasslu għal tnaqqis sever f'ħafna popolazzjonijiet. Iċ-ċifri msemmija huma meħuda minn Dulvy et al., 2008, Aquat. Conserv. 18, 459-482 (IUCN Shark Specialist Group http://www.iucnssg.org/) | ||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 2c (ġdida) | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
|
(2c) Il-ħuta kaħla (Priconace glauca) u l-pixxitondu (Isuras oxyrinchus), ikklassifikati mill-IUCN bħala "kważi mhedda" u "vulnerabbli" rispettivament, huma bħalissa l-ispeċijiet predominanti li qed jinqabdu mill-flotta Ewropea, u l-ħuta kaħla tgħodd madwar 70 % tat-total rappurtat ta' klieb il-baħar żbarkati. Speċijiet oħra, madankollu, li jinkludu l-kurazza u l-Carcharhinus falciformis, huma wkoll soġġetti għall-qbid kemm fl-ilmijiet tal-UE u kemm f'ilmijiet mhux tal-UE u jikkontribwixxu għall-vijabilità ekonomika tas-sajd. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Blue shark, classified as near threatened by IUCN, and shortfin mako, classified as vulnerable under IUCN, are currently the predominant species in EU shark fisheries but this fishing pattern could evolve anytime. The EU fleet is operating in all oceans worldwide, in fishing grounds where other shark species are captured, such as silky sharks, classified as near threatened by IUCN, hammerhead sharks, classified as endangered by IUCN and where it is known that data collection and reporting are lacking. Along with blue shark and shortfin mako shark fins, those of hammerhead, and silky shark fins, are most valued in the global shark fin market. Limiting the reference in the regulation to one species does not do justice to the greater objective of this regulation. Based on latest available reported catch data (FAO 2010), blue shark corresponds to circa 70% of the total EU shark catch. | ||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 jippermetti lill-Istati Membri biex joħorġu permessi speċjali għas-sajd li jippermettu l-ipproċessar abbord, meta x-xewka tal-klieb il-baħar tista' titneħħa minn ġisimhom. Sabiex ikun żgurat li l-piż tax-xewka jkun jikkorrispondi għall-ġisem tal-ħuta, għandu jkun stabbilit proporzjon "xewka mal-karkassa", madankollu, wara operazzjonijiet ta' pproċessar, ix-xewk u l-kumplament tal-ħut jistgħu jitniżżlu l-art f'portijiet differenti. F'dawn il-każijiet, l-użu tal-proporzjoni ma jibqax effettiv u jagħti lok biex tokkorri t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-ġbir tad-dejta, pereżempju: l-identifikazzjoni tal-ispeċijiet, l-istruttura tal-popolazzjonijiet, il-bażi ta' konsulenza xjentifika għall-istabbiliment ta' miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd, hija mxekkla. |
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 jippermetti lill-Istati Membri biex joħorġu permessi speċjali għas-sajd li jippermettu l-ipproċessar abbord, meta x-xewka tal-klieb il-baħar tista' titneħħa minn ġisimhom. Sabiex ikun żgurat li l-piż tax-xewka jkun jikkorrispondi għall-ġisem tal-ħuta, għandu jkun stabbilit proporzjon "xewka mal-karkassa". Hemm diffikultajiet serji ta' kontroll u infurzar meta tintuża s-sistemi ta' proporzjon 'xewka mal-karkassa'. Tali sistemi ma jeliminawx il-prattika tas-selezzjoni kwalitattiva (high-grading) u, minħabba d-differenzi fit-tekniki ta' kif tinqata' x-xewka u l-varjabilità tad-daqs u l-piż tax-xewka ta' speċijiet differenti ta' klieb il-baħar, jistgħu jippermettu li t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar isseħħ mingħajr ma l-azzjoni tiġi magħrufa li twettqet. Wara operazzjonijiet ta' pproċessar, ix-xewk u l-kumplament tal-ħut jistgħu jitniżżlu l-art f'portijiet differenti. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-ġbir tad-data, pereżempju l-identifikazzjoni tal-ispeċijiet, l-istruttura tal-popolazzjonijiet, il-bażi ta' konsulenza xjentifika għall-istabbiliment ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tas-sajd, huwa mxekkel. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Hemm diffikultajiet ta' kontroll u infurzar assoċjati mal-użu tal-proporzjon tax-xewka mal-karkassa li jeħtieġ li jiġu enfasizzati peress li l-iżbarki simultanji fl-istess port ma jsolvuhomx. | ||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 4 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(4) Fl-1999, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti adottat il-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar, li kien il-bażi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2009 dwar Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità Ewropea għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar fejn l-Unjoni impenjat ruħha li tadotta l-miżuri neċessarji kollha għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u biex timminimizza l-iskart u r-rimi minn qabdiet tal-klieb il-baħar. Il-Kunsill approva l-approċċ kumplessiv u objettivi speċifiċi tal-Unjoni kif stabbiliti f'dik il-Komunikazzjoni. |
(4) Fl-1999, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti adottat il-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar, li kien il-bażi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2009 dwar Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità Ewropea għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar fejn l-Unjoni impenjat ruħha li tadotta l-miżuri neċessarji kollha għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u biex timminimizza l-iskart u r-rimi minn qabdiet tal-klieb il-baħar. Il-Kunsill approva l-approċċ kumplessiv u objettivi speċifiċi tal-Unjoni kif stabbiliti f'dik il-Komunikazzjoni u ħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-kwestjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar u tippreżenta, malajr kemm jista' jkun, emendi għar-Regolament (KE) Nru 1185/2003, b'mod partikolari dwar id-derogi u l-modalitajiet tiegħu. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jagħmlu referenza espliċita għar-Regolament Nru 1185/2003 u għall-ħtieġa li jiġu modifikati d-derogi għall-projbizzjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar li hemm fih. | ||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6 | ||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||
(6) L-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd qegħdin jindirizzaw dejjem iktar din il-kwistjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar u l-korpi xjentifiċi tagħhom qed jagħtu preferenza għat-tniżżil ta' klieb il-baħar li jkollhom ix-xewka mwaħħla b'mod naturali mal-kumplament ta' ġisimhom. |
(6) L-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd qegħdin jindirizzaw dejjem iktar din il-kwistjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar u l-korpi xjentifiċi tagħhom qed jagħtu preferenza għat-tniżżil ta' klieb il-baħar li jkollhom ix-xewka mwaħħla b'mod naturali mal-kumplament ta' ġisimhom, u jinnotaw li dan huwa l-aħjar mod li jimpedixxi t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar, u se jiffaċilita l-ġbir tad-data li hemm bżonn għall-valutazzjonijiet tal-istokkijiet. Ir-riżoluzzjonijiet annwali dwar is-sajd sostenibbli maħruġa mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mill-2007 'l hawn, il-Politika Globali kontra t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar tal-2008 tal-IUCN u l-laqgħa tal-2010 tal-Konferenza għar-Rieżami tal-Ftehim dwar l-Istokkijiet tal-Ħut talbu lin-nazzjonijiet jieħdu miżuri biex jirrikjedu li l-klieb il-baħar kollha jiġu żbarkati bix-xewka tagħhom għadha mqabbda b'mod naturali. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
There is a growing international momentum towards the use of 'fins naturally attached' policies to enforce finning bans. US fisheries, and most recently 8 Central American countries (Belize, Costa Rica, Dominican Republic, El Salvador, Guatemala, Honduras, Nicaragua and Panama) have adopted a fins naturally attached policy. In addition, Taiwan, often accused of shark finning, has recently banned finning and is in the process to shifting from a fin to carcass ratio limit to a mandate that fins remain attached. Adopting such a policy in the EU, as well as taking the EU from lagging to leading, would allow the EU to join those advocating for similar measures in RFMOs and other international fora. | ||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 2 – punt 3 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Ħadna t-test mill-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 u bdilnieh skont iż-żewġ għażliet ewlenin ta' dan ir-rappot, kif inqal hawn fuq, biex jissaħħaħ il-kontroll u jonqos l-ambitu tad-deroga attwali. | ||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Il-modi differenti ta' pproċessar tax-xewk għandhom riperkussjonijiet differenti għall-ħżin abbord. It-tneħħija kompluta tax-xewk mill-karkassi tista' tagħti lok li jintrebaħ aktar spazju abbord, tiffranka s-sigħat ta' xogħol kif ukoll l-karburant billi l-bastimenti jkollhom awtonomija itwal fuq il-baħar. | ||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
EU shark catches are often unreported or misreported (for instance, recorded under a different species name or under a general category name, such as "sharks"). Poor species-specific catch statistics hamper shark population assessments and fishery management. Control Regulation (EC 1224/2009), and Regulation (EU 404/2011) laying down detailed rules for the control regulation, provide specific reporting requirements for fishing catch and effort in the EU, as well as requirements for inspections and sanctions. This amendment brings this Regulation into line with those existing requirements and further enhances the accessibility of information to scientists, decision-makers, industry, and public in order to improve conservation and management of shark populations. | ||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 6 – paragrafu 1 – inċiż 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Biex ikun hemm stampa eżawrjenti tal-applikazzjoni korretta tar-Regolament attwali mill-Istati Membri hu importanti li jkun hemm informazzjoni preċiża dwar il-kontrolli li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti. | ||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 6 – paragrafu 1 – inċiż 3 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
EU shark catches are often unreported or misreported (for instance, recorded under a different species name or under a general category name, such as "sharks"). Poor species-specific catch statistics hamper shark population assessments and fishery management. Control Regulation (EC 1224/2009), and Regulation (EU 404/2011) laying down detailed rules for the control regulation, provide specific reporting requirements for fishing catch and effort in the EU, as well as requirements for inspections and sanctions. This amendment brings this Regulation into line with those existing requirements and further enhances the accessibility of information to scientists, decision-makers, industry, and public in order to improve conservation and management of shark populations. | ||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 6 – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid) | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
EU shark catches are often unreported or misreported (for instance, recorded under a different species name or under a general category name, such as "sharks"). Poor species-specific catch statistics hamper shark population assessments and fishery management. Control Regulation (EC 1224/2009), and Regulation (EU 404/2011) laying down detailed rules for the control regulation, provide specific reporting requirements for fishing catch and effort in the EU, as well as requirements for inspections and sanctions. This amendment brings this Regulation into line with those existing requirements and further enhances the accessibility of information to scientists, decision-makers, industry, and public in order to improve conservation and management of shark populations. |
- [1] ĠU C, 181, 21.6.2012, p. 195.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti u l-proposta preżenti għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti jittrattaw it-tnejn li huma l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra prattika magħrufa komunement bħala t-"tneħħija tax-xewka". Din il-prattika tinvolvi, appuntu, it-tneħħija tax-xewka minn klieb il-baħar pelaġiċi, u l-kumplament tal-partijiet tal-ġisem tal-annimal jintrema l-baħar.
Din il-prattika mhijiex aċċettabbli kemm mill-aspett ambjentali – għaliex tipperikola s-sostenibilità ta' ċerti speċijiet ta' kelb il-baħar soġġetti għal din il-prattika, kif ukoll mill-aspett soċjali u ekonomiku, għaliex timplika t-telf ta' sors ta' ikel b'valur kummerċjali – kif ukoll mill-aspett morali – peress li tinvolvi att li jixhed nuqqas ta' rispett totali għall-ħajja tal-annimal. Għalhekk hu xieraq li din tiġi rrifjutata inekwivokabbilment u li jittieħdu l-miżuri adegwati intiżi li jiggarantixxu l-projbizzjoni tagħha fl-ibħra Ewropej u fil-flotta Komunitarja.
Huwa f'dan il-kuntest, u bil-għan speċifiku ta' prevenzjoni ta' din il-prattika, li l-Kunsill adotta, fis-26 ta' Ġunju 2003, ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003, li jipprojbixxi t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti, kif ukoll iż-żamma tagħha abbord, it-trasbord jew l-ħatt tagħha fuq l-art (Artikolu 3(1)). Dan ir-Regolament jipprevedi deroga (Artikolu 4), iżda mhux għall-prattika tat-tneħħija tax-xewka, li hija assolutament ipprojbita, iżda għat-tneħħija tax-xewka fuq il-bastimenti f'sitwazzjonijiet estremament speċifiċi, b'permessi speċjali għas-sajd. F'dan is-sens il-prattika tat-tneħħija tax-xewka diġà hija pprojbita fl-ilmijiet Ewropej u għall-flotta Ewropea u ilha mill-2003.
Skont ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-operat tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti COM(2005)700 tat-23 ta' Diċembru 2005, kif ukoll skont ir-rapport ta' inizjattiva tal-Kumitat għas-sajd tal-Parlament Ewropew (INI/2054/2006) din il-prattika ma għadhiex teżisti fl-Unjoni Ewropea.
Minkejja n-nuqqas ta' provi li juru l-eżistenza tat-tneħħija tax-xewka pprattikata mill-flotta Ewropea, il-Kummissjoni ddeċidiet tippreżenta proposta (COM(2011)798) maħsuba biex jitħassar l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1185/2003, ossija d-deroga mill-projbizzjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb tal-baħar abbord il-bastimenti Komunitarji, li kif diġà semmejna, hi awtorizzata bħalissa sakemm dawn jinħarġulhom permessi speċjali għas-sajd, irregolati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament.
Bis-saħħa tat-tmiem tad-deroga, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li teqred il-prattika orribbli tat-tneħħija tax-xewka u tipproteġi aħjar lill-klieb il-baħar (Maria Damanaki, stqarrija uffiċjali għall-istampa IP/11/1384), avolja ta' min jisħaq fuq li l-fatt li l-Kummissjoni ma ressqet l-ebda prova li l-flotta Komunitarja qed twettaq din il-prattika. Skont il-proposta tagħha, il-Kummissjoni għandha wkoll l-għan li tiġbor id-data li fuqha tissejjes il-konsultazzjoni xjentifika u li tippromwovi l-ġestjoni soda u l-konservazzjoni tal-istokkijiet. Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika, bejn il-15 ta' Novembru 2010 u l-21 ta' Frar 2011, li wasslet għall-proposta attwali tal-Kummissjoni COM(2011)798, bil-għan li temenda r-Regolament (KE) Nru 1185/2003.
Dawn il-fatti jistħoqqilhom dawn l-osservazzjonijiet:
– M'hemm l-ebda data li turi li t-tneħħija tax-xewka hija pprattikata fl-ibħra Ewropej u/jew mill-flotta Ewropea, u l-proposta tal-Kummissjoni, għaldaqstant, tikkuntradixxi l-prinċipju li hija ssostni li ssegwi, partikolarment fil-proċess attwali tar-riforma tal-politika komuni tas-sajd, jiġifieri li tieħu azzjoni politika abbażi ta' data xjentifika;
– In-nuqqas ta' data li l-Kummissjoni tista' tqis suffiċjenti biex tiggarantixxi li t-tneħħija tax-xewka mhijiex ipprattikata għandha sservi ta' motivazzjoni biex tinkiseb aktar data u mhux biex tilleġifera mingħajr data jew, wisq anqas, biex tilleġifera preċiżament minħabba li m'hemmx data. Dan it-tidwir bil-maqlub tal-proċedura adegwata kif sostnuta mill-Kummissjoni joħloq preċedent gravi għall-ġejjieni, speċjalment bil-ħsieb tat-tibdiliet komprensivi li għandhom jirriżultaw mill-proċess tar-riforma tal-politika komuni tas-sajd;
– Il-proposta tal-Kummissjoni hija bbażata, għaldaqstant, fuq prinċipji li mhumiex xjentifiċi u l-aktar fuq rakkomandazzjonijiet internazzjonali u konsultazzjoni pubblika;
– Madankollu, meta l-organizzazzjonijiet internazzjonali jitkellmu dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar, huma jitkellmu b'mod ġeneriku, filwaqt li jiddeploraw il-prattika tagħha fid-dinja. Huwa fatt li t-tneħħija tax-xewka għadha qed isseħħ iżda mhux speċifikament fl-ibħra Ewropej u/jew mill-flotta Ewropea, fejn jitkellmu biss dwar suspetti;
– Il-konsultazzjoni pubblika hija indikatur importanti għall-formulazzjoni tal-politiki iżda żgur li m'għandhiex tkun hi li tiddeterminahom għax dan ikun ifisser l-abbandun tar-responsabilità lejn l-azzjoni politika; barra minn hekk, il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni kkritrika l-valutazzjoni tal-impatt talli ma qiesx il-firxa wiesgħa ta' għażliet, bħat-tisħiħ tal-attivitajiet ta' kontroll. Il-Kummissjoni ma wettqet l-ebda valutazzjoni sostanzjali tal-impatti possibbli għal din l-għażla;
– Oltre dan, fil-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni ma ppruvatx tagħmel valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti soċjoekonomiċi tal-għażliet politiċi proposti fuq l-industrija tas-sajd bil-konzijiet fil-wiċċ, li jirrappreżenta l-aktar settur ikkonċernat mir-Regolament (li hija r-responsabilità tal-Kummissjoni, u jonora wkoll l-impenn li jitqiesu dejjem il-fatturi ambjentali, soċjali u ekonomiċi fis-settur tas-sajd). Il-Kummissjoni tiġġustifika l-valutazzjoni purament kwalitattiva tagħha billi tagħmel riferiment għan-nuqqasijiet ta' data disponibbli u n-natura mħallta ta' bosta tipi ta' sajd tal-kelb il-baħar, u dan jagħmilha diffiċli li ssir valutazzjoni kwantitattiva sinifikattiva. Ġew espliċitament ippreżentati analiżijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji fil-valutazzjoni tal-impatt, iżda l-kunsiderazzjonijiet tal-kostijiet u tal-benefiċċji jissemmew fid-diskussjoni tal-impatti ta' hawn fuq.
Fid-dawl ta' dak li nqal hawn fuq, jiġifieri li (1) ma teżisti l-ebda prova li l-prattika tat-tneħħija tax-xewka qiegħda sseħħ mill-flotta Ewropea, (2) u li l-proposta tal-Kummissjoni tagħmel ħafna ħsara lill-flotta Ewropea li tistad il-kelb il-baħar, nipproponi li l-problema reali li għandha quddiemna tiġi ttrattata, li mhijiex il-prattika tat-tneħħija tax-xewka iżda l-kontroll tal-projbizzjoni tat-tneħħija tax-xewka, bil-għan li neliminaw kull suspett. Għaldaqstant nipproponi:
– l-obbligu ta' trasbord u ta' żbark tax-xewk u tal-karkassi dejjem flimkien fl-istess port;
– fil-każ li l-awtoritajiet lokali ma jistgħux jiżguraw kontroll xieraq, l-ingaġġ, min-naħa tal-patruni tal-bastimenti, ta' korp indipendenti biex iwettaq il-kontroll;
– l-abolizzjoni tal-permessi speċjali għas-sajd għall-bastimenti li jaħżnu l-ħut mhux iffriżat;
– l-għoti ta' permessi speċjali għas-sajd għall-bastimenti li jiffriżaw il-ħut bl-implimentazzjoni ta' sistema li tagħmel possibbli li ssir korrispondenza bejn ix-xewk u l-karkassi żbarkati.
Objettiv ieħor tal-proposta tal-Kummissjoni kien li jiġi ffaċilitat il-ġbir tad-data li fuqha tissejjes il-konsulenza xjentifika u dan ma jista' jintlaħaq qatt mingħajr il-kollaborazzjoni tas-sidien tal-bastimenti, u l-promozzjoni tal-ġestjoni soda u l-konservazzjoni tal-istokkijiet. Għaldaqstant nipproponi:
– l-obbligu għas-sidien tal-bastimenti li jirrapportaw l-għadd totali u l-piż stmat totali tal-eżemplari miżmuma minn speċijiet tal-klieb il-baħar;
– it-teħid ta' kampjuni minnhom stess u r-rapportar tal-qabdiet tagħhom ta' klieb il-baħar skont l-ispeċi.
Din l-informazzjoni tagħmel possibbli valutazzjoni soda tal-istokkijiet u tagħti miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni li jkunu effikaċi u xjentifikament korroborati fir-rigward tal-klieb il-baħar.
Il-proposti ġenerali mressqa hawn għandhom il-vantaġġ li jittrattaw pożittivament żewġ preokkupazzjonijiet tal-Kummissjoni: il-garanzija tal-konformità mal-projbizzjoni tal-prattika tat-tneħħija tax-xewka, u l-ġbir ta' data xjentifika għal ġestjoni soda; kif anki t-tħassib tas-settur: l-interessi ekonomiċi u soċjali leġittimi; u tal-NGOs: il-protezzjoni tal-istokkijiet ta' klieb il-baħar.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (27.4.2012)
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti
(COM(2011)0798 – C7-0431/2011 – 2011/0364(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Andrea Zanoni
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta tal-Kummissjoni
Il-prattika ħażina tal-'finning', jew it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti biex wara l-iġsma tagħhom jintremew fil-baħar, hi uffiċjalment ipprojbita fl-Unjoni Ewropea sa mill-2003 bir-Regolament (KE) Nru 1185/2003.
Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibilità li jsiru derogi biex jingħataw "permessi speċjali", eċċezzjonijiet li saru r-regola partikolarment għal żewġ Stati Membri, Spanja u l-Portugall.
Is-sistema kumplikata biex tingħata awtorizzazzjoni għat-tneħħija tax-xewka abbord ta' bastimenti fil-limitu tal-proporzjon ta' 5 % bejn il-piż tax-xewka u l-karkassa, fil-fatt, għamlitha impossibbli li jsiru kontrolli effettivi. Infatti hu ferm diffiċli li jiġi verifikat dan il-proporzjon (il-piż tal-karkassa jvarja, skont jekk din tkunx imnaddfa jew le), partikolarment jekk ix-xewka u l-karkassa jinħattu f'portijiet differenti.
Kif dikjarat b'mod unanimu mill-opinjoni xjentifika, biex jitwaqqaf il-'finning', jeħtieġ li jkun hemm l-obbligu li x-xewka ma titneħħiex minn mal-ġisem qabel ma tinħatt.
Fid-dawl ta' dan u bi qbil mal-obbligi meħuda fuq livell tal-FAO, fl-2009 l-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni dwar pjan ta' azzjoni tal-Komunità għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar, li minnha ħarġet din il-proposta li timmodifika r-Regolament (KE) Nru 1185/2003 filwaqt li telimina kull deroga li hemm bħalissa.
Suq ta' speċijiet vulnerabbli
Il-ħut li jappartjeni għall-grupp tassonomiku Elasmobranchii, inklużi l-klieb il-baħar, ir-rebekkini u r-raj, għandhom karatteristiċi bijoloġiċi speċifiċi li jagħmilhom partikolarment vulnerabbli għal sajd mhux regolamentat u intensiv. Il-potenzjal riproduttiv tagħhom hu baxx u l-kapaċità tagħhom li jkattru r-razza u jirkupraw il-popolazzjoni hi baxxa minħabba li jilħqu l-maturità sesswali tagħhom pjuttost tard: pereżempju, il-kelb il-baħar Mako maskili jilħaq il-maturità sesswali ta' 7/9 snin u l-ispeċi femminili ta' 19/21 sena; barra minn hekk din l-ispeċi tirriproduċi biss kull tliet snin u t-tqala ddum madwar 15/18-il xahar, u dan iwassal għal prokreazzjoni ta' numru limitat ta' frieħ.
L-ispeċijiet li huma l-aktar suġġetti għas-sajd huma l-Verdesca (Prionace glauca) imsejħa wkoll ħuta kaħlija li tammonta għal 80 % tas-sajd Ewropew u l-Mako (Isurus oxirinchus) li tammonta għal madwar 10 %. L-IUCN tqis il-kelb il-baħar Mako bħala speċi vulnerabbli u l-Verdesca hi mhedda globalment u "vulnerabbli" fil-Mediterran.
Quddiem it-tnaqqis fl-istokk ta' dawn l-ispeċijiet, l-Istati Unit, 8 pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, it-Tajwan, il-Ġermanja u r-Renju Unit diġà ddeċidew li ma jippermettux aktar it-tneħħija tax-xewka tal-kelb abbord ta' bastimenti tas-sajd.
L-Ewropa tinsab fit-tieni post fuq livell globali għall-għadd ta' qbid ta' klieb il-baħar: skont l-informazzjoni maħruġa mill-Fishstat tal-FAO, l-Istati Membri tal-UE ddikjaraw li fl-2009 ħattew 111 916-il tunnellata ta' raj u klieb il-baħar, ekwivalenti għal 16 % ta' dak kollu li jitniżżel l-art globalment.
L-Unjoni Ewropea hi wieħed mill-akbar esportaturi tax-xewka tal-kelb il-baħar lejn is-swieq ta' Ħong Kong u ċ-Ċina u dan il-kummerċ hu wieħed mill-aktar setturi tas-sajd li jrendi: ix-xewka hi, infatti, l-ingredjent bażiku tas-"soppa ċiniża" li hi mfittxija sew.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur għal opinjoni
Ir-Rapporteur jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni. Il-metodu tax-xewka mwaħħla b'mod naturali hu l-uniku mod validu biex jiġi limitat il-'finning' u jkun garantit il-kontroll sempliċi, effikaċi u mingħajr piż żejjed għall-Istati Membri fir-rispett tar-Regolament attwali. L-emendi mressqa għandhom għalhekk l-għan li jiċċaraw u jsaħħu t-test.
B'mod partikolari, hu importanti li tiġi żgurata l-estensjoni tal-ispezzjonijiet biex ikopru l-għan kollu tar-Regolament, u li dan jiġi applikat mhux biss għal bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera tal-Istati Membri, imma anke għal bastimenti tas-sajd fl-ibħra tal-Unjoni. Pereżempju huma wisq frekwenti l-każijiet fejn bastimenti tas-sajd bil-konz Ġappuniżi jniżżlu l-art ix-xewka tal-klieb il-baħar fil-port ta' Vigo, fil-Galizja.
Minħabba nuqqas ta' informazzjoni u ta' dejta xjentifika għal dawn l-ispeċijiet, l-Istati Membri għandhom, fir-rapporti annwali tagħhom lill-Kummissjoni, jgħaddu informazzjoni aktar dettaljata dwar il-klieb il-baħar li jitniżżlu l-art, u din għandu jkun fiha l-identifikazzjoni tal-ispeċi maqbuda, il-kwantità, il-piż totali għal kull speċi u ż-żona ta' sajd tagħhom, b'mod li tinħoloq bażi tad-dejta xjentifikament affidabbli li hi meħtieġa biex isiru miżuri li jimplimentaw il-pjan ta' azzjoni tal-Komunità għall-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-klieb il-baħar.
Jeħtieġ barra minn hekk li tiġi ssorveljata aktar il-kwalità tal-kontrolli li qed isiru, b'mod li l-Kummissjoni jkollha informazzjoni aktar preċiża u kompleta dwar l-ispezzjonijiet u s-sanzjonijiet li qed jiġu applikati fid-diversi Stati Membri.
Hu xieraq li jiġi ċċarat ukoll fit-test tar-Regolament l-obbligu għal kull bastiment tas-sajd li jniżżel l-art il-klieb il-baħar bix-xewka tagħhom imwaħħla b'mod naturali magħhom, informazzjoni li attwalment hi biss implikata fit-test.
Fl-aħħar nett jixtieq ifakkar fil-kunsens politiku qawwi mill-maġġoranza tad-deputati tal-Parlament Ewropew fid-dikjarazzjoni bil-miktub tas-16 ta' Diċembru 2010, li fiha l-Kummissjoni ġiet mitluba tipprojbixxi kompletament it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar. B'din il-proposta l-Eżekuttiv tal-UE segwa konkretament din it-talba meħtieġa: issa l-Parlament ma jistax ħlief jappoġġjaha b'mod sħiħ.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(2) Il-ħut li jappartjeni għall-grupp tassonomiku Elasmobranchii, inklużi l-klieb il-baħar, ir-rebekkini u r-raj ġeneralment huma vulnerabbli ħafna għas-sajd eċċessiv minħabba l-karatteristiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom billi jikbru bil-mod, jimmaturaw tard, u jkollhom għadd żgħir ta' friegħ. Fis-snin riċenti, xi popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar kienu ħafna fil-mira u kienu mhedda serjament speċjalment minħabba ż-żieda drammatika fid-domanda għall-prodotti tal-klieb il-baħar, speċjalment ix-xewk. |
(2) Il-ħut li jappartjeni għall-grupp tassonomiku Elasmobranchii, inklużi l-klieb il-baħar, ir-rebekkini u r-raj ġeneralment huma vulnerabbli ħafna għas-sajd eċċessiv minħabba l-karatteristiċi taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom billi jikbru bil-mod, jimmaturaw tard, u jkollhom għadd żgħir ta' frieħ. Is-sajd mhux sostenibbli tal-klieb il-baħar poġġa fil-periklu l-bilanċ tal-ekosistema tal-baħar u fis-snin reċenti, xi popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar kienu sew fil-mira ta' bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta' Stati Membri jew ta' pajjiżi terzi f'ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri jew f'ibħra oħra, u kienu mhedda serjament bħala riżultat taż-żieda drammatika fid-domanda għall-prodotti tal-klieb il-baħar, speċjalment ix-xewk. Id-domanda dejjem tikber għal preparazzjonijiet tax-xewka tal-klieb il-baħar u l-prezz għoli li jġibu wasslu wkoll għal żieda fis-sajd illegali. | |||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
2a. Minkejja li x-xewk tal-klieb il-baħar mhuwiex ingredjent tradizzjonali tad-dieta Ewropea, il-klieb il-baħar jikkostitwixxu element neċessarju tal-ekosistema marittima tal-Unjoni; jeħtieġ, għalhekk, tingħata prijorità għall-ġestjoni u l-konservazzjoni tagħhom kif ukoll, b'mod ġenerali, għall-promozzjoni ta' settur tas-sajd ġestit b'mod sostenibbli għall-benefiċċju tal-ambjent u ta' dawk li jaħdmu fis-settur. | |||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 jippermetti lill-Istati Membri biex joħorġu permessi speċjali għas-sajd li jippermettu l-ipproċessar abbord, meta x-xewka tal-klieb il-baħar tista' titneħħa minn ġisimhom. Sabiex ikun żgurat li l-piż tax-xewk jikkorrispondi għall-kumplament tal-ġisem, għandu jkun stabbilit proporzjon tal-piż tax-"xewka mal-karkassa". Madankollu, wara operazzjonijiet ta' pproċessar, ix-xewk u l-kumplament tal-ħut jistgħu jitniżżlu l-art f'portijiet differenti. F'dawn il-każijiet, l-użu tal-proporzjoni ma jibqax effettiv u jagħti lok biex tokkorri t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-ġbir ta' dejta pereżempju l-identifikazzjoni tal-ispeċijiet, l-istruttura tal-popolazzjonijiet il-bażi ta' konsulenza xjentifika għall-istabbiliment ta' miżuri ta' konservazzjoni tas-sajd, hija mxekkla. |
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 jippermetti lill-Istati Membri biex joħorġu permessi speċjali għas-sajd li jippermettu l-ipproċessar abbord, meta x-xewka tal-klieb il-baħar tista' titneħħa minn ġisimhom. Sabiex ikun żgurat li l-piż tax-xewk jikkorrispondi għall-kumplament tal-ġisem, għandu jkun stabbilit proporzjon tal-piż tax-"xewka mal-karkassa". Madankollu, il-proporzjon huwa teoretiku, għaliex huwa bbażat fuq il-proporzjon tal-piż tax-xewk tal-klieb il-baħar mal-ġisem kollu tal-klieb il-baħar, mentri l-klieb il-baħar b'mod ġenerali jitniżżlu l-art diġà ttrattati (jiġifieri, imnaddfa u bla ras). Għalhekk, ix-xewk u l-karkassi tal-klieb il-baħar ma jistgħux ikunu mqabbla b'mod dirett fir-rigward tal-proporzjon, u l-kontroll ikun jiddependi fuq fatturi ta' konverżjoni speċifiċi għall-ispeċi, b'hekk l-infurzar tar-regoli jsir aktar ikkumplikat. Il-proporzjon huwa wkoll ogħla mill-medja tal-piż tax-xewka mal-karkassa għal xi speċijiet (eż., il-kelb il-baħar mako, u l-Isurus oxyrinchus). Barra minn hekk, wara operazzjonijiet ta' pproċessar, ix-xewk u l-kumplament tal-ħut jistgħu jitniżżlu l-art f'portijiet differenti. Għal dawn ir-raġunijiet, l-użu tal-proporzjoni ma jibqax effettiv u jagħti lok biex tokkorri t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-ġbir ta' dejta pereżempju l-identifikazzjoni tal-ispeċijiet, l-istruttura tal-popolazzjonijiet il-bażi ta' konsulenza xjentifika għall-istabbiliment ta' miżuri ta' konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sajd, kif ukoll l-infurzar tar-Regolament u l-piena għal nuqqas ta' konformità, huma mxekkla. | |||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
3a. L-Istati Membri tal-Unjoni huma mħassba ħafna dwar il-kwistjonijiet ambjentali u l-Unjoni qed taspira li tkun leader fil-konservazzjoni tal-ekosistemi; madankollu, il-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni rigward l-ispeċijiet li jappartjenu għall-grupp tassonomiku Elasmobranchii mhijiex b'saħħitha daqs kemm hi f'pajjiżi oħra u mhijiex biżżejjed biex tiżgura l-ġestjoni sostenibbli u l-konservazzjoni ta' dawk l-ispeċijiet, minħabba l-proporzjon għoli tax-xewka mal-karkassa, in-nuqqas ta' kwoti għal ħafna speċijiet u d-derogi li jeżistu. | |||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(4) Fl-1999, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti adottat il-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar, li kien il-bażi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2009 dwar Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità Ewropea għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar fejn l-Unjoni impenjat ruħha li tadotta l-miżuri neċessarji kollha għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u biex timminimizza l-iskart u r-rimi minn qabdiet tal-klieb il-baħar. Il-Kunsill approva l-approċċ kumplessiv u objettivi speċifiċi tal-Unjoni kif stabbiliti f'dik il-Komunikazzjoni. |
(4) Fl-1999, l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) tan-Nazzjonijiet Uniti adottat il-Pjan ta' Azzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar, li kien il-bażi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2009 dwar Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità Ewropea għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar fejn l-Unjoni impenjat ruħha li tadotta l-miżuri neċessarji kollha għall-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u biex timminimizza l-iskart u r-rimi minn qabdiet tal-klieb il-baħar. Il-Kunsill approva l-approċċ kumplessiv u objettivi speċifiċi tal-Unjoni kif stabbiliti f'dik il-Komunikazzjoni u ħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għall-kwestjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar u tippreżenta malajr kemm jista' jkun emendi għar-Regolament (KE) Nru 1185/2003, b'mod partikolari dwar id-derogi u l-modalitajiet tiegħu. | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill għandhom referenza espliċita għar-Regolament Nru 1185/2003 u għall-ħtieġa li jiġu modifikati d-derogi għall-projbizzjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar li hemm fih. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(6) L-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd qegħdin jindirizzaw dejjem iktar din il-kwistjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar u l-korpi xjentifiċi tagħhom qed jagħtu preferenza għat-tniżżil ta' klieb il-baħar li jkollhom ix-xewka mwaħħla b'mod naturali mal-kumplament ta' ġisimhom. |
(6) L-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd qegħdin jindirizzaw dejjem iktar din il-kwistjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar u l-korpi xjentifiċi tagħhom qed jagħtu preferenza għat-tniżżil ta' klieb il-baħar li jkollhom ix-xewka mwaħħla b'mod naturali mal-kumplament ta' ġisimhom, filwaqt li jinnotaw li dan huwa l-aħjar mod li jimpedixxi t-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar, u se jiffaċilita l-ġbir tad-dejta li hemm bżonn għall-valutazzjonijiet tal-istokkijiet. | |||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(6a) Id-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-appoġġ biex tissaħħaħ-il-projbizzjoni tat-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar imposta mill-Unjoni Ewropea1 tikkritika d-derogi previsti għar-Regolament (KE) Nru 1185/2003 u tistieden lill-Kummissjoni biex fil-modifika ta' dan ir-Regolament tikkunsidra l-metodu tax-"xewka tagħhom imwaħħla b'mod naturali". | |||||||||||||||||||||
|
––––––––––––– | |||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-Parlament, fid-dikjarazzjoni bil-miktub approvata fis-16 ta' Diċembru 2010, stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta bil-għan li tipprojbixxi kompletament "it-tneħħija tax-xewka" mill-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti tas-sajd sat-tieni anniversarju tal-Pjan ta' azzjoni Komunitarju dwar il-klieb il-baħar (Frar 2011). | ||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 7 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(7) Fl-2010-2011, bħala parti mill-eżerċizzju meħtieġ tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni Ewropea għamlet konsultazzjoni pubblika sabiex tiġbor informazzjoni dwar l-iktar mod xieraq li bih ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 għandu jkun emendat. Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-impatt hija li r-Regolament għandu jkun emendat sabiex il-klieb il-baħar kollha għandhom jitniżżlu bix-xewka tagħhom imwaħħla. Huwa neċessarju u xieraq għall-kisba tal-objettiv bażiku tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-klieb il-baħar u fl-isfond tal-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika li r-Regolament (KE) Nru 1185/2003 ikun emendat kif xieraq; |
(7) Fl-2010-2011, bħala parti mill-eżerċizzju meħtieġ tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni Ewropea għamlet konsultazzjoni pubblika sabiex tiġbor informazzjoni dwar l-iktar mod xieraq li bih ir-Regolament (KE) Nru 1185/2003 għandu jkun emendat. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni juru li l-approċċ li jwassal biex ma titneħħiex ix-xewka huwa meqjus bħala l-għażla preferita. Il-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-impatt hija li r-Regolament għandu jkun emendat sabiex il-klieb il-baħar kollha għandhom jitniżżlu bix-xewka tagħhom imwaħħla b'mod naturali. Huwa neċessarju u xieraq għall-kisba tal-objettiv bażiku tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-klieb il-baħar u fl-isfond tal-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika li r-Regolament (KE) Nru 1185/2003 ikun emendat kif xieraq; | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ nippreċiżaw b'mod ċar u inekwivokabbli li l-klieb il-baħar kollha maqbuda jridu jitniżżlu l-art bix-xewka tagħhom imwaħħla b'mod naturali magħhom biex ikun evitat li jkun hemm prattiki mhux korretti bħal pereżempju li x-xewka titqiegħed ġo boroż apposta u mbagħad titqiegħed mal-karkassa. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 3 – paragrafi 1a (ġdid) u 1b (ġdid) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Jeħtieġ nippreċiżaw b'mod ċar u inekwivokabbli li l-klieb il-baħar kollha maqbuda jridu jitniżżlu l-art bix-xewka tagħhom imwaħħla b'mod naturali magħhom. Din id-dispożizzjoni mhi mniżżla fl-ebda parti oħra tat-test. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-Artikolu 1 tar-Regolament 1185/2003 jiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni: dan ma japplikax biss għall-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera tal-Istati Membri, imma wkoll għall-bastimenti kollha fl-ibħra li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. Barra minn hekk, xi Stati Membri li l-bastimenti tagħhom tas-sajd ma jaqbdux, jew iżommu abbord jew jitrażbordaw jew iħottu klieb il-baħar għandhom portijiet li fihom bastimenti ta' pajjiżi terzi jistgħu jħottu l-klieb il-baħar. Fl-aħħar nett, iż-żewġ Regolamenti jdaħħlu regoli speċifiċi għall-kontroll tas-sajd u rekwiżiti dettaljati dwar spezzjonijiet u sanzjonijiet. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 6 – paragrafu 1 – inċiż 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Skont l-analiżi tal-Kummissjoni, ir-Regolament 1185/2003 ma jippermettix il-ġbir ta' dejta skont l-identifikazzjoni tal-ispeċi u tal-popolazzjoni, meta dawn jikkostitwixxu l-bażi tal-parir xjentifiku biex jiġu implimentati l-miżuri għall-ġestjoni u l-konservazzjoni. Hu għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri jirreġistraw liema huma l-ispeċi ta' klieb il-baħar li tniżżlu l-art, iż-żoni tas-sajd, il-kwantità tal-eżemplari u l-piż totali għal kull speċi, u li jniżżlu din l-informazzjoni fir-rapporti annwali. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 6 – paragrafu 1 – inċiż 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Biex ikun hemm stampa eżawrjenti tal-applikazzjoni korretta tar-Regolament attwali mill-Istati Membri hu importanti li jkun hemm informazzjoni preċiża dwar il-kontrolli li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Regolament (KE) Nru 1185/2003 Artikolu 6 – paragrafu 1 – inċiż 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, jipprevedi miżuri xierqa (fosthom, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-ftuħ ta' proċeduri amministrattvi jew penali) li jittieħdu fil-konfront ta' persuni jew entitajiet ġuridiċi suspettati li kkommettew ksur tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd. |
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta' bastimenti |
||||
Referenzi |
COM(2011)0798 – C7-0431/2011 – 2011/0364(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 30.11.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 30.11.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Andrea Zanoni 19.1.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
29.2.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
25.4.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
50 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Lajos Bokros, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Nick Griffin, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Eija-Riitta Korhola, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Daciana Octavia Sârbu, Horst Schnellhardt, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jacqueline Foster, Julie Girling, Judith A. Merkies, Vittorio Prodi, Michèle Rivasi, Struan Stevenson, Anna Záborská, Andrea Zanoni |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord bastimenti |
||||
Referenzi |
COM(2011)0798 – C7-0431/2011 – 2011/0364(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.11.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 30.11.2011 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 30.11.2011 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Maria do Céu Patrão Neves 20.12.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
26.1.2012 |
29.2.2012 |
24.4.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
19.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
12 9 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Kriton Arsenis, Alain Cadec, Chris Davies, João Ferreira, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Marek Józef Gróbarczyk, Ian Hudghton, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Isabelle Thomas, Nils Torvalds, Jarosław Leszek Wałęsa |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset, Luis Manuel Capoulas Santos, Diane Dodds, Julie Girling, Ana Miranda, Jens Nilsson, Nikolaos Salavrakos, Antolín Sánchez Presedo |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Juan Andrés Naranjo Escobar, Nuno Teixeira |
||||
Data tat-tressiq |
1.10.2012 |
||||