RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE billi testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha u billi taġġorna l-ismijiet ta’ pajjiż terz u tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni

12.10.2012 - (COM(2012)0343 – C7‑0161/2012 – 2012/0165(COD)) - ***I

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Paolo De Castro


Proċedura : 2012/0165(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0315/2012
Testi mressqa :
A7-0315/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE billi testendi l-perjodu ta’ applikazzjoni tagħha u billi taġġorna l-ismijiet ta’ pajjiż terz u tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni

(COM(2012)0343 – C7‑0161/2012 – 2012/0165(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0343),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0161/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-18 ta’ Settembru 2012[1],

–    wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill fl-ittra tal-28 ta' Settembru 2012 biex japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0315/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2003/17/KE li jirreferu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni1 għandhom jitħassru peress li l-applikazzjoni tagħhom fil-kuntest ta’ din id-Deċiżjoni hija inkompatibbli mas-sistema dwar is-setgħat iddelegati u implimentattivi introdotti permezz tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat rispettivament.

 

______________

 

1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Emenda          2

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)

Id-Deċiżjoni 2003/17/KE

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 4 huwa mħassar

Ġustifikazzjoni

Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, id-dispożizzjonijiet qodma tal-komitoloġija għandhom jiġu sostitwiti b’atti delegati jew ta’ implimentazzjoni. Madankollu, meta jitqies li l-annessi ta’ din id-Deċiżjoni mhumiex mistennija jiġu emendati qabel id-dħul fis-seħħ tal-proposta leġiżlattiva tar-riforma tal-PAK dwar iż-żrieragħ, huwa preferibbli li f’din il-proposta modifikanti ma tiġix inkluża dispożizzjoni tal-komitoloġija rigward l-emenda ta’ annessi.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – punt -1a (ġdid)

Id-Deċiżjoni 2003/17/KE

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a) L-Artikolu 5 huwa mħassar.

Ġustifikazzjoni

L-istess bħall-ġustifikazzjoni tal-Emenda 2.

  • [1]  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

1. SFOND TAL-PROPOSTA

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE pprovdiet il-lista tal-pajjiżi li għandhom jiġu rikonoxxuti għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ekwivalenza għall-importazzjoni taż-żrieragħ tal-pjanti tal-għalf, taż-żerriegħa taċ-ċereali, taż-żerriegħa tal-pitravi u taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-fibra minn pajjiżi terzi. Stabilixxiet ukoll rekwiżiti dettaljati li għandhom jiġu soddisfatti, partikolarment biex jiġi limitat il-perjodu li għalih l-ekwivalenza hija rikonoxxuta għal ħames snin, li għandu jiġi estiż jekk ir-rekwiżiti relevanti kollha jiġu osservati. Dan il-perjodu se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Sabiex tiġi żgurata l-provvista ta’ żerriegħa meħtieġa għas-suq tal-UE, il-Kummissjoni tqis li dawn ir-regoli għandhom jiġu estiżi billi tiġi emendata d-data ta’ skadenza sal-31 ta’ Diċembru 2022, anki jekk l-estensjoni temporanja hija attwalment prevista għal ħames snin biss. Il-Kummissjoni targumenta li peress li r-rieżami tar-Regolament dwar iż-żrieragħ (taħt il-proċedura ta’ kodeċiżjoni) ma jiġix imniedi qabel Settembru 2012, jidher li limitu ta’ żmien ta’ għaxar snin huwa neċessarju biex tiġi evitata l-iskadenza fi ħdan dan il-proċess.

Barra minn hekk, l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/17/KE jelenka l-Jugoslavja bħala pajjiż taħt ir-reġim ta’ ekwivalenza. Xi pajjiżi ġodda issa jissostitwixxu dik li qabel kienet il-Jugoslavja. Is-Slovenja hija membru tal-Unjoni Ewropea, il-Kroazja diġà hija rikonoxxuta bħala pajjiż ekwivalenti permezz tad-Deċiżjoni 2003/17/KE, u s-Serbja għandha tiġi miżjuda billi hija membru tal-Iskema tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetà taż-Żerriegħa li timxi fil-Kummerċ Internazzjonali u membru tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Testijiet taż-Żerriegħa (International Seed Testing Association - ISTA) fir-rigward tat-teħid ta’ kampjuni u l-ittestjar taż-żerriegħa. Għaldaqstant, il-Jugoslavja għandha titħassar. Pajjiżi oħra minn dik li qabel kienet il-Jugoslavja ma jistgħux jiġu miżjuda minħabba li mhumiex membri tal-OECD u l-ISTA. Barra minn hekk, l-ismijiet ta’ numru ta’ awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni, kif elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/17/KE, inbidlu. Il-proposta tal-Kummissjoni, għalhekk, tissostitwixxi dan l-Anness I b’wieħed ġdid biex dawn il-bidliet jiġu kkunsidrati.

2. POŻIZZJONI TAR-RAPPORTEUR

Ir-rapporteur qed jipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi aċċettata mill-Parlament fis-sostanza tagħha kif inhi, meta jitqiesu l-urġenza u l-importanza għall-kontinwazzjoni tar-reġim ta’ importazzjoni taż-żerriegħa.

Madankollu, ir-rapporteur jixtieq jissottolinja li l-proposta tal-Kummissjoni naqset milli temenda d-dispożizzjonijiet ''qodma'' tal-komitoloġija tad-Deċiżjoni 2003/17/KE, li fil-fatt ikkonċernaw biss l-emenda taż-żewġ annessi tagħha. Huwa fatt magħruf sew li d-dispożizzjonijiet qodma tal-komitoloġija, minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ġew sostitwiti jew b’atti delegati jew atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikoli 290 u 291 tat-TFUE. Madankollu, il-Kummissjoni qed tiżgura li l-annessi għad-Deċiżjoni 2003/17/KE mhumiex mistennija jiġu emendati qabel id-dħul fis-seħħ tal-proposta leġiżlattiva tar-rifokma tal-PAK dwar iż-żrieragħ; għal din ir-raġuni, u biex jiġi evitat kull ostaklu possibbli għall-adozzjoni fil-pront ta’ din il-proposta urġenti, ir-rapporteur iqis li għandu jkun biżżejjed li d-dispożizzjonijiet attwali tal-komitoloġija tad-Deċiżjoni emendata 2003/17/KE (jiġifieri, l-Artikoli 4 u 5) jitħassru. Għalhekk, qed jipproponi żewġ emendi għal dan l-iskop.

Madankollu, jekk jirriżulta li tkun meħtieġa emenda għal dawk l-annessi, dan ikun possibbli permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

PROĊEDURA

Titolu

Estensjoni tal-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/17/KE tal-kunsill u aġġornament tal-ismijiet ta’ pajjiż terz u tal-awtoritajiet responsabbli għall-approvazzjoni u l-kontroll tal-produzzjoni

Referenzi

COM(2012)0343 – C7-0161/2012 – 2012/0165(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.6.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

5.7.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

5.7.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

11.7.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Paolo De Castro

9.7.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Eric Andrieu, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Robert Dušek, Mariya Gabriel, Iratxe García Pérez, Julie Girling, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Agnès Le Brun, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Alfreds Rubiks, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Alejandro Cercas, Spyros Danellis, Ismail Ertug, Marian Harkin, Astrid Lulling, Petri Sarvamaa

Data tat-tressiq

12.10.2012