RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa
17.10.2012 - (COM(2011)0866 – C7‑0488/2011 – 2011/0421(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Gilles Pargneaux
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħa
(COM(2011)0866 – C7-0488/2011 – 2011/0421(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0866),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 168(4)(c) u l-Artikolu 168(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0488/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0337/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jipprovdi ECDC b'mandat li jkopri s-sorveljanza, is-sejba u l-valutazzjoni tar-riskju ta' theddid għas-saħħa tal-bniedem minn mard li jittieħed u tifqigħat ta' oriġini mhux magħrufa. L-ECDC, progressivament, ħadet f'idejha s-sorveljanza epidemjoloġika ta' mard li jittieħed u t-tħaddim tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija min-netwerk tal-Komunità mwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE. Dan l-iżvilupp mhuwiex rifless fid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, li ġiet adottata qabel il-ħolqien tal-ECDC. |
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jipprovdi lill-ECDC b'mandat li jkopri s-sorveljanza, is-sejba u l-valutazzjoni tar-riskju ta' theddid għas-saħħa tal-bniedem minn mard li jittieħed u tifqigħat ta' oriġini mhux magħrufa. Fil-każ ta' theddida li ma rriżultatx minn mard li jittieħed, l-ECDC għandu jaġixxi biss f'kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti, fuq talba ta' din l-awtorità. L-ECDC, progressivament, ħa f'idejh is-sorveljanza epidemjoloġika ta' mard li jittieħed u t-tħaddim tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija min-netwerk tal-Komunità mwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE. Dan l-iżvilupp mhuwiex rifless fid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, li ġiet adottata qabel il-ħolqien tal-ECDC. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-mandat tal-ECDC, li jmur lil hinn mill-mard li jittieħed, għandu jiġi definit ukoll minn din id-deċiżjoni. | |
Emenda 2 Proposta għal deċiżjoni Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Theddidiet transkonfinali għas-saħħa huma spiss relatati wkoll ma’ aġenti patoġeniċi li jistgħu jiġu trażmessi bejn l-individwi. Filwaqt li trażmissjoni bħal din ma tistax tiġi kompletament prevenuta, miżuri tal-iġjene ġenerali jistgħu jagħtu kontribut importanti billi jnaqqsu r-rapidità u l-grad ta’ tixrid tal-aġent u b’hekk inaqqsu r-riskju ġenerali. Tali prattiki tajba tal-iġjene għandhom jiġu promossi, speċjalment f’ambjenti sensittivi u fil-postijiet tax-xogħol. |
Emenda 3 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 u l-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-13 ta' Settembru 2010, enfasizzaw il-bżonn tal-introduzzjoni ta' proċedura komuni għall-prokurament konġunt ta' kontromiżuri mediċi, b'mod partikolari ta' tilqim pandemiku, sabiex tippermetti lill-Istati Membri biex, fuq bażi volontarja, jibbenefikaw minn tali xiri fi grupp. Fir-rigward tat-tilqim pandemiku, fil-kuntest tal-kapaċitajiet limitati għall-produzzjoni f'livell globali, tali proċedura se żżid id-disponibilità ta' dawk il-prodotti u se tiżgura aċċess għalihom li hu iktar ġust, fost l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-prokurament konġunt. |
(10) Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Marzu 2011 u l-Kunsill fil-Konklużjonijiet tiegħu tat-13 ta' Settembru 2010, enfasizzaw il-bżonn tal-introduzzjoni ta' proċedura komuni għall-prokurament konġunt ta' kontromiżuri mediċi, b'mod partikolari ta' tilqim pandemiku, sabiex tippermetti lill-Istati Membri biex, fuq bażi volontarja, jibbenefikaw minn tali xiri fi grupp u jiksbu prezzijiet vantaġġużi u flessibilità għall-ordnijiet fir-rigward ta' prodott partikolari. Fir-rigward tat-tilqim pandemiku, fil-kuntest tal-kapaċitajiet limitati għall-produzzjoni f'livell globali, tali proċedura titwettaq bl-għan li jkun permess aċċess aktar ekwu għal vaċċini għall-Istati Membri involuti, biex tgħinhom jissodisfaw il-ħtiġijiet tat-tilqim taċ-ċittadini tagħhom , skont politiki dwar it-tilqim fl-Istati Membri. |
Emenda 4 Proposta għal deċiżjoni Premessa 10a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, speċjalment fir-rigward tal-klassifikazzjoni tat-theddid, għandha tissaħħaħ. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, b'mod partikolari mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), għandha tissaħħaħ aktar f'din id-Deċiżjoni. | |
Emenda 5 Proposta għal deċiżjoni Premessa 11a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, partikolarment fir-rigward tal-emerġenza jew l-emerġenza mill-ġdid tal-mard li jittieħed, għandha tissaħħaħ. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi għandha tiġi enfasizzata aktar f'din d-Deċiżjoni. | |
Emenda 6 Proposta għal deċiżjoni Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni ta' theddid serju transkonfinali għas-saħħa hija konsistenti daqs kemm hi komprensiva minn perspettiva tas-saħħa pubblika, il-kompetenzi xjentifiċi disponibbli għandhom jiġu mobilizzati b'manjiera koordinata, permezz ta' mezzi jew strutturi skont it-tip ta' theddid ikkonċernat. Il-valutazzjoni tar-riskju għandu jkun ibbażat fuq evidenza xjentifika soda u kompetenzi indipendenti u għandu jiġi pprovdut mill-Aġenziji tal-Unjoni skont il-missjonijiet tagħhom, jew inkella minn gruppi ta' esperti mwaqqfa mill-Kummissjoni. |
(13) Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni ta' theddid serju transkonfinali għas-saħħa hija konsistenti daqs kemm hi komprensiva minn perspettiva tas-saħħa pubblika, il-kompetenzi xjentifiċi disponibbli għandhom jiġu mobilizzati b'manjiera koordinata, permezz ta' mezzi jew strutturi skont it-tip ta' theddid ikkonċernat. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq evidenza xjentifika soda u kompetenzi indipendenti u għandha tiġi pprovduta mill-Aġenziji tal-Unjoni skont il-missjonijiet tagħhom, jew inkella minn gruppi ta' esperti mwaqqfa mill-Kummissjoni. Meta esperti jiġu kkonsultati, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ impenn u dikjarazzjoni tal-interessi tagħhom. Il-Kummissjoni, jew l-awtoritajiet rilevanti li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Istati Membri, għandhom jivverifikaw dawn id-dikjarazzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-iżgurar tal-indipendenza u tat-trasparenza, jeħtieġ li l-kunflitti tal-interessi jiġu pprevenuti permezz ta’ dikjarazzjonijiet ta' impenji u ta’ interessi. Huwa kruċjali li dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu wkoll ivverifikati. | |
Emenda 7 Proposta għal deċiżjoni Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Komunikazzjoni inkonsistenti u li tikkonfondi mal-pubbliku u mal-partijiet interessati bħall-professjonisti tas-saħħa, jista' jkollha impatt negattiv fuq l-effettività tar-reazzjoni minn perspettiva tas-saħħa pubblika kif ukoll fuq operaturi ekonomiċi. Għaldaqstant, il-koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Unjoni għandu jinkludi kampanji ta' informazzjoni kondiviża u messaġġi ta' komunikazzjoni konsistenti liċ-ċittadini bbażati fuq evalwazzjoni indipendenti tar-riskji għas-saħħa pubblika. |
(16) Komunikazzjoni inkonsistenti u li tikkonfondi mal-pubbliku u mal-partijiet interessati bħall-professjonisti tas-saħħa, jista' jkollha impatt negattiv fuq l-effettività tar-reazzjoni minn perspettiva tas-saħħa pubblika kif ukoll fuq operaturi ekonomiċi. Għaldaqstant, il-koordinazzjoni tar-reazzjoni fil-livell tal-Unjoni għandha tinkludi kampanji ta' informazzjoni kondiviża u messaġġi ta' komunikazzjoni konsistenti liċ-ċittadini bbażati fuq evalwazzjoni indipendenti tar-riskji għas-saħħa pubblika. Permezz ta' strateġiji xierqa ta' komunikazzjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu jistgħu jissorveljaw iċ-ċarezza u l-koerenza tal-kontenut informattiv tal-messaġġ indirizzat lill-pubbliku, speċjalment fir-rigward tan-natura u l-karatteristiċi tat-theddida, l-aħjar mezz biex jipprevenuha, kif ukoll ir-riskji u l-vantaġġi tal-protezzjoni u/jew tal-kura. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriżi minħabba l-batterja E.Coli/STEC O104 uriet biċ-ċar kif strateġija ħażina ta' komunikazzjoni tista' tfixkel il-ġestjoni tajba ta' kriżi u twassal għall-konsegwenzi ekonomiċi serji. Din id-Deċiżjoni għandha tinsisti aktar fuq l-importanza tal-istabbiliment ta' strateġija ta' komunikazzjoni koerenti u kkoordinata f'każ ta' kriżi. | |
Emenda 8 Proposta għal deċiżjoni Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) L-applikabilità ta' wħud mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2006 tad-29 ta' Marzu 2006 dwar l-awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji, tiddependi mir-rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni tal-qafas tad-Deċiżjoni 2119/98/KE, ta' sitwazzjoni ta' emerġenza jew ta' sitwazzjoni ta' pandemija fir-rigward tal-influwenza umana. Dawn id-dispożizzjonijiet jippermetti t-tqegħid fis-suq aktar malajr ta' ċerti prodotti mediċinali f'każ ta' bżonnijiet urġenti, rispettivament permezz ta' awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq u tal-possibilità temporanja li tingħata varjazzjoni għat-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal-tilqim għall-influwenza umana anka meta ma jkunx hemm ċerta dejta klinika jew mhux klinika. Madankollu, minkejja l-utilità ta' dispożizzjonijiet bħal dawn f'każ ta' kriżi, sal-lum il-ġurnata ma teżisti l-ebda proċedura għall-ħruġ ta' tali rikonoxximenti fil-livell tal-Unjoni. Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi pprovduta proċedura bħal din bħala parti mill-istandards tal-kwalità u s-sigurtà għall-prodotti mediċinali. |
(17) L-applikabilità ta' wħud mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 507/2006 tad-29 ta' Marzu 2006 dwar l-awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq għall-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008 tal-24 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji, tiddependi mir-rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni tal-qafas tad-Deċiżjoni 2119/98/KE, ta' sitwazzjoni ta' emerġenza jew ta' sitwazzjoni ta' pandemija fir-rigward tal-influwenza umana. Dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu t-tqegħid fis-suq aktar malajr ta' ċerti prodotti mediċinali f'każ ta' bżonnijiet urġenti, rispettivament permezz ta' awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq u tal-possibilità temporanja li tingħata varjazzjoni għat-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal-tilqim għall-influwenza umana anka meta ma jkunx hemm ċerta data klinika jew mhux klinika. Madankollu, minkejja l-utilità ta' dispożizzjonijiet bħal dawn f'każ ta' kriżi, sal-lum il-ġurnata ma teżisti l-ebda proċedura għall-ħruġ ta' tali rikonoxximenti fil-livell tal-Unjoni. Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi pprovduta proċedura bħal din bħala parti mill-istandards tal-kwalità u s-sigurtà għall-prodotti mediċinali. Id-dikjarazzjoni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni għandha tkun bla preġudizzju għall-effetti ta’ deċiżjoni meħuda mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa li tiskatta l-produzzjoni ta’ vaċċini minn dik staġjonali għal dik ta’ pandemija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-identifikazzjoni tal-vajrus żerriegħa għall-produzzjoni tal-vaċċini hija rwol imwettaq mid-WHO. Il-manifatturi tal-vaċċini jiddependu fuq it-twettiq mid-WHO ta' dan il-kompitu biex huma jkunu jistgħu jipproduċu vaċċini kontra l-influwenza (staġjonali jew ta’ pandemija). Filwaqt li l-UE tista’ unilateralment tibdel l-awtorizzazjzoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-vaċċini, ix-xejriet reali tal-produzzjoni xorta se jibqgħu jiddependu fuq id-dikjarazzjoni tad-WHO u l-identifikazzjoni tal-vajrus żerriegħa. | |
Emenda 9 Proposta għal deċiżjoni Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) Meta jseħħ avveniment marbut ma' theddid serju transkonfinali għas-saħħa u li jkun suxxettibbli li jkollu konsegwenzi Ewropej, dan jista' jobbliga lill-Istati Membri kkonċernati jieħdu b'mod koordinat miżuri partikolari ta' kontroll jew ta' rintraċċar ta' kuntatti, sabiex jiġu identifikati l-persuni diġà infettati u l-persuni esposti għal riskju. Din il-kooperazzjoni tista' teħtieġ l-iskambju ta' data personali permezz tas-sistema, inkluża informazzjoni sensittiva dwar is-saħħa u dwar każijiet umani kkonfermati jew suspettati bejn l-Istati Membri direttament ikkonċernati mill-miżuri ta’ rintraċċar tal-kuntatt. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-Premessa tagħmel referenza espliċita għar-rintraċċar tal-kuntatt. | |
Emenda 10 Proposta għal deċiżjoni Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Is-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri meħtieġa biex jikkumplimentaw l-azzjoni tal-Istati Membri, f'sitwazzjonijiet ferm speċifiċi u urġenti, għall-aspetti transnazzjonali tal-kontrol ta' theddid serju transkonfinali għas-saħħa. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, safejn ikun permess skont l-urġenza tas-sitwazzjoni.. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(20) Is-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-proċeduri ta' koordinazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni reċiproka dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni, l-adozzjoni ta' definizzjonijiet tal-każ għal theddid serju transkonfinali għas-saħħa, l-adozzjoni ta' proċeduri ta' użu tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija, l-adozzjoni ta' proċeduri ta' koordinazzjoni tar-reazzjonijiet tal-Istati Membri wara notifika ta' twissija u l-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa biex jikkumplimentaw l-azzjoni tal-Istati Membri, f'sitwazzjonijiet ferm speċifiċi u urġenti, għall-aspetti transnazzjonali tal-kontrol ta' theddid serju transkonfinali għas-saħħa. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, safejn ikun permess skont l-urġenza tas-sitwazzjoni.. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jiġu trasmessi simultanjament, fil-ħin u b’mod adatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-Deċiżjoni għandha tippreċiża aktar il-proċeduri ta' koordinazzjoni, tal-iskambju ta' informazzjoni, tal-konsultazzjoni reċiproka u l-koordinazzjoni fil-qasam tal-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni u l-proċeduri ta' użu ta' Sistema ta' Twissija u ta' Reazzjoni Bikrija. | |
Emenda 11 Proposta għal deċiżjoni Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex din tadotta atti ta' implimentazzjoni b'rabta ma': il-proċeduri għall-koordinazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u l-konsultazzjoni reċiproka dwar l-ippjanar ta' tħejjija u reazzjoni u r-reazzjoni; l-adozzjoni ta' lista ta' mard li jittieħed suġġetta għal netwerk ta' sorveljanza epidemjoloġika u l-proċeduri għat-tħaddim ta' dan in-netwerk; it-twaqqif u t-terminazzjoni ta' netwerks ta' monitoraġġ ad hoc u l-produtturi għat-tħaddim ta' netwerks bħal dawn; l-adozzjoni ta' definizzjonijiet tal-każ għal theddid serju transkonfinali għas-saħħa; il-proċeduri għat-tħaddim tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija; il-proċeduri għall-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet tal-Istati Membri; Ir-rikonixximent ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni jew ta' sitwazzjonijiet prepandemiċi fir-rigward tal-influwenza tal-bniedem fil-livell tal-Unjoni. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
(21) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex din tadotta atti ta' implimentazzjoni b'rabta ma': l-adozzjoni ta' lista ta' mard li jittieħed suġġetta għal netwerk ta' sorveljanza epidemjoloġika u l-proċeduri għat-tħaddim ta' dan in-netwerk; it-twaqqif u t-terminazzjoni ta' netwerks ta' monitoraġġ ad hoc u l-proċeduri għat-tħaddim ta' netwerks bħal dawn; ir-rikonixximent ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-Deċiżjoni għandha tippreċiża aktar il-proċeduri għall-koordinazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u l-konsultazzjoni reċiproka dwar l-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni kif ukoll il-proċeduri għall-operat tas-Sistema ta' Twissija u ta' Reazzjoni Bikrija. | |
Emenda 12 Proposta għal deċiżjoni Premessa 22a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Minħabba li hemm diversi Stati Membri fejn ir-responsabilità għas-saħħa pubblika mhijiex kwistjoni esklussivament nazzjonali, imma hija sostanzjalment deċentralizzata, huwa vitali li jkun garantit li l-awtoritajiet nazzjonali jinvolvu lill-awtoritajiet relevanti li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni fl-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Din hija maħsuba bħala emenda orizzontali applikabbli għat-test kollu. Fid-dawl tal-importanza tiegħu, dan il-punt qed jiddaħħal espliċitament fl-emendi għall-Artikoli 17 (deżinjazzjoni ta’ awtoritajiet u rappreżentanti nazzjonali) u 19 (Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa). | |
Emenda 13 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Din id-deċiżjoni tiddefinixxi r-rwoli, id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tal-atturi ewlenin u tal-istrutturi fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll il-modalitajiet tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni previsti bejn l-istituzzjonijiet differenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan il-kapitolu introduttorju għandu wkoll jindirizza l-kwistjoni tar-rwoli, id-dmirijiet u r-responsabilitajiet tal-atturi ewlenin kif ukoll il-koordinazzjoni neċessarja bejniethom. Dawn ir-referenzi huma neqsin mill-Artikolu 1. | |
Emenda 14 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) mard li jittieħed; |
(i) mard li jittieħed, inklużi infezzjonijiet żoonotiċi tal-bniedem; |
Emenda 15 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' emerġenza fejn mekkaniżmu tal-Unjoni għall-koordinazzjoni tal-miżuri tas-saħħa pubblika f'każ ta' theddidiet transkonfinali serji għas-saħħa għajr dawk koperti fl-Artikolu 2(1) (jiġifieri theddid ta' oriġini bijoloġiku, kimiku u ambjentali) jirriżulta insuffiċjenti biex jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri jistgħu jirreferu theddidiet bħal dawn għall-koordinament tar-reazzjoni fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa f'konformità mal-Artikolu 11, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' setturi oħra tal-Unjoni, jekk ikun xieraq. |
Emenda 16 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "definizzjoni tal-każ" tfisser sett ta' kriterji djanostiċi li fuqhom hemm qbil komuni li għandha jiġu sodisfatti sabiex bi preċiżjoni jinstabu każijiet ta' theddida serja transkonfinali għas-saħħa fil-mira fil-popolazzjoni li tkun, filwaqt li tiġi eskluża s-sejba ta' theddid simili ieħor; |
(a) "definizzjoni tal-każ" tfisser sett ta' kriterji djanostiċi li fuqhom hemm qbil komuni li għandhom jiġu sodisfatti sabiex bi preċiżjoni jinstabu każijiet ta' theddida serja transkonfinali għas-saħħa identifikati f'popolazzjoni partikolari, filwaqt li tiġi eskluża s-sejba ta' theddid simili ieħor; |
Emenda 17 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) "mard li jittieħed" tfisser mard infettiv ikkawżat minn aġent kontaġġuż li jista' jgħaddi minn persuna għal persuna permezz ta' kuntatt dirett ma' individwu affettwat jew permezz ta' mezz indirett bħall-esponiment għal xi vettur, fomit, prodott jew ambjent, jew skambju ta' fluwidu, ikkontaminati bl-aġent kontaġġuż; |
(b) "mard li jittieħed" tfisser mard infettiv ikkawżat minn aġent kontaġġuż li jista' jgħaddi minn persuna għal persuna permezz ta' kuntatt dirett ma' individwu affettwat jew permezz ta' mezz indirett bħall-esponiment għal xi vettur, fomit, annimal, prodott jew ambjent, jew skambju ta' fluwidu, ikkontaminati bl-aġent kontaġġuż; |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda ta’ “annimal” tiżgura li l-proposta tkopri wkoll iż-żoonożi (mard li jittieħed li jista’ jgħaddi mill-annimali għall-bnedmin). | |
Emenda 18 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) l-adozzjoni ta’ materjali ta’ gwida u materjali oħrajn ta’ sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa u dwar miżuri tal-iġjene li l-membri tal-pubbliku jeħtieġu jsegwu fil-każ ta’ theddidiet serji transkonfinali għas-saħħa. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu informazzjoni dwar miżuri tal-iġjene tajba, bħalma huma l-ħasil u t-tnixxif sewwa tal-idejn, f’ambjenti tal-kura tas-saħħa, fi stabbilimenti tal-ikel, skejjel u nurseries, faċilitajiet tad-divertiment kif ukoll l-ambjent tax-xogħol, u għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet eżistenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. |
Emenda 19 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(bb) il-komunikazzjoni "tal-aqwa prattika”. |
Emenda 20 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) standards minimi tal-kapaċità ewlenija stabbiliti fil-livell nazzjonali għas-settur tas-saħħa; |
(i) standards minimi tal-kapaċità ewlenija stabbiliti fil-livell nazzjonali għas-settur tas-saħħa; dawk l-istandards għandhom ukoll jikkonċernaw il-preparazzjonijiet fil-qasam tal-kura ta’ emerġenza psikosoċjali; |
Emenda 21 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) mekkaniżmi speċifiċi stabbiliti fil-livell nazzjonali għall-interoperabilità bejn is-settur tas-saħħa u setturi kritiċi oħrajn tas-soċjetà; |
(ii) mekkaniżmi speċifiċi stabbiliti fil-livell nazzjonali għall-interoperabilià bejn is-settur tas-saħħa, is-settur veterinarju u setturi kritiċi tas-soċjetà oħrajn; |
Ġustifikazzjoni | |
Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, aktar minn 60 % tal-infezzjonijiet tal-bniedem huma żoonożi li joriġinaw mill-animali jew mill-prodotti tal-annimali. Biex it-theddidiet serji transkonfinali tas-saħħa jiġu miġġielda bl-akbar effikaċja possibbli, jeħtieġ li jittieħed approċċ olistiku “Saħħa Waħda”, b’koordinazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib bejn is-settur tas-saħħa tal-bniedem u s-settur veterinarju bħala komponent vitali tiegħu. | |
Emenda 22 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt iiia (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(iiia) mekkaniżmi speċifiċi għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-kopertura tal-vaċċini fir-rigward tal-mard elenkat fl-Anness mad-Deċiżjoni 2119/98/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
L-informazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-kopertura tal-vaċċini għall-mard li jittieħed kif deskritt fid-Deċiżjoni 2119/98/KE dwar is-sorveljanza epidemjoloġika se tkun essenzjali għall-ipjjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni mmexxi mill-Kummissjoni. | |
Emenda 23 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina l-proċeduri meħtieġa għall-koordinazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u l-konsultazzjoni reċiproka msemmija fil-paragrafi 1 sa 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 20(2). |
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 fir-rigward tad-distribuzzjoni tar-rwoli u r-responsabilitajiet tal-atturi ewlenin tal-ippjanar ta' tħejjija u ta' intervent, kif ukoll il-proċeduri għall-koordinazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u l-konsultazzjoni reċiproka msemmija f'dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-deċiżjoni għandha tippreċiża aktar id-distribuzzjoni tar-rwoli u tar-responsabilitajiet tal-atturi ewlenin tal-ippjanar ta' tħejjija u ta' reazzjoni. | |
Emenda 24 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
d) tadotta, fejn meħtieġ, id-definizzjonijiet tal-każ li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc, sabiex jiġu żgurati l-kumparabilità u l-kompatibilità fil-livell tal-Unjoni tad-dejta miġbura. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-deċiżjoni għandha tippreċiża aktar id-definizzjonijiet tal-każijiet li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc. | |
Emenda 25 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 7 - paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21 dwar l-adozzjoni tad-definizzjonijiet tal-każijiet li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc, b'tali mod li tiggarantixxi, fil-livell tal-Unjoni, il-paragunabilità u l-kompatibilità tad-data miġbura. |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-deċiżjoni għandha tippreċiża aktar id-definizzjonijiet tal-każijiet li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ ad hoc. | |
Emenda 26 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sistema ta' twissija rapida biex tinnotifika fil-livell tal-Unjoni twissijiet marbuta ma' theddid transkonfinali serju għas-saħħa, "Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija", hija b'dan stabbilita. Din is-sistema għandha tpoġġi f'komunikazzjoni permanenti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali biex javżaw, jivvalutaw ir-riskji għas-saħħa pubblika u jiddeterminaw il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. |
1. Sistema ta' twissija rapida biex tinnotifika fil-livell tal-Unjoni twissijiet marbuta ma' theddid serju transkonfinali għas-saħħa, "Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija", hija b'dan stabbilita. Din is-sistema għandha tpoġġi f'komunikazzjoni permanenti lill-Kummissjoni, lill-ECDC u lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali biex javżaw, jivvalutaw ir-riskji għas-saħħa pubblika u jiddeterminaw il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa pubblika. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ECDC, li huwa attur ewlieni tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija, għandu jkun f'relazzjoni permanenti mal-Kummissjoni u l-Istati Membri. | |
Emenda 27 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 - paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-atturi fis-Sistema ta’ Twissija u Reazzjoni Bikrija għandhom iwettqu dmirijiethom indipendentement u fl-interess pubbliku. |
|
Qabel ma jwettqu dmirijiethom, għandhom jagħmlu disponibbli dikjarazzjoni ta' impenn u dikjarazzjoni tal-interessi li jindikaw jew l-assenza ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom jew kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jippreġudika l-indipendenza tagħhom. |
|
Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom ikunu aġġornati meta jseħħ tibdil sinifikanti, jew tal-anqas darba fis-sena. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu vverifikati mill-Kummissjoni għall-atturi fil-livell tal-Unjoni, u mill-awtorità kompetenti rilevanti għall-atuuri fil-livell tal-Istat Membru. |
Emenda 28 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. L-atturi ewlenin tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni bikrija għandhom jiżviluppaw l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħhom f'konformità mal-każ partikolari sabiex iżommu ċ-ċittadini informati bir-riskju u l-miżuri meħuda. |
|
Dik l-istrateġija ta' komunikazzjoni għandha tistipula l-kontenut tal-messaġġ u l-mument ta' komunikazzjoni dwar il-problema li tinqala', inklużi l-modalitajiet l-aktar xierqa ta' tixrid. |
|
L-istrateġija għandha tikkunsidra l-kapaċità u r-responsabilitajiet speċifiċi ta' kull membru tas-sistema, jiġifieri l-persuna responsabbli tal-komunikazzjoni fil-qasam tal-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika fil-Kummissjoni u l-persuna responsabbli tal-komunikazzjoni fil-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa, biex tiġi organizzata komunikazzjoni kkoordinata, konsistenti u trasparenti għaċ-ċittadini. |
|
L-Istati Membri direttament ikkonċernati mill-kriżi għandhom jagħmlu minn kollox sabiex jiggarantixxu li l-komunikazzjoni tagħhom hija koerenti mal-istrateġija ta' komunikazzjoni kkoordinata mill-Kumitat tas-sigurtà tas-saħħa |
|
L-istrateġija għandha tipproponi b'mod speċjali l-kanali ta' komunikazzjoni li għandhom jintużaw skont il-każ partikolari, b'kollaborazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-partijiet ikkonċernati u l-pajjiżi terzi. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriżi minħabba l-batterja E.Coli/STEC O104 uriet biċ-ċar kif strateġija ħażina ta' komunikazzjoni tista' tfixkel il-ġestjoni tajba ta' kriżi u twassal għall-konsegwenzi ekonomiċi serji. Din id-deċiżjoni għandha tinsisti aktar fuq l-importanza tal-istabbiliment ta' strateġija ta' komunikazzjoni koerenti u kkoordinata f'każ ta' kriżi. Artikolu speċifiku dwar din il-kwistjoni għandu jidher f'din id-deċiżjoni. | |
Emenda 29 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta proċeduri dwar l-iskambju ta' informazzjoni sabiex tiżgura t-tħaddim xieraq tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija u l-implimentazzjoni uniformi tal-Artikoli 8 u 9. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 20(2). |
2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 dwar l-adozzjoni ta' proċeduri dwar l-iskambju ta' informazzjoni sabiex tiżgura t-tħaddim xieraq tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija. |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-deċiżjoni għandha tippreċiża aktar il-mod kif se jsir l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija. | |
Emenda 30 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 10 - punt d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) dwar il-valutazzjoni pprovduta mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-każ ta' emerġenza internazzjonali ta' saħħa pubblika. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika għandha wkoll tkun ibbażata fuq il-parir mogħti mid-WHO jekk ikun każ ta' urġenza ta' saħħa pubblika ta' dimensjoni internazzjonali. | |
Emenda 31 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 11 - paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Fil-każ ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-messaġġi u l-kampanji ta' komunikazzjoni tagħhom sabiex iwasslu informazzjoni konsistenti u armonizzata. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kriżi minħabba l-batterja E.Coli/STEC O104 uriet biċ-ċar kif strateġija ħażina ta' komunikazzjoni tista' tfixkel il-ġestjoni tajba ta' kriżi u twassal għall-konsegwenzi ekonomiċi serji. Din id-deċiżjoni għandha tinsisti aktar fuq l-importanza tal-istabbiliment ta' strateġija ta' komunikazzjoni koerenti u kkoordinata f'każ ta' kriżi. | |
Emenda 32 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 11 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti implimentattivi, tiddetermina l-proċeduri meħtieġa għall-implimentazzjoni uniformi tal-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni reċiproka msemmija f'dan l-Artikolu. |
5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 21 fir-rigward tad-diviżjoni tar-rwoli u r-responsabilitajiet tal-atturi ewlenin fil-koordinazzjoni u l-proċeduri għall-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni reċiproka msemmija f'dan l-artikolu. |
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 20(2). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Din id-deċiżjoni għandha tippreċiża aktar id-diviżjoni tar-rwoli u tar-responsabilitajiet tal-atturi ewlenin tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni bikrija. | |
Emenda 33 Proposta għal deċiżjoni Artikolo 12 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) ikunu konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-każ ta' emerġenza internazzjonali ta' saħħa pubblika. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-miżuri komuni u temporanji adottati għandhom ikunu koerenti mar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jekk ikun każ ta' urġenza ta' saħħa pubblika ta' dimensjoni internazzjonali. | |
Emenda 34 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 12 - paragrafu 3 - subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tippreċiża r-raġunijiet ta' adozzjoni ta' dawn il-miżuri. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-każ ta' adozzjoni ta' miżuri komuni u temporanji tas-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha tippreċiża r-raġunijiet li mmotivaw din l-adozzjoni. | |
Emenda 35 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 13 - titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rikonoxximent ta' sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew ta' sitwazzjonijiet ta' influwenza pandemika |
Ir-rikonoxximent ta' sitwazzjonijiet ta’ emerġenza |
Ġustifikazzjoni | |
“Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza" tkopri kollox. M’hemm l-ebda ħtieġa li l-influwenza pandemika tkun speċifikata separatament. | |
Emenda 36 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 13 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 - punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) sitwazzjonijiet ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni; jew |
sitwazzjonijiet ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
“Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza" tkopri kollox. M’hemm l-ebda ħtieġa li sitwazzjonijiet ta’ influwenza pandemika jkunu speċifikati separatament. | |
Emenda 37 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) sitwazzjonijiet prepandemiċi fir-rigward tal-influwenza umana fil-livell tal-Unjoni. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
“Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza" tkopri kollox. M’hemm l-ebda ħtieġa li sitwazzjonijiet ta’ influwenza pandemika jkunu speċifikati separatament. | |
Emenda 38 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fuq raġunijiet imperattivi ġġustifikati kif xieraq ta' urġenza marbuta mas-severità ta' xi theddida serja transkonfinali għas-saħħa jew mar-rapidità tat-tixrid tagħha fl-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi formalment sitwazzjonijiet ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni jew sitwazzjonijiet prepandemiċi fir-rigward tal-influwenza umana fil-livell tal-Unjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih b'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 20(3). |
Fuq raġunijiet imperattivi ġġustifikati kif xieraq ta' urġenza marbuta mas-severità ta' xi theddida serja transkonfinali għas-saħħa jew mar-rapidità tat-tixrid tagħha fl-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi formalment sitwazzjonijiet ta' emerġenza fil-livell tal-Unjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih b'konformità mal-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 20(3). |
Ġustifikazzjoni | |
“Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza" tkopri kollox. M’hemm l-ebda ħtieġa li sitwazzjonijiet ta’ influwenza pandemika jkunu speċifikati separatament. | |
Emenda 39 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) rigward ir-rikonoxximent formali ta' sitwazzjoni prepandemika fir-rigward tal-influwenza umana fil-livell tal-Unjoni, it-theddida kkonċernata hija l-influwenza umana. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
“Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza" tkopri kollox. M’hemm l-ebda ħtieġa li sitwazzjonijiet ta’ influwenza pandemika jkunu speċifikati separatament. | |
Emenda 40 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 14 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-rikonoxximent ta' sitwazzjoni prepandemika fir-rigward tal-influwenza umana fil-livell tal-Unjoni skont punt (b) tal-Artikolu 13(1), għandu jkollu l-effett legali uniku li jagħti bidu għall-applikabilità tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 507/2006 u tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2008. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
“Sitwazzjonijiet ta’ emerġenza" tkopri kollox. M’hemm l-ebda ħtieġa li sitwazzjonijiet ta’ influwenza pandemika jkunu speċifikati separatament. | |
Emenda 41 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-awtoritajiet kompetenti responsabbli fil-livell nazzjonali għall-ġbir ta' informazzjoni marbuta mas-sorveljanza epidemjoloġika kif imsemmi fl-Artikolu 6; (b[...]) |
(a) l-awtoritajiet rilevanti li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli fi ħdan l-Istat Membru għall-ġbir ta' informazzjoni marbuta mas-sorveljanza epidemjoloġika kif imsemmija fl-Artikolu 6; |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li hemm diversi Stati Membri fejn ir-responsabbiltà għas-saħħa pubblika mhijiex kwistjoni esklussivament nazzjonali, imma hija sostanzjalment deċentralizzata, huwa vitali li jkun garantit li l-awtoritajiet nazzjonali jinvolvu lill-awtoritajiet deċiżjonali relevanti fl-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fl-Istati Membri. | |
Emenda 42 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 17 - paragrafu 1 - subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
In-nomina ta' awtoritajiet u ta' rappreżentanti rilevanti li jieħdu d-deċiżjonijiet li jagħmlu parti min-netwerk tal-Unjoni stabbilit minn din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-deċiżjoni għandha tinsisti fuq il-karattru pubbliku tan-nomina tal-istrutturi jew l-awtoritajiet li jagħmlu parti min-netwerk Komunitarju. | |
Emenda 43 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 18 - paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Dawk responsabbli għall-ipproċessar tad-data personali għandhom jieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu dik id-data kontra l-qrid aċċidentali jew illegali, telf aċċidentali, alterazzjoni, distribuzzjoni jew aċċess mhux awtorizzat u kontra kull forma ta' pproċessar illegali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunfidenzjalità tad-data personali għandha titfakkar f'din id-deċiżjoni. | |
Emenda 44 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 18 – paragrafu 5b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5b. Skont id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-punt (e) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u fil-punt (e) tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 95/46/KE, is-sistema għandha awtomatikament tħassar kull messaġġ selettiv li jkun fih data personali wara 12-il xahar mid-data li fiha jkunu ntbagħtu dawk il-messaġġi. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dewmien limitat taż-żamma tad-data personali għandha titfakkar f'din id-deċiżjoni. | |
Emenda 45 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 19 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. "Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa", magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri f'livell għoli, huwa b'dan stabbilit. |
1. "Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa", magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet relevanti li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Istati Membri f'livell għoli, huwa b'dan stabbilit. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li hemm diversi Stati Membri fejn ir-responsabilità għas-saħħa pubblika mhijiex kwistjoni esklussivament nazzjonali, imma hija sostanzjalment deċentralizzata, huwa vitali li jkun garantit li l-awtoritajiet nazzjonali jinvolvu lill-awtoritajiet deċiżjonali relevanti fl-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fl-Istati Membri. | |
Emenda 46 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) jagħti konsulenza lill-Ministri tas-Saħħa u lill-Kummissjoni dwar it-tħejjija u l-koordinament ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza. |
Emenda 47 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. |
1. Is-setgħat li tadotta atti delegati jingħataw lill-Kummissjoni soġġetti għall-kondizzjonijiet li jinsabu f’dan l-Artikolu. |
2. Is-setgħa biex ikunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin wara [...] Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(5), l-Artikolu 7(3a), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 11(5), u l-Artikolu 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn […]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data ulterjuri stipulata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4(5), l-Artikolu 7(3a), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 11(5), u l-Artikolu 12 tista’ tkun revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi kwalunkwe ħin. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data ulterjuri stipulata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. |
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jressqu oġġezzjoni Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 7(8) l-Artikolu 7(3a), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 12 għandu jidħol biss fis-seħħ jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se jressqu oġġezzjoni. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
(It-tibdiliet fil-korsiv fil-paragrafi 2, 3 u 5 tal-Artikolu 21 huma bidliet tekniċi introdotti mis-servizzi bħala konsegwenza tal-emendi 23, 25, 29 u 32.) |
Ġustifikazzjoni | |
Id-delega tas-setgħat lill-Kummissjoni għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ċari, fil-każ tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 12, speċjalment miżuri komuni u temporanji tas-saħħa pubblika stabbiliti meta l-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet nazzjonali ma tkunx biżżejjed. Il-perjodu ta' tliet snin jiżgura salvagwardja aħjar tas-setgħat tal-Parlament Ewropew. | |
Emenda 48 Proposta għal deċiżjoni Artikolu 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill kull tliet snin rapport tekniku dwar l-attivitajiet tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija u attivitajiet oħra mwettqa fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill kull tliet snin li fih ikollu valutazzjoni tal-funzjonament tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija. |
|
L-ewwel rapport, li għandu jintbagħat fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, għandu jivvaluta l-attivitajiet tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija u attivitajiet oħra mwettqa fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Għandu wkoll jinkludi kull proposta li l-Kummissjoni tikkunsidra neċessarja għall-emenda jew l-adattament ta' din id-Deċiżjoni.
|
|
Kull darba li jiġu adottati miżuri komuni u temporanji ta' saħħa pubblika skont l-Artikolu 12, u mhux aktar tard minn xahrejn mid-data li fiha jkunu ġew adottati dawn il-miżuri, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dettaljat dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri u l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tnaqqis tat-theddida serja transkonfinali għas-saħħa. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jiġi stabbilit djalogu regolari bejn il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew sabiex dan tal-aħħar ikun jista' jiġi informat kif xieraq dwar l-attivitajiet u l-funzjonament tajjeb tas-Sistema ta' Twissija u ta' Reazzjoni Bikrija. F'każ ta' twissija tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha, matul ix-xahrejn li jsegwu l-adozzjoni tal-miżuri, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dettaljat dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri u l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tnaqqis tat-theddida serja transkonfinali għas-saħħa. |
- [1] ĠU C 181, 21.6.2012, p. 160.
NOTA SPJEGATTIVA
Sfond
Billi tgħallmet mill-kriżijiet riċenti bħal pereżempju l-pandemija" tal-influwenza H1N1 fl-2009, is-sħaba ta' rmied vulkaniku fl-2010 jew il-batterja E. coli fl-2011, il-Kummissjoni ppreżentat, fit-8 ta' Diċembru 2011, proposta għal deċiżjoni li tipprevedi l-mezzi u l-istrutturi ta' protezzjoni effikaċi għaċ-ċittadini tal-Ewropa kollha kontra firxa wiesgħa ta' theddid għas-saħħa transkonfinali.
Suġġett tal-proposta għal deċiżjoni
Billi hija bbażata fuq is-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija maħluqa fl-1988 għall-mard li jittieħed, il-proposta tal-Kummissjoni tippreżenta miżuri maħsuba biex isaħħu l-kapaċità ta' reazzjoni tal-Unjoni Ewropea sabiex tipprevjeni t-theddid serju transkonfinali għas-saħħa billi tagħtiha l-mezzi, in-netwerks u l-istrutturi biex tikkumplimenta lil dawk li diġà huma stabbiliti sabiex jiġi miġġieled dan it-theddid.
Il-proposta għal deċiżjoni hija bbażata fuq l-istrutturi attwali, filwaqt li tinfurzahom permezz ta' miżuri msemmija hawn taħt:
- l-estensjoni tal-ambitu tal-miżuri ta' valutazzjoni tar-riskji u ta' koordinazzjoni attwalment applikabbli għall-mard li jittieħed għal kull theddida għas-saħħa ta' oriġini bijoliġika, kimika jew ambjentali.
- it-tisħiħ tar-rwol tal-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa bl-għan li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-miżuri ta' ġlied kontra l-kriżijiet.
- it-tħejjija akbar fil-ġlieda kontra l-kriżijiet li jeħtieġu li kull Stat Membru jfassal, jikkonsolida u jżomm aġġornat il-pjanijiet nazzjonali tiegħu ta' tħejjija u reazzjoni għall-indirizzar tal-kriżijiet tas-saħħa b'mod koordinat, b'rabta mal-Istati Membri l-oħra u mal-Kummissjoni.
- il-possibilità ta' rikonoxximent ta' "emerġenza tas-saħħa" Ewropea bl-għan li jiġi aċċelerat il-provvediment ta' mediċini meħtieġa għall-ġlieda kontra l-kriżi.
- l-adozzjoni mill-Kummissjoni Ewropea ta' miżuri transkonfinali ta' emerġenza fil-livell Ewropew f'ċirkustanzi eċċezzjonali li jirriżultaw minn imwiet jew dħul fl-isptarijiet fuq skala kbira meta l-miżuri tal-Istati Membri ma jkunux biżżejjed biex jikkontrollaw it-tixrid minn pajjiż għall-ieħor.
Għall-fini ta' ċarezza u ta' ċertezza legali, din id-deċiżjoni tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-rapporteur jilqa' b'mod favorevoli din il-proposta għal deċiżjoni dwar it-theddid transkonfinali f'termini, b'mod speċjali, ta' koordinazzjoni u effiċjenza tar-reazzjoni f'każ ta' theddid serju għas-saħħa.
Sabiex titjieb din il-bażi leġiżlattiva soda, ir-rapporteur jipproponi li jemenda l-abbozz ta' deċiżjoni f'dawn l-oqsma li ġejjin:
Il-kamp ta' applikazzjoni tad-deċiżjoni
B'din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tixtieq "testendi l-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija għat-theddid transkonfinali serju kollu għas-saħħa". B'dan il-mod, il-Kummissjoni biħsiebha tindirizza n-nuqqasijiet identifikati f'dawn l-aħħar snin fil-qasam ta' notifika, sorveljanza, valutazzjoni u ġestjoni tar-riskji dwar is-saħħa.
Avvenimenti riċenti wrew in-nuqqas ta' reazzjoni tal-Unjoni Ewropea quddiem kriżijiet tas-saħħa li jirriżultaw mill-użu tad-drogi jew mit-tqegħid fis-suq ta' mezzi mediċi difettużi. Bla dubju li sistema ta' twissija effikaċi kienet tkun kapaċi twaqqaf tali diżastri. Huwa għalhekk li r-rapporteur qed jipproponi li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-deċiżjoni għat-theddid li jirriżulta mid-drogi u t-tqegħid fis-suq ta' mezzi mediċi difettużi.
Għall-kuntrarju tal-Kummissjoni Ewropea, ir-rapporteur jemmen li t-theddid transkonfinali serju għas-saħħa dovut minħabba radjazzjoni jonizzanti għandu jkun parti integrali tal-approċċ globali appoġġat minn din id-deċiżjoni. Id-diżastru nukleari ta' Fukushima f'Marzu 2011, ifakkarna kemm huwa importanti li wieħed ikun kapaċi jirreaġixxi malajr għar-riskji tas-saħħa li huma kkawżati minn katastrofi bħal din.
Strateġija ta' Komunikazzjoni
Il-kriżi minħabba l-batterja E.Coli/STEC O104 uriet biċ-ċar kif strateġija ħażina ta' komunikazzjoni tista' tfixkel il-ġestjoni tajba ta' kriżi u twassal għall-konsegwenzi ekonomiċi serji. Ir-rapporteur jemmen li din id-deċiżjoni għandha tinsisti aktar fuq l-importanza tal-implimentazzjoni ta' strateġija ta' komunikazzjoni konsistenti u kkoordinata f'każ ta' kriżi.
Indipendenza tal-esperti
Din id-deċiżjoni tfakkar b'mod wiesa' u ġenerali l-indipendenza tal-esperti. Peress li s-Sistema ta' Twissija u Reazzjoni Bikrija hija bbażata fil-biċċa l-kbira tagħha fuq il-ħidma tal-esperti, huwa importanti li jiġi ddedikat artikolu fuq l-indipendenza u t-trasparenza li jridu jagħtu prova tagħhom dawn l-esperti.
Protezzjoni ta’ data personali
Skont ir-rapporteur, l-iskambju tad-data fil-qafas tar-rintraċċar ta' kuntatti għandu jkun soġġett ta' paragrafu speċifiku minħabba l-importanza li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-protezzjoni tad-data personali. Il-prinċipji ta' kunfidenzjalità u t-tul taż-żmien taż-żamma tad-data personali għandhom jiġu mfakkra f'din id-deċiżjoni.
Il-mandat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
Il-mandat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), lil hinn mill-mard li jittieħed, għandu jiġi ddefinit aktar minn din id-deċiżjoni. L-importanza tal-kooperazzjoni tiegħu permanenti mal-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandha wkoll tiġi nnuttata.
Kooperazzjoni mad-WHO u l-pajjiżi terzi
Il-kooperazzjoni mill-membri tas-sistema mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, b'mod partikolari l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), għandha tiġi enfasizzata aktar f'din id-deċiżjoni. Għandha wkoll titfakkar il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi.
Proċeduri ta' akkwist komuni ta' kontromiżuri mediċi
Ir-rapporteur jenfasizza li aċċess ugwali għall-vaċċini u ċerta flessibilità fl-ordnijiet tagħhom għandhom ikunu garantiti meta jseħħu l-pandemiji fil-ġejjieni.
Djalogu regolari mal-Parlament Ewropew
Għandu jiġi stabbilit djalogu regolari bejn il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew sabiex dan tal-aħħar ikun jista' jiġi informat kif xieraq dwar l-attivitajiet u l-funzjonament tajjeb tas-Sistema ta' Twissija u ta' Reazzjoni Bikrija. F'każ ta' twissija tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha, matul ix-xahrejn li jsegwu l-adozzjoni tal-miżuri, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dettaljat dwar il-kontenut ta' dawn il-miżuri u l-kontribuzzjoni tagħhom għat-tnaqqis tat-theddida serja transkonfinali għas-saħħa.
PROĊEDURA
Titolu |
Theddid serju transkonfinali għas-saħħa |
||||
Referenzi |
COM(2011)0866 – C7-0488/2011 – 2011/0421(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
8.12.2011 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 17.1.2012 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 17.1.2012 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
IMCO 29.2.2012 |
|
|
|
|
Rapporteur Data tal-ħatra |
Gilles Pargneaux 10.1.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
20.6.2012 |
10.7.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.10.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
52 0 6 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Martina Anderson, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Sabine Wils |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Erik Bánki, Adam Gierek, Julie Girling, Esther Herranz García, Rebecca Taylor, Vladimir Urutchev, Anna Záborská, Andrea Zanoni |
||||
Data tat-tressiq |
17.10.2012 |
||||