RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid tad-dispożizzjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq taxxa fuq il-valur miżjud

12.10.2012 - (COM(2011)0737 – C7‑0504/2011 – 2011/0333(CNS)) - *

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Jean-Luc Dehaene

Proċedura : 2011/0333(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0316/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura għat-tqegħid tad-dispożizzjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq taxxa fuq il-valur miżjud

(COM(2011)0737 – C7‑0504/2011 – 2011/0333(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0737),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0504/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

-   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (Opinjoni Nru 2/2012)[1],

-   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[2],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”[3],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2011 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u riżorsi proprji[4],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 għall-fini li jintlaħaq eżitu pożittiv tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020[5],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0316/2012),

A. billi t-Trattat jistipula b’mod ċar li l-baġit tal-Unjoni għandu jiġi ffinanzjat kompletament mir-riżorsi proprji;

B.  billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija qabel tat-13 ta’ Ġunju 2012, li ġiet adottata minn maġġoranza kbira ħafna, laqa’ l-proposti leġiżlattivi li tressqu fid-29 ta’ Ġunju 2011 mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji, inklużi l-proposti dwar taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT) u VAT ġdida tal-UE bħala riżorsi proprji, bil-għan li jnaqqsu s-sehem fil-baġit tal-UE tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri bbażati fuq l-ING (introjtu nazzjonali gross) għal 40 % sal-2020, u b’hekk jingħata kontribut għall-isforzi ta’ konsolidazzjoni tal-Istati Membri;

C. billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012 imsemmija qabel, esprima b’mod qawwi l-fehma tiegħu li l-VAT hija waħda mill-kundizzjonijiet għall-ftehim politiku meħtieġ dwar ir-riżorsi proprji u li l-ftehim dwar ir-riforma tal-VAT bħala riżorsa proprja, kif ukoll il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tagħha, għandhom jiġu konklużi flimkien ma’ ftehim dwar il-QFP;

D. billi, għall-ewwel darba, it-Trattat jeħtieġ il-kunsens tal-Parlament għal miżuri ta' implimentazzjoni għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, u billi l-Parlament esprima r-rieda tiegħu b'mod ċar li jeżerċita l-prerogattiva tiegħu f’dan ir-rigward fin-negozjati dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji;

E.  billi l-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, fl-opinjonijiet tagħhom dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal riforma tar-riżorsi proprji, jilqgħu l-proposta għal riżorsa proprja tal-VAT ġdida[6];

F.  billi l-Parlament kemm-il darba tenna l-pożizzjoni tiegħu li hemm bżonn ta’ riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji, b’mod partikolari fir-rigward tar-riżorsa tal-VAT eżistenti, bil-għan li nerġgħu lura għall-idea oriġinali li dik ir-riżorsa tkun riżorsa ġenwina u mhux biss strument purament ta’ statistika[7];

G. billi l-Parlament jilqa’ l-isforz għas-simplifikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu tal-VAT u l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza tar-riżorsa proprja tal-VAT;

H. billi l-Parlament jikkunsidra fost l-akbar vantaġġi tal-proposta tal-VAT il-ġdida t-trasparenza, l-ekwità għall-kontribwenti fl-Istati Membri kollha, is-sempliċità mtejba u l-potenzjal tagħha li ssir riżorsa proprja ġenwina li titħallas direttament lill-baġit tal-UE fil-futur;

I.   billi l-Parlament jikkunsidra li kwalunkwe riżorsa proprja ġenwina għandha titħallas direttament lill-baġit tal-Unjoni;

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposta konkreta ta’ kif tista’ tiġi riformata aktar ir-riżorsa proprja tal-VAT sabiex titħallas direttament lill-baġit tal-Unjoni diġà fil-perjodu 2014 - 2020 jew f’reviżjoni ulterjuri tas-sistema tar-riżorsi proprji;

5.  Jitob li jkun hemm segwitu prattiku għall-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-futur tal-VAT u l-miżuri konkreti li se jiżguraw grad ogħla ta’ armonizzazzjoni tas-sistemi tal-VAT fl-Istati Membri, peress li armonizzazzjoni bħal din biss tista’ tipprovdi l-bażi sabiex il-VAT issir riżorsa proprja ġenwina, li titħallas direttament lill-baġit tal-Unjoni fil-futur;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU C 112, 18.4.2012, p. 1.
  • [2]  ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214
  • [3]  Testi adottati, P7_TA(2011)0266.
  • [4]  Testi adottati, P7_TA(2012)0245.
  • [5]  Testi adottati, P7_TA(2012)XXXX.
  • [6]  Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014 - 2020, adottata fit-93 Sessjoni Plenarja tal-14–15 ta’ Diċembru 2011.
    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropej dwar is-sistema tar-riżorsi proprji, adottata fis-Sessjoni Plenarja tad-29 ta’ Marzu 2012.
  • [7]  Ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214).

NOTA SPJEGATTIVA

Fiż-żmien tal-introduzzjoni tagħha fl-1970, ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT kienet maħsuba bħala riżorsa proprja potenzjalment ġenwina, bis-suppożizzjoni li proċess kontinwu ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT eventwalment kien ser jarmonizza bis-sħiħ il-bażijiet nazzjonali għall-valutazzjoni tal-VAT. Madankollu, din ġiet trasformata b’mod gradwali fi strument statistiku kumpless u vag li effettivament jirrappreżenta forma oħra ta’ kontribuzzjoni DGN u hija trasferita mill-baġits nazzjonali. Ir-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT tirrappreżenta 11.2 % tad-dħul fil-baġit 2011.

Fid-29 ta’ Ġunju 2011 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti tagħha għal Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid għall-2014 - 2020 flimkien ma’ sett ta’ proposti dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Dawn jinkludu proposta għas-VII Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (DRP) li titlob it-tneħħija tar-riżorsa proprja tal-VAT eżistenti u li din tinbidel b'riżorsa ġdida tal-VAT tal-UE li hija deskritta fid-dettall fil-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċeduri biex issir disponibbli r-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT, li hija s-suġġett ta’ dan ir-rapport.

Il-kontenut tal-proposta attwali tal-Kummissjoni

Dan l-abbozz ta’ regolament biex issir disponibbli r-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT huwa neċessarju biex jiġi definit il-metodu li l-Istati Membri għandhom jużaw biex jikkalkulaw din ir-riżorsa l-ġdida kif ukoll il-proċeduri għat-trasferiment tagħha fil-baġit tal-UE.

Il-prinċipju sottostanti tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li r-riżorsa proprja l-ġdida tal-VAT tal-UE tkun ibbażata fuq sehem tal-VAT fuq provvisti ta’ prodotti u servizzi, akkwisti u importazzjoni “suġġetti għal rata standard ta’ VAT f’kull Stat Membru”. Għalhekk, hija bbażata fuq l-armonizzazzjoni effettiva li teżisti diġà f’dawk il-prodotti u s-servizzi b’rata standard fl-UE kollha. Barra minn hekk, is-sistema l-ġdida tgħaddi l-akbar sehem ta’ kalkoli li bħalissa jsiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea.

2.1. Metodu ta’ Kalkolu tar-RP l-ġdida tal-VAT

Il-proċedura l-ġdida tista’ tiġi spjegata fil-passi li ġejjin:

Pass I: Rċevuti tal-VAT aġġustati

 

–                                           =

· Il-metodu juża bħala punt tat-tluq iċ-ċifri effettivi ta’ rċevuti tal-VAT miżmuma mill-Istati Membri;

· Diversi Stati Membri ikollhom jikkoreġu l-figuri biex jeskludu, pereżempju, l-imgħax u l-pieni jew jagħmlu aġġustament biex jieħdu kont tat-territorji extra-Ewropej jew it-trattament speċifiku tal-VAT mogħti.

Pass II: Applika “perċentwal uniformi”fuq l-irċevuti tal-VAT aġġustati

 

            X                                      =

· Il-perċentwal uniformi huwa perċentwal uniku applikabbli fl-UE kollha. Dan se jkun ikkalkulat billi jiġi diviż il-proporzjon medju għall-UE kollha ta' rċevuti tal-VAT li ġejjin minn provvisti bir-rata standard bil-konsum finali (magħmul għal unitajiet domestiċi u entitajiet li ma għandhomx id-dritt inaqqsu l-VAT li jkunu ntalbu jħallsu) fl-Istati Membri kollha. Se jiġi kkalkulat permezz ta’ studju statistiku kbir imwettaq mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u se tkun iffissata għall-perjodu tal-QFP kollu.

Pass III: Ikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

 

÷                           =

· Il-valur tal-“irċevuti tal-VAT preżunti” għandu jiġi diviż bir-rata standard effettiva applikata fil-pajjiż (din ir-rata standard tvarja bejn l-Istati Membri - għandha tkun perċentwali bejn 15 u 27 %). Dan joħloq il-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT.

Pass IV: Ikkalkula l-kontribuzzjoni ta’ kull xahar tar-RP tal-VAT

 

 

X                                                    =

· Perċentwal stabbilit fir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill dwar ir-riżorsi proprji[1] għandu jiġi applikat fuq il-valur effettiv tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (rata massima (2 %) hija stabbilita f'DRP b'rata operattiva (1 %) fir-Regolament ta' implimentazzjoni).

· Tali kalkolu għandu jiddetermina l-kontribuzzjoni ta’ kull xahar tal-Istat Membru tar-RP tal-VAT.

Valutazzjoni tar-Rapporteur:

Vantaġġi

· Kalkolu tal-VAT aktar sempliċi b’mod sinifikanti, liema kalkolu ma jeħtieġx iżjed l-ikkalkular ta':

o rata tal-VAT medja peżata,

o kalkolu ta’ bażi intermedju,

o kwalunkwe kumpens għall-bażi intermedja meħtieġ bħalissa.

· Aktar trasparenti: għall-ikkalkular se jintużaw biss prodotti u servizzi ntaxxati bir-rata standard tal-VAT fl-Istati Membri kollha u l-irċevuti effettivament reali biss miksuba mill-Membri.

· Se jkun hemm inqas korrezzjonijiet għall-bażi tal-VAT għal xi Stati Membri (multi u pieni, rimborsi lil persuni mhux taxxabbli, u rċevuti minn territorji extra-UE biss jgħoddu għal rati standard multipli), meta mqabbla mat-22 kumpens eżistenti bħalissa.

· Mhux se jkun hemm kumpens peress li prodotti u servizzi ntaxxati bir-rata standard tal-VAT biss se jintużaw għall-kalkoli.

· Trattament ugwali tal-Istati Membri kollha tal-UE - se jkun hemm perċentwali uniformi applikabbli għall-Istati Membri kollha, kuntrarju għar-rati differenti kurrenti ta’ ġbir

· Inqas piż amministrattiv fuq l-Istati Membri. Dan il-piż se jkun fil-parti l-kbira fuq il-Kummissjoni Ewropea.

· Iffukar fuq il-materjalità. Ir-riżorsa l-ġdida se tkun ibbażata fuq l-irċevuti effettivi u mhux statistiki.

· M’hu se jkun applikat l-ebda limitu.

· Tidher affidabbli u prevedibbli għal tul ta’ żmien.

· Hija flessibbli biex tadatta ruħha għal kwalunkwe riforma fil-ġejjieni tat-taxxa tal-VAT mingħajr ma jiġu introdotti bidliet fil-proposta kurrenti tar-RP.

Żvantaġġi

o Metodoloġija xorta relattivament ikkumplikata magħmula f’4 passi, bl-involviment ta’ kalkoli kumplessi.

o Aktar piż amministrattiv fuq il-Kummissjoni.

o Is-simplifikazzjoni proposta tal-metodu ta’ kkalkular għandha mnejn ma tkunx tista' tieħu kont tad-differenzi bejn is-sistemi tal-VAT li jeżistu fl-Istati Membri.

o Il-VAT il-ġdida xorta mhijiex se tkun riżorsa proprja li titħallas direttament lill-baġit tal-UE iżda se tgħaddi mit-Teżor nazzjonali.

Konklużjonijiet

Il-proposta tar-riżorsa proprja l-ġdida tal-VAT tirrappreżenta bla dubju titjib importanti għas-sistema kurrenti u għandha potenzjal serju li tiżviluppa f’riżorsa proprja ġenwina stabbli u affidabbli għall-baġit tal-Unjoni. Ir-riżorsa proprja tal-VAT għandha tkun parti minn riforma ġenerali tas-sistema tar-riżorsi proprji, li għandha tnaqqas b’mod sostanzjali l-livell ġenerali tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali mill-Istati Membri.

Ir-rapporteur jappoġġa, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li jiġu aboliti r-riżorsi proprji kurrenti tal-VAT u li tinħoloq riżorsa ġdida tal-UE tal-VAT.

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza wkoll li wieħed mill-kriterji fundamentali ta’ riżorsa proprja tal-VAT ġenwina għandu jkun li takkumula b'mod dirett għall-baġit tal-UE mingħajr ma l-ewwel tkun miġbura mill-amministrazzjonijiet nazzjonali. Sfortunatament, la s-sistema eżistenti u lanqas il-proposti tal-Kummissjoni ma jipprevedu din is-soluzzjoni għall-VAT. Jekk din il-kundizzjoni ma tistax tiġi sodisfatta għall-QFM 2014 - 2020 li ġej, ir-Rapporteur jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra din il-possibbiltà għall-perjodu li jmiss, meta s-sistema tar-riżorsi proprji tkun ġiet riformata aktar bil-ħsieb li jinkiseb finanzjament sħiħ tal-baġit tal-UE mir-riżorsi proprji, kif stipulat fl-Artikolu 311 tat-TFUE.

Ir-rapporteur jisħaq fuq l-importanza li l-Parlament Ewropew jagħti lir-riforma tas-sistema ta’ riżorsi proprji, inklużi l-proposti rilevanti dwar il-VAT. Fir-riżoluzzjoni plenarja tiegħu dwar il-QFP u r-riżorsi proprji tat-13 ta’ Ġunju 2012, il-Parlament Ewropew iddikjara li mhuwiex lest jagħti l-kunsens tiegħu lir-regolament li jmiss dwar il-QFP mingħajr qbil politiku dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji.

  • [1]  COM (2011)740

PROĊEDURA

Titolu

Ir-riżorsa proprja bbażata fuq taxxa fuq il-valur miżjud

Referenzi

COM(2011)0737 – C7-0504/2011 – 2011/0333(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

12.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

15.12.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

15.12.2011

ECON

15.12.2011

JURI

15.12.2011

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

6.12.2011

ECON

29.11.2011

JURI

19.12.2011

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Jean-Luc Dehaene

5.12.2011

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Potito Salatto, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Maria Da Graça Carvalho, Edit Herczog, Peter Jahr, Jürgen Klute, Paul Rübig, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Nikos Chrysogelos, Norbert Glante, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

Data tat-tressiq

12.10.2012