RAPPORT dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija
15.10.2012 - (COM(2012)0093 – C7‑0074/2012 – 2012/0042(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Kriton Arsenis
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija
(COM(2012)0093 – C7‑0074/2012 – 2012/0042(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0093),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 192(1) tat-Trattat FUE, skont liema artikolu l-Kummissjoni preżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0074/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat FUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0317/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (is-settur tal-"LULUCF") tal-Unjoni huwa bir nett li jneħħi l-gassijiet serra mill-atmosfera f'ammont li huwa ekwivalenti għal sehem sinifikanti mill-emissjonijiet totali tal-Unjoni. Dan jirriżulta f'emissjonijiet antropoġeniċi u f’assorbimenti tal-gassijiet serra b'konsegwenza tal-bidliet fil-kwantità ta’ karbonju maħżun fil-veġetazzjoni u fil-ħamrija. L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mis-settur tal-LULUCF ma jgħoddux għall-miri tal-Unjoni għall-2020 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'20 % skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 u d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, għalkemm jgħoddu parzjalment għall-mira kkwantifikata tal-Unjoni għal-limitazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ta' Kjoto ("il-Protokoll ta' Kjoto") għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-"UNFCCC"), li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE. |
(1) Is-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (is-settur tal-"LULUCF") tal-Unjoni huwa bir nett li jneħħi l-gassijiet serra mill-atmosfera f'ammont li huwa ekwivalenti għal sehem sinifikanti mill-emissjonijiet totali tal-Unjoni. Dan jirriżulta f'emissjonijiet antropoġeniċi u f’assorbimenti tal-gassijiet serra b'konsegwenza tal-bidliet fil-kwantità ta’ karbonju maħżun fil-veġetazzjoni u fil-ħamrija. L-użu sostenibbli miżjud ta’ prodotti tal-injam maħsud jista’ jillimita l-emissjonijiet b’mod sostanzjali u jsaħħaħ l-assorbimenti mill-atmosfera. L-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mis-settur tal-LULUCF ma jgħoddux għall-miri tal-Unjoni għall-2020 li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'20 % skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 u d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE, għalkemm jgħoddu parzjalment għall-mira kkwantifikata tal-Unjoni għal-limitazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 3(3) tal-Protokoll ta' Kjoto ("il-Protokoll ta' Kjoto") għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-"UNFCCC"), li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE. |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 1a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Skont il-Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, huwa meħtieġ li jiġi kkunsidrat l-użu kollu tal-art b’mod olistiku u li jiġi indirizzat is-settur tal-LULUCF fi ħdan il-politika tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE jesiġi li l-Kummissjoni tivvaluta l-modalitajiet biex tinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija fl-impenn tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur u tipprovdi għal monitoraġġ u kontabilità preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rilevanti. Din id-Deċiżjoni għandha, għalhekk, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF. Sadanittant, sabiex jiġu żgurati l-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju, għandha tipprovdi wkoll li l-Istati Membri jadottaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF li jistabbilixxu l-miżuri biex l-emissjonijiet jiġu llimitati jew imnaqqsa u biex l-assorbimenti jinżammu jew jiżdiedu fis-settur tal-LULUCF. |
(2) L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE jesiġi li l-Kummissjoni tivvaluta l-modalitajiet biex tinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija fl-impenn tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur u tipprovdi għal monitoraġġ u kontabilità preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rilevanti. Din id-Deċiżjoni għandha, għalhekk, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF. Sadanittant, sabiex jiġu żgurati l-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju, għandha tipprovdi wkoll li l-Istati Membri jadottaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF bħala dokument separat jew, fejn ikun disponibbli, bħala parti mill-istrateġiji ta' żvilupp tagħhom b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju biex l-emissjonijiet jiġu llimitati jew imnaqqsa u biex l-assorbimenti jinżammu jew jiżdiedu fis-settur tal-LULUCF. |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli ta’ kontabilità u l-pjanijiet ta’ azzjoni. Ma tistabbilixxi l-ebda obbligu ta’ kontabilità jew rapportar għal partijiet privati inklużi l-bdiewa u l-forestiera. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Is-17-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC, li saret f'Durban f'Diċembru 2011, adottat id-Deċiżjoni -/CMP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (‘id-Deċiżjoni -/CMP.7’). Dik id-deċiżjoni stabbilixxiet ir-regoli għall-kontabilità għas-settur tal-LULUCF mit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Din id-Deċiżjoni għandha tkun skont dik id-deċiżjoni, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' koerenza bejn ir-regoli interni tal-Unjoni u l-metodoloġiji li jkun hemm qbil dwarhom fi ħdan l-UNFCCC. Din id-Dċeiżjoni għandha tirrifletti wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-LULUCF fl-Unjoni. |
(3) Is-17-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC, li saret f'Durban f'Diċembru 2011, adottat id-Deċiżjoni 2/CMP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto ('id-Deċiżjoni 2/CMP.7'") u d-Deċiżjoni 16/CMP.1. Dawk id-deċiżjonijiet stabbilixxew ir-regoli għall-kontabilità għas-settur tal-LULUCF mit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Din id-Deċiżjoni għandha tkun għal kollox konsistenti ma' dawk id-deċiżjonijiet, sabiex tiġi żgurata koerenza bejn ir-regoli interni tal-Unjoni u l-metodoloġiji li jkun hemm qbil dwarhom fi ħdan l-UNFCCC sabiex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta' rapportar nazzjonali. Din id-Dċeiżjoni għandha tirrifletti wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-LULUCF fl-Unjoni u l-obbligi li joħorġu mill-Unjoni bħala Parti separata. |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Ir-regoli tal-kontabilità li japplikaw għas-settur LULUCF tal-Unjoni m’għandhomx joħolqu piż amministrattiv addizzjonali, għaldaqstant m’għandux ikun hemm bżonn li r-rapporti mressqa skont dawk ir-regoli jinkludu informazzjoni li m’hemmx bżonnha skont id-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC u l-Laqgħa tal-Partijiet tal-Protokoll ta’ Kjoto; |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Ir-regoli tal-kontabilità tas-settur tal-LULUCF għandhom jirriflettu l-isforzi li jkunu saru fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija biex jissaħħaħ il-kontribut tal-bidliet li jkunu saru fl-użu tar-riżorsi tal-art għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi mandatarja għall-attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni, deforestazzjoni u ġestjoni tal-foresti tas-settur tal-forestrija, u għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-imriegħi u tal-ġestjoni tar-raba' tas-settur agrikolu. Għandha tipprovdi wkoll għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi volontarja għall-attivitajiet ta’ riveġetazzjoni u tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra. |
(4) Il-kontijiet għall-attivitajiet tas-settur tal-LULUCF għandhom jirriflettu l-isforzi li jkunu saru fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija biex jissaħħaħ il-kontribut tal-bidliet li jkunu saru fl-użu tar-riżorsi tal-art għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għal kontijiet għall-attivitajiet tal-LULUCF applikabbli fuq bażi mandatarja għall-attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni, deforestazzjoni u ġestjoni tal-foresti tas-settur tal-forestrija, għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-imriegħi u tal-ġestjoni tar-raba' tas-settur agrikolu kif ukoll għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra fi żmien sena wara l-pubblikazzjoni tal-gwida relevanti tal-IPCCC. Għandha tipprovdi wkoll għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi volontarja għall-attivitajiet ta’ riveġetazzjoni. |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |
(5) Biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tar-regoli tal-kontabilità applikabbli għas-settur tal-LULUCF tal-Unjoni, dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-kontabilità stipulati fid-Deċiżjoni -/CMP.7 u fid-Deċiżjoni 16/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto. |
(5) Biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tar-regoli tal-kontabilità applikabbli għas-settur tal-LULUCF tal-Unjoni, dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-kontabilità stipulati fid-Deċiżjoni 2/CMP.7, id-Deċiżjoni 2/CMP.6 u fid-Deċiżjoni 16/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto u applikati b'mod konsistenti, komparabbli u kompluti fl-Unjoni u fost l-Istati Membri. |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Regoli ta’ kontabilità bbażati fuq id-Deċiżjoni 2/CMP.7, u d-Deċiżjoni 16/CMP.1 ma jippermettux il-kontabilità tal-effett tas-sostituzzjoni tal-użu ta’ prodotti tal-injam maħsud għall-finijiet tal-enerġija u tal-materjal, ladarba dan iwassal għal kontabilità doppja. Madankollu, dawk huma kontributi importanti tal-forestrija għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Għal dik ir-raġuni, u għal finijiet informattivi, l-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw emissjonijiet evitati permezz tal-effetti tas-sostituzzjoni tal-ġestjoni tal-foresti. Dan iżid il-koerenza tal-politika. |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jirrappreżentaw b'mod preċiż il-bidliet ikkawżati mill-bniedem fl-emissjonijiet u l-assorbimenti. F'dak ir-rigward, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għall-użu ta' metodoloġiji speċifiċi skont l-attivitajiet differenti tas-settur tal-LULUCF. L-emissjonijiet u l-assorbimenti relatati mal-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni huma r-riżultat dirett tal-intervent tal-bniedem u għalhekk għandhom jiġu kkontabilizzati b'mod kumplessiv. Madankollu, minħabba li l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-ġestjoni tal-foresti mhux kollha huma antropoġeniċi, ir-regoli tal-kontabilità rilevanti għandhom jipprovdu għall-użu ta' livelli ta' referenza biex jeskludu l-effetti ta' karatteristiċi naturali u ta’ karatteristiċi speċifiċi għal pajjiż partikolari. Il-livelli ta' referenza huma stimi tal-emissjonijiet jew tal-assorbimenti netti annwali li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-foresti fit-territorju ta' Stat Membru għas-snin inklużi f'perjodu tal-kontabilità, u għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti skont id-Deċiżjoni -/CMP.7. Għandhom jiġu aġġornati biex jirriflettu titjib fil-metodoloġiji jew fid-dejta disponibbli fl-Istati Membri. Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jipprovdu għal limitu massimu, applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti netti tal-gassijiet serra mill-ġestjoni tal-foresti, li jista' jiddaħħal fil-kontijiet, minħabba l-inċertezzi marbuta mat-tbassir li fuqu huma bbażati l-livelli ta' referenza. |
(6) Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jirrappreżentaw b'mod preċiż il-bidliet ikkawżati mill-bniedem fl-emissjonijiet u l-assorbimenti. F'dak ir-rigward, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għall-użu ta' metodoloġiji speċifiċi skont l-attivitajiet differenti tas-settur tal-LULUCF. L-emissjonijiet u l-assorbimenti relatati mal-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni huma r-riżultat dirett tal-intervent tal-bniedem u għalhekk għandhom jiġu kkontabilizzati b'mod kumplessiv. Madankollu, minħabba li l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-ġestjoni tal-foresti mhux kollha huma antropoġeniċi, ir-regoli tal-kontabilità rilevanti għandhom jipprovdu għall-użu ta' livelli ta' referenza biex jeskludu l-effetti ta' karatteristiċi naturali u ta’ karatteristiċi speċifiċi għal pajjiż partikolari. Il-livelli ta' referenza huma stimi tal-emissjonijiet jew tal-assorbimenti netti annwali li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-foresti fit-territorju ta' Stat Membru għas-snin inklużi f'perjodu tal-kontabilità, u għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti skont id-Deċiżjoni 2/CMP.7. Għandhom jiġu sinkronizzati mad-deċiżjonijiet tal-UNFCCC u għandhom jiġu aġġornati biss jekk jiġu aġġornati l-livelli ta’ referenza adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew mill-Protokoll ta’ Kjoto. Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jipprovdu għal limitu massimu, applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti netti tal-gassijiet serra mill-ġestjoni tal-foresti, li jista' jiddaħħal fil-kontijiet, minħabba l-inċertezzi marbuta mat-tbassir li fuqu huma bbażati l-livelli ta' referenza. Hija l-intenzjoni tal-Unjoni li tissostitwixxi l-approċċ tal-livell ta’ referenza attwali b’approċċ aktar komprensiv fil-perjodu ta’ kontabilità li jmiss u li tadatta din id-Deċiżjoni kif xieraq. |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 6a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jirriflettu b’mod xieraq fuq il-kontribut pożittiv għal ħażna ta’ gassijiet serra fl-injam u fi prodotti bbażati fuq l-injam, kif ukoll jagħtu kontribut fiż-żieda tal-użu tar-riżorsi tal-foresti fil-qafas tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u fiż-żieda tal-użu ta’ prodotti tal-injam. |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Ir-regoli tal-kontabilità għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jikkontabilizzaw b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-ħinijiet li fihom iseħħu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-injam maħsud, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu ta’ prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad applikabbli għall-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud għandha, għalhekk, tikkorrispondi għall-ekwazzjoni 12.1 tal-Linji Gwida tal-2006 tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-"IPCC”) għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u l-valuri standard rilevanti ta’ nofs il-ħajja għandhom ikunu bbażati fuq it-Tabella 3a.1.3 tal-Gwida tal-IPCC tal-2003 għal Prattiki Tajbin għas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. |
(7) Ir-regoli tal-kontabilità għall-ġestjoni tal-foresti għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jikkontabilizzaw b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-ħinijiet li fihom iseħħu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-injam maħsud, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu ta’ prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad applikabbli għall-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud għandha, għalhekk, tikkorrispondi għall-ekwazzjoni 12.1 tal-Linji Gwida tal-2006 tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-‘IPCC’) għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u l-valuri standard rilevanti ta’ nofs il-ħajja għandhom ikunu bbażati fuq it-Tabella 3a.1.3 tal-Gwida tal-IPCC tal-2003 għal Prattiki Tajbin għas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. L-Unjoni għandha telabora kriterji ta’ sostenibbiltà għal bijomassa għall-enerġija importata minn pajjiżi terzi. |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) L-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra jkopru emissjonijiet minn artijiet tal-peat li jaħżnu ammonti kbar ħafna tal-karbonju. Emissjonijiet minn artijiet tal-peat li qed jiddegradaw u jixxottaw jikkorrispondu għal xi 5 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra globali u rrappreżentaw 3.5-4 % tal-emissjonijiet tal-Unjoni fl-2010. Sabiex ikollha trasparenza sħiħa u sabiex turi tmexxija f’settur fejn l-Unjoni hija t-tieni l-akbar emittent globalment, l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra għandhom jiġu inklużi wkoll fil-kontijiet tal-Istati Membri |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet tal-gassijiet serra jew fi tnaqqis temporanju tagħhom fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu s-siġar, din id-Deċiżjoni għandha tiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva tal-emissjonijiet. |
(9) Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet tal-gassijiet serra jew fi tnaqqis temporanju tagħhom fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu s-siġar, din id-Deċiżjoni għandha tiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi fl-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u l-ġestjoni tal-foresti li ma jkollhomx kontroll fuqhom permezz tal-użu ta' livelli u marġini ta' sfond skont id-Deċiżjoni 2/CMP.7. |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Ir-regoli tar-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dwar informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni dwar is-settur tal-LULUCF, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../... [il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011) 789 finali – 2011/0372 (COD)], u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(10) Ir-regoli tar-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dwar informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni dwar is-settur tal-LULUCF, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../... [il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011) 789 finali – 2011/0372 (COD)], u għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri waqt il-monitoraġġ u r-rapportar, għalkemm ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Il-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF għandhom jistabbilixxu miżuri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF. Kull Pjan ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF għandu jinkludi ċerta informazzjoni, kif speċifikat f'din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, biex jiġu promossi l-aqwa prattiki, fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiġi stabbilita lista indikattiva tal-miżuri li jistgħu jiġu inklużi wkoll f'dawk il-pjanijiet. Il-Kummissjoni għandha tevalwa perjodikament il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF u, fejn xieraq, tipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-azzjonijiet tal-Istati Membri. |
(12) Il-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF għandhom jistabbilixxu miżuri nazzjonali xierqa biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF. Kull Pjan ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF għandu jinkludi ċerta informazzjoni, kif speċifikat f'din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, biex jiġu promossi l-aqwa prattiki, fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiġi stabbilita lista indikattiva tal-miżuri li jistgħu jiġu inklużi wkoll f'dawk il-pjanijiet. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida u tadotta linji gwida strutturali għall-preparazzjoni ta' dawk il-Pjanijiet, u jiġi kostitwit grupp ta' ħidma ad hoc ta' esperti nazzjonali sabiex jevalwa l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF flimkien mal-Kummissjoni. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tippubblika rakkomandazzjonijiet prattiċi biex jittejbu l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Il-parteċipazzjoni tal-pubbliku matul il-preparazzjoni, il-modifika u l-analiżi ta’ dawn il-pjanijiet għandha tkun prevista f’din id-Deċiżjoni. |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex taġġorna d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta’ ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni, biex temenda l-Anness I biex jiżdiedu l-perjodi ta’ kontabilità u tiġi żgurata l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti applikabbli għall-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet f'setturi oħra, biex temenda l-Anness II b'livelli ta' referenza aġġornati skont il-livelli ta' referenza proposti sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6 u suġġetti għall-korrezzjonijiet magħmula skont din id-Deċiżjoni, biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont il-progress xjentifiku u biex tirrevedi l-kundizzjonijiet relatati mar-regoli tal-kontabilità għad-disturbi naturali stipulati fl-Artikolu 9(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(13) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex taġġorna d-definizzjonijiet stipulati f'din id-Deċiżjoni fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta’ ftehimiet multilaterali oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni, biex temenda l-Anness I biex jiżdiedu l-perjodi ta’ kontabilità u tiġi żgurata l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC, jew ftehim multilaterali ieħor relevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni, biex temenda l-Anness II b'livelli ta' referenza aġġornati skont il-livelli ta' referenza proposti sottomessi mill-Istati Membri u suġġetti għall-korrezzjonijiet magħmula skont din id-Deċiżjoni u fid-dawl tal-bidliet fil-livelli ta' referenza approvati mill-korpi tal-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto, biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont il-progress xjentifiku fid-dawl tal-bidliet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto jew oqfsa suċċessuri oħra u biex tirrevedi l-kundizzjonijiet relatati mar-regoli tal-kontabilità għad-disturbi naturali stipulati f'din id-Deċiżjoni fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Atti delegati għandhom jiġu adottati, filwaqt li jipproteġu d-dritt li joġġezzjona l-Parlament Ewropew. |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Il-Kummissjoni għandha teżamina jekk fil-qafas tat-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gass serra, humiex possibbli l-inċentivi ta’ investiment fil-qasam agrikolu. |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Peress li l-għanijiet tal-azzjoni proposta, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, |
(14) Peress li l-għanijiet tal-azzjoni proposta, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom u, għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Kwistjonijiet tas-settur tal-LULUCF, bħall-politika dwar il-foresti, huma issa taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. L-Unjoni m’għandhiex tintervjeni fir-rigward tal-politiki nazzjonali dwar il-foresti u għandha tirrispetta l-kompetenza tal-Istati Membri f’dan il-qasam. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. Tipprovdi wkoll għal Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF biex jiġu llimitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet u biex jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti, u għall-evalwazzjoni ta' dawk il-pjanijiet mill-Kummissjoni. |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità għall-Istati Membri applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. Din id-Deċiżjoni ma tistabbilixxix obbligi ta’ kontabilità jew ta’ rapportar għal partijiet privati. Tipprovdi wkoll għal Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF biex jiġu llimitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet u biex jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti. |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) "afforestazzjoni" tfisser il-konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta’ art li ma kinitx foresta għal perjodu ta' mill-anqas 50 sena għal foresta permezz tat-taħwil, taż-żrigħ u/jew tal-promozzjoni, li tirriżulta minn azzjoni tal-bniedem, ta' sorsi naturali taż-żrieragħ, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-1 ta Jannar 1990; |
(c) "afforestazzjoni" tfisser il-konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta’ art li ma kinitx foresta għal perjodu ta' mill-anqas 50 sena għal foresta permezz tat-taħwil, taż-żrigħ u/jew tal-promozzjoni, li tirriżulta minn azzjoni tal-bniedem, ta' sorsi naturali taż-żrieragħ, fejn seħħet il-konverżjoni wara l-1 ta' Diċembru 1989; |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) "riforestazzjoni" tfisser kwalunkwe konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' art li mhijiex foresta għal foresta permezz tat-taħwil, taż-żrigħ u/jew tal-promozzjoni, li tirriżulta minn azzjoni tal-bniedem, ta' sorsi naturali taż-żrieragħ, fuq art li oriġinarjament kienet miksija b'foresta, iżda li mbagħad kienet inbidlet f'art mingħajr foresta, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-1 ta' Jannar 1990; |
(d) "riforestazzjoni" tfisser kwalunkwe konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' art li mhijiex foresta għal foresta permezz tat-taħwil, taż-żrigħ u/jew tal-promozzjoni, li tirriżulta minn azzjoni tal-bniedem, ta' sorsi naturali taż-żrieragħ, fuq art li oriġinarjament kienet miksija b'foresta, iżda li mbagħad kienet inbidlet f'art mingħajr foresta, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-31 ta' Diċembru 1989; |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) "deforestazzjoni" tfisser il-konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' foresta għal art li mhijiex foresta, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-1 ta' Jannar 1990; |
(e) "deforestazzjoni" tfisser il-konverżjoni, li tirriżulta minn azzjoni diretta tal-bniedem, ta' foresta għal art li mhijiex foresta, fejn il-konverżjoni tkun seħħet wara l-31 ta' Diċembru 1989; |
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) "ħażna tal-karbonju" tfisser il-kwantità tal-element karbonju maħżun f'raggruppament tal-karbonju, mogħtija f'miljuni ta' tunnellati; |
(j) ‘ħażna tal-karbonju’ tfisser il-kwantità tal-element karbonju maħżun f'raggruppament tal-karbonju; |
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt p | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(p) "prodott tal-injam maħsud" tfisser kwalunkwe prodott tal-ħsad tal-injam, inkluż materjal tal-injam u qxur tas-siġar, li ma jkunx għadu fis-sit fejn jiġi maħsud l-injam; |
(p) "prodott tal-injam maħsud" tfisser kwalunkwe materjal tal-injam, inkluż qxur tas-siġar, li ma jkunx għadu fis-sit fejn jiġi maħsud l-injam; |
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt t | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(t) "disturb naturali" tfisser kwalunkwe avveniment mhux antropoġeniku jew ċirkostanza mhux antropoġenika li jikkawża/tikkawża emissjonijiet sinifikanti fil-foresti jew fil-ħamrija agrikola u li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tiegħu/tagħha, sakemm dak l-Istat Membru, b'mod oġġettiv, lanqas ma jkun jista' jillimita b'mod sinifikanti l-effett fuq l-emissjonijiet ta’ dak l-avveniment jew ta’ dik iċ-ċirkostanza, anke wara li dan jokkorri/li din tokkorri; |
(t) 'disturbi naturali' huma avvenimenti mhux antropoġeniċi jew ċirkostanzi mhux antropoġeniċi. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, dawn l-avvenimenti jew ċirkostanzi huma dawk li jikkawżaw emissjonijiet sinifikanti fil-foresti u li Stat Membru ma jkollu l-ebda kontroll fuqhom u ma jinfluwenzahomx b'mod materjali. Dawn jistgħu jinkludu nirien, infestazzjonijiet minn insetti u ta’ mard li jittieħed, avvenimenti ta’ temp estremi u/jew disturbi ġeografiċi, li jmorru lil hinn mill-kontroll, u li mhumiex influwenzati b’mod materjali minn Stat Membru. Dawn jeskludu l-ħsad u l-ħruq preskritt; |
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ta (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ta) 'livell ta' sfond' huwa l-medja ta' perjodu ta' żmien konsistenti u inizjalment komplut li fih l-emissjonijiet tal-perjodu 1990-2009 assoċjati mad-disturbi naturali wara l-applikazzjoni ta' proċess iterattiv biex jitneħħew il-valuri anormali, ibbażat fuq id-devjazzjoni standard għal darbtejn mill-medja sakemm ma jibqa' identifikat ebda valur anormali. B'mod alternattiv, l-Istati Membri jistgħu japplikaw approċċ speċifiku għal kull pajjiż, li jkun trasparenti u kumparabbli, bl-użu ta' serje temporali konsistenti u inizjalment kompluta ta' data inkluż għal perjodu li jinkludi l2009-2009. L-approċċi kollha għandhom jevitaw l-istennija ta’ krediti netti tul il-perjodu ta’ impenn. Jekk il-livell ta’ referenza tal-ġestjoni tal-foresti ta’ Stat Membru ma tkunx tinkludi livell bażi ta’ emissjonijiet għall-applikazzjoni tal-livell bażi kif imsemmi fl-Artikolu 9(2), il-valur tal-livell bażi għandu jkun stmat bl-applikazzjoni tal-ewwel approċċ imsemmi aktar kmieni. Fejn il-livell ta’ bażi jkun definit kif jidher aktar kmieni, il-marġini għandu jkun id-doppju tal-istandard ta’ devjazzjoni tas-serje temporali definita fil-livell ta’ bażi. F’każ li l-livell ta’ bażi hu definit bl-użu ta’ approċċ speċifiku għal pajjiż, jew f’każ li l-livell ta’ referenza ta’ Stat Membru jkun żero, l-Istat Membru għandu jinforma l-mod li bih kien stabbilit il-marġini, meta jkun il-marġini jkun meħtieġ. L-approċċi kollha għandhom jevitaw l-istennija ta’ krediti netti tul il-perjodu ta’ impenn. |
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt u | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(u) "valur ta’ nofs il-ħajja" tfisser l-għadd ta' snin li jridu jgħaddu biex il-kontenut tal-karbonju fi prodott tal-injam jonqos għal nofs il-kwantità inizjali tiegħu; |
(u) ‘valur ta’ nofs il-ħajja’ tfisser l-għadd ta' snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità tal-karbonju maħżun fi prodotti tal-injam maħsud fi ħdan waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 7(2) tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu; |
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt v | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(v) "il-metodu ta' ossidazzjoni istantanja" tfisser metodu tal-kontabilità li jassumi li r-rilaxx fl-atmosfera tal-kwantità sħiħa tal-karbonju maħżun fil-prodotti tal-injam maħsud iseħħ meta Stat Membru jinkludi dawk il-prodotti fil-kontijiet tiegħu skont din id-Deċiżjoni; |
(v) "il-metodu ta' ossidazzjoni istantanja" tfisser metodu tal-kontabilità li jassumi li r-rilaxx fl-atmosfera tal-kwantità sħiħa tal-karbonju maħżun fil-prodotti tal-injam maħsud iseħħ mal-ħsad; |
Emenda 30 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda d-definizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex taġġorna dawk id-definizzjonijiet fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adotatti mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni. |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda d-definizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex tiżgura konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe tibdil fid-definizzjonijiet rilevanti adotatti mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto fi ħdan il-qafas tal-UNFCCC jew ta' ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni. |
Emenda 31 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għal kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha li jirriżultaw mill-attivitajiet fit-territorju tagħhom li jaqgħu fil-kategoriji ta' attività li ġejjin: |
1. Għal kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jżommu kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti kollha li jirriżultaw mill-attivitajiet fit-territorju tagħhom li jaqgħu fil-kategoriji ta' attività li ġejjin: |
(a) l-afforestazzjoni; |
(a) l-afforestazzjoni; |
(b) ir-riforestazzjoni; |
(b) ir-riforestazzjoni; |
(c) id-deforestazzjoni; |
(c) id-deforestazzjoni; |
(d) il-ġestjoni tal-foresti; |
(d) il-ġestjoni tal-foresti; |
(e) il-ġestjoni tar-raba'; |
(e) il-ġestjoni tar-raba'; |
(f) il-ġestjoni tal-imriegħi. |
(f) il-ġestjoni tal-imriegħi; |
|
(g) ixxottar tal-art mistagħdra, fi żmien sena wara l-pubblikazzjoni ta' gwida rilevanti ppubblikata mill-IPCCC. |
|
(h) tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra, fi żmien sena wara l-pubblikazzjoni ta' gwida rilevanti ppubblikata mill-IPCCC. |
L-Istati Membri jistgħu jfasslu u jżommu wkoll kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-riveġetazzjoni u mill-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra. |
L-Istati Membri jistgħu jfasslu u jżommu wkoll kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-riveġetazzjoni. |
Emenda 32 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Regoli ġenerali tal-kontabilità |
Kontijiet tal-Attivitajiet tas-settur tal-LULUCF |
Emenda 33 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn kwalunkwe attività li taqa' f'waħda mill-kategoriji ta' attività msemmija fl-Artikolu 3(1) jew aktar għandhom jiġu kkontabilizzati taħt kategorija waħda biss. |
2. L-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn kwalunkwe attività li taqa' f'waħda mill-kategoriji ta' attività msemmija fl-Artikolu 3(1) jew aktar għandhom jiġu kkontabilizzati taħt kategorija waħda biss biex tiġi evitata kontabilità doppja. |
Emenda 34 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu kwalunkwe korrezzjoni teknika u kwalunkwe rikalkolazzjoni neċessarja biex jinkludu fil-kontijiet eżistenti tagħhom u dawk li għadhom kif ġew stabbiliti, fejn ikunu b’mod ieħor esklużi, ir-ragruppamenti tal-karbonju msemmija f’dan il-paragrafu, u l-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 3(2). |
Emenda 35 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda l-Anness I biex iżżid il-perjodi tal-kontabilità u tiżgura l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti applikabbli għall-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet f'setturi oħra. |
7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda l-Anness I biex iżżid il-perjodi tal-kontabilità jekk ikun meħtieġ sabiex tiżgura l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti adotatti mill-korpi tal-UNFCCC jew mill-Protokoll ta' Kjoto fi ħdan il-qafas tal-UNFCCC jew ta' ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni. |
Emenda 36 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fil-kontijiet relatati mar-riforestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw biss mit-tali attivitajiet li jseħħu fuq dawk l-artijiet li ma kinux foresta fil-1 ta' Jannar 1990. |
1. Fil-kontijiet relatati mar-riforestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw biss mit-tali attivitajiet li jseħħu fuq dawk l-artijiet li ma kinux foresta fil-31 ta' Diċembru 1989. |
Emenda 37 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta l-Istati Membri jikkontabilizzaw l-emissjonijiet tal-metan (CH4) u tal-ossidu nitruż (N2O) li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-afforestazzjoni, tar-riforestazzjoni u tad-deforestazzjoni, it-tali emissjonijiet għandhom jirrappreżentaw l-emissjonijiet totali għas-snin f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, ikkalkulati billi jingħaddu l-emissjonijiet li jokkorru f'kull sena ta' dak il-perjodu tal-kontabilità, abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli. |
3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-emissjonijiet tal-metan (CH4) u tal-ossidu nitruż (N2O) li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-afforestazzjoni, tar-riforestazzjoni u tad-deforestazzjoni. Tali emissjonijiet għandhom jirrappreżentaw l-emissjonijiet totali għas-snin f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, ikkalkulati billi jingħaddu l-emissjonijiet li jokkorru f'kull sena ta' dak il-perjodu tal-kontabilità, abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli. |
Emenda 38 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-Istati Membri għandhom jibqgħu jfasslu u jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn art li kienet identifikata fil-kontijiet skont l-Artikolu 4(3) fil-kategoriji tal-afforestazzjoni, tar-riforestazzjoni u tad-deforestazzjoni anke meta attività ta' dan it-tip ma tkunx għadha qed titwettaq fuq dik l-art. |
4. L-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti dwar l-artijiet li ġew identifikati fil-kontijiet skont l-Artikolu 4(3) fil-kategoriji tal-afforestazzjoni, tar-riforestazzjoni u tad-deforestazzjoni anke meta attività ta' dan it-tip ma tkunx għadha qed titwettaq fuq dik l-art. |
Emenda 39 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fil-kontijiet relatati mal-ġestjoni tal-foresti, l-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta' dan it-tip, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, li minnhom jitnaqqas il-valur miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità bil-livell ta’ referenza tagħhom speċifikat fl-Anness II. |
1. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta' ġestjoni tal-foresti, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, li minnhom jitnaqqas il-valur miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità bil-livell ta’ referenza tagħhom speċifikat fl-Anness II. |
Emenda 40 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għal perjodu tal-kontabilità partikulari jkun negattiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jdaħħal fil-kontijiet tal-ġestjoni tal-foresti tiegħu emissjonijiet u assorbimenti totali li ma jaqbżux l-ekwivalenti ta' 3.5 % tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru fis-sena ta’ referenza tiegħu, kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat tiegħu dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1, minbarra l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), immultiplikati bl-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità. |
2. Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għal perjodu tal-kontabilità partikulari jkun negattiv, l-Istat Membru kkonċernat għandu jdaħħal fil-kontijiet tal-ġestjoni tal-foresti tiegħu emissjonijiet u assorbimenti totali li ma jaqbżux l-ekwivalenti ta' 3.5 % tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru fis-sena ta’ referenza jew perjodu ta' referenza tiegħu, kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat tiegħu dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1, minbarra l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), immultiplikati bl-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità. |
Emenda 41 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi tal-kalkolu li japplikaw għall-kontijiet tagħhom għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-foresti jkunu konsistenti mal-metodi tal-kalkolu applikati għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza tagħhom speċifikati fl-Anness II fir-rigward tal-aspetti li ġejjin: |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi tal-kalkolu li japplikaw għall-kontijiet tagħhom għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-foresti jkunu bi qbil mal-Appendiċi II tad-Deċiżjoni 2/CMP.6 u konsistenti mal-metodi tal-kalkolu applikati għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza tagħhom speċifikati fl-Anness II fir-rigward tal-aspetti li ġejjin: |
Emenda 42 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-prodotti tal-injam maħsud; |
imħassar |
Emenda 43 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Sa mhux aktar tard minn sena qabel it-tmiem ta' kull perjodu tal-kontabilità, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti proposti għall-perjodu tal-kontabilità sussegwenti, ikkalkulati skont il-metodoloġija mogħtija fid-Deċiżjoni -/CMP.7 għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza stabbiliti f'dik id-deċiżjoni. |
4. Il-livelli ta’ referenza għall-ġestjoni tal-foresti għandhom ikunu identiċi għal dawk stabbiliti permezz ta’ atti approvati mill-korpi tal-UNFCCC jew ta’ Kjoto. Sa mhux aktar tard minn sena qabel it-tmiem ta' kull perjodu tal-kontabilità, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti għall-perjodu tal-kontabilità sussegwenti, ikkalkulati skont il-proċess u l-metodoloġija mogħtija fid-Deċiżjonijiet 2/CMP.6 u 2/CMP.7 għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza stabbiliti fid-Deċiżjoni 2/CMP.7. |
|
Għall-perjodu ta' wara l-2020 għandha tintuża kontabilità komprensiva abbażi tal-art. |
Emenda 44 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Jekk ikun hemm xi bidliet fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni -/CMP.7, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti proposti li jirriflettu dawk il-bidliet sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dawk il-bidliet. |
5. Jekk ikun hemm xi bidliet fid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni 2/CMP.6. jew id-Deċiżjoni 2/CMP.7, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti li jirriflettu dawk il-bidliet sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dawk il-bidliet. |
Emenda 45 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Jekk isiru disponibbli metodoloġiji mtejba li jippermettu lil Stat Membru jikkalkula l-livelli ta' referenza b'mod ferm aktar preċiż jew fejn ikun hemm titjib sinifikanti fil-kwalità tad-dejta li Stat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti proposti li jirriflettu dawk il-bidliet. |
6. Jekk isiru disponibbli metodoloġiji mtejba li jippermettu lil Stat Membru jikkalkula l-livelli ta' referenza b'mod ferm aktar preċiż jew fejn ikun hemm titjib sinifikanti fil-kwalità tad-dejta li Stat Membru jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jwettaq aġġustament tekniku b'segwitu għad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2/CMP.7 u jikkomunika mingħajr dewmien lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti li jirriflettu dawk il-bidliet. |
Emenda 46 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-ammont ta' emissjonijiet annwali li jirriżultaw minn disturbi naturali li jkunu ġew inklużi fil-livelli ta' referenza riveduti proposti minnhom u l-mod li bih ikunu stmaw dak l-ammont. |
7. Għall-finijiet tal-paragrafi 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw l-ammont ta' emissjonijiet annwali li jirriżultaw minn disturbi naturali li jkunu ġew inklużi fil-livelli ta' referenza riveduti minnhom u l-mod li bih ikunu stmaw dak l-ammont. |
Emenda 47 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-preċiżjoni tal-livelli ta' referenza riveduti proposti. |
8. Il-Kummissjoni għandha tuża l-livelli ta' referenza riveduti kif definit fil-proċess tal-UNFCCC. |
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, u fin-nuqqas ta’ atti speċifiċi adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew ta’ Kjoto jew ta’ oqfsa suċċessuri oħra li jistabbilixxu l-livelli ta’ referenza għall-ġestjoni tal-foresti, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-preċiżjoni tal-livelli ta’ referenza l-ġodda. |
Emenda 48 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex taġġorna l-livelli ta' referenza mogħtija fl-Anness II kif ikun meħteġ. |
9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex taġġorna l-livelli ta' referenza mogħtija fl-Anness II fid-dawl tat-tibdil fil-livelli ta’ referenza approvati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta’ Kjoto. |
Emenda 49 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 10a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10a. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel is-sottomissjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni quddiem l-UNFCCC, il-Kummissjoni tikkonsulta mal-Istati Membri, kif inhu xieraq, sabiex tiżgura l-kompletezza tas-sottomissjoni tagħha. |
Emenda 50 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw, skont l-Artikolu 3(1), l-emissjonijiet mill-prodotti tal-injam maħsud li, fl-1 ta' Jannar 2013, ikun fihom il-karbonju, anke meta l-prodotti tal-injam maħsud ta' dan it-tip ikunu nħasdu qabel din id-data. |
1. Il-prodotti tal-injam maħsud infushom m’għandhomx jitqiesu bħala emissjonijiet ta’ gassijiet serra. L-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw, skont l-Artikolu 3(1), l-emissjonijiet mill-prodotti tal-injam maħsud li, fl-1 ta' Jannar 2013, ikun fihom il-karbonju, anke meta l-prodotti tal-injam maħsud ta' dan it-tip ikunu nħasdu qabel din id-data u għandhom jiddistingwu bejn il-prodotti li joriġinaw mid-deforestazzjoni u dawk li joriġinaw mill-ġestjoni tal-foresti. |
Emenda 51 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jużaw valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għal pajjiż partikolari minflok il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III, sakemm dawk il-valuri jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli. |
L-Istati Membri jistgħu jużaw valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għal pajjiż partikolari minflok il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III, sakemm dawk il-valuri jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli u li huma mill-anqas iddettaljati daqs dawk fl-Anness III. |
Emenda 52 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-prodotti importati tal-injam maħsud, irrispettivament mill-oriġini tagħhom, m'għandhomx jiġu kkunsidrati mill-Istat Membru li jkun qed jimportahom. |
Emenda 53 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-kontijiet relatati mal-prodotti tal-injam maħsud esportati, l-Istati Membri jistgħu jużaw valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għal pajjiż partikolari minflok il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III, sakemm dawk il-valuri jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli dwar l-użu ta' dawk il-prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimportahom. |
Fil-kontijiet relatati mal-prodotti tal-injam maħsud esportati, l-Istati Membri jistgħu jużaw valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għal pajjiż partikolari minflok il-valuri ta’ nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness III, sakemm dawk il-valuri jiġu ddeterminati mill-Istat Membru kkonċernat abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli dwar l-użu ta' dawk il-prodotti tal-injam maħsud fil-pajjiż li qed jimportahom u li huma mill-anqas iddettaljati jew preċiżi daqs dawk fl-Anness III. |
Emenda 54 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri li jagħżlu l-użu ta' valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għal pajjiż għal prodotti esportati tal-injam maħsud għandhom javżaw lill-Kummissjoni sena qabel tmiem il-perjodu tal-kontabilità għal reviżjoni u approvazzjoni. |
Emenda 55 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri m'għandhomx jużaw valuri ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għal pajjiż għal prodotti tal-injam maħsud imqiegħda fis-suq tal-Unjoni li jiddevjaw fil-kontijiet tagħhom minn dawk użati mill-Istat Membru li jimporta skont l-Artikolu 3(1). |
Emenda 56 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud li jirriżultaw mid-deforestazzjoni fuq il-bażi tal-ossidazzjoni istantanja. |
Emenda 57 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Meta l-Istati Membri jikkontabilizzaw, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud li jkunu nħasdu għall-finijiet tal-enerġija, huma għandhom jagħmlu dan ukoll abbażi tal-metodu ta' ossidazzjoni istantanja. |
4. L-Istati Membri jikkontabilizzaw, l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud li jkunu nħasdu jew ġew importati għall-finijiet tal-enerġija, huma għandhom jagħmlu dan ukoll abbażi tal-metodu ta' ossidazzjoni istantanja. |
Emenda 58 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom iżommu rendikont tal-prodotti tal-injam maħsud li nħasad barra mill-Unjoni u li jintuża għall-finijiet tal-enerġija fl-Istati Membri, bl-għan li jiġi provdut sommarju tal-emissjonijiet filwaqt li jiġi indikat il-pajjiż tal-ħsad tal-prodott tal-injam maħsud u jekk ġiex maħsud b'mod sostenibbli. Għal skopijiet ta’ informazzjoni, l-emissjonijiet li jiġu evitati permezz tal-użu ta’ din il-bijomassa jistgħu jiġu kkalkulati. |
Emenda 59 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont il-progress xjentifiku. |
6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont il-progress xjentifiku u fid-dawl tal-bidliet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew il-Protokoll ta' Kjoto jew oqfsa suċċessuri oħra. |
Emenda 60 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi tal-kontabilità tagħhom skont il-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 3(1). Jekk l-Istati Membri jeskludu l-emissjonijiet ta' dan it-tip, huma għandhom jeskludu wkoll kwalunkwe assorbiment sussegwenti fuq l-artijiet fejn ikunu seħħew dawk id-disturbi naturali. Madankollu, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali li jkunu ġew inklużi fil-kalkolu tal-livell ta’ referenza tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 6(5) jew l-Artikolu 6(6) u kwalunkwe assorbiment sussegwenti fuq l-artijiet fejn ikunu seħħew id-disturbi naturali ma għandhomx jiġu esklużi. |
1. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi tal-kontabilità tagħhom skont il-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 3(1). Jekk l-Istati Membri jeskludu l-emissjonijiet ta' dan it-tip, huma għandhom jeskludu wkoll kwalunkwe assorbiment sussegwenti fuq l-artijiet fejn ikunu seħħew dawk id-disturbi naturali. Madankollu, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali li jkunu ġew inklużi fil-kalkolu tal-livell ta’ referenza tal-Istati Membri skont l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 6(5) jew l-Artikolu 6(6) u kwalunkwe assorbiment sussegwenti fuq l-artijiet fejn ikunu seħħew id-disturbi naturali ma għandhomx jiġu esklużi. |
Emenda 61 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Għall-attivitajiet ta' afforestazzjoni u riforestazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 3(1), l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw livell ta' sfond tal-emissjonijiet mid-disturbi naturali. Bi qbil mad-Deċiżjoni 2/CMP.7, l-Istati Membri jistgħu jeskludu jew annwalment jew fi tmiem il-perjodu tal-kontabilità msemmi fl-Anness I, emissjonijiet mid-disturbi naturali li jaqbżu fi kwalunkwe sena waħda l-livell ta' sfond tal-afforestazzjoni u d-deforestazzjoni flimkien mal-marġini. |
Emenda 62 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b Għal attivitajiet tal-ġestjoni tal-foresti msemmija f'punt (d) tal-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontabilità, jew fuq bażi annwali, jew inkella fl-aħħar tat-tieni perjodu ta’ impenn, l-emissjonijiet minn disturbi naturali li f’sena waħda tkun liema tkun jaqbżu l-livell tal-isfond tal-ġestjoni tal-foresti, flimkien ma’ marġni, fejn ikun meħtieġ marġni. |
Emenda 63 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi skont il-paragrafu 1 mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi ta’ kontabilizzazzjoni tagħhom skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 3(1) meta dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn disturbi naturali ta’ dan it-tip f’sena waħda jaqbżu l-5 % tal-emissjonijiet totali tal-Istat Membru fis-sena ta’ referenza tiegħu kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat ta’ dak l-Istat Membru dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1, minbarra l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi skont il-paragrafu 1 mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi ta’ kontabilizzazzjoni tagħhom skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 3(1). |
(a) jekk l-Istat Membru jidentifika ż-żoni kollha tal-art esklużi mill-kontijiet tal-Istati Membri skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 3(1), fosthom billi jindikahom skont iż-żona ġeografika tagħhom, u skont it-tipi ta' disturbi naturali u s-sena meta dawn ikunu seħħew; |
|
(b) jekk l-Istat Membru jagħmel stima tal-emissjonijiet annwali tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi li jirriżultaw minn disturbi naturali u tal-assorbimenti sussegwenti fiż-żoni tal-art esklużi; |
|
(c) jekk ma jkun seħħ l-ebda tibdil fl-użu tal-art fiż-żoni tal-art esklużi u l-Istat Membru juża metodi u kriterji trasparenti u verifikabbli biex jidentifika t-tibdil fl-użu tal-art f’dawn iż-żoni tal-art; |
|
(d) jekk l-Istat Membru, fejn ikun prattikabbli, iwettaq miżuri biex jimmaniġġja jew jikkontrolla l-impatt tad-disturbi naturali; |
|
(e) jekk l-Istat Membru, fejn ikun possibbli, iwettaq miżuri biex jirriabilita ż-żoni tal-art esklużi; |
|
(f) jekk l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-prodotti tal-injam maħsud irkuprat permezz tal-qtugħ ta' salvataġġ ma kinux esklużi mill-kontabilità. |
|
|
L-Istati Membri għandhom, megħjuna mill-Kummissjoni fejn hu xieraq, jagħmlu kwalunkwe korrezzjoni jew rikalkolu tekniċi għal-livell ta' referenza tal-ġestjoni tal-foresti speċifikat fl-Anness II biex jinkludi, jekk ma jkunx inkluż b'konformità ma' dan il-paragrafu, il-livell ta' sfond tal-emissjonijiet assoċjati mad-disturbi naturali annwali. |
Emenda 64 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti netti suġġetti għall-paragrafu 2 u għandhom jipprovdu informazzjoni trasparenti: |
|
(a) billi jiġi indikat li l-artijiet kollha suġġetti għal esklużjoni huma identifikati, billi jindikahom skont iż-żona ġeoreferenzjata tagħhom, u skont it-tipi ta' disturbi naturali u s-sena meta dawn ikunu seħħew; |
|
(b) billi juri kif inhuma stmati l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi naturali u l-assorbimenti sussegwenti f'dawk iż-żoni; |
|
(c) billi juri li ma jkun seħħ l-ebda tibdil fl-użu tal-art fl-artijiet li għalihom tapplika esklużjoni u billi jispjega l-metodi u l-kriterji għall-identifikazzjoni ta' kwalunkwe tibdil futur fl-użu tal-art għal dawk iż-żoni tal-art matul il-perjodu tal-kontabilità. |
|
(d) billi juri li, matul il-perjodu tal-kontabilità, l-avvenamenti ma kinux taħt il-kontroll tal-Istat Membru, u ma kinux influwenzati b'mod materjali minnu, billi juri l-isforzi prattikabbli biex jiġu evitati, ġestiti jew ikkontrollati l-avvenimenti li għalihom jintalbu l-esklużjonijiet. |
|
(e) billi juri l-isforzi li saru biex tiġi rijabilitata, fejn hu prattiku, l-art li għaliha jintalbu l-esklużjonijiet. |
|
(f) billi juri li l-emissjonijiet assoċjati mal-qtugħ ta' salvataġġ ma kinux esklużi mill-kontabilità. |
|
L-Istati Membri ma għandhomx jeskludu mill-kontabilità l-emissjonijiet mid-disturbi naturali f'dawk l-artijiet li jkunu suġġetti għal bidliet fl-użu tal-art wara d-disturbi. |
Emenda 65 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex dawn ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. |
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex dawn ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. |
Emenda 66 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-bidu ta' kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jittrażmettu lill-Kummissjoni abbozzi tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF maħsubin biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi kkonsultata firxa wiesgħa ta' partijiet interessati. |
1. Sa mhux aktar tard minn sena wara l-bidu ta' kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jittrażmettu lill-Kummissjoni l-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF, bħala dokument separat jew, fejn tkun disponibbli, bħala parti li tista’ tiġi identifikata b’mod ċar mill-Istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-Iżvilupp b’Emissjonijiet Baxxi ta' Karbonju, maħsubin biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi kkonsultata firxa wiesgħa ta' partijiet interessati. |
L-abbozzi tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-kontabilità rilevanti speċifikat fl-Anness I. |
Il-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-kontabilità rilevanti speċifikat fl-Anness I. |
Emenda 67 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jinkludu, fl-abbozzi tagħhom tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF, l-informazzjoni li ġejja b'rabta ma' kull waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1): |
2. Il-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF jinkludu l-informazzjoni li ġejja b'rabta ma' kull waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1): |
(a) deskrizzjoni tax-xejriet tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti fil-passat; |
(a) deskrizzjoni tax-xejriet passati u reċenti tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti, inklużi x-xejriet storiċi sat-tali punt li dawk jistgħu jinbnew mill-ġdid b'mod raġonevoli; |
(b) tbassir dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti għall-perjodu tal-kontabilità rispettiv; |
(b) tbassir dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti konsistenti max-xejriet fil-popolazzjoni, l-iżvilupp tal-infrastruttura, l-użu tal-enerġija, l-intensità tal-agrikoltura u l-forestrija, għall-perjodu tal-kontabilità rispettiv; |
(c) analiżi tal-potenzjal li jiġu llimitati jew li jitnaqqsu l-emissjonijiet u tal-potenzjal li jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti; |
(c) analiżi tal-potenzjal li jiġu llimitati jew li jitnaqqsu l-emissjonijiet u tal-potenzjal li jiżdiedu l-assorbimenti, inkluż permezz tas-sostituzzjoni ta' materjal li jiġġenera gassijiet serra b'mod intensiv u ta' ħażniet li jikkonsmaw l-enerġija, filwaqt li tiżdied il-kapaċità globali tar-reċipjent; |
(d) lista ta' miżuri, inklużi, kif ikun xieraq, dawk speċifikati fl-Anness IV, li għandhom jiġu adottati biex jintlaħaq il-potenzjal għall-mitigazzjoni, fejn dan ikun ġie identifikat skont l-analiżi msemmija fil-punt (c); |
(d) lista tal-aktar miżuri xierqa li jissodisfaw iċ-ċirkustanzi nazzjonali, li trid tiġi adottata sabiex jintlaħaq il-potenzjal għall-mitigazzjoni, fejn dan ikun ġie identifikat skont l-analiżi msemmija fil-punt (c), inklużi, imma mhux limitat għalihom, dawk speċifikati b'mod indikattiv fl-Anness IV. L-Istati Membri jistgħu isaqsu lill-Kummissjoni biex tipprovdi gwida teknika u operattiva dwar il-kwistjonijiet koperti minn dan il-punt; |
(e) il-politiki previsti biex jiġu implimentati l-miżuri msemmija fil-punt (d), inkluża deskrizzjoni tal-effett li dawk il-miżuri mistennija jkollhom fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti; |
(e) il-politiki previsti biex jiġu implimentati l-miżuri msemmija fil-punt (d), inkluża deskrizzjoni tal-effett li dawk il-miżuri mistennija jkollhom fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti; |
(f) skedi taż-żmien għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (d). |
(f) skedi taż-żmien għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (d). |
Emenda 68 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida operattiva u għajnuna teknika lill-Istati Membri u tadotta linji gwida strutturali għall-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-LULUCF biex jiġi żgurat skambju ta' informazzjoni komparabbli u komplut. |
|
L-Istati Membri jikkonformaw ma' dawn il-linji gwida u l-Kummissjoni ssaqsi lil Stat Membru jimmodifika jew jissuplementa dawn il-Pjanijiet biex jiġi żgurat li jikkonformaw mal-linji gwida. Dan il-paragrafu japplika mingħajr preġudizzju għall-kompetenza nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-politika tal-forestrija. |
|
Jekk l-Istati Membri jkollhom programmi jew pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali li jikkonċernaw is-settur tal-agrikoltura u l-forestrija u dawn il-programmi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2 u dawk tal-linji gwida strutturali, l-Istati Membri jistgħu jużaw dawn il-programmi u l-pjanijiet ta’ azzjoni bħala programmi ta’ sostituzzjoni għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni għas-settur tal-LULUCF. |
|
Il-Kummissjoni tikkonsulta mal-Istati Membri dwar il-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF u fi żmien tliet xhur tippubblika s-sejbiet ta' dawk il-konsultazzjonijiet f'rapport ta' sintesi bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' għarfien u l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri. |
|
Il-Kummissjoni tista' toħroġ b'rakkomandazzjonijiet prattikabbli, kif inhu xieraq, bil-għan li jiżdiedu l-isforzi tal-UE biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti. |
|
L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq il-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni u għandhom jippubblikaw f'forma elettronika u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni. |
Emenda 69 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-abbozz tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Stat Membru partikolari għas-settur tal-LULUCF fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha mingħand dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni u tista' tippubblika rakkomandazzjonijiet, kif ikun xieraq, bil-għan li ttejjeb l-isforzi tal-Istati Membri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti. |
imħassar |
L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq is-sejbiet tal-Kummissjoni u għandhom jippubblikaw f'forma elettronika u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
Emenda 70 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ta’ sintesi dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni tal-Istati Membri. |
Emenda 71 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Għandu jiġi ffurmat grupp ta’ ħidma ad hoc magħmul minn esperti nazzjonali, sabiex, flimkien mal-Kummissjoni, jivvaluta l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali. |
|
L-implimentazzjoni tiġi vvalutata fi żmien sitt xhur mir-riċeviment tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 4, u l-Kummissjoni tista' toħroġ, bi ftehim komuni mal-grupp ta’ ħidma ad hoc magħmul minn esperti nazzjonali, b'rakkomandazzjonijiet prattikabbli, kif ikun xieraq, bil-għan li jiżdiedu l-isforzi tal-Istati Membri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti. L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq is-sejbiet tal-Kummissjoni u tal-grupp ta' esperti nazzjonali. |
Emenda 72 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 4b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4b. Għandhom jiġu pprovduti opportunitajiet bikrija u effikaċi għall-pubbliku biex jipparteċipa matul il-preparazzjoni, il-modifika u r-reviżjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-LULUCF skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, il-Pjanijiet ta' Azzjoni u r-rapporti ta' sintesi għas-settur tal-LULUCF bi qbil mal-obbligi rispettivi tagħhom skont ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u d-Direttiva 2003/4/KE. |
Emenda 73 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapporti msemmija fl-paragrafu 4. |
imħassar |
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rapporti u r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni u tista' tippubblika rakkomandazzjonijiet, kif ikun xieraq, bil-għan li ttejjeb l-isforzi tal-Istati Membri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti. L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq is-sejbiet tal-Kummissjoni. |
|
Emenda 74 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tanalizza r-regoli tal-kontabilità mogħtija f'din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-ewwel perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I. |
Il-Kummissjoni għandha tanalizza r-regoli tal-kontabilità mogħtija f'din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-ewwel perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I fid-dawl tan-negozjati internazzjonali u l-UNFCCC. |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-kontabilità tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF) hija element ewlieni fil-politika tal-klima bil-potenzjal, fost affarijiet oħra, li tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni, l-adattament, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. L-ewwel pass, favur l-inkorporazzjoni tas-setturi tal-LULUCF fl-isforzi tal-UE għat-tnaqqis u l-iżgurar tal-komplementarjetà qalb il-politiki tal-Unjoni, huwa li jiġu stabbiliti regoli robusti biex jitqiesu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn attivitajiet tal-LULUCF.
F'dan ir-rigward, il-kontabilità tal-LULUCF fl-Unjoni Ewropea għandha tkun motivata minn tliet objettivi predominanti:
- li tiġi ffaċilitata l-konformità mal-obbligi internazzjonali indipendenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea bħala Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto;
- li tiġi pprovduta koerenza politika mal-leġiżlazzjoni eżistenti u kontemplata tal-Unjoni għal koordinazzjoni u integrazzjoni futuri, inklużi, imma mhux limitati għalihom, il-Politika Agrikola Komuni (il-PAK) u d-Direttiva tal-Enerġija Rinnovabbli; kif ukoll
- li jiġi żgurat li l-prattiki u l-metodoloġiji tal-kontabilità jikkonformaw mal-prinċipji aċċettati ta' trasparenza, konsistenza, komparabilità, kompletezza u preċiżjoni – mhux biss ġewwa l-Istati Membri imma wkoll bejniethom bħala membri tal-Unjoni Ewropea.
L-approċċ li ttieħed hawnhekk mir-Rapporteur huwa wieħed kirurġiku li jfittex li jissodisfa dawn l-objettivi filwaqt li jirrikonoxxi li ħafna mix-xogħol diġà sar fid-deċiżjonijiet meħuda waqt il-Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC u l-Laqgħat tal-Partijiet tal-Protokoll ta' Kjoto, inklużi d-Deċiżjoni 16/CMP.1, id-Deċiżjoni 2/CMP.6 u d-Deċiżjoni 2/CMP.7. L-Unjoni Ewropea trid ukoll tkun konxja mir-rwol kritiku ta’ tmexxija li għandha fil-kwistjonijiet dwar il-klima u, meta l-armonizzazzjoni tkun ippreferuta jew meħtieġa, għandha timmira għall-ogħla denominatur komuni fost l-Istati Membri tagħha.
Għalhekk ir-rapporteur jilqa' d-Deċiżjoni proposta imma jqis li f'ħafna aspetti għandha bżonn tiġi ċċarata u msaħħa.
Obbligi tal-Kontabilità
L-obbligu li jiġu stabbiliti u kkunsidrati l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-firxa sħiħa ta' kategoriji tal-attivitajiet relatati mal-art li jirrilaxxaw l-emissjonijiet huwa pass importanti biex dawn is-setturi jiġu inkorporati fl-isforzi ta' tnaqqis tal-Unjoni. F'Durban, l-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra baqgħu attività volontarja skont id-Deċiżjoni 2/CMP.7 li trid tkun ibbażata fuq metodoloġiji ta' stimi għal art mistagħdra, art maqluba f'art mistagħdra u l-użu tal-art fuq ħamrija organika mxarrba fil-linji gwida tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) adottati jew imħeġġa dan l-aħħar mill-Konferenza tal-Partijiet u kwalunkwe kjarifika sussegwenti oħra li kien hemm qbil dwarha. Il-kontabilità tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra minn ċerti Stati Membri u mhux oħrajn twassal ukoll għal inkonsistenzi mal-Unjoni kollha.
Għalhekk ir-Rapporteur jipproponi l-inklużjoni tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra bħala kategorija tal-attivitajiet li għaliha tkun xierqa l-kontabilità obbligatorja.
Regoli Ġenerali tal-Kontabilità
Il-kontabilità preċiża tal-bidliet għall-istokk tal-karbonju għal kull kategorija tal-attvitajiet teħtieġ l-inklużjoni ta' ragruppamenti tal-karbonju u gassijiet b'effett ta' serra magħrufin. Barra minn hekk, fl-interessi li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni b'għajn mitfugħa fuq integrazzjoni ulterjuri fl-impenji tat-tnaqqis tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjoni eżistenti u kkontemplata tal-Unjoni, l-Istati Membri kollha huma meħtieġa li jqisu l-istokk tal-karbonju li juża l-istess ragruppamenti tal-karbonju u gassijiet b'effett ta' serra. Fejn l-Istati Membri jkunu jeħtieġu għajnuna biex jagħmlu l-korrezzjonijiet u l-aġġustamenti tekniċi biex jitqiesu r-ragruppamenti tal-karbonju u l-gassijiet b'effett ta' serra li ġew esklużi mill-kontabilità, il-Kummissjoni għandha toffri l-għajnuna fejn ikun xieraq.
Għalhekk ir-rapporteur jipproponi li l-kontabilità tkun meħtieġa għar-ragruppamenti tal-karbonju u l-gassijiet b'effett ta' serra għal kull kategorija tal-attivitajiet u jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna.
Il-Prodotti tal-Injam Maħsud
F'Durban, ġie deċiż li l-prodotti tal-injam maħsud (HWP) għandhom jitqiesu abbażi tal-ossidazzjoni istantanja – li jfisser li l-karbonju maħżun fl-injam jitqies li jiġi rilaxxat waqt il-ħsad – sakemm id-data trasparenti u verifikabbli għal ċerti kategoriji tal-HWP tkun disponibbli, li f'dak il-każ għandha titqies billi tintuża l-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad bi standards ta’ nofs il-ħajja speċifikati. L-Istati Membri huma wkoll permessi jużaw data speċifika għall-pajjiż biex tieħu post l-istandards ta’ nofs il-ħajja speċifikati. Din l-istruttura tista' tirriżulta f'inkonsistenzi potenzjali ġewwa l-Unjoni, pereżempju: (i) żewġ Stati Membri li jużaw, għal pajjiż terz, standards ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż li jvarjaw minn xulxin; jew (ii) Stat Membru wieħed li juża standards ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal Stat Membru ieħor li jvarja minn dak li juża għalih innifsu. Jeħtieġ li jiġu eliminati dawn l-inkonsistenzi potenzjali qabel ma jseħħu.
Għalhekk ir-Rapporteur jipproponi li l-ewwel l-Istati Membri jkunu meħtieġa javżaw lill-Kummissjoni għal reviżjoni u approvazzjoni tal-għażla tagħha li jintużaw standards ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal HWP esportati 'l barra mill-Unjoni, u mbagħad li l-Istati Membri jkunu pprojbiti milli jużaw standards ta’ nofs il-ħajja speċifiċi għall-pajjiż għal HWP mqiegħda fis-suq tal-Unjoni li jiddevjaw minn dawk użati mill-Istat Membru li jkun qed jimporta.
Barra minn hekk, il-qafas attwali għall-kontabilità għall-HWP joħloq differenzi fid-data meta dawk il-prodotti jintużaw għal raġunijiet ta' enerġija. Dan huwa partikolarment relevanti għal bijomassa tal-injam użata fil-bijoenerġija u s-suppożizzjoni ta' żero emissjonijiet li hija l-bażi tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet. Filwaqt li l-Istati Membri huma meħtieġa jikkunsidraw HWP maħsud internament li jintuża għal raġunijiet ta' enerġija abbażi tal-ossidazzjoni istantanja – għalhekk jiġu provduti mekkaniżmu fl-Unjoni u qafas legali li jikkunsidra dawk l-emissjonijiet – dan mhuwiex dejjem il-każ għal pajjiżi terzi. Id-dħul fis-seħħ li ġej tar-Regolament dwar l-Injam tal-UE, li jaħdem flimkien mal-modernizzazzjoni tal-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità, jipprovdi għodod fil-ħin biex jassistu fl-eliminazzjoni ta' din id-differenza fid-data.
Għalhekk ir-Rapporteur jipproponi li l-Istati Membri jinħtieġu jżommu rendikont u jikkunsidraw għal raġunijiet indikattivi l-emissjonijiet biss għall-HWP li nħasad barra mill-Unjoni u intuża għal raġunijiet ta' enerġija fl-Istat Membri abbażi ta' ossidazzjoni istantanja filwaqt ukoll li tingħata informazzjoni dwar il-pajjiż ta' ħsad u jekk inħasadx b'mod sostenibbli.
Disturbi Naturali
F'Durban, l-emissjonijiet mid-disturbi naturali jistgħu, f'ċerti ċirkustanzi, ikunu esklużi mill-attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni u ġestjoni tal-foresti. L-approċċ jeħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu stima tal-livelli u l-marġini ta' sfond sabiex jiġi stabbilit liema emissjonijiet jistgħu jkunu esklużi, u mbagħad jippermetti biss l-esklużjoni ta' dawk l-emissjonijiet meta jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet. Id-Deċiżjoni 2/CMP.7 teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jużaw l-istess metodoloġiji applikati għall-ġestjoni tal-foresti, għall-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni. Il-bżonn ta' konsistenza, madankollu, mhuwiex limitat għall-kategoriji tal-attivitajiet biss imma japplika wkoll għall-Istati Membri.
Għalhekk ir-Rapporteur jipproponi li l-Istati Membri jikkalkulaw il-livelli u l-marġini ta' sfond u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet skont id-Deċiżjoni 2/CMP.7, u biex jagħmlu korrezzjonijiet u aġġustamenti tekniċi korrispondenti, kif meħtieġ, biex il-kontabilità tagħhom tkun konformi.
Definizzjonijiet
Ħafna termini użati fid-dokument mhumiex definiti jew jeħtieġu kjarifika ulterjuri. Dawn it-termini huma relevanti għall-fehim u l-applikazzjoni uniformi tal-obbligi identifikati fid-Deċiżjoni.
Għalhekk ir-Rapporteur jipproponi li jiġu inklużi jew iċċarati d-definizzjonijiet għall-istokk tal-karbonju, ir-reforestazzjoni, l-afforestazzjoni, id-deforestazzjoni, il-prodotti tal-injam maħsud, il-livell u l-marġini ta' sfond, il-valur ta’ nofs il-ħajja, u l-ossidazzjoni istantanja.
Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF
L-Istati Membri għandhom jesploraw azzjonijiet li jnaqqsu l-emissjonijiet u jżommu jew iżidu l-assorbimenti mill-kategorija tal-attivitajiet koperti hawnhekk. B'mod partikolari, dawn l-attivitajiet għandhom jidentifikaw xejriet u jesploraw l-integrazzjoni ulterjuri f'politiki oħrajn tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun inkarigata toffri gwida u għajnuna teknika lill-Istati Membri, kif xieraq, u inkarigata tippreżenta rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri. Il-parteċipazzjoni pubblika u t-trasparenza għandhom ikunu pprovduti kif meħtieġ f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.
Għalhekk ir-Rapporteur jipproponi li jiġi ċċarat il-kontenut tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-LULUCF biex jiġu inklużi x-xejriet u t-tbassir reċenti tal-emissjonijiet u l-assorbimenti u l-miżuri li jintegraw is-setturi tal-LULUCF f'politiki oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, huwa inkluż lingwaġġ li jiċċara r-rwol tal-Kummissjoni u l-obbligi biex jiġu pprovduti aċċess għall-informazzjoni u parteċipazzjoni pubblika.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (19.9.2012)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta' azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija
(COM(2012)0093 – C7‑0074/2012 – 2012/0042(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Julie Girling
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-elementi ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni qed tipproponi Deċiżjoni li tistipula, bħala l-ewwel pass, li jkun hemm qafas legali għal regoli ta' kontabilità b'saħħithom, armonizzati u komprensivi għall-użu tal-art, għat-tibdil fl-art u għas-settur tal-forestrija (LULUCF), li huma mfassla biex jakkomodaw il-profil speċifiku tagħha. Il-proposta tistabbilixxi qafas legali għas-settur tal-LULUCF li hu separat mill-oqfsa li jirregolaw l-impenji eżistenti (l-EU ETS u l-ESD), jiġifieri s-settur ma jkunx formalment inkluż fil-mira tal-Unjoni li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'20 % f'dan l-istadju. Is-settur tal-LULUCF għandu jiġi inkluż formalment fil-miri tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet biss ladarba jkunu ġew implimentati regoli sodi tal-kontabilità u tal-monitoraġġ u tar-rapportar. Għal dan il-għan il-Kummissjoni ppreżentat ukoll proposta għat-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE rigward il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Unjoni u għall-implimentazzjoni tal-Protokoll ta' Kjoto, billi din tiġi mibdula b'Regolament dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011)0789).
Il-Kummissjoni tinnota li l-objettiv ewlieni ta' din id-Deċiżjoni hu li tistabbilixxi regoli tal-kontabilità sodi u komprensivi għas-settur tal-LULUCF kif ukoll li tippermetti l-iżvilupp tal-politika tal-ġejjieni lejn l-inklużjoni sħiħa tas-settur tal-LULUCF fl-obbligi tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra meta l-kundizzjonijiet ikunu tajbin. Għal dan il-għan, din id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas:
· għal obbligu ta' kontabilità mandatarja għall-Istati Membri fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn sorsi u tal-assorbimenti minn bjar assoċjati ma’ attivitajiet tal-agrikoltura u tal-forestrija fis-settur tal-LULUCF u kontabilità volontarja għar-riveġetazzjoni u għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra;
· għar-regoli ġenerali tal-kontabilità li għandhom jiġu applikati;
· għar-regoli speċifiċi tal-kontabilità għall-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni, id-deforestazzjoni, il-ġestjoni tal-foresti, it-tibdil fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud, il-ġestjoni tar-raba', il-ġestjoni tal-imriegħi, ir-riveġetazzjoni, u l-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra;
· għar-regoli speċifiċi għall-kontabilità għad-disturbi naturali;
· għall-adozzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF fl-Istati Membri mfassla biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet mis-sorsi u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti mill-bjar assoċjati mal-attivitajiet tas-settur tal-LULUCF, u għall-evalwazzjoni ta' dawk il-pjanijiet min-naħa tal-Kummissjoni;
· is-setgħa tal-Kummissjoni li taġġorna d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 u fid-dawl tal-bidlet fid-definizzjonijiet adottati mill-entitajiet tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kyoto jew ta' kull ftehim multilaterali rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni, għall-emenda tal-Anness I biex jiżdiedu l-perjodi ta' awditjar u tkun żgurata l-konsistenza bejn dawk il-perjodi ta' awditjar u l-perjodi rilevanti applikabbli għall-impenji għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-Unjoni f'setturi oħrajn, u għall-emenda tal-Anness II b'livelli ta' referenza aġġornati bi qbil mal-livelli ta' referenza proposti li tressqu mill-Istati Membri u soġġetti għall-korrezzjonijiet magħmula b'konformità ma' din id-Deċiżjoni.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur temmen li din hi proposta ambizzjuża li tappoġġa l-bżonn għal reġim ta' awditjar aktar b'saħħtu li għandu l-għan li jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet tal-Ftehimiet Internazzjonali fil-liġi tal-UE. Madankollu r-rapporteur hi mħassba għall-fatt li d-delegazzjoni tal-poter, kif preskritta mill-Kummissjoni hi għal "perjodu indeterminat ta’ żmien"; ir-rapporteur tixtieq li tirrakkomanda li din tkun emendata għal perjodu ta' 5 snin.
Ir-rapporteur għamlet ukoll numru ta' emendi għat-test tal-Kummissjoni, li jiffokaw b'mod prinċipali fuq il-punti li ġejjin:
a) Ftehimiet Internazzjonali:
Ir-rapporteur tgħaraf li din il-proposta ġiet abbozzata qabel il-Konklużjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Durban u għaldaqstant emendat numru ta' artikoli, inkluż xi definizzjonijiet biex jiżguraw li din id-deċiżjoni tal-UE hi konformi mal-Konvenzjoni ta' Durban. Ir-rapporteur tqis bħala essenzjali li jkun hemm konsistenza bejn il-liġi tal-UE u r-regolamenti internazzjonali meta l-UE tkun adottat strument internazzjonali.
b) Piżijiet fuq l-Istati Membri:
Ir-rapporteur hi konxja ferm mill-piżijiet amministrattivi u finanzjarji dejjem akbar merfugħa mill-Istati Membri. Għal din ir-raġuni emendat ukoll it-test sabiex tkun evitata r-ripetizzjoni u d-duplikazzjoni tal-kontabilità u tar-rapportar, meta dan ikun possibbli. Dan m'għandux jaffettwa l-kwalità tad-dejta ta' kontabilità pprovduta iżda għandha tiżgura li l-Istati Membri ma jkollhomx għalfejn jerfgħu piżijiet żejda.
c) Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali:
Ir-rapporteur tifhem li l-introduzzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali f'din id-deċiżjoni hi kwistjoni taħraq għall-Istati Membri, għaldaqstant ir-rapporteur iddeċidiet li tħassar id-dispożizzjoni għal Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali u li tibdilha b'rabta mar-"Regolament (UE) Nru .../... (Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM/2011/0789)" li jirrikjedi li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet u tal-assorbiment fi ħdan l-UE.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE jesiġi li l-Kummissjoni tivvaluta l-modalitajiet biex tinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija fl-impenn tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur u tipprovdi għal monitoraġġ u kontabilità preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rilevanti. Din id-Deċiżjoni għandha, għalhekk, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF. Sadanittant, sabiex jiġu żgurati l-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju, għandha tipprovdi wkoll li l-Istati Membri jadottaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF li jistabbilixxu l-miżuri biex l-emissjonijiet jiġu llimitati jew imnaqqsa u biex l-assorbimenti jinżammu jew jiżdiedu fis-settur tal-LULUCF. |
(2) L-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE jesiġi li l-Kummissjoni tivvaluta l-modalitajiet biex tinkludi l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija fl-impenn tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, filwaqt li tiżgura l-permanenza u l-integrità ambjentali tal-kontribut tas-settur u tipprovdi għal monitoraġġ u kontabilità preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti rilevanti. Din id-Deċiżjoni għandha, għalhekk, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF. Sadanittant, sabiex jiġu żgurati l-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju, għandha tipprovdi wkoll li l-Istati Membri jinkludu miżuri sabiex jinkoraġġixxu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-art biex l-emissjonijiet jiġu llimitati jew imnaqqsa u biex l-assorbimenti jinżammu jew jiżdiedu fis-settur tal-LULUCF, fl-istrateġiji tagħhom ta' tkabbir b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali joħolqu piżijiet addizzjonali fil-livell tal-Istati Membri mingħajr l-ebda valur miżjud ċar. Dawn joħolqu regolamentazzjoni doppja għaliex il-Pjanijiet ta' Azzjoni proposti jkunu fis-seħħ flimkien mal-miżuri agrikoli u ambjentali taħt it-Tieni Pilastru tal-Politika Agrikola Komuni. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jippruvaw jinkludu miżuri sabiex jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-ġestjoni sostenibbli tal-art fi bnadi oħra, bħal fil-qafas tal-istrateġiji tagħhom ta' żvilupp b' emissjonijiet baxxi ta' karbonju. | |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Is-17-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC, li saret f'Durban f'Diċembru 2011, adottat id-Deċiżjoni -/CMP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (‘id-Deċiżjoni -/CMP.7’). Dik id-deċiżjoni stabbilixxiet ir-regoli għall-kontabilità għas-settur tal-LULUCF mit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Din id-Deċiżjoni għandha tkun skont dik id-deċiżjoni, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' koerenza bejn ir-regoli interni tal-Unjoni u l-metodoloġiji li jkun hemm qbil dwarhom fi ħdan l-UNFCCC. Din id-Dċeiżjoni għandha tirrifletti wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-LULUCF fl-Unjoni. |
(3) Is-17-il Konferenza tal-Partijiet tal-UNFCCC, li saret f'Durban f'Diċembru 2011, adottat id-Deċiżjoni 2/CMP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (‘id-Deċiżjoni 2/CMP.7’) u d-Deċiżjoni 16/CMP.1. Dawk id-deċiżjonijiet stabbilixxew ir-regoli għall-kontabilità għas-settur tal-LULUCF mit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto. Din id-Deċiżjoni għandha tkun skont dawk id-deċiżjonijiet, sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' koerenza bejn ir-regoli interni tal-Unjoni u l-metodoloġiji li jkun hemm qbil dwarhom fi ħdan l-UNFCCC sabiex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta' rapportar nazzjonali. Din id-Dċeiżjoni għandha tirrifletti wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tal-LULUCF fl-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Hija ta’ importanza kruċjali li l-qafas tal-UE għal LULUCF hija konsistenti mar-regoli internazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat ir-rapportar nazzjonali u sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bejn l-oqfsa differenti. Għalhekk, hawnhekk hawn bżonn li jsir allinjament mal-qafas internazzjonali (Deċiżjoni 2/CMP.7 u Deċiżjoni 16/CMP.1). | |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Ir-regoli tal-kontabilità tas-settur tal-LULUCF għandhom jirriflettu l-isforzi li jkunu saru fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija biex jissaħħaħ il-kontribut tal-bidliet li jkunu saru fl-użu tar-riżorsi tal-art għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi mandatarja għall-attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni, deforestazzjoni u ġestjoni tal-foresti tas-settur tal-forestrija, u għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-imriegħi u tal-ġestjoni tar-raba' tas-settur agrikolu. Għandha tipprovdi wkoll għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi volontarja għall-attivitajiet ta’ riveġetazzjoni u tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra. |
(4) Ir-regoli tal-kontabilità tas-settur tal-LULUCF għandhom jirriflettu l-isforzi li jkunu saru fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija biex jissaħħaħ il-kontribut tal-bidliet li jkunu saru fl-użu tar-riżorsi tal-art għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Din id-Deċiżjoni għandha tipprovdi għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi mandatarja għall-attivitajiet ta' afforestazzjoni, riforestazzjoni, deforestazzjoni u ġestjoni tal-foresti tas-settur tal-forestrija. Għandha tipprovdi wkoll għal regoli tal-kontabilità applikabbli fuq bażi volontarja għall-attivitajiet tal-ġestjoni tal-imriegħi u tal-ġestjoni tar-raba' tas-settur agrikolu u għall-attivitajiet ta' riveġetazzjoni, tal-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-ftehim ta' Durban, fejn ġiet prevista kontabilità mandatarja biss għall-ġestjoni tal-foresti. Minkejja li ħafna Stati Membri bħalissa qed iwettqu studji ta' fattibbiltà dwar il-kontabilizzazzjoni tal-ġestjoni tar-raba’ u tal-imriegħi, aktarx li dawn ma jkunux lesti qabel l-2014, u b'hekk il-proposta tal-Kummissjoni li l-kontabilità għal dawn l-azzjonijiet issir mandatarja tmur lil hinn mir-regoli internazzjonali u qed toħloq distorsjonijiet għall-Istati Membri u għall-operaturi. | |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tar-regoli tal-kontabilità applikabbli għas-settur tal-LULUCF tal-Unjoni, dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-kontabilità stipulati fid-Deċiżjoni -/CMP.7 u fid-Deċiżjoni 16/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto. |
(5) Biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tar-regoli tal-kontabilità applikabbli għas-settur tal-LULUCF tal-Unjoni, dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tal-kontabilità stipulati fid-Deċiżjoni -/CMP.7, fid-Deċiżjoni 2/CMP.6 u fid-Deċiżjoni 16/CMP.1 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto u applikati b'mod konsistenti, komparabbli u komplut fl-Unjoni u fost l-Istati Membri. |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Ir-regoli tar-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dwar informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni dwar is-settur tal-LULUCF, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../... [il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011) 789 finali — 2011/0372 (COD)], u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(10) Ir-regoli tar-rapportar dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u dwar informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima, inkluża l-informazzjoni dwar is-settur tal-LULUCF, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../... [il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011) 789 finali — 2011/0372 (COD)], u għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri fil-kontabilità, għalkemm ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu meqjus utli li tkun stabbilita rabta mar-regolament negozjat bħalissa dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni(COM/2011/0789). | |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Il-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF għandhom jistabbilixxu miżuri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF. Kull Pjan ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF għandu jinkludi ċerta informazzjoni, kif speċifikat f'din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, biex jiġu promossi l-aqwa prattiki, fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiġi stabbilita lista indikattiva tal-miżuri li jistgħu jiġu inklużi wkoll f'dawk il-pjanijiet. Il-Kummissjoni għandha tevalwa perjodikament il-kontenut u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF u, fejn xieraq, tipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-azzjonijiet tal-Istati Membri. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur tifhem li l-introduzzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali f'din id-deċiżjoni hi kwistjoni taħraq għall-Istati Membri, għaldaqstant ir-rapporteur iddeċidiet li tħassar id-dispożizzjoni għal Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali u li tibdilha b'referenza għar-"Regolament (UE) Nru .../... (Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM/2011/0789)" li jirrikjedi li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet u tal-assorbiment fi ħdan l-UE. | |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex taġġorna d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta’ ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni, biex temenda l-Anness I biex jiżdiedu l-perjodi ta’ kontabilità u tiġi żgurata l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti applikabbli għall-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet f'setturi oħra, biex temenda l-Anness II b'livelli ta' referenza aġġornati skont il-livelli ta' referenza proposti sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6 u suġġetti għall-korrezzjonijiet magħmula skont din id-Deċiżjoni, biex tirrevedi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III skont il-progress xjentifiku u biex tirrevedi l-kundizzjonijiet relatati mar-regoli tal-kontabilità għad-disturbi naturali stipulati fl-Artikolu 9(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(13) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex taġġorna d-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta’ ftehimiet multilaterali oħrajn rilevanti li joħorġu mis-settur tat-tibdil fil-klima, li l-Unjoni għandha tikkonforma magħhom, biex tirrevedi l-kundizzjonijiet relatati mar-regoli tal-kontabilità għad-disturbi naturali stipulati fl-Artikolu 9(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tal-Annessi I u II teħtieġ l-użu tal-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja u m'għandhix titħalla f'idejn l-atti ddelegati. | |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija. Tipprovdi wkoll għal Pjanijiet ta' Azzjoni tal-Istati Membri għas-settur tal-LULUCF biex jiġu llimitati jew imnaqqsa l-emissjonijiet u biex jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti, u għall-evalwazzjoni ta' dawk il-pjanijiet mill-Kummissjoni. |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-regoli tal-kontabilità applikabbli għall-emissjonijiet u għall-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija fl-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur tipproponi t-tħassir tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali (relatata ma' bosta emendi oħrajn). | |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt q | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(q) "foresta" tfisser żona tal-art ta' mill-anqas 0.5 ettari, b'kopertura ta' qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta' ħżin ta' mill-anqas 10 % taż-żona, koperta b'siġar li jkollhom il-potenzjal jilħqu għoli minimu ta' mill-anqas 5 metri meta jimmaturaw fil-post fejn ikunu kibru, inklużi gruppi ta' siġar naturali żgħar li jkunu qed jikbru, jew pjantaġġun li għad irid jilħaq kopertura ta' qċaċet tas-siġar jew livell ekwivalenti ta' ħżin ta’ mill-anqas 10 % taż-żona jew għoli tas-siġar ta' mill-anqas 5 metri, inkluża kwalunkwe żona li normalment tkun tifforma parti miż-żona tal-foresta iżda li fuqha temporanjament ma jkun hemm l-ebda siġra b'riżultat ta' intervent tal-bniedem, bħall-ħsad, jew b'riżultat ta' kawżi naturali, iżda li tista' tkun mistennija terġa' ssir foresta; |
(q) "foresta" tfisser art b'kopertura ta' qċaċet tas-siġar (jew livell ekwivalenti ta' ħżin) ta' aktar minn 10 % u żona ta' aktar minn 0.5 ettari. Is-siġar għandhom ikunu jistgħu jilħqu għoli minimu ta' 5 metri meta jimmaturaw in situ. Foresta tista' tikkonsisti jew minn formazzjonijiet ta' foresti magħluqa fejn siġar ta' diversi sulari u pjanti żgħar ikopru propozjon kbira ta' art jew ta' foresta miftuħa b'kopertura kontinwa ta' veġetazzjoni li fiha l-kopertura tal-qċaċet tas-siġar taqbeż l-10 %. Siġar naturali żgħar u l-pjantaġġuni kollha stabbiliti għal għanijiet ta' forestrija li għad iridu jilħqu densità ta' qċaċet tas-siġar ta' 10 % jew għoli tas-siġar ta' 5 m huma inklużi, kif inhuma żoni li normalment jiffurmaw parti miż-żona tal-foresta li huma temporanjament mhux maħżuna b'riżultat ta' intervent tal-bniedem jew kawżi naturali iżda li huma mistennija jerġgħu jsiru foresta. ‘Foresta’ tinkludi: mixtliet tal-foresti u ġonna tal-frott għaż-żerriegħa li jikkostitwixxu parti integrali tal-foresta; toroq tal-foresti, cleared tracts, firebreaks u żoni oħra żgħar miftuħa fil-foresta; foresti f'parks nazzjonali, riservi naturali u erji oħra protetti bħal ma huma dawk ta' interess ambjentali, xjentifiku, storiku, kulturali jew spiritwali speċjali; windbreaks u shelterbelts ta' siġar b'erja ta' mhux aktar minn 0.5 ettari u wisa' ta' mhux aktar minn 20 m, pjantaġġuni tar-rubberwood u cork oak stands. ‘Foresta’ teskludi art użata predominantement għal prattiċi agrikoli; |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-definizzjoni għandha tkun konformi mal-proċess MCPFE/Forest Europe għax l-Istati Membri jridu jirrappurtaw fil-proċess MCPFE/Forest Europe skont dawn il-kriterji. Tibdil fis-sistema ta' rappurtar jew l-obbligu li r-rappurtar isir b'modi differenti/paralleli jwassal għal spejjeż u burokrazija addizzjonali għall-Istati Membri. | |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt t | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(t) "disturb naturali" tfisser kwalunkwe avveniment mhux antropoġeniku jew ċirkostanza mhux antropoġenika li jikkawża/tikkawża emissjonijiet sinifikanti fil-foresti jew fil-ħamrija agrikola u li l-Istat Membru rilevanti ma jkollu l-ebda kontroll fuq l-okkorrenza tiegħu/tagħha, sakemm dak l-Istat Membru, b'mod oġġettiv, lanqas ma jkun jista' jillimita b'mod sinifikanti l-effett fuq l-emissjonijiet ta’ dak l-avveniment jew ta’ dik iċ-ċirkostanza, anke wara li dan jokkorri/li din tokkorri; |
(t) "distrubi naturali" tfisser kwalunkwe avveniment mhux antropoġeniku jew ċirkostanza mhux antropoġenika. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, dawn l-avvenimenti jew ċirkostanzi huma dawk li jikkawżaw emissjonijiet sinifikanti fil-foresti u li Stat Membru ma jkollu l-ebda kontroll fuqhom u ma jinfluwenzahomx b'mod materjali. Dawn jistgħu jinkludu n-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp, inklużi perjodi ta' nixfa u għargħar, u/jew disturbi ġeografiċi, li Stat Membru ma jkollu l-ebda kontroll fuqhom u ma jinfluwenzahomx b'mod materjali. Dawn jeskludu l-ħsad u l-ħruq preskritt; |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mad-definizzjoni ta' "disturbi naturali" tal-Konvenzjoni ta' Durban dwar it-Tibdil fil-Klima biż-żieda tal-kelmiet "perjodi ta' nixfa u għargħar" għal aktar ċarezza. | |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ta (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ta) "livell ta' bażi" tfisser medja ta' serje temporali konsistenti u inizjalment kompluta li tinkludi l-emissjonijiet tal-1990-2009 relatati mad-disturbi naturali wara l-applikazzjoni ta' proċess iterattiv għat-tneħħija tal-livelli barra l-limitu, bbażat fuq id-doppju tal-istandard ta' devjazzjoni madwar il-valur medju sakemm ma jkun jista' jiġi identifikat l-ebda livell barra l-limitu. B'mod alternattiv, l-Istati Membri jistgħu japplikaw approċċ speċifiku għal kull pajjiż, li jkun trasparenti u kumparabbli, bl-użu ta' serje temporali konsistenti u inizjalment kompluta ta' dejta inkluż għal perjodu li jinkludi l-1990-2009. L-approċċi kollha għandhom jevitaw l-istennija ta' krediti netti tul il-perjodu ta' impenn. Jekk il-livell ta' referenza tal-ġestjoni tal-foresti ta' Stat Membru ma tkunx tinkludi livell bażi ta' emissjonijiet għall-applikazzjoni tal-livell bażi kif imsemmi fl-Artikolu 9(2), il-valur tal-livell bażi għandu jkun stmat bl-applikazzjoni tal-ewwel approċċ imsemmi aktar kmieni. |
|
Fejn il-livell ta' bażi ikun definit kif jidher aktar kmieni, il-marġini għandu jkun id-doppju tal-istandard ta' devjazzjoni tas-serje temporali definita fil-livell ta' bażi. F'każ li l-livell ta' bażi hu definit bl-użu ta' approċċ speċifiku għal pajjiż, jew f'każ li l-livell ta' referenza ta' Stat Membru jkun żero, l-Istat Membru għandu jinforma l-mod li bih kien stabbilit il-marġini, meta jkun il-marġini jkun meħtieġ. L-approċċi kollha għandhom jevitaw l-istennija ta' krediti netti tul il-perjodu ta' impenn. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni tal-livell ta' bażi teħtieġ tiġi introdotta sabiex ikun hemm konsistenza mal-Konvenzjoni ta' Durban dwar it-Tibdil fil-Klima ratifikata mis-27 Stat membru (li hi relatata ukoll mal-emendi l-oħrajn għall-Artikolu 9 li jidhru hawn taħt). | |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt u | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(u) "valur ta’ nofs il-ħajja" tfisser l-għadd ta' snin li jridu jgħaddu biex il-kontenut tal-karbonju fi prodott tal-injam jonqos għal nofs il-kwantità inizjali tiegħu; |
(u) "valur ta’ nofs il-ħajja" tfisser l-għadd ta' snin li jridu jgħaddu biex il-kwantità tal-karbonju maħżuna fi prodott tal-injam tonqos għal nofs il-valur inizjali tiegħu; |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn it-tibdiliet saru biex tkun iċċarata d-differenza bejn "kwantità" u "valur" fi ħdan din id-definizzjoni. | |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt w | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(w) "qtugħ ta' salvataġġ" tfisser kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-irkupru tal-injam affettwat minn disturb naturali li jkun għadu jista' jintuża tal-anqas parzjalment. |
(w) "qtugħ ta' salvataġġ" tfisser kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-irkupru tal-injam affettwat minn disturb naturali li jkun għadu jista' jintuża. |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda d-definizzjonijiet mogħtija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex taġġorna dawk id-definizzjonijiet fid-dawl ta’ tibdil fid-definizzjonijiet adotatti mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto jew ta' ftehim multilaterali ieħor rilevanti għat-tibdil fil-klima konkluż mill-Unjoni. |
imħassar |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) il-ġestjoni tar-raba'; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-ftehim ta' Durban, fejn ġiet prevista kontabilità mandatarja biss għall-ġestjoni tal-foresti. Minkejja li ħafna Stati Membri bħalissa qed iwettqu studji ta' fattibbiltà dwar il-kontabilizzazzjoni tal-ġestjoni tar-raba’ u tal-imriegħi, aktarx li dawn ma jkunux lesti qabel l-2014, u b'hekk il-proposta tal-Kummissjoni li l-kontabilità għal dawn l-azzjonijiet issir mandatarja tmur lil hinn mir-regoli internazzjonali u qed toħloq distorsjonijiet għall-Istati Membri u għall-operaturi. | |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) il-ġestjoni tal-imriegħi. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-ftehim ta' Durban, fejn ġiet prevista kontabilità mandatarja biss għall-ġestjoni tal-foresti. Minkejja li ħafna Stati Membri bħalissa qed iwettqu studji ta' fattibbiltà dwar il-kontabilizzazzjoni tal-ġestjoni tar-raba’ u tal-imriegħi, aktarx li dawn ma jkunux lesti qabel l-2014, u b'hekk il-proposta tal-Kummissjoni li l-kontabilità għal dawn l-azzjonijiet issir mandatarja tmur lil hinn mir-regoli internazzjonali u qed toħloq distorsjonijiet għall-Istati Membri u għall-operaturi. | |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jfasslu u jżommu wkoll kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-riveġetazzjoni u mill-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra. |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jfasslu u jżommu wkoll kontijiet għall-ewwel perjodu ta' kontabilità li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-ġestjoni tar-raba' u l-ġestjoni tal-imriegħi, mir-riveġetazzjoni u mill-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-ftehim ta' Durban, fejn ġiet prevista kontabilità mandatarja biss għall-ġestjoni tal-foresti. Minkejja li ħafna Stati Membri bħalissa qed iwettqu studji ta' fattibbiltà dwar il-kontabilizzazzjoni tal-ġestjoni tar-raba’ u tal-imriegħi, aktarx li dawn ma jkunux lesti qabel l-2014, u b'hekk il-proposta tal-Kummissjoni li l-kontabilità għal dawn l-azzjonijiet issir mandatarja tmur lil hinn mir-regoli internazzjonali u qed toħloq distorsjonijiet għall-Istati Membri u għall-operaturi. | |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-kontijiet tagħhom attività partikolari msemmija fil-paragrafu 1 mill-bidu nett tal-attività jew mill-1 ta’ Jannar 2013, skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti. |
3. L-Istati Membri għandhom jinkludu fil-kontijiet tagħhom kwalunkwe attività msemmija fil-paragrafu 1 mill-bidu nett tal-attività jew mill-bidu tal-perjodu tal-impenn, skont liema minnhom tokkorri l-aktar tard. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-Konvenzjoni ta' Durban dwar it-Tibdil fil-Klima. | |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn kwalunkwe attività li taqa' f'waħda mill-kategoriji ta' attività msemmija fl-Artikolu 3(1) jew aktar għandhom jiġu kkontabilizzati taħt kategorija waħda biss. |
2. L-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn kwalunkwe attività li taqa' f'waħda mill-kategoriji ta' attività msemmija fl-Artikolu 3(1) jew aktar għandhom jiġu kkontabilizzati taħt kategorija waħda biss, sabiex tiġi evitata l-kontabilità doppja. |
Ġustifikazzjoni | |
Din biex ikun iċċarat li l-kontabilità doppja għandha tiġi evitata bi kwalunkwe mezz. | |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu kwalunkwe korrezzjoni teknika u kwalunkwe rikalkolazzjoni neċessarja biex jinkludu fil-kontijiet eżistenti tagħhom u dawk li għadhom kif ġew stabbiliti, fejn ikunu b'mod ieħor esklużi, ir-raggruppamenti tal-karbonju msemmija fl-ewwel subparagrafu, u l-gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 3(2). |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt f – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinkludux fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna tal-karbonju għar-raggruppamenti tal-karbonju elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu meta r-raggruppament tal-karbonju ma jkunx bir li qed jonqos jew ma jkunx sors. L-Istati Membri għandhom iqisu li raggruppament tal-karbonju mhuwiex bir li qed jonqos jew mhuwiex sors biss meta dan jintwera abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli. |
Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jinkludux fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna tal-karbonju għar-raggruppamenti tal-karbonju elenkati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu meta r-raggruppament tal-karbonju ma jkunx sors. L-Istati Membri għandhom iqisu li raggruppament tal-karbonju sors biss meta dan jintwera abbażi ta' dejta trasparenti u verifikabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-Konvenzjoni ta' Durban dwar it-Tibdil fil-Klima. | |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex temenda l-Anness I biex iżżid il-perjodi tal-kontabilità u tiżgura l-konsistenza bejn dawk il-perjodi tal-kontabilità u l-perjodi rilevanti applikabbli għall-impenji tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet f'setturi oħra. |
7. Kwalunkwe emenda fir-regoli tal-kontabilità stipulati f'dan l-Artikolu, inkluż it-tibdiliet fil-perjodi ta' kontabilità stipulati fl-Anness I, għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li r-regoli tal-kontabilità stipulati f'dan l-Artikolu u fl-Anness I huma essenzjali għall-funzjonament ta' din id-deċiżjoni, kwalunkwe emenda għalihom għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura leġislattiva ordinarja. | |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fil-kontijiet relatati mar-riforestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw biss mit-tali attivitajiet li jseħħu fuq dawk l-artijiet li ma kinux foresta fil-1 ta' Jannar 1990. |
1. Fil-kontijiet relatati mar-riforestazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw biss mit-tali attivitajiet li jseħħu fuq dawk l-artijiet li ma kinux foresta sa mill-1 ta' Jannar 1990. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-Konvenzjoni ta' Durban dwar it-Tibdil fil-Klima. | |
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 5 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jużaw l-istess unità ta' valutazzjoni spazjali fil-kalkoli biex jiddeterminaw il-foresta li taqa' fi ħdan il-kategoriji tal-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni. |
5. L-Istati Membri għandhom jużaw l-aħjar dejta disponibbli biex jiddeterminaw jekk il-foresti jaqgħux fi ħdan id-definizzjonijiet ta' afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u d-deforestazzjoni, kif stipulat mill-punti (c) sa (e) tal-Artikolu 2. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur għażlet dan it-test il-ġdid sabiex it-test ikun aktar ċar. | |
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Sa mhux aktar tard minn sena qabel it-tmiem ta' kull perjodu tal-kontabilità, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti proposti għall-perjodu tal-kontabilità sussegwenti, ikkalkulati skont il-metodoloġija mogħtija fid-Deċiżjoni -/CMP.7 għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza stabbiliti f'dik id-deċiżjoni. |
4. Sa mhux aktar tard minn sena qabel it-tmiem ta' kull perjodu tal-kontabilità, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-livelli ta' referenza riveduti għall-perjodu tal-kontabilità sussegwenti, ikkalkulati skont il-metodoloġija mogħtija fid-Deċiżjoni -/CMP.7 għall-kalkolu tal-livelli ta' referenza stabbiliti f'dik id-deċiżjoni. |
|
Nota: l-istess bidla tapplika għall-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 6. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hi relatata mat-tħassir tad-dritt tal-Kummissjoni li tivverifika l-livelli ta' referenza riveduti fl-Artikolu 6(8). | |
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-preċiżjoni tal-livelli ta' referenza riveduti proposti. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tevita l-irduppjar tar-rekwiżiti ta' rapportar għall-Istati membri fil-verifika tal-livelli ta' referenza. | |
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex taġġorna l-livelli ta' referenza mogħtija fl-Anness II kif ikun meħteġ. |
imħassar |
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. L-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw għall-ġestjoni tal-foresti, l-impatt ta' kwalunkwe emenda għall-Anness II fir-rigward tal-perjodu tal-kontabilità rilevanti kollu kemm hu. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija koerenti mal-bqija tal-emendi tar-rapporteur għall-Artikolu 6 (9). | |
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 10a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10a. L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-kontabilizzazzjoni tagħhom tal-ġestjoni tal-foresti skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Kjoto, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar li jirriżultaw mill-ħsad u l-konverżjoni ta' pjantaġġuni tal-foresti kkontabilizzati taħt il-ġestjoni tal-foresti, f'art mhux forestali, bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti kollha li ġejjin ikunu ssodisfati; |
|
(a) il-pjantaġġun ta' foresta l-ewwel ikun ġie stabbilit permezz ta' taħwil u/jew żrigħ dirett ikkawżat mill-bniedem ta' art mhux forestali qabel l-1 ta' Jannar 1990, u, jekk il-pjantaġġun ta' foresta ikun ġie stabbilit mill-ġdid, li dan ikun seħħ l-aħħar f'art forestali permezz ta' taħwil u/jew żrigħ dirett ikkawżat mill-bniedem wara l-1 ta' Jannar 1960; |
|
(b) foresta ġdida ta' erja tal-anqas ekwivalenti għall-pjantaġġjun ta' foresta maħsud tkun ġiet stabbilita permezz ta' taħwil u/jew żrigħ dirett ikkawżat mill-bniedem ta' art mhux forestali li ma kienx fiha foresta fil-31 ta' Diċembru 1989; |
|
(c) din il-foresta li tkun għadha kif ġiet stabbilita għad tilħaq tal-anqas il-ħażna ta' karbonju ekwivalenti li kien fih il-pjantaġġun tal-foresta maħsud waqt il-ħin tal-ħsad, matul iċ-ċiklu normali tal-ħsad tal-pjantaġġun tal-foresta maħsud, u, jekk le, jiġi ġġenerat debitu skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Kjoto. |
Emenda 30 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 6 – paragrafu 10b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10b. L-artijiet u r-raggruppamenti ta' karbonju assoċjati kollha deskritti fil-paragrafu 10a ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu kkontabilizzati skont l-Artikolu 3(4) tal-Protokoll ta' Kjoto, u mhux skont l-Artikolu 3(3) ta' dak il-Protokoll. |
|
L-artijiet u r-raggruppamenti ta' karbonju assoċjati kollha deskritti fil-paragrafu 10a ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu identifikati, monitorjati u rrappurtati, inklużi ż-żona ġeoreferenzjata u s-sena ta' konverżjoni. |
Emenda 31 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) l-użu tal-injam għall-enerġija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-effett ta' sostituzzjoni tal-użu tal-injam għall-enerġija għandu bżonn jiġi rikonoxxut. | |
Emenda 32 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Regoli tal-kontabilità għall-ġestjoni tar-raba', għall-ġestjoni tal-imriegħi, għar-riveġetazzjoni u għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra |
Regoli tal-kontabilità għar-riveġetazzjoni u għall-ixxottar u t-tixrib mill-ġdid tal-art mistagħdra |
Emenda 33 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fil-kontijiet relatati mal-ġestjoni tar-raba' u mal-ġestjoni tal-imriegħi, l-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta' dan it-tip, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, li minnhom jitnaqqas il-valur miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità bl-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' Stat Membru li rriżultaw minn attivitajiet ta' dan it-tip fis-sena ta’ referenza tiegħu, kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat ta' dak l-Istat Membru dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1. |
1. F’każ li l-Istat Membru jagħżel li jfassal u jżomm il-kontijiet għall-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), huwa għandu, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni fil-ġejjieni dwar ir-regoli internazzjonali dwar il-kontabilità, jikkontabilizza l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw minn attivitajiet ta' dan it-tip, ikkalkulati bħala emissjonijiet u assorbimenti f'kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, li minnhom jitnaqqas il-valur miksub mill-multiplikazzjoni tal-għadd ta' snin f'dak il-perjodu tal-kontabilità bl-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' Stat Membru li rriżultaw minn attivitajiet ta' dan it-tip fis-sena ta’ referenza tiegħu, kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat ta' dak l-Istat Membru dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-ftehim ta' Durban, fejn ġiet prevista kontabilità mandatarja biss għall-ġestjoni tal-foresti. Minkejja li ħafna Stati Membri bħalissa qed iwettqu studji ta' fattibbiltà dwar il-kontabilizzazzjoni tal-ġestjoni tar-raba’ u tal-imriegħi, aktarx li dawn ma jkunux lesti qabel l-2014, u b'hekk il-proposta tal-Kummissjoni li l-kontabilità għal dawn l-azzjonijiet issir mandatarja tmur lil hinn mir-regoli internazzjonali u qed toħloq distorsjonijiet għall-Istati Membri u għall-operaturi. | |
Emenda 34 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn sorsi skont il-paragrafu 1 mill-kalkoli rilevanti għall-obbligi ta’ kontabilizzazzjoni tagħhom skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 3(1) meta dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux antropoġeniċi minn disturbi naturali ta’ dan it-tip f’sena waħda jaqbżu l-1 % tal-emissjonijiet totali tal-Istat Membru fis-sena ta’ referenza tiegħu kif sottomessi lill-UNFCCC fir-rapport inizjali analizzat ta’ dak l-Istat Membru dwar id-dejta tal-emissjonijiet tas-sena ta’ referenza skont l-Anness tad-Deċiżjoni 13/CMP.1, minbarra l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), dejjem jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontabilità, jew fuq bażi annwali, jew inkella fl-aħħar tat-tieni perjodu ta’ impenn, l-emissjonijiet minn disturbi naturali li f’sena waħda tkun liema tkun jaqbżu l-livell tal-isfond tal-ġestjoni tal-foresti, flimkien ma’ marġni, fejn ikun meħtieġ marġni. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-Ftehim ta' Durban, b'referenza speċifika għal-livelli tal-isfond u għall-marġnijiet. | |
Emenda 35 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 fid-dawl tal-progress xjentifiku jew biex dawn ikunu jirriflettu reviżjonijiet għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. |
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 12 biex tirrevedi l-kundizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 biex dawn ikunu jirriflettu tibdiliet żgħar għall-atti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Protokoll ta' Kjoto. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan it-test il-ġdid għandu l-għan li jillimitu l-ambitu tas-setgħa delegata. | |
Emenda 36 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 9a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 9a |
|
Obbligi ta' rapportar u monitoraġġ |
|
l-Istati Membri għandhom iwettqu l-obbligi ta' monitoraġġ u ta' rapportaġġ tagħhom fir-rigward tal-emissjonijiet u tal-assorbiment li jirriżulta mill-attivitajiet fil-kuntest ta' din id-deċiżjoni bi qbil mar-Regolament (UE) Nru / tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM(2011)0789). |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur tifhem li l-introduzzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali f'din id-deċiżjoni hi kwistjoni taħraq għall-Istati Membri, għaldaqstant ir-rapporteur iddeċidiet li tħassar id-dispożizzjoni għal Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali u li tibdilha b'referenza għar-"Regolament (UE) Nru .../... (Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM/2011/0789)" li jirrikjedi li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet u tal-assorbiment fi ħdan l-UE. | |
Emenda 37 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-bidu ta' kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ifasslu u jittrażmettu lill-Kummissjoni abbozzi tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF maħsubin biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti li jirriżultaw mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi kkonsultata firxa wiesgħa ta' partijiet interessati. L-abbozzi tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF għandhom ikopru l-perjodu kollu tal-kontabilità rilevanti speċifikat fl-Anness I. |
imħassar |
2. L-Istati Membri għandhom jinkludu, fl-abbozzi tagħhom tal-Pjanijiet ta' Azzjoni għas-settur tal-LULUCF, l-informazzjoni li ġejja b'rabta ma' kull waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1): |
|
(a) deskrizzjoni tax-xejriet tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti fil-passat; |
|
(b) tbassir dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti għall-perjodu tal-kontabilità rispettiv; |
|
(c) analiżi tal-potenzjal li jiġu llimitati jew li jitnaqqsu l-emissjonijiet u tal-potenzjal li jinżammu jew jiżdiedu l-assorbimenti; |
|
(d) lista ta' miżuri, inklużi, kif ikun xieraq, dawk speċifikati fl-Anness IV, li għandhom jiġu adottati biex jintlaħaq il-potenzjal għall-mitigazzjoni, fejn dan ikun ġie identifikat skont l-analiżi msemmija fil-punt (c); |
|
(e) il-politiki previsti biex jiġu implimentati l-miżuri msemmija fil-punt (d), inkluża deskrizzjoni tal-effett li dawk il-miżuri mistennija jkollhom fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti; |
|
(f) skedi taż-żmien għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (d). |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-abbozz tal-Pjan ta' Azzjoni ta' Stat Membru partikolari għas-settur tal-LULUCF fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha mingħand dak l-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni u tista' tippubblika rakkomandazzjonijiet, kif ikun xieraq, bil-għan li ttejjeb l-isforzi tal-Istati Membri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti. |
|
L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq is-sejbiet tal-Kummissjoni u għandhom jippubblikaw f'forma elettronika u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
4. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sad-data li tkun f'nofs kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, u sa tmiem kull perjodu tal-kontabilità speċifikat fl-Anness I, rapport li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF. |
|
5. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-Pjanijiet ta' Azzjoni tagħhom għas-settur tal-LULUCF fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi r-rapporti msemmija fl-paragrafu 4. |
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rapporti u r-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni u tista' tippubblika rakkomandazzjonijiet, kif ikun xieraq, bil-għan li ttejjeb l-isforzi tal-Istati Membri biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet u biex iżommu jew iżidu l-assorbimenti. L-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq is-sejbiet tal-Kummissjoni. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur tifhem li l-introduzzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali f'din id-deċiżjoni hi kwistjoni taħraq għall-Istati Membri, għaldaqstant ir-rapporteur iddeċidiet li tħassar id-dispożizzjoni għal Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali u li tibdilha b'referenza għar-"Regolament (UE) Nru .../... (Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM/2011/0789)" li jirrikjedi li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet u tal-assorbiment fi ħdan l-UE. | |
Emenda 38 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(2), 4(7), 6(9), 7(6) u 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien indeterminat li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
2. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(2), 7(6) u 9(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin li jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
l-ewwel bidla tirrifletti t-tħassir propost tal-atti delegati f'dawk l-artikoli. | |
Ir-rapporteur temmen li d-delegazzjoni tal-poter għandha tkun limitata għal ħames snin biss u m'għandhiex tibqa' indeterminata. | |
Emenda 39 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 12 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2), 4(7), 6(9), 7(6) u 9(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni partikulari. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 7(6) u 9(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni partikulari. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ. |
Emenda 40 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 12 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(2), 4(7), 6(9), 7(6) u 9(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9(7) u l-Artikolu 4(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu, it-tnejn li huma, infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 41 Proposta għal deċiżjoni Anness IV | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Miżuri relatati mal-ġestjoni tar-raba', bħal dawn li ġejjin: |
imħassar |
it-titjib tal-prattiki agronomiċi permezz ta' għażla aħjar tal-varjetajiet tal-uċuħ; |
|
l-estensjoni tat-tinwib tal-uċuħ u l-evitar jew it-tnaqqis tal-użu ta' art mistrieħa għerja; |
|
it-titjib fil-ġestjoni tan-nutrijenti, fil-ġestjoni tal-ħdim tar-raba' jew tar-residwi u fil-ġestjoni tal-ilma; |
|
l-istimulazzjoni ta' prattiki tal-agrikoltura u tal-forestrija u tal-potenzjal għal tibdil fil-kopertura (fl-użu) tal-art; |
|
(b) Miżuri relatati mal-ġestjoni u t-titjib tal-imriegħi, bħal dawn li ġejjin: |
|
il-prevenzjoni tal-konverżjoni tal-bwar f'raba' u tat-tkabbir mill-ġdid tal-veġetazzjoni oriġinali fir-raba' maħdum; |
|
it-titjib fil-ġestjoni tal-imriegħi bl-inklużjoni ta' bidliet fl-intensità u fil-ħinijiet tar-rigħi; |
|
żieda fil-produttività; |
|
it-titjib fil-ġestjoni tan-nutrijenti; |
|
it-titjib fil-ġestjoni tan-nirien; |
|
l-introduzzjoni ta' speċijiet aktar adattati u b'mod partikolari ta’ speċijiet li jrabbu għeruq fil-fond; |
|
(c) Miżuri għat-titjib tal-ġestjoni tal-ħamrija organika agrikola, u b'mod partikolari tat-torbieri, bħal dawn li ġejjin: |
|
l-għoti ta' inċentivi li jiffavorixxu prattiki sostenibbli tal-kultivazzjoni tal-għadajjar; |
|
l-għoti ta' inċentivi li jiffavorixxu prattiki agrikoli adattati, bħall-minimizzazzjoni tad-disturbi tal-ħamrija jew ta’ prattiki estensivi; |
|
(d) Miżuri għall-prevenzjoni tal-ixxottar tal-artijiet mistagħdra u għall-għoti ta’ inċentivi favur it-tixrib mill-ġdid ta’ dawn l-artijiet; |
|
(e) Miżuri relatati ma' torbieri umdi eżistenti jew ma’ torbieri umdi parzjalment ixxottati, bħal dawn li ġejjin: |
|
il-prevenzjoni ta' aktar ixxottar; |
|
l-għoti ta' inċentivi favur it-tixrib mill-ġdid tat-torbieri umdi u r-restawr tagħhom; |
|
il-prevenzjoni ta' nirien tat-torbieri umdi tal-wiċċ; |
|
(f) Ir-restawr tal-artijiet iddegradati; |
|
(g) Miżuri relatati mal-attivitajiet tal-forestrija, bħal dawn li ġejjin: |
|
il-prevenzjoni tad-deforestazzjoni; |
|
l-afforestazzjoni u r-riforestazzjoni; |
|
il-konservazzjoni tal-karbonju f'foresti eżistenti; |
|
it-tisħiħ tal-produzzjoni f'foresti eżistenti; |
|
iż-żieda fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud; |
|
it-titjib tal-ġestjoni tal-foresti, fosthom permezz tal-kompożizzjoni ottimizzata tal-ispeċijiet, tal-indukrar tas-siġar u tal-qtugħ li jnaqqas l-ammont ta’ siġar u tal-konservazzjoni tal-ħamrija; |
|
(h) It-tisħiħ tal-protezzjoni kontra disturbi naturali bħan-nirien, l-organiżmi ta' ħsara u l-maltempati. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur tifhem li l-introduzzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali f'din id-deċiżjoni hi kwistjoni taħraq għall-Istati Membri, għaldaqstant ir-rapporteur iddeċidiet li tħassar id-dispożizzjoni għal Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali u li tibdilha b'referenza għar-"Regolament (UE) Nru .../... (Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni (COM/2011/0789)" li jirrikjedi li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jirrapportaw l-emissjonijiet u tal-assorbiment fi ħdan l-UE. |
PROĊEDURI
Titolu |
Ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija |
||||
Referenzi |
COM(2012)0093 – C7-0074/2012 – 2012/0042(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 15.3.2012 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 15.3.2012 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Julie Girling 23.4.2012 |
||||
Eżami fil-kumitat |
9.7.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
18.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 4 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Eric Andrieu, José Bové, Luis Manuel Capoulas Santos, Vasilica Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Hynek Fajmon, Mariya Gabriel, Iratxe García Pérez, Julie Girling, Béla Glattfelder, Martin Häusling, Esther Herranz García, Elisabeth Jeggle, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, George Lyon, Gabriel Mato Adrover, Mairead McGuinness, James Nicholson, Rareş-Lucian Niculescu, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Papastamkos, Marit Paulsen, Britta Reimers, Ulrike Rodust, Alfreds Rubiks, Giancarlo Scottà, Czesław Adam Siekierski, Sergio Paolo Francesco Silvestris, Alyn Smith, Csaba Sándor Tabajdi, Janusz Wojciechowski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria do Céu Patrão Neves |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Ir-regoli tal-kontabilità u l-pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija |
||||
Referenzi |
COM(2012)0093 – C7-0074/2012 – 2012/0042(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
8.3.2012 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 15.3.2012 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 15.3.2012 |
AGRI 15.3.2012 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 19.3.2012 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Kriton Arsenis 12.4.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
9.7.2012 |
20.9.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.10.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 13 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Kriton Arsenis, Sandrine Bélier, Lajos Bokros, Nessa Childers, Yves Cochet, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Kārlis Šadurskis, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Thomas Ulmer, Åsa Westlund, Sabine Wils |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Christofer Fjellner, Gaston Franco, Adam Gierek, Romana Jordan, Rebecca Taylor, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Anna Záborská, Andrea Zanoni |
||||
Data tat-tressiq |
15.10.2012 |
||||