RAPPORT dwar it-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali
26.10.2012 - (2012/2030(INI))
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Pablo Arias Echeverría
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar it-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ottubru 2012 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu "is-Suq Uniku Att II" (COM (2012) 0573,
wara li kkunsidra l-proposta tal-4 ta’ Ġunju 2012 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (COM(2012)0238),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2012 bl-isem ‘It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Konsumatur turi fejn il-kondizzjonijiet tal-konsumatur huma l-aħjar fl-Ewropa – Is-Seba’ edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-Konsumatur (SWD(2012)0165),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumaturi vulnerabbli[1]
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Mejju 2012 dwar tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Intern[2]
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2012 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni bl-isem ‘Aġenda Ewropea dwar il-Konsumatur – Insaħħu l-fiduċja u t-tkabbir’ (COM(2012)0225),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2012 bl-isem ‘Rapport dwar il-Politika tal-Konsumatur (Lulju 2010 - Diċembru 2011)’ (SWD(2012)0132), li jakkompanja l-komunikazzjoni ‘Aġenda Ewropea dwar il-Konsumatur – Insaħħu l-fiduċja u t-tkabbir’ (COM(2012)0225),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2012 bl-isem ‘Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal’ (COM(2012)0196),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2012 bl-isem ‘Strateġija Ewropea għall-akkwist elettroniku’ (COM(2012)0179),
wara li kkunsidra l-proposta tal-25 ta' Jannar 2012 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (Regolament dwar il-Protezzjoni Ġenerali tad-Data) (COM (2012) 0011),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2012 bl-isem ‘Qafas koerenti għall-bini ta’ fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali għall-kummerċ elettroniku u tas-servizzi onlajn’ (COM (2011)0942),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar strateġija ġdida għall-politika tal-konsumatur[3],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern, [4]
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar id-drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5]
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020 (COM(2011)0707) u d-dokumenti relatati (SEC(2011)1320 u SEC(2011)1321),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobbiltà u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabbiltà u l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà 2010-2020[6]
– wara li kkunsidra l-proposta tad-19 ta’ Ottubru 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM(2011)0665),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ottubru 2011 bl-isem ‘Nagħmlu s-swieq jaħdmu għall-konsumaturi – Is-sitt edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur’ (SEC(2011)1271),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 dwar suq tal-konsumaturi aktar effiċjenti u aktar leali[7]
– wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2011 bl-isem ‘L-Għoti tas-Setgħa lill-Konsumatur fl-UE’ (SEC(2011)0469),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2011 bl-isem ‘Konsumaturi kunfidenti fis-suq uniku – Il-Ħames Edizzjoni tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-Konsumatur’ (SEC(2011)0299),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-Kunsill Ewropew bl-isem ‘Ewropa 2020, strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv’ (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar l-impatt tar-riklamar fuq l-imġiba tal-konsumatur[8]
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Settembru 2012 dwar it-tlestija tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku[9]
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/45/UE tat-13 ta' Lulju 2010 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq fir-rigward tar-regoli dwar il-fatturazzjoni[10]
– wara li kkunsidra s-sentenzi tal-QĠE rigward Google (Kawżi Magħqudin C-236/08 sa C-238/08, sentenza tat-23 ta' Marzu 2010) u BergSpechte (Kawża C 278/08, sentenza tal-25 ta' Marzu 2010), li jiddefinixxu l-kunċett "tal-utent tal-internet normalment informat u raġonevolment attent" bħala l-konsumatur tal-internet standard,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolamentazzjoni jew b'azzjoni amministrattiva fl-Istat Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżivi (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżivi)[11]
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2012 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur[12]
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-mobbiltà u l-inklużjoni ta' persuni b'diżabbiltà u l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà 2010-2020[13]
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2012 bl-isem "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010)2020),
– wara li kkunsidra r-rapport Monti tad-9 ta' Mejju 2010 dwar strateġija ġdida għas-suq uniku,
– wara li kkunsidra r-rapport analitiku bl-isem ‘Attitudni lejn bejgħ transkonfinali u l-ħarsien tal-konsumatur’ ippubblikat mill-Kummissjoni f’Marzu 2010 (Flash Eurobarometer 282),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2009 dwar in-negozju transkonfinali san-Negozju Elettroniku tal-Konsum fl-UE (COM(2009)0557),
– wara li kkunsidra ‘Il-valutazzjoni tax-xiri misterjuż tal-kummerċ elettroniku transkonfinali fl-UE’, studju mwettaq f’isem DG SANCO tal-Kummissjoni mill-YouGovPsychonomics u ppubblikat fl-20 ta’ Ottubru 2009,
– wara li kkunsidra Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Settembru 2009 dwar is-segwitu fis-servizzi finanzjarji tal-bejgħ bl-imnut għat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (SEC(2009)1251),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tas-7 ta' Lulju 2009 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar metodoloġija armonizzata għall-ikklassifikar u r-rappurtar tal-ilmenti u l-mistoqsijiet tal-konsumatur (COM(2009)0346), u l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SEC (2009) 0949),
– wara li jikkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-infurzar tal-acquis tal-konsumatur (COM(2009)0330),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2009 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur) (COM(2009)0336),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2009 bl-isem ‘Rapport dwar il-kummerċ elettroniku transkonfinali fl-UE’ (SEC(2009)0283),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2012 dwar il-kummerċ internazzjonali u l-internet,[14]
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2009 dwar it-traspożizzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prassi żleali bejn in-negozji u l-konsumaturi fis-suq intern u tad-Direttiva 2006/114/KE dwar reklamar qarrieqi u komparattiv
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 dwar kif il-kummerċjalizzazzjoni u r-riklamar jaffettwaw l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel[15]
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar il-fiduċja tal-konsumatur fl-ambjent diġitali[16],
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-regolament dwar il-kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur)[17],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv[18]
– wara li kkunsidra l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2006/123/KE[19] tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar servizzi fis-suq intern,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/114/KE[20] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kodifikata),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2006 dwar il-liġi Ewropea tal-kuntratti u r-reviżjoni tal-acquis: it-triq 'il quddiem[21] u tas-7 ta' Settembru 2006 tal-liġi Ewropea dwar il-kuntratti[22]
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-qafas regolatorju tal-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettroniċi (COM(2006)0334),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prassi kummerċjali żleali bejn in-negozji u l-konsumaturi fis-suq intern[23]
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/113/KE tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvediment ta' oġġetti u servizzi[24]
– wara li kkunsidra l-Eurobarometer Speċjali Nru 342 dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumatur,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNCITRAL dwar l-Użu tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi f'Kuntrattar Internazzjonali 2005, il-Liġi Mudell UNCITRAL dwar il-firem elettroniċi (2001) u l-Liġi tal-Mudell UNCITRAL dwar il-kummerċ elettroniku (1996)[25]
– wara li kkunsidra d-Rapport tal-Ewwel Applikazzjoni tal-21 ta’ Novembru 2003 dwar id-Direttiva tal-Kummerċ Elettroniku (COM(2003)0702),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/65/KE[26] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 dwar il-kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta' servizzi finanzjarji għall-konsumatur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika[27],
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà tal-informatika, b'mod partikolari l-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern[28]
– wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data[29]
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkorporata fit-Trattati bl-Artikolu 6 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 7 (ir-rispett għall-ħajja privata u familjari), 21 (non-diskriminazzjoni), 24 (id-drittijiet tat-tfal), 25 (id-drittijiet tal-anzjani), 26 (l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabilità) u 38 (il-protezzjoni tal-konsumatur) tagħha,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-TFUE, li jistipula li ‘fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u l-livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ, u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem’,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tat-TFUE, li jistipula li ‘il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu l-iżvilupp sostenibbli’,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 12 tat-TFUE, li jistipula li ‘fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta’ politika u attivitajiet oħra tal-Unjoni għandu jingħata kont tal-ħtiġijiet tal-ħarsien tal-konsumatur’,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll 26 dwar servizzi ta’ interess ġenerali (ekonomiċi),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0341/2012),
A. billi t-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali huwa fattur ewlieni sabiex l-UE ssir l-aktar ekonomija bbażata fuq l-għarfien kompetittiva u dinamika fid-dinja;
B. billi l-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn huma forza vitali tal-internet u huma kruċjali għall-għanijiet tal-istrateġija UE 2020 għas-suq intern, li hija ta’ benefiċċju kemm għaċ-ċittadini u kemm għan-negozji permezz ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;
C. billi 99% tan-negozji Ewropej kollha huma SMEs, li jipprovdu 85% tal-impiegi, u l-SMEs huma għalhekk huma l-forza motriċi fl-ekonomija Ewropea, li għandhom ir-responsibbiltà ewlenija għall-ħolqien tal-ġid, l-impjiegi u t-tkabbir, kif ukoll l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp;
D. billi l-kummerċ elettroniku sar parti essenzjali tal-kummerċ u mutur importanti tal-għażla tal-konsumatur, il-kompetizzjoni u l-innovazzjoni teknoloġika, peress li l-konsumaturi u n-negozji qegħdin jagħmlu distinzjoni dejjem anqas bejn online u offline, fil-ħajja ta' kuljum tagħhom;
E. Ifakkar li Suq Uniku Diġitali, li fih ikun hemm il-moviment ħieles tas-servizzi f’suq ta’ 500 miljun konsumatur, huwa fattur kruċjali għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku, li jipprovdi impjiegi li jeħtieġu kwalifiki għolja u jiffaċilita l-konverġenza tal-UE f’ekonomija bbażata fuq l-għarfien.
F. Jenfasizza li l-broadband u l-internet huma strumenti importanti għat-tkabbir ekonomiku, is-soċjetà, il-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività Ewropea, kif ukoll biex tingħata spinta lill-kummerċ u s-servizzi onlajn; jenfasizza li l-konsumaturi u n-negozji jeħtieġu aċċess għall-broadband biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-internet;
G. Jenfasizza l-importanza ta' ''one-stop-shops "għall-VAT sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ elettroniku transkonfinali għal SMEs u jippromwovu l-fatturazzjoni elettronika; jirrimarka, madankollu, li tali "one-stop shops" għandhom jinħolqu biss fi ħdan il-qafas ta' istituzzjonijiet eżistenti, mingħajr ma jitfgħu aktar piż fuq il-persuna taxxabbli;
H. billi kumpaniji li żviluppaw l-ekonomija tal-internet tagħhom għamlu progress ħafna akbar minn oħrajn, u fil-kriżi ekonomika u finanzjarja preżenti, fejn il-ħolqien tal-impjieg prattikament jiddependi fuq l-SMEs, huwa essenzjali li jitneħħew l-ostakoli għall-kummerċ onlajn ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-vantaġġi kollha tiegħu;
I. billi s-swieq onlajn jeħtieġ li jkunu flessibbli kemm jista' jkun sabiex jinħolqu opportunitajiet aħjar ta' negozju u żvilupp f'dan is-settur;
J. billi l-kummerċ elettroniku huwa komplement importanti għall-kummerċ offlajn, li jipprovdi opportunitajiet għall-kumpaniji żgħar biex jikbru u joffri aċċess akbar għal oġġetti u servizzi, inkluż f'żoni remoti u fil-kampanja u għall-persuni b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa;
K. billi, f'xi pajjiżi G-8 l-internet ammonta għal 20% tat-tkabbir ekonomiku u 25% tal-impjiegi maħluqa fl-aħħar ħames snin;
L. billi l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni jistgħu jitqassmu b'mod aktar ugwali fost il-konsumaturi u l-SMEs bis-saħħa tal-internet u l-kummerċ elettroniku;
M. billi li jinkiseb suq intern li jiffunzjona b'mod effettiv ikun pass importanti lejn l-ilħuq tal-għanijiet tal-aġenda ta' Liżbona li jiżdied it-tkabbir, l-impjieg u l-kompetittività u biex il-500 miljun konsumatur fl-UE jingħataw servizz;
N. billi s-Suq Uniku Diġitali joffri għażla akbar bi prezzijiet aktar kompetittivi lill-konsumaturi, speċjalment għal dawk li jgħixu f'żoni inqas aċċessibbli, remoti jew periferiċi, kif ukoll dawk b'mobbiltà mnaqqsa li mingħajru ma kienx ikollhomx aċċess għal għażla wiesgħa ta' oġġetti; billi permezz tal-internet negozji ġodda, b'mod partikolari l-SMEs, jistgħu jibdew joperaw filwaqt li kunpaniji eżistenti jistgħu jkomplu jikbru billi jsibu niċċeċ ġodda fis-suq;
O. billi hemm 75 miljun persuna b’diżabilitajiet fl-Ewropa, u dawn il-persunu għandu wkoll ikollhom aċċess sħiħ għas-suq intern, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-isfidi marbutin ma' interfaces diġitali fil-każ ta' persuni li jbagħtu mill-vista;
P. billi l-internet u t-teknoloġija jikkostitwixxu strumenti li jippermettu l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u żieda fil-parteċipazzjoni tagħhom fis-swieq internazzjonali u fil-kummerċ; jitlob għal suq integrat Ewropew għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl; jitlob, fl-istess ħin, għal qafas faċilitat għall-fatturar elettroniku; jenfasizza, fir-rigward tat-tnejn, l-importanza tal-interoperabbiltà u ta’ standards miftuħin sabiex jiġu ffaċilitati l-potenzjal massimu tas-suq u l-kompetizzjoni;
Q. billi l-konsumaturi jibbenefikaw mill-kummerċ elettroniku f'termini ta' prezzijiet orħos u għażla usa', alleati mal-konvenjenza li jkunu jistgħu jixtru mingħajr ma jħallu djarhom; billi dan huwa partikolarment ta' benefiċċju għal konsumaturi b'diżabbiltà u f'żoni rurali jew remoti;
R. billi ekonomija diġitali li tiffunzjona tajjeb hija imperattiva għal ekonomija tal-UE li taħdem tajjeb; billi, madankollu, il-moviment ħieles ta' servizzi diġitali bħalissa qed jiġi ostakolat minn regoli frammentarji fl-livell nazzjonali, minħabba li n-negozji jaffaċċjaw għadd kbir ta' ostakoli biex ibigħu minn fuq il-fruntieri fl-UE, l-aktar minħabba r-regoli differenti li japplikaw fl-livell tal-Istat Membru f'tali oqsma bħall-ħarsien tal-konsumatur, regolamenti speċifiċi u għal kull prodott u tranżazzjonijiet ta' ħlas; billi jeħtieġ l-istituzzjonijiet Ewropej jiġu mistiedna jsaħħu l-impenn tagħhom biex jitneħħew l-ostakli regolatorji ewlenin għal transazzjonijiet transkonfinali onlajn sal-2015, u il-Kummissjoni biex tkompli tipproponi azzjoni leġiżlattiva mmirata biex tindirizza l-impedimenti ewlenin;
S. billi l-kummerċ elettroniku jippermetti lill-konsumaturi li jibbenefikaw minn prezzijiet orħos u għażla usa', iżda attwalment 60% tal-websajts mhumiex adattati għal xerrejja transkonfinali onlajn, u l-fiduċja tal-konsumaturi u tan-negozji fl-ambjent diġitali għadha baxxa;
T. billi l-aċċess għal informazzjoni affidabbli u trasparenza għandu jitjieb, ħalli l-konsumaturi jkunu jistgħu jqabblu permezz tal-internet, mhux biss il-prezzijiet iżda wkoll il-kwalità u s-sostenibbiltà ta' prodotti u servizzi;
U. billi l-frammentazzjoni tas-suq diġitali tal-UE tipperikola d-drittijiet skont l-acquis communautaire, peress li l-konsumaturi u n-negozji ftit li xejn għandhom ċertezza legali fir-rigward tal-kummerċ elettroniku transkonfinali, minħabba għadd kbir wisq ta' dispożizzjonijiet legali li jistabbilixxu rekwiżiti differenti, ċirkustanza li minħabba fiha l-operaturi tan-negożji, l-awtoritajiet jew il-konsumaturi ma jistgħux jibbenefikaw minn regoli ċari u infurzabbli;
V. billi fil-fatt il-biċċa l-kbira tat-tilwimiet jiġu solvuti barra mill-qorti u l-perjodi ta' żmien konċessi lill-ADR jistgħu jkunu qosra wisq - tinħtieġ sistema tal-ODR effettiva;
W. billi huwa ta’ importanza kbira li tiġi megħluba l-frammentazzjoni legali li teżisti bħalissa f’numru ta’ oqsma, sabiex jinkiseb Suq Uniku Diġitali komplut u reali;
X. billi l-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ suq uniku sostenibbli, bl-użu ta’ teknoloġiji, standards, tikketti, prodotti u servizzi b’livell baxx ta’ karbonju u favur l-ambjent;
Suq Uniku Diġitali għat-tkabbir u l-impjieg
1. Jenfasizza li fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, huwa essenzjali li jittieħdu miżuri li jistimulaw it-tkabbir u joħolqu l-impjieg, u jenfasizza li t-twettiq ta' Suq Uniku Diġitali jkun pass kruċjali ’l quddiem sabiex tinkiseb din il-mira; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni sabiex timplimenta l-pjan tagħha għat-tnedija u t-twettiq ta’ Suq Uniku Diġitali; jenfasizza l-fatt li s-suq uniku diġitali huwa l-eħfef mod kif in-negozji u ċ-ċittadini jistgħu jibbenefikaw mis-suq uniku;
2. Jilqa' l-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ elettroniku u servizzi onlajn, ippubblikata fil-11 ta' Jannar 2012, immirata biex tiżviluppa qafas koerenti għall-kummerċ elettroniku permezz tat-tkattir tal-fiduċja u l-estensjoni tal-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn għal setturi B2B, B2C, C2C u G2G; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta sa tmiem l-2012 dwar il-progress li sar fuq is-sittax-il "Azzjoni prinċipali" kif stabbilit skont il-ħames oqsma prijoritarji tal-komunikazzjoni;
3. Jilqa' l-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar "Att II tas-Suq Uniku", li jinkludi azzjonijiet ewlenin li jappoġġjaw l-iżvilupp ta' ekonomija diġitali Ewropea; jenfasizza l-ħtieġa li jinħasdu l-benefiċċji tas-Suq Uniku Diġitali;
4. Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta, tiżviluppa, u ssegwi effettivament pjan ta' azzjoni tagħha biex jiġi ffaċilitat l-aċċess transkonfinali għal prodotti u kontenut onlajn, u, għal dan il-fini, tipprovdi pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni ta' pjan trasversali li jiżgura l-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali u l-promozzjoni ta' tkabbir fit-tul, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi filwaqt li l-ekonomija Ewropea tiġi adattata għall-isfidi tal-ekonomija globali tal-lum il-ġurnata;
5. Jenfasizza li l-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' ċertezza legali jirrappreżentaw tħassib ewlieni fis-Suq Uniku Diġitali, u li l-infurzar inkonsistenti tar-regoli fl-Istati Membri għandhom jiġu indirizzati sabiex tiżdied l-għażla għall-konsumaturi; iqis li l-frammentazzjoni hija dovuta parzjalment ukoll għat-traspożizzjoni fqira jew tard tad-direttivi min-naħa tal-Istati Membri, fattur li għandu jkun suġġett għal skrutinju aktar rigoruż mill-istituzzjonijiet tal-UE;
6. Jenfasizza li l-leġiżlazzjoni relevanti ġdida kollha tas-suq uniku għandha tiġi soġġetta għal Test tas-Suq Diġitali Uniku; jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-vijabbiltà tal-implimentazzjoni ta' tali test fi ħdan il-qafas tal-valutazzjoni tal-impatt tagħha, sabiex jiġi żgurat li la ttellef l-iżvilupp tas-Suq Diġitali Uniku u lanqas ma tagħti lok għal ostakoli jew frammentazzjoni addizzjonali fir-rigward ta' kummerċ offlajn jew onlajn;
7. Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni ta' avviż ġdid u skema tal-azzjoni, u jfakkar f'dan il-kuntest li skont id-direttiva tal-kummerċ elettroniku, il-fornituri ta' servizzi tas-soċjetà informatika għandhom id-dmir li jaġixxu taħt ċerti ċirkostanzi bil-għan li ma jħallux jew li jwaqqfu attivitajiet illegali onlajn;
8. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-qafas legali attwali pprovdut mid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ma jeħtieġx reviżjoni; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa għal aktar kjarifika bil-għan li l-implimentazzjoni ta' proċeduri ta' avviż u azzjoni biex jindirizzaw il-kontenut illegali;
9. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu modernizzati u ffaċilitati l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, u biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni għal rikonoxximent awtomatiku lil hinn mill-professjonijiet li bħalissa qegħdin jiġu koperti, immirati b'mod partikolari lejn il-professjonijiet ġodda meħtieġa mill-industriji ħodor u diġitali; jinnota li dan se jiffaċilita l-mobbiltà ta' ħaddiema b'ħiliet għoljin;
10. Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta' Strateġija Ewropea dwar il-cloud computing, minħabba l-potenzjal tagħħa għal kompetittività tal-UE, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li l-cloud computing, peress li jinvolvi spejjeż minimi għad-dħul u rekwiżiti infrastrutturali baxxi, jirrappreżenta opportunità għall-industrija Ewropea tal-IT, u, b'mod partikolari, għall-SMEs, biex jiżviluppaw u jsiru mexxejja f'oqsma bħall-esternalizzazzjoni, servizzi diġitali ġodda u ċentri tad-data;
11. Jinnota l-importanza tar-rabta bejn id-Direttiva tal-kummerċ elettroniku u s-Sistema tal-Informazzjoni tas-Suq Intern;
SMEs
12. Jenfasizza li l-SMEs jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija Ewropea, u li għalhekk huwa vitali li jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni għall-integrazzjoni tagħhom fis-Suq Uniku Diġitali; jenfasizza wkoll il-ħtieġa urġenti li l-SMEs Ewropej kollha jkollhom aċċess għal broadband; jenfasizza li t-teħid ta’ vantaġġ mill-possibilitajiet tal-ekonomija diġitali u s-Suq Uniku Diġitali permezz tal-innovazzjoni u l-użu intelliġenti tal-ICT għandu jkun ta’ għajnuna kbira sabiex l-SMEs ikunu jistgħu joħorġu mill-kriżi preżenti u joħolqu tkabbir u impjieg;
13. Jappoġġja d-determinazzjoni tal-Kummissjoni biex issaħħaħ u tiffaċilita l-iżvilupp ta' infrastruttura tal-ICT sabiex tingħeleb il-firda diġitali; ifakkar li l-iżvilupp ta' infrastruttura tal-ICT għandha impatt pożittiv fuq il-koeżjoni soċjali, it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività fl-UE, kif ukoll fuq il-komunikazzjoni, il-kreattività u l-aċċess taċ-ċittadini għall-edukazzjoni u l-informazzjoni; jilqa' l-inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-programmi għall-iżvilupp reġjonali u rurali, kif ukoll l-inizjattivi tal-BEI għat-titjib tal-integrazzjoni taż-żoni rurali f'infrastrutturi tal-ICT;
14. Jenfasizza l-fatt li l-eliminazzjoni tal-ostakoli legali li fadal għall-kummerċ elettroniku, li n-negozji jingħataw l-informazzjoni u l-ħiliet meħtieġa u li jiġu offruti l-istrumenti neċessarji biex jiżviluppaw in-negozju onlajn tagħhom aktar faċilment u b'mod aktar effettiv huma kruċjali biex jintlaħaq l-għan li jinħoloq tkabbir u impjiegi ġodda;
15. Jenfasizza li l-kisba ta' Suq Uniku Diġitali kompletament operattiv jeħtieġ sforz ikkoordinat biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-età, il-lokalità, l-edukazzjoni jew is-sess tagħhom, ikollhom aċċess għall-internet u jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jużawh;
16. Jinsisti li l-kompetenzi diġitali huma kruċjali għall-iżvilupp ta' Suq Diġitali Uniku kompetittiv, u li l-Ewropej kollha għandhom jingħataw il-ħiliet diġitali xierqa; jenfasizza n-natura kruċjali tal-impenn li jitnaqqas il-litteriżmu diġitali u l-lakuni fil-kompetenza bin-nofs sal-2015;
17. Jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw tali pjan ta' azzjoni, li jkun ibbażat fuq il-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-SMEs fil-ktajjen tal-valur diġitali billi jittieħdu miżuri u inizjattivi li jħeġġu l-użu intelliġenti tal-ICT għall-innovazzjoni u l-kompetittività u l-iżvilupp ta' ħiliet elettroniċi, kif ukoll li jagħmel aktar informazzjoni disponibbli dwar il-vantaġġi u l-potenzjal tal-ekonomija tal-internet, eż permezz tan-Network Ewropew għall-Appoġġ tan-Negozju Elettroniku (eBSN), filwaqt li tipprovdi wkoll appoġġ finanzjarju għall-SMEs innovattivi, fost azzjonijiet oħra;
18. Jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata strateġija li tgħati spinta lill-intraprenditorija diġitali fl-Ewropa, li tippromwovi t-taħriġ għall-kummerċjanti onlajn u li tħeġġeġ programmi għall-iżvilupp tal-SMEs li jiffukaw fuq l-SMEs innovattivi u dinamiċi mis-setturi kollha sabiex jiġi żgurat tkabbir potenzjali u innovazzjoni għoljin u jinħolqu impjiegi ġodda fl-Ewropa, filwaqt li tisaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur, kif ukoll l-iżvilupp ta' swieq ta' niċċa ġodda għall-SMEs li altrimenti ma kinux jeżistu;
19. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw il-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex jiġu indirizzati l-ostakli li jxekklu t-tkabbir tal-SMEs, bħal spejjeż kbar għad-dħul fis-suq, l-ispiża għall-iżvilupp tal-għarfien ta' ditta f'diversi pajjiżi, u l-limitazzjonijiet tas-sistema tal-IT;
20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintroduċu miżuri mmirati li joffru appoġġ finanzjarju għall-SMEs innovattivi, permezz ta' programmi eżistenti bħall-Programm għall-Kompetittività u Innovazzjoni (CIP), il-Programm il-ġdid għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME), u l-Programm ta' Riċerka u Innovazzjoni "Orizzont 2020", jew permezz tal-ħolqien ta' programmi speċifiċi, kif ukoll ir-regolament propost dwar il-fondi kapitali ta' riskju;
21. Iqis li, flimkien mat-tifrix konsistenti tal-ICT, għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali hija essenzjali l-promozzjoni tal-eċċellenza fir-riċerka dwar l-ICT u t-trawwim tal-investiment pubbliku u privat f’riċerka ta’ riskju għoli u kollaborattiva dwar l-ICT u l-innovazzjoni; jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fl-iżvilupp ta' teknoloġiji u standards tal-internet; jipproponi li skont il-perspettiva finanzjarja li jmiss u l-programm Orizzont 2020 għandu jkun hemm żieda sostanzjali fil-baġit tal-UE tar-riċerka tal-ICT;
Jingħelbu l-barrieri li fadal fis-Suq Uniku Diġitali
22. Isostni l-possibbiltà ta' kollaborazzjoni maċ-ċentri tar-riċerka; jilqa’ l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tippromwovi l-investimenti pubbliċi u privati f’netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), u jenfasizza l-importanza tal-istrateġija fit-tul tal-infrastruttura tas-servizzi diġitali trans-Ewropea għat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività fl-UE;
23. Jinnota li l-iskjerament rapidu ta' broadband veloċi ħafna huwa kruċjali għall-kompetittività globali tal-Ewropa, għall-iżvilupp tal-produttività Ewropea u għall-ħolqien ta' impriżi ġodda u żgħar li jistgħu jkunu minn ta' quddiem f'setturi differenti, pereżempju l-kura tas-saħħa, il-manifattura u l-industrija tas-servizzi;
24. Jitlob biex jittieħdu miżuri speċifiċi sabiex jiġi żgurat li l-SMEs ikunu jistgħu jgawdu b’mod sħiħ mil-potenzjal tal-broadband fl-oqsma tal-kummerċ elettroniku u l-akkwist elettroniku; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-inizjattivi tal-Istati Membri biex jiġu żviluppati l-ħiliet elettroniċi fl-SMEs u biex jiġu stimulati mudelli ta' negozju innovattivi u bbażati fuq l-internet permezz tal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u s-suċċessur futur tiegħu, il-Programm għall-Kompetittività tal-Impriżi u l-SMEs (COSME);
25. Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-ostakoli eżistenti għal servizzi ta' kunsinna transkonfinali, u tieħu azzjonijiet xierqa biex tindirizzhom, fejn tqies is-sejbiet tal-istudju l-ġdid li ġie kondott u b'mod li se jippermetti kemm lin-negozji kif ukoll lill-konsumaturi li jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-Suq Uniku Diġitali; jenfasizza li l-aħajr mod kif tippromwovi fatturi bħall-aċċessibbiltà, l-affidabbiltà, il-veloċità tal-kunsinna, is-servizz amikevoli, sistema għal kunsinni li nbagħtu lura effiċjenti u trasparenti, u prezzijiet aktar baxxi ta' servizzi tal-kunsinna transkonfinali huwa permezz ta' kompetizzjoni ħielsa u ġusta, biex ma jkunx hemm tfixkil tal-kummerċ transkonfinali u biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur; iqis li servizzi tal-kunsinna transkonfinali ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-fruntieri fiżiċi, iżda, fejn vijabbli, għandhom iqisu wkoll id-distanza mill-konsumatur; iqis li huwa essenzjali li jiġu żgurati forom innovattivi ta' twassil li jippermettu aktar flessibilità f'termini ta' għażla ta' żmien jew post ta' ġbir jew post ta' ġbir possibbli bl-ebda spejjeż addizzjonali marbuta; iqis li huwa kruċjali li jitqiesu miżuri li jiggarantixxu kunsinna bi prezz raġonevoli għal żoni aktar remoti jew periferiċi;
26. Ifakkar il-ħtieġa għal politika integrata fir-rigward tat-tlestija tas-suq uniku tat-trasport fir-rigward tal-mezzi kollha tat-trasport (jiġifieri l-kabotaġġ bit-toroq, it-trasport ferrovjarju, eċċ), u leġiżlazzjoni ambjentali sabiex jiġu evitati l-ineffiċjenzi fil-katina tal-provvista jew żidiet bla bżonn fl-ispejjeż kemm għall-bejjiegħa li ibigħu mill-bogħod kif ukoll għall-klijenti tal-kummerċ elettroniku;
27. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jnaqqsu l-piż amministrattiv billi jippermettu l-użu tas-sistema jew tal-pajjiż tal-bejjiegħ jew tal-pajjiż tax-xerrej, sabiex jiġu evitati proċeduri doppji u konfużjoni dwar liema regoli japplikaw kemm għall-bejjiegħa kif ukoll għall-konsumaturi bl-internet;
28. Jistieden lill-Kummissjoni ssib soluzzjonijiet għad-diffikultajiet esperjenzati mill-SMEs fir-rigward tal-immaniġġjar ta' kunsinni li nbagħtu lura u problemi infrastrutturali tat-tbaħħir, u biex jitnaqqsu l-ispejjeż involuti fir-riżoluzzjoni ta' ilmenti u kunflitti transkonfinali;
29. Jenfasizza li, peress li l-kontenut tal-websajts jista' bejn wieħed u ieħor jiġi kkodifikat pjuttost faċilment, vantaġġ ieħor marbut mad-dinja diġitali hu li tista' tgħin tgħeleb l-ostakoli lingwistiċi fis-suq uniku;
30. Jenfasizza l-importanza li l-konsumaturi għandhom igawdu minn twassil effiċjenti, feedback aħjar dwar it-twassil, u għandhom jirċievu l-prodott tagħhom fil-ħin, fatturi li lkoll ġew identifikati bħala tħassib ewlieni tal-konsumaturi fl-aħħar Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kundizzjonijiet tal-Konsumatur;
31. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw il-possibilitajiet li jiġu simplifikati u standardizzati r-regoli tal-VAT għal tranżazzjonijiet transkonfinali onlajn; jirrimarka li l-qafas eżistenti tal-VAT Ewropew huwa ostaklu għall-iżvilupp ta' servizzi diġitali ġodda, u li, li l-kumpaniji jitħeġġu biex jiżviluppaw u joffru servizzi onlajn ġodda fl-Ewropa kollha għandu jkun prijorità fir-rieżami tar-regoli tal-VAT; iqis li l-prodotti diġitali bħall-kotba elettroniċi għandhom ikunu soġġetti għall-istess rata ta' VAT bħal prodott ekwivalenti f'format fiżiku jew offrut offlajn, sabiex tiġi evitata distorsjoni fis-suq; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħtfu l-opportunità li l-bidliet tal-2015 fir-regoli tal-VAT ippreżentaw u sabiex joħolqu jew jestendu "One-Stop Shop Ewropew" għall-kummerċ elettroniku, għal minn tal-anqas l-SMEs;
32. jistieden lill-Kummissjoni tipproponi rieżami tad Direttiva 2006/112 sabiex tiġi introdotta kategorija ġdida ta' servizzi b'kontenut kulturali u pprovduti elettronikament, li jistgħu jibbenefikaw minn rata tal-VAT imnaqqsa; Jipproponi li xogħlijiet u servizzi kulturali li jinbiegħu onlajn - bħall-kotba diġitali - għandhom jibbenefikaw mill-istess trattament preferenzjali bħal prodotti komparabbli f'forma tradizzjonali bħall-paperbacks u għalhekk għandhom ikunu soġġetti għal rata tal-VAT imnaqqsa; huwa tal-fehma, f’dan ir-rigward, li l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tal-VAT għall-pubblikazzjonijiet diġitali tista’ tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' offerti legali u żżid b’mod sinifikanti l-attrazzjoni ta’ pjattaformi diġitali;
33. Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rieżami tagħha tal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT, tindirizza l-anomalija tal-possibilità li jiġu applikati rati tal-VAT imnaqqsa fuq il-kotba stampati u kontenut kulturali ieħor imma mhux fuq beni identiċi disponibbli f’format elettroniku;
34. Jilqa’ l-green paper tal-Kummissjoni dwar il-ħlasijiet bil-kards, bl-internet u bil-mowbajls; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri adegwati bil-ħsieb li jinkiseb qafas regolatorju tal-UE integrat kollu u b’mod effettiv, kompetittiv, innovattiv, newtral u sikur għall-ħlasijiet onlajn u bil-mowbajl;
35. Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-mikropagamenti u l-ispejjeż amministrattivi għoljin li ta' spiss jinġarrbu meta jitħallsu ammonti żgħar; jinnota l-użu dejjem aktar mifrux ta' ħlas minn mowbajls, smart phones u tablets u li dan jeħtieġ azzjonijiet ta' rispons ġodda;
36. Jenfasizza li l-mikropagamenti qegħdin jintużaw dejjem aktar għall-ħlas ta' kontenut kulturali onlajn u jqis li dan huwa strument utli ġdid biex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet jitħallsu;
37. Jindika li t-tariffi ta’ interkambju multilaterali domestiċi u transkonfinali (MIFs) fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) jvarjaw b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri; jemmen li t-tariffi ta’ interkambju multilaterali kemm domestiċi kif ukoll transkonfinali fiż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) għandhom jiġu armonizzati sabiex jippermettu lill-konsumaturi jibbenefikaw mis-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt, sal-aħħar tal-2012, dwar l-iffissar ta' limitu għal MIFs u b’mod gradwali tnaqqsu; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi regolament għall-armonizzazzjoni tal-MIFs u tnaqqashom progressivament sakemm ikunu allinjati ma' spejjeż reali sal-aħħar tal-2015; jemmen li s-soprataxxi, ir-rifużjonijiet u prattiki oħra ta’ gwida għandhom jiġu pprojbiti b’mod gradwali wkoll, u b’hekk titwitta t-triq għal Suq Uniku Ewropew tal-pagamenti aktar trasparenti;
38. Jenfasizza li l-privatezza u s-sigurtà tad-data huma preokkupazzjonijiet maġġuri fost il-konsumaturi u għandhom it-tendenza li jaqtgħulhom qalbhom milli jixtru onlajn; jikkunsidra li huwa meħtieġ li jadatta l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data eżistenti għal sfidi u innovazzjonijiet ġodda fil-qasam tal-iżviluppi teknoloġiċi preżenti u futuri, eż. il-cloud computing;
39. Jirrikonoxxi l-potenzjal ekonomiku u soċjali li l-cloud computing wera s'issa u jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta inizjattivi f’dan il-qasam sabiex tikseb il-benefiċċji ta’ tali teknoloġija ladarba it-teknoloġija tkun żviluppata aktar b’mod sħiħ; madanakollu, jirrikonoxxi, il-ħafna sfidi tekniċi u legali li jirriżultaw mill-iżvilupp tal-cloud computing;
40. Jirrikonoxxi l-potenzjal ewlieni tal-cloud computing u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mingħajr dewmien strateġija Ewropea dwar il-cloud computing;
41. Jistieden lill-Kummissjoni tinforza d-dispożizzjonijiet dwar Notifika ta' Ksur tad-Dejta fil-pakkett tat-Telekomunikazzjonijiet u tagħmilhom disponibbli għall-konsumaturi kollha fl-Istati Membri;
42. Ifakkar id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva tad-drittijiet universali tas-Servizzi u l-Utenti għall-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet li jobbligaw lill-fornituri tas-Servizz tal-Internet Internet iwasslu messaġġi tas-servizz pubbliku lill-klijenti kollha tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-kwistjoni dwar kemm minn fost ir-regolaturi tat-telekomunikazzjoni qegħdin jikkonformaw ma' dawn ir-regoli, u tirrapporta lura lill-Parlament dwar il-kwistjoni;
43. Għalhekk, jilqa’ r-Regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data propost mill-Kummissjoni, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li ċ-ċittadini jingħataw kontroll aħjar fuq l-iproċessar tad-data personali tagħhom, u jenfasizza l-ħtieġa li japprova u jimplimenta Regolament ġdid dwar is-suġġett f’forma li, waqt li tipproteġi l-privatezza u tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali, tippermetti flessibilità biżżejjed għall-kumpaniji biex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw in-negozju tagħhom mingħajr ma jagħmlu spejjeż kbar, filwaqt li toffrilhom ukoll simplifikazzjoni u tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi;
44. Jilqa' l-proposta għal qafas legali għall-applikazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati sabiex jitjiebu r-responsabilità, it-trasparenza u l-governanza tas-soċjetajiet ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet, biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi effikaċi ta’ soluzzjoni għall-kwistjonijiet, u biex jiġu ċċarati u ssimplifikati s-sistemi ta’ għoti ta’ liċenzji; iqis essenzjali li tingħata informazzjoni ċara u komprensibbli lill-utenti tal-internet dwar liema data personali tinġabar, għal liema skop u kemm din iddum maħżuna, għaliex dan hu essenzjali biex jissaħħu d-drittijiet tal-utenti u biex titqawwa l-fiduċja tagħhom fl-internet; jenfasizza li għar-reviżjoni attwali tal-acquis tal-protezzjoni tad-data, għandhom jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni tad-data; jilqa’ t-tħabbir ta’ strateġija Ewropea globali dwar il-kwestjoni tal-cloud computing għall-2012 u, b'mod partikolari, jistenna l-kjarifika ta’ kwistjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni, il-protezzjoni tad-data u l-kompetenza;
45. Jemmen bis-sħiħ li l-protezzjoni tal-privatezza ma tikkostitwixxix biss valur ewlieni tal-Unjoni Ewropea, iżda għandha wkoll rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-fiduċja tal-utent fl-ambjent diġitali sabiex is-Suq Uniku Diġitali jkun jista' jiżviluppa bis-sħiħ; jilqa’, għalhekk, il-proposti tal-Kummissjoni li tadatta d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għall-ambjent diġitali attwali, u b'hekk tippromwovi n-natura innovattiva tal-ambjent onlajn u tagħti spinta lill-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda promettenti bħall-cloud computing;
46. Ifakkar li approċċ globali huwa essenzjali meta jkunu qegħdin jiġu indirizzati l-isfidi bħalma hija l-protezzjoni tad-data u l-piraterija; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, biex ikun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Forum dwar il-Governanza tal-Internet;
47. Jitlob kjarifika dwar l-obbligu tal-fornituri tas-servizz internet li jaġixxu f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-kompetizzjoni, mal-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u mad-Diretteiva dwar il-Kummerċ elettroniku[30] u l-Pakkett dwar it-Telekomunikazzjonijiet[31]meta jkunu qegħdin jittrattaw u/jew jiġbru data fi ħdan l-UE, irripettivament minn fejn din id-data ġiet maħżuna u/jew proċessata; huwa tal-fehma li livell ogħla ta’ trasparenza fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi fuq l-internet għandu jkollu rwol ewlieni biex jiffavorixxi l-fiduċja tal-konsumaturi, jippromwovi l-aħjar prattiki f’dan il-qasam u jservi ta’ kriterju essenzjali għall-ħolqien ta’ marka ta’ fiduċja Ewropea;
48. Ifakkar li l-fornituri ta’ servizzi onlajn huma obbligati, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/31/KE, jipprovdu b’mod ċar l-identità tagħhom, u li ż-żamma ta’ dan l-obbligu tikkontribwixxi b’mod deċiżiv biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi fil-kummerċ elettroniku;
49. Jistieden lill-Kummissjoni timmodernizza l-qafas legali għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fil-kuntest tat-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali, u sabiex jipproponu u jimplimentaw rapidament l-Istrateġija Ewropea għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali bil-ħsieb li l-adattament għar-realtà fuq l-internet tas-seklu 21; jistenna bil-ħerqa l-proposta tal-Kummissjoni għal strumenti legali f'dan il-qasam, bħal leġiżlazzjoni għas-simplifikar tal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur fl-Ewropa u direttiva dwar l-Infurzar tad-DPI u l-Ġlieda Kontra l-Iffalsifikar u l-Piraterija; jemmen ukoll li hemm bżonn li jitqiesu mudelli innovattivi tan-negozju u strutturi differenti tal-liċenzjar sabiex tiżdied id-disponibbiltà filwaqt li jinżammu d-drittijiet tal-awtur u jkun żgurat il-ħlas tad-detenturi tad-dritt;
50. Jenfasizza l-importanza ta’ approċċ armonizzat għal eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, kif ukoll l-eċċezzjonijiet statutorji armonizzati għal trade marks u privattivi, ħafna drabi għall-benefiċċju tar-riċerkaturi u l-iżviluppaturi, sabiex jiffaċilita l-iżvilupp, it-tixrid u l-adozzjoni mill-konsumaturi ta' servizzi ġodda u innovattivi u ċ-ċertezza legali għal gruppi ta’ riċerka, innovaturi, artisti u utenti meħtieġa sabiex l-ambjent diġitali Ewropew li qiegħed jikber ikun jista’ jiżviluppa aktar;
51. Ifakkar li sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ tkompli l-ħidma fl-armonizzazzjoni tar-regoli f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-istess waqt li jiġu rispettati d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini;
52. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet miftiehma speċifiċi għas-settur li jirrispettaw id-dritt tal-awtur, li jiżguraw remunerazzjoni ġusta għall-awturi, u jippromwovu l-aċċess pubbliku għal firxa wiesgħa ta' prodotti kulturali legali;
53. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef ix-xogħol preparatorju tagħha dwar proposta leġiżlattiva fir-rigward ‘tal-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet', bil-għan li jiġu żgurati obbligu tal-għoti ta’ rendikont, trasparenza u governanza aħjar tas-soċjetajiet tal-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet, jiġu stabbiliti mekkaniżmi effiċjenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, u ċċarati u ssimplifikati sistemi ta’ liċenzjar fis-settur tal-mużika;
54. Jenfasizza li l-mikropagamenti qed isiru kulma jmur aktar importanti f’dak li hu ħlas għal kontenut ta’ midja u għal kontenut kulturali onlajn, imma li għad hemm lok għal aktar titjib tal-faċilità li biha jsir użu tagħhom, u jara dan bħala għodda utli biex jiġi żgurat li dawk li jikkreaw qed jiġu remunerati peress li jagħmlu l-kontenut legali aċċessibbli għall-pubbliku b’mod li jkun jiflaħ għalih il-but ta’ kulħadd; iqis, għalhekk, li l-mikropagamenti huma mezz effikaċi biex jiġi miġġieled il-kontenut illegali; jenfasizza, madanakollu, li problemi assoċjati ma’ sistemi ta’ ħlas onlajn, bħalma huma n-nuqqas ta’ interoperabilità u l-ispejjeż għolja tal-mikropagamenti għall-konsumaturi, jeħtieġ li jiġu indirizzati bil-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet sempliċi, innovattivi u kost-effettivi ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għall-pjattaformi diġitali; jenfasizza li ż-żieda tal-provvista legali online ta’ kontenut kulturali bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn kulħadd fuq tul ta’ żmien tista’ toħnoq pjattaformi illegali fuq l-internet;
55. Jenfasizza li t-teknoloġiji tal-internet, ġodda u li qed jespandu, kif ukoll is-servizzi onlajn żiedu d-domanda għal kontenut diġitali awdjoviżi u għal tipi oħra ta’ kontenut diġitali kulturali u kreattiv u jipprovdu modi ġodda u innovattivi biex dak li hemm offrut jiġi personalizzat u arrikkit, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ; jinnota, madankollu, li bħalissa ma hemmx provvista legali biżżejjed biex tissodisfa d-domanda, u din iċ-ċirkostanza tħajjar lill-utenti jfittxu kontenut illegali; jemmen li jeħtieġ li jiġu eżaminati mudelli innovattivi ta’ kummerċ u strutturi differenti tal-għoti ta' linċenzji bil-għan li tiżdied id-disponibilità; jitlob li jsir sfruttament aħjar tat-teknoloġiji diġitali, li għandhom iservu ta’ impetu kemm għad-divrenzjar u kemm għall-immultiplikar ta’ offerti leġittimi, u b’hekk jiġu sostnuti l-fiduċja tal-konsumatur u t-tkabbir filwaqt li jiġi żgurat li l-artisti jiġu rrimunerati b’mod ġust u proporzjonat;
56. Jappoġġa bis-sħiħ miżuri kemm fil-livell ta’ Stat Membru u fil-livell Ewropew li jimpedixxu l-manifattura ta’ prodotti falsifikati u l-piraterija tal-prodotti fuq l-internet;
57. Jilqa’ l-proposti biex id-disponibilità tiżdied u biex is-servizzi ta’ kontenut legali onlajn jiġu żviluppati, imma jenfasizza l-ħtieġa li d-dritt tal-awtur tal-UE jiġi modernizzat u armonizzat fil-livell tal-Unjoni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jkun hemm liġi tad-dritt tal-awtur li tkun tipprovdi l-inċentivi xierqa, tiżgura bilanċ u tkun dejjem aġġornata skont it-teknoloġija moderna; iqis li l-inkoraġġiment, il-promozzjoni u s-sostenibbiltà tal-liċenzjament multiterritorjali fis-suq uniku diġitali għandhom, fuq kollox, jiġu ffaċilitati minn inizzjattivi mmexxija mis-suq b’rispons għad-domanda tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, timplimenta l-inizjattivi tal-istrateġija tad-dritt ta' proprjetà intellettwali mingħajr dewmien;
58. Jikkundanna bis-sħiħ kull diskriminazzjoni kontra l-konsumaturi fuq il-bażi ta’ nazzjonalità u residenza, filwaqt li jfakkar l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/EU), u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa ta’ dik id-Direttiva;
Il-bini tal-kunfidenza u tal-fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali
59. Jenfasizza li d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumaturi mmarkat pass importanti ’l quddiem fir-rigward taż-żieda fiċ-ċertezza legali għall-konsumaturi u n-negozji fit-tranżazzjonijiet onlajn, u llum din tikkostitwixxi l-istrument prinċipali għall-ħarsien tal-konsumatur għas-servizzi onlajn; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u mgħaġġla tagħha; jitlob għal kodiċi ta' prattika tajba għan-negozji onlajn u jsostni l-proposti tal-kuntratti modali f'dan ir-rigward; l-implimentazzjoni tas-CRD tkun tifforma parti importanti ta' kuntratti mudelli filwaqt li prattiki bl-imnut eżistenti għandhom jiġu rispettati wkoll; barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri jiddeċiedu jekk - fuq medda ta' żmien twila - jiffavorixxu l-armonizzazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku jew reġim nazzjonali ieħor; fil-każ ta' dan tal-aħħar, iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-isforzi meħtieġa biex iġibu 'l quddiem b'mod kostruttiv dossiers bħal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ bl-għan li jiġi ffaċilitat il-kummerċ transkonfinali fl-UE għall-benefiċċju tal-konsumaturi u tan-negozji;
60. Jemmen li r-Regolament propost dan l-aħħar dwar il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ, li jista’ jiġi magħżul mis-sħab kontraenti bħala alternattiva għar-regoli nazzjonali dwar il-liġi tal-bejgħ, għandu potenzjali sinifikanti biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tas-suq intern u jiġi pprovdut kummerċ għat-tranżazzjonijiet bl-internet b’mod iktar aċċessibbli u affidabbli mil-lat legali għall-konsumaturi u l-impriżi;
61. Ifakkar li l-Istati Membri wkoll għandhom irwol xi jwettqu billi jiżguraw l-implimentazzjoni rapida u nonburokratika tar-regoli tal-UE bil-għan li d-drittijiet tal-konsumatur isiru realtà;
62. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jagħtu riżorsi adegwati lill-istrumenti effettivi bħan-Netwerk għall-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi (CPC), sabiex ikun żgurat li n-negozjanti onlajn japplikaw ir-Regoli Ewropej dwar it-trasparenza u l-prattiċi kummerċjali inġusti, u b’hekk jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsmatur;
63. Jenfasizza l-ħtieġa għall-inizjattivi fl-Istati Membri biex jittejbu l-ħiliet elettroniċi fost il-pubbliku ġenerali; jinnota l-importanza li ċ-ċittadini tal-UE jkunu mgħammrin b'ħiliet diġitali li jgħinuhom jisfruttaw kompletament il-benefiċċji li jkunu onlajn u jipparteċipaw fis-soċjetà diġitali;
64. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkludi element ta’ aċċessibilità għall-konsumatur f'termini tal-implimentazzjoni ta' ambjent mingħajr ostakoli u firxa sħiħa ta' servizzi aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà fil-politiki kollha tas-Suq Uniku Diġitali, sabiex ikun żgurat li l-gruppi taċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess u jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-Suq Uniku Diġitali;
65. Jenfasizza l-ħtieġa għall-inizjattivi fl-Istati Membri biex jittejbu l-ħiliet elettroniċi fost il-pubbliku ġenerali b'attenzjoni partikolari għall-persuni mdaħħla aktar fiż-żmien sabiex jiġi promoss il-kunċett ta' tizjiħ attiv;
66. Jirrikonoxxi l-importanza ta’ karta Ewropea għad-drittijiet tal-utenti li tiċċara d-drittijiet u l-obbligi taċ-ċittadini tas-soċjetà tal-informatika;
67. Jenfasizza l-importanza li jitrawwem il-ħolqien ta' websajts trasparenti u affidabbli għat-tqabbil tal-prezzijiet aċċessibbli f'diversi lingwi, bħala mezz biex tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fil-kummerċ transkonfinali;
68. Jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq marka ta’ fiduċja Ewropea, li għandha tiggarantixxi li negozju li jopera onlajn jirrispetta bis-sħiħ il-liġi tal-UE; għandha tkun sempliċi u strutturata sew, u għandha tkun mimlija b’kontenut li jipprovdu valur miżjud għall-kummerċ elettroniku, għalhekk tingħata spinta l-fiduċja u t-trasparenza, kif ukoll iċ-ċertezza legali kemm għall-konsumatur kif ukoll għan-negozji permezz tal-informazzjoni b'konformità mal-istandards W3C eżistenti u mhux legalment vinkolanti, fl-interess tal-persuni b'diżabbiltà;
69 barra minn hekk, jenfasizza l-bżonn għal approċċ integrat biex tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur fl-aċċess tiegħu għal servizzi legali transkonfinali;
70. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-UE tipprovdi lin-negozji u l-konsumaturi b’fiduċja u l-mezzi għall-kummerċ onlajn sabiex jiżdied il-kummerċ transkonfinali; għalhekk jitlob li jiġu ssimplifikati s-sistemi tal-liċenzjar u li jinħoloq qafas effiċjenti għad-drittijiet tal-awtur;
71. Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tindirizza l-ostakoli għat-twettiq tas-suq uniku diġitali, l-aktar importanti l-ostakoli li jżommu lura l-iżvilupp ta’ servizzi traskonfinali legali onlajn; jenfasizza, barra minn hekk, il-bżonn li tittejjeb il-kunfidenza tal-konsumatur fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi transkonfinali legali; jenfasizza li s-Suq Uniku Diġitali se jippermetti liċ-ċittadini jkollhom aċċess, fl-UE kollha, għas-suriet kollha ta’ kontenuti u servizzi diġitali (mużikali, awdjoviżivi, logħob tal-kompjuters);
72. Jaqbel mal-Kummissjoni, li l-użu tal-potenzjal sħiħ tas-suq intern onlajn huwa mxekkel primarjament mill-fatt li għad hemm taħlita ta’ leġiżlazzjonijiet differenti, kif ukoll standards u prattiki bi ftit interoperabbiltà jew xejn;
73. Jilqa’ l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (ADR) u r-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Onlajn (ODR), u jenfasizza l-importanza tal-addozzjoni effettiva tagħhom biex jgħinu fis-sejba ta' soluzzjoni għall-ilmenti u l-kunflitti transkonfinali; jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal dawn il-mekkaniżmi li jridu jsiru magħrufa għall-konsumaturi u n-negozjanti sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-livell mixtieq ta' effikaċja fil-prattika; ifakkar l-importanza ta' mekkaniżmu ta' rimedju effettiv bħala mezz li jiżgura li l-konsumaturi jistgħu jsegwu d-drittijiet tagħhom, filwaqt li jenfasizza li ċ-ċittadini għandhom ikunu infurmati aħjar bid-dettalji ta' tali mekkaniżmu u strumenti oħra għar-riżoluzzjoni tal-problemi għodda; dan għandu jsaħħaħ ix-xiri transkonfinali ta' oġġetti u servizzi u jwassal għat-tneħħija tal-punti ta' konġestjoni li fadal li jostakolaw it-tkabbir u l-innovazzjoni partikolarment fi ħdan is-Suq Diġitali u li bħalissa qwgħdin jżommu s-Suq Uniku lura milli jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu; jenfasizza li l-eżistenza tal-pjattaforma għal riżoluzzjoni onlajn tat-tilwim fir-rigward tal-kummerċ elettroniku domestiku u transkonfinali se żżid il-fiduċja tal-konsumaturi fis-Suq Uniku Diġitali;
74. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinħolqu modi li jsaħħu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-ambjent onlajn u li jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, inkluż it-tneħħija ta' ostakli ġeografiċi, tekniċi u organizzazzjonali f'mekkaniżmi ta' rimedju; jara r-riżoluzzjoni rapida u kosteffikaċi tal-kwistjonijiet, partikolarment fir-rigward ta' tranżazzjonijiet onlajn, bħala rekwiżit ċentrali għall-fiduċja tal-utent; għalhekk jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward ta' riżoluzzjoni extraġudizzjarja u tar-riżoluzzjoni tal-kwisjtonijiet onlajn skont il-liġi tal-konsumatur u l-inizjattiva leġiżlattiva mħabbra dwar riżoluzzjoniji ta' kwistjonijiet bejn in-negozji;
75. Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni għal miżuri kooperattivi mas-servizzi tal-pagamenti biex jiġi miġġieled il-kontenut mhux awtorizzat jew illegali; jenfasizza li kwalunkwe kooperazzjoni ma’ partijiet privati għandha tkun imsejsa b’mod sod f’qafas ġuridiku kkaratterizzat mir-rispett għall-privatezza tad-data, il-ħarsien tal-konsumatur, id-dritt ta’ riparazzjoni u aċċess għall-ġustizzja għall-partijiet kollha; jenfasizza li l-ewwel pass irid ikun l-implimentazzjoni effikaċja ta’ miżuri ta’ ‘azzjoni ta’ avviż’ li jkunu jiżguraw ir-rispett għad-dritt fundamentali għal proċess kriminali ġust quddiem tribuna indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi, b’mod mhux ekwivoku u għal kulħadd; jenfasizza li l-operaturi kollha, inklużi l-fornituri ta’ pagamenti u min jirreklama, għandhom irwol xi jwettqu fil-ġlieda kontra l-kontenut mhux awtorizzat u illegali;
76. Jilqa 'b'sodisfazzjon kbir il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni l-ġdida dwar "Strateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal"; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u l-industrija biex jippromwovu l-użu ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda għall-edukazzjoni u għall-protezzjoni tal-minuri, u biex jikkooperaw mill-qrib u b'mod effiċjenti sabiex jipprovdu internet sikur għall-minuri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw proġetti għal-litteriżmu u l- familjarizzazzjoni fir-rigward tat-teknoloġiji diġitali, li għandhom jiġu mmirati lejn l-adulti li għandhom li huma responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ u għall-ġejjieni tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda, ħalli jsiru konxji tal-opportunitajiet u r-riskji li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) jirrappreżentaw għat-trabi u t-tfal filwaqt li jgħinu wkoll biex jitnaqqas id-distakk diġitali li hemm bejn il-ġenerazzjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi ta’ taħriġ dwar it-teknoloġija tal-informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet, l-obbligi u r-riskji tal-konsumatur dwar is-suq diġitali intern.
77. Iħeġġeġ il-partijiet interessati jimpenjaw ruħhom għal reklamar responsabbli fir-rigward tal-minuri, b'mod partikolari billi jonqsu milli jxandru riklamar aggressiv u qarrieqi fuq it-televiżjoni u l-internet billi jirrispettaw u jimplimentaw bis-sħiħ kodiċijiet eżistenti ta' kondotta, u inizjattivi simili;
78. Jikkunsidra li huwa meħtieġ li jingħata appoġġ lid-diġitalizzazzjoni ta’ xogħlijiet edukattivi u kulturali f’għadd kemm jista’ jkun kbir ta’ lingwi uffiċjali tal-UE, sabiex jiġi pprovdut kontenut prezzjuż u utli għall-pubbliku;
79. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti prinċipji ċari biex jirregolaw ir-relazzjonijiet mas-swieq diġitali ta’ pajjiżi terzi, l-aktar fir-rigward ta’ proġetti fil-livell tal-Unjoni bħalma hi d-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali dinji;
80. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-regoli dwar id-distribuzzjoni selettiva jiġu applikati sewwa, sabiex jiġu evitati l-abbużi u d-diskriminazzjoni;
81. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni biex tiżgura newtralità netta;
82. Jirrimarka li kompetizzjoni akbar, it-trasparenza fir-rigward tal-ġestjoni tat-traffiku u l-kwalità tas-servizz, kif ukoll il-possibilità li jbiddlu, huma fost il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa biex tkun żgurata n-newtralità tal-internet; itenni l-appoġġ tiegħu għal internet miftuħ fejn il-kontenut u servizzi kummerċjali individwali ma jistgħux jiġu mblukkati; ifakkar fir-riżultati reċenti tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u jqis li hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali biex tkun żgrurata n-newtralità tal-internet;
83. Jerġa’ jenfasizza l-isfidi potenzjali meta nitbiegħdu min-newtralità tan-netwerk, fosthom l-imġiba antikompetittiva, l-imblukkar tal-innovazzjoni, ir-restrizzjoni fuq il-libertà tal-espressjoni, in-nuqqas ta' għarfien tal-konsumatur u l-ksur tal-privatezza, kif ukoll rigward il-fatt li n-nuqqas ta' newtralità tal-internet jagħmel ħsara lin-negozji, lill-konsumaturi u lis-soċjetà kollha;
84. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kompetizzjoni onlajn ħielsa u ġusta, billi jieħdu azzjoni kontra prattiki inġusti kummerċjali B2B, bħal restrizzjoni fuq l-internet, il-kontroll tal-prezzijiet u l-kwoti;
85. Iqis espansjoni ulterjuri tan-netwerk tal-broadband u, b'mod partikolari, il-konnessjoni ta' żoni rurali, iżolati u l-aktar imbiegħda ma' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika bħala prijorità ċentrali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex ikollha kontroll kontinwu u, fejn meħtieġ, tiżgura permezz ta' intervent regolatorju li n-newtralità tan-netwerk tinżamm u li l-fornituri tal-internet ma jkunux imxekkla jew ostakolati biex jaċċessaw l-infrastruttura tan-netwerk.
It-twaqqif tal-bażi għal Ewropa iktar kompetittiva u inklussiva
86. Jistieden lill-Istati Membri sabiex isaħħu u jiffaċilitaw l-iżvilupp tal-informazzjoni u l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni peress li, filwaqt li l-Istati Membri kollha għandhom strateġija tal-broadband nazzjonali, ftit huma dawk li għandhom pjan totalment operattiv li jinkludi l-miri stabbiliti meħtieġa għall-materjalizzazzjoni totali tal-inizjattiva ewlenija fir-rigward ta' aġenda diġitali għall-Ewropa kif stabbilit fl-istrateġija Ewropa 2020; jilqa’ l-inizjattiva l-ġdida ‘Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa’, peress li din se tkun kruċjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda Diġitali għall-miri Ewropej stabbiliti għall-2020, li jwegħdu aċċess tal-broadband għal kulħadd u l-objettiv intermedju li sal-2013, kull ċittadin tal-UE jkollu aċċess għal konnessjoni bażika tal-internet;
87. Jenfasizza li s-servizzi tal-internet jiġu offruti fuq skala transkonfinali, u li għaldaqstant jeħtieġu azzjoni miftiehma f’konformità mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa; Jindika li suq Ewropew bi kważi 500 miljun persuna konnessi ma’ broadband ta’ veloċità għolja jkun minn ta’ quddiem fl-iżvilupp tas-suq intern; jenfasizza l-ħtieġa li l-aġenda diġitali tiġi konnessa mal-għoti ta’ servizzi ġodda bħall-kummerċ elettroniku, is-saħħa elettronika, it-tagħlim elettroniku, is-servizzi bankarji elettroniċi u s-servizzi governattivi elettroniċi;
88. Jenfasizza li għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali Ewropew hu importanti li jitkomplew l-isforzi għal aċċess universali u b’veloċità għolja għall-konsumaturi kollha, permezz tal-promozzjoni tal-aċċess għall-internet fiss u mobbli u t-tqegħid ta’ infrastruttura tal-ġenerazzjoni li jmiss; jenfasizza li dan jeħtieġ politiki li jippromwovu l-aċċess b’kundizzjonijiet kompetittivi; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu spinta ġdida lill-istrateġija Ewropea dwar il-broadband veloċi u ultraveloċi bl-aġġornament ta' dawn l-objettivi;
89. Jenfasizza l-valur potenzjali tal-bidla diġitali tas-servizzi pubbliċi għall-konsumaturi u n-negozji u jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali għad-diġitizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, li għandhom jinkludu miri u miżuri biex is-servizzi pubbliċi jkunu kollha onlajn u aċċessibbli sal-2015; Jirrikonoxxi li n-netwerks b’veloċità għolja huma prerekwiżit għall-iżvilupp ta’ servizzi onlajn u għat-tkabbir ekonomiku; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa objettivi dinjija ewlenin dwar l-aġenda diġitali sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa ssir il-mexxej globali fir-rigward tal-veloċità u l-konnettività tal-Internet. jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw aktar il-pjanijiet nazzjonali għall-broadband u jadottaw pjanijiet operattivi b’miżuri konkreti biex jimplimentaw l-objettvi ambizzjużi tal-broadband, u jenfasizza l-importanza strateġika u kruċjali tal-istrumenti proposti mill-Kummissjoni fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;
90. Jiddispjaċih li l-UE għadha lura fir-rigward ta’ konnessjonijiet bl-Internet li joperaw fuq il-fibra; jistieden għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex iħaffu l-firxa u l-adozzjoni tal-broadband ultraveloċi u jitlob għal strateġija Ewropea għat-twettiq ta' FTTx fuq skala kbira (‘fibre to the x’);
91. Jistieden lill-Istati Membri jfasslu pjanijiet ta' kontinġenza fil-każ ta' inċident ċibernetiku sabiex ikun jistgħu jindirizzaw tfixkil ċibernetiku jew attakki ċibernetiċi li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, inklużi pjanijiet għal infrastruttura ta' informazzjoni kemm fuq livell Ewropew kif ukoll nazzjonali, u wkoll biex jiżviluppaw strateġiji għal infrastruttura aktar flessibbli u affidabbli; jenfasizza li f'dan il-qasam għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni internazzjonali; ifakkar li s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni hi r-responsabilità tal-partijiet interessati kollha, inkluż tal-utenti fid-djar, tal-fornituri tas-servizz u tal-iżviluppaturi tal-prodott; jirrakkomanda li jkunu nkoraġġiti t-taħriġ u l-edukazzjoni marbuta mas-sigurtà ċibernetika kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-professjonisti;
92. Jenfasizza li l-internet qed jintuża dejjem aktar fuq apparat mobbli u jitlob sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà akbar tal-frekwenza tar-radju għall-internet mobbli u biex titjieb il-kwalità tas-servizzi elettroniċi pprovduti fuq dan l-apparat mobbli; l-allokazzjoni futura tal-ispettru tar-radju għandha tħejji t-triq għal tmexxija Ewropea f’applikazzjonijiet mingħajr fili u servizzi ġodda sabiex jissaħħu t-tkabbir u l-kompetittività globali Ewropej;
93. Jinnota li t-traffiku tad-data fiss u mobbli qed jikber esponenzjalment u li numru ta’ azzjonijiet, bħal aktar allokazzjonijiet tal-ispettru armonizzati għall-broadband bla fili, żieda fl-effiċjenza tal-ispettru u l-varar rapidu ta’ netwerks ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss, se jkunu kruċjali għall-ġestjoni ta’ din iż-żieda;
94. Il-valutazzjoni tal-ħtieġa li l-frekwenza ta’ 700 MHz tinfetaħ għat-traffiku tad-data mobbli huwa l-ewwel pass neċessarju sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet futuri tal-kapaċità;
95. Jilqa’ l-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar l-akkwist elettroniku ppubblikata fl-20 ta’ April 2012; jenfasizza li l-akkwist elettroniku għandu jissimplifika l-mod ta’ kif jitwettaq ix-xiri, jipprovdi trasparenza, inaqqas il-piżijiet u l-ispejjeż, iżid il-parteċipazzjoni tal-SMEs, u jagħti kwalità aħjar u prezzijiet orħos;
96. Jilqa’ l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar regolament għal identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, li, billi jkopri r-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi fil-livell tal-UE ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati, għandu l-potenzjal li jippermetti interazzjonijiet elettroniċi sikuri u mingħajr xkiel bejn in-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet pubbliċi, u b’hekk tiżdied l-effikaċja tas-servizzi pubbliċi u privati onlajn, kif ukoll tan-negozju u l-kummerċ elettroniku fl-UE; jenfasizza l-importanza tal-firem elettroniċi u r-rikonoxximent reċiproku ta' IDs elettroniċi fil-livell Ewropew biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-konsumaturi u n-negozji Ewropej; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata simultanjament kemm l-interoperabbiltà tal-UE kollha kif ukoll l-protezzjoni tad-data personali
97. Ifakkar li l-użu tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni min-naħa tas-settur pubbliku huwa l-pedament għall-iżvilupp tas-soċjetà diġitali u tal-informazzjoni u, għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw iżjed servizzi elettroniċi sikuri u effettivi; jinnota, b’mod partikolari fejn huma kkonċernati l-identifikazzjoni elettronika u l-firem elettroniċi, li l-interoperabbiltà transkonfinali hija prerekwiżit għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ fatturar elettroniku transkonfinali;
98. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2012 dwar suq uniku elettroniku kompetittiv – il-Gvern elettroniku bħala xprun, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza taċ-ċertezza legali, ta’ ambjent tekniku ċar u ta’ soluzzjonijiet miftuħa u interoperabbli għall-fatturar elettroniku ibbażati fuq rekwiżiti legali, fuq proċessi tan-negozju u standards tekniċi komuni sabiex tiġi faċilitata l-adozzjoni fuq skala kbira; jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-bżonn li jiġu stabbiliti standards tal-Unjoni Ewropea għall-identifikazzjoni elettronika u l-firem elettroniċi li huma uniformi u miftuħa; jinnota li l-ostakoli ewlenin għall-aċċess transkonfinali għas-servizzi elettroniċi pprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi huma marbuta mal-użu tal-firem u l-identifikazzjoni elettroniċi u man-nuqqas ta’ kompatibilità tas-sistemi ta’ gvern elettroniku fil-livell tal-UE; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar servizzi elettroniċi ta’ identifikazzjoni u ta’ ‘trust’ għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern;
99. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti nazzjonali.
- [1] Testi adottati, P7_TA(2012)0209.
- [2] Testi adottati, P7_TA(2012)0211.
- [3] Testi adottati, P7_TA(2011)0491.
- [4] Testi adottati, P7_TA(2011)0492.
- [5] ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.
- [6] Testi adottati, P7_TA(2011))0453.
- [7] Testijiet adottati, P7_TA(2011)0307.
- [8] Testijiet adottati, P7_TA(2010)0484.
- [9] ĠU C 50E, 21.2.2012, p. 1.
- [10] ĠU L 189, 22.7.2010, p.1.
- [11] ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.
- [12] ĠU C 349E, 22.12.2010, p. 1.
- [13] Testi adottati, P7_TA(2011))0453.
- [14] ĠU C 67E, 18.3.2010, p. 112.
- [15] ĠU C 295 E, 4.12.2009, p. 43.
- [16] ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 370.
- [17] ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
6ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37. - [18] ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.
- [19] ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
- [20] ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.
- [21] ĠU C 292 E, 1.12.2006, p. 109.
- [22] ĠU C 305E, 14.12.2006, p.247.
- [23] ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
- [24] ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37.
- [25] http://www.un.or.at/unictral
- [26] ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16.
- [27] ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
- [28] ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.
- [29] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
- [30] Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p.1)
- [31] Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 337, 18.12.2009, p.11) u d-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 337, 18.12.2009, p.37).
NOTA SPJEGATTIVA
Illum il-ġurnata l-Ewropa qed taffaċċja sfidi kbar. Il-kriżi ekonomika qed taffettwa b’mod sever lill-ekonomika tagħna, lill-pajjiżi tagħna, lis-soċjetajiet tagħna, lill-familji tagħna. Illum il-ġurnata qed naffaċċjaw żminijiet diffiċli meta, forsi iktar minn qatt qabel, għandna bżonn riflessjoni politika u dibattitu tal-ideat. Kull kriżi, kull stadju bħal dak li qed ngħixu bħalissa, hija wkoll opportunità nitjiebu, nirriflettu fuq x’kienu r-raġunijiet li wassluna għal din is-sitwazzjoni, nirranġaw l-iżbalji li saru, u b’hekk nagħmlu l-bidliet meħtieġa. Iż-żminijiet l-iktar diffiċli huma għalhekk l-aħjar opportunitajiet biex isiru r-riformi, nerġgħu nivvintaw lilna nfusna u għalhekk, nevolvu għal sitwazzjoni aħjar.
Qed ngħixu wkoll fi żmien ta’ żviluppi soċjali, ekonomiċi u teknoloġiċi kbar u bla preċedent. L-hekk imsejħa Rivoluzzjoni Diġitali bidlet b’mod konsiderevoli ħajjitna f’aspetti diversi. Forom ġodda ta’ kummerċ, ta’ interazzjoni ma’ individwi oħra, ta’ tfittxija għall-informazzjoni, ta’ paragun ta’ prodotti u prezzijiet u ta’ tagħlim, fost l-oħrajn, inbidlu b’mod drammatiku b’tali mod li sa ftit snin ilu żgur li ma konniex noħolmu li dawn huma possibbli.
Ir-Rivoluzzjoni Diġitali bidlet ukoll il-mod ta’ kif jaħdmu n-negozji, u l-impatt tal-Ekonomija tal-Internet kien enormi fl-aħħar snin. Il-kisbiet u l-possibilitajiet għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjieg, l-opportunitajiet għall-konsumaturi, il-varjetà tal-prodotti, il-prezzijiet aktar aċċessibbli, u l-possibilitajiet għall-kumpaniji huma immensi. Il-figuri jiddikkjaraw dan b’mod ċar: F’ċerti pajjiżi tal-G8, l-Internet ammonta għal 20 % tat-tkabbir ekonomiku u 25 % tat-tkabbir fl-impjiegi fl-aħħar ħames snin. Għal kull impjieg mitluf fid-dinja “offlajn”, is-settur onlajn joħloq 2.6 impjieg ġdid. Il-kumpaniji li jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-Internet joħolqu impjiegi iktar mid-doppju minn kumpaniji li ma jagħmlux dan. Jekk jitkejjel bħala settur, il-konsum u n-nefqa relatati mal-Internet issa huwa akbar mill-agrikoltura u l-enerġija. U se jkompli jikber.
Skont l-aħhar studju tal-BCG L-ekonomija tal-internet fil-G-20, sal-2016, se jkun hemm 3 biljun utent tal-Internet madwar id-dinja u l-ekonomija tal-Internet se tilħaq $4.2 triljun fl-ekonomiji G-20. Kieku kienet ekonomija nazzjonali, l-ekonomija tal-Internet kient tikklassifika mal-ewwel ħamsa tad-dinja, biss wara l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun u l-Indja, u qabel il-Ġermanja. Madwar il-G-20, din diġà ammontat għal-4.1 fil-mija tal-PDG, jew $2.3 triljun, fl-2010—fejn qabżet lill-ekonomiji tal-Italja u l-Brażil. L-internet qiegħed jikkontribwixxi sa 8 fil-mija tal-PDG f’ċerti ekonomiji, isaħħaħ it-tkabbir, u joħloq l-impjiegi.
Madankolli, fl-Unjoni Ewropea, is-Suq Uniku Diġitali m'evolviex daqs kemm seta’, u ma sfruttajniex il-benefiċċji kollha tal-Ekonomija Diġitali. Il-frammentazzjoni legali kurrenti taġixxi bħala deterrent kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji meta dawn jikkunsidraw jekk għandhomx jinvolvu ruħhom f’negozju transkonfinali. In-negozji li joperaw bejn il-konfini tal-Ewropa jridu jaffaċċjaw 27 sett differenti ta’ regoli f’oqsma ewleni bħall-VAT, is-servizzi postali jew id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, biex insemmu xi ftit eżempji, u dan joħloq spiża għolja ħafna għall-implimentazzjoni ta’ negozju pan-Ewropew, xi kultant għolja ż-żejjed, speċjalment għall-SMEs. Fl-Unjoni Ewropea, 99% tal-kumpaniji huma klassifikati bħala SMEs. Huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE peress li joħolqu 85% tal-impjieg.
L-ekonomija Diġitali tista’ tkun kruċjali għall-iżvilupp tagħhom u biex tgħinhom isibu t-triq biex joħorġu mill-kriżi. Huwa għalhekk vitali li jingħelbu dawk l-ostakli sabiex dawn jingħataw opportunitajiet ġodda u biex jiġi stimulat tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi.
Min naħa l-oħra, u daqstant importanti huwa t-tnaqqis tal-possibiltajiet għall-konsumaturi li jibbenefikaw bis-sħiħ mis-Suq Uniku Diġitali. Peress li ħafna ħwienet onlajn mhumiex lesti jbiegħu lil konsumaturi minn kull pajjiż tal-UE, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, it-tranżazzjonijiet fuq l-Internet ta’ spiss jiġu interrotti meta l-konsumatur ikun joqgħod barra minn suq partikolari. Medja ta’ 61% tal-ordnijiet transkonfinali kollha jfallu minħabba dan il-fatt.
Skont l-aħħar Tabella ta' Valutazzjoni tal-Konsumatur u l-istudju tagħha dwar il-kummerċ onlajn tal-oġġetti, il-konsumaturi jistgħu jiffrankaw fi 13–il kategorija minn 15 li għalihom kienu nġabru l-prezzijiet. L-istudju juri wkoll li l-konsumaturi għandhom mill-inqas għażla doppja meta jixtru onlajn milli minn meta jixtru offlajn. Jekk jixtru onlajn madwar l-UE, għandhom sa 16-il darba iktar prodotti minfejn jistgħu jagħżlu. Mix-xiri onlajn, il-konsumaturi Ewropej diġà jakkwistaw madwar €11.7 biljun fis-sena f’oġġetti biss (ammont ekwivalenti għal 0.12 % tal-PDG tal-UE). Kieku l-kummerċ elettroniku kellu jikber għal 15 % tas-settur totali kollu tal-bejgħ bl-imnut u jiġu eliminati l-ostakli għas-Suq Uniku, il-qligħ totali tal-benesseri tal-konsumatur jilħaq madwar €204 biljun (ekwivalenti għal 1.7 % tal-PDG tal-UE).
Dan huwa erba’ darbiet għola minn sitwazzjoni fejn il-frammentazzjoni tas-suq flimkien mal-konfini nazzjonali jibqgħu jeżistu. Żewġ terzi tal-qligħ tal-benesseri tal-konsumatur ġejjin miż-żieda fl-għażla onlajn, li hija konsiderevolment ikbar bejn il-fruntieri.
L-Ewropa qiegħda f’salib it-toroq tal-iżvilupp tal-futur ekonomiku tagħha, u aħna rridu niddeċiedu jekk aħniex se nipprovdu lin-negozji tagħna ambjent tan-negozju tajjeb jew ambjent ostili. Għandna niddeċiedu jekk immorrux għal Ewropa mingħajr barrieri jew nibqgħux imwaħħlin f’Ewropa bil-barrieri għall-ħolqien tan-negozji u l-impjiegi.
Din is-sena, meta niċċelebraw l-20 anniversarju mill-ħolqien tas-Suq Uniku, għandna nagħtu l-impuls meħtieġ lill-ekonomija tagħna, li għandu jikkostitwixxi l-ħolqien ta’ Suq Uniku Diġitali. Fid-diċenji tas-snin tmenin u disgħin tas-seklu li għadda, il-materjalizzazzjoni tal-erba’ libertajiet attivat possibiltajiet u opportunitajiet enormi. Illum, l-estensjoni tas-Suq Uniku għal Suq Uniku Diġitali se joħloq ħafna iktar. Ir-Rivoluzzjoni Diġitali, toffri lill-ekonomiji tagħna, lill-kumpaniji u liċ-ċittadini tagħna, l-opportunità li jinħolqu tkabbir u impjiegi permezz tas-Suq Uniku Diġitali.
L-Istituzzjonijiet Ewropej fl-aħħar sentejn żviluppaw diversi inizjattivi f’dan ir-rigward, diversi komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u rapporti tal-Parlament Ewropew. Il-Kumitat tal-IMCO ħoloq ukoll Grupp ta’ Ħidma speċifiku dwar is-Suq Uniku Diġitali u l-kummerċ elettroniku, li qed janalizza l-ostakli u jipproponi linji ta’ azzjoni konkreti biex itejjeb is-sitwazzjoni kurrenti. Imma rridu mmorru pass oltre. Jenħtieġu iktar proposti ta’ politika speċifiċi, riformi iktar fid-dettall tas-sitwazzjoni eżistenti.
L-Ewropa qed timxi b'mod mgħaġġel minn żmien l-industrija għal żmien ta’ ekonomija globai, b’għarfien magħqud permezz ta’ netwerks u bbażata fuq is-servizz. B'mod inevitabbli din twassal għal bidliet mhux biss fl-ekonomija iżda wkoll fl-istituzzjonijiet u fis-sistemi li kienu ddisinjati f’era differenti. Filwaqt li tagħmel enfasi fuq l-importanza kruċjali tas-setgħa ta’ bidla tat-teknoloġiji l-ġodda, kif ukoll l-edukazzjoni, il-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja, din l-inizjattiva tfittex li tistimula dibattitu u tiffoka l-attenzjoni pubblika fuq il-kwistjonijiet li huma fiċ-ċentru ta’ ekonomija tal-għerf ta’ suċċess.
Ir-Rapporteur tagħkom jilqa’ il-ħames rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni għall-iżvilupp tal-politika u l-prattika fil-qasam tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar 'Qafas koerenti għall-bini tal-fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali għall-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn’ iżda huwa jfittex analiżi fil-fond għall-erba’ punti ta’ azzjoni interkonnessi li ġejjin:
1. Intrapriżi Uniċi u ta’ Daqs Medju.
L-UE diġà għamlet ħafna sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni għall-SMEs iżda xorta baqa’ ħafna x’jista’ jsir biex titnaqqas il-burokrazija, jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji u jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għas-swieq Ewropej u internazzjonali. Hemm madwar 23 miljun intrapriża żgħar u ta’ daqs medju li jirrappreżentaw 99 % tal-kumpaniji fl-Ewropa u jipprovdu 85 % tal-impjiegi. Dawn jirrapreżentaw il-forza motriċi prinċipali għat-tkabbir ekonomiku, l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali. L-ICT, kif rikonoxxut mill-Aġenda Diġitali tal-Unjoni Ewropea - waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 – offriet spinta kbira għat-tkabbir, għal żieda fil-produttività tas-settur tal-SMEs u dan imbagħad, tejjeb il-benesseri taċ-ċittadini u l-konsumaturi. L-SMEs innovattivi għandhom rwol partikolari x'jaqdu fil-ġenerazzjoni tal-innovazzjoni u t-tkabbir, billi jippermettu teknoloġiji ġodda ta’ bidla biex jerġgħu jiġġeneraw il-produttività, l-effiċċjenza u l-kompetittività kemm għall-industrija u kemm għas-settur pubbliku. Negozji innovattivi diġà qed imexxu t-tkabbir fl-Ewropa, minħabba li s-settur tal-ICT jirrappreżenta madwar 25 % tat-tkabbir tal-PDG.
L-SMEs li huma utenti intensivi tat-teknoloġija mhux biss jikbru u jesportaw id-dopju ta’ kumpaniji bħalhom, iżda joħolqu wkoll id-doppju tan-numru tal-impjiegi. L-użu ikbar tat-teknoloġija huwa meħtieġ fil-kumpaniji kollha fis-setturi kollha. Skont l-Istitut Globali McKinsey, 75% tal-valur ekonomiku maħluq mill-Internet jirriżulta mill-kumpaniji tradizzjonali li qed jużaw teknoloġiji ibbażati fuq il-Web sabiex inaqqsu l-ispejjeż tat-tmexxija tan-negozju tagħhom.
2. Jingħelbu l-barrieri li fadal fis-Suq Uniku Diġitali. Is-Suq Uniku Diġitali jista’ jikkontribwixxi għall-kisba ta' ħafna miri ta’ politiki tal-UE, inklużi l-objettivi tal-Ewropa 2020 biex jiġu mmodernizzati s-swieq tax-xogħol Ewropej u biex l-ekonomija tagħha ykun aktae ekoloġika. Iżda bħalissa xorta għandna 27 Suq Uniku Diġitali minflok wieħed biss. Ir-regoli kurrenti jeħtieġ li jiġu aġġornati biex jippermettu Suq Uniku Diġitali. In-natura frammentata tas-suq uniku diġitali tal-UE qed jipprevjeni ħafna SMEs milli jgawdu mill-benefiċċji tal-internet u l-ICTs għaliex dawn ma jistgħux iħallsu l-istess piżijiet legali, tat-taxxa u/jew amministrattivi bħall-intrapriżi l-kbar. It-twettiq tal-lista li ġejja ‘ta’ dak li għandi jsir’, fost miżuri oħra, hija kundizzjoni sine qua non jekk l-Ewropa tispera li taħsad il-potenzjal tas-suq uniku diġitali f’settur tal-ekonomija fejn se tkun deċiża l-kompetittività futura, il-ħolqien tal-imjiegi u l-prestazzjoni tal-produttività:
L-aċċellerazzjoni tal-veloċità u l-adozzjoni ta’ brodband ultra b'veloċità għolja;
Il-ħolqien ta’ sistemi ta’ pagamenti onlajn mhux għoljin, sikuri u effiċjenti;
Razzjonalizzar u simplifikazzjoni ta’ sistemi tal-VAT kumplessi u dawk li jikkonċidu;
It-tnaqqis tal-ispiża tal-kunsinna transkonfinali u tiżdied iċ-certezza tal-kunsinna;
L-iżvilupp ta’ qafas fl-Ewropa b’regoli armonizzati għall-protezzjoni tad-dejta li jieħu in kunsiderazzjoni teknoloġiji ġodda bħall-cloud computing;
It-twettiq ta’ strateġija Ewropea għall-IPR.
L-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 20(2)tad-Direttiva dwar is-Servizzi
3. Il-bini tal-kunfidenza u tal-fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali. Il-fiduċja hija waħda mill-fatturi tas-suċċessi ewleni għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn. Miżuri oħra biex jiġi stimulat it-tkabbir tal-kummerċ elettroniku billi tinħoloq il-fiduċja huma obbligatorji. Għandu jinħoloq suq onlajn li l-konsumaturi jistgħu jafdaw fih, billi jkunu żgurati t-trasparenza, id-drittijiet tas-sigurtà u l-protezzjoni tal-utenti. L-istatistiċi ewlenin jitkellmu waħedhom u għandhom jibagħtu sinjali ta’ allarm fost dawk li jfasslu l-politiki:
L-UE għadha dgħajfa ħafna fis-servizz tal-internet broadband ta' veloċità għolja peress li 0.9% tal-konnessjonijiet biss joperaw b'rata ta' 100 Megabits kull sekonda - u dan għadu 'l bogħod mill-mira tal-Aġenda Diġitali li sal-2020 il-penetrazzjoni ta' Internet ultra-veloċi tkun laħqet 50%;
L-Ewropa ma tħarriġx biżżejjed professjonisti tal-ICT u huwa mbassar li n-nuqqas ta’ ħiliet diġitali ser ikun ta’ 700 000 professjonist sal-2015 u dan fi żmien ta’ rata storika ta’ 10.2% u rata allarmanti ta’ 22.4% għaż-żgħażagħ.
Kważi wieħed minn kull żewġ konsumaturi Ewropej mhuwiex interessat li jagħmel tranżazzjoni transkonfinali minħabba l-inkwiet dwar is-sigurtà tal-kunsinna li bħala medja hija d-doppju tal-kunsinni domestiċi;
35% tal-utenti tal-Internet jevitaw li jixtru onlajn minħabba preokkupazzjonijiet dwar is-sigurtà tal-pagamenti, in-nuqqas ta’ ċertezza legali eċċ.
It-twaqqif ta’ Marka ta’ Fiduċja Ewropea effettiva se jkun il-pass li jmiss li jibni fuq il-pedament stabbilit mill-miżuri ta’ hawn fuq, u għalhekk biex ikunu stabbiliti mekkaniżmi tal-ADR u ODR effiċjenti u aċċessibbli, jew jiġu infurzati iktar strumenti ta’ infurzar. L-adozzjoni ta’ sistema effettiva ta’ ffirmar elettroniku se tkun kruċjali għall-promozzjoni tal-fiduċja, kif ukoll it-tnedija ta' Kodiċi tad-Drittijiet Onlajn tal-UE u għall-informazzjoni aħjar dwar id-drittijiet tal-utenti fl-UE.
4. It-twaqqif tal-bażi għal Ewropa iktar kompetittiva. Jekk l-UE taqa’ lura fl-ICT u l-innovazzjoni, dan ikollu konsegwenzi devastanti u fit-tul. Huwa għalhekk li bħala prijorità urġenti, is-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ li jsir sors sabiex jipprovdi ambjent tan-negozju li jiffaċilita l-investiment tal-kumpaniji fir-riċerka u l-iżvilupp. Miżuri bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-akkwist elettroniku u l-linji gwida għall-iffirmar elettroniku, fost l-oħrajn, ikunu katalizzaturi importanti biex jistabbilixxu l-bażi għal żviluppi diġitali u l-innovazzjoni għan-negozji.
Hija l-perspettiva tar-Rappoerteur tagħkom li l-implimentazzjoni u l-adattament tar-regoli eżistenti tal-UE għat-twettiq ta’ Suq Uniku Diġitali li jgħin lill-Ewropa ssir attriċi fuq l-istess livell mal-kompetituri tagħha fis-suq globali u għandu jippermettilha wkoll li toħroġ mill-kriżi finanzjarja kurrenti, iktar b’saħħitha minn qatt qabel u lesta biex taffaċċja l-isfidi tal-Ekonomiji Globali tas-Seklu 21.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (10.9.2012)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar it-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali
(2012/2030(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Aldo Patriciello
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jenfasizza li s-servizzi tal-internet jiġu offruti fuq skala transkonfinali, u li għaldaqstant jeħtieġu azzjoni kkordinata f’konformità mal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa;
2. Jindika li suq Ewropew bi kważi 500 miljun persuna konnessi ma’ broadband ta’ veloċità għolja jista’ jkun minn ta’ quddiem fl-iżvilupp tas-suq intern; jenfasizza l-ħtieġa li l-aġenda diġitali tiġi konnessa mal-għoti ta’ servizzi ġodda bħall-kummerċ elettroniku, is-saħħa elettronika, it-tagħlim elettroniku, is-servizzi bankarji elettroniċi u s-servizzi governattivi elettroniċi;
3. Ifakkar li Suq Uniku Diġitali, li fih ikun hemm il-moviment ħieles tas-servizzi f’suq ta’ 500 miljun konsumatur, huwa fattur kruċjali għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku, li jipprovdi impjiegi li jeħtieġu kwalifiki għolja u jiffaċilita l-konverġenza tal-UE f’ekonomija bbażata fuq l-għarfien.
4. Jenfasizza li l-broadband u l-internet huma strumenti importanti għat-tkabbir ekonomiku, is-soċjetà, il-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-kompetittività Ewropea, kif ukoll biex tingħata spinta lill-kummerċ u s-servizzi onlajn; jenfasizza li l-konsumaturi u n-negozji jeħtieġu aċċess għall-broadband biex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-internet;
5. Jirrimarka li kompetizzjoni akbar, it-trasparenza fir-rigward tal-ġestjoni tat-traffiku u l-kwalità tas-servizz, kif ukoll il-possibilità li jbiddlu, huma fost il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa biex tkun żgurata n-newtralità tal-internet; itenni l-appoġġ tiegħu għal internet miftuħ fejn il-kontenut u servizzi kummerċjali individwali ma jistgħux jiġu mblukkati; ifakkar fir-riżultati reċenti tal-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u jqis li hemm bżonn ta' miżuri addizzjonali biex tkun żgrurata n-newtralità tal-internet;
6. Jerġa’ jenfasizza l-isfidi potenzjali meta nitbiegħdu min-newtralità tan-netwerk, fosthom l-imġiba antikompetittiva, l-imblukkar tal-innovazzjoni, ir-restrizzjoni fuq il-libertà tal-espressjoni, in-nuqqas ta' għarfien tal-konsumatur u l-ksur tal-privatezza, kif ukoll rigward il-fatt li n-nuqqas ta' newtralità tal-internet jagħmel ħsara lin-negozji, lill-konsumaturi u lis-soċjetà kollha;
7. Jenfasizza li għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali Ewropew hu importanti li jitkomplew l-isforzi għal aċċess universali u b’veloċità għolja għall-konsumaturi kollha, permezz tal-promozzjoni tal-aċċess għall-internet fiss u mobbli u t-tqegħid ta’ infrastruttura tal-ġenerazzjoni li jmiss; jenfasizza li dan jeħtieġ politiki li jippromwovu l-aċċess b’kundizzjonijiet kompetittivi;
8. Jenfasizza li t-twettiq ta’ Suq Uniku Diġitali li jaħdem b’mod sħiħ jeħtieġ sforz ikkoordinat sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-internet, u l-kapaċitajiet meħtieġa għalih, għaċ-ċittadini kollha irrispettivament mill-età tagħhom, il-post fejn jgħixu, il-livell ta’ edukazzjoni u s-sess;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu spinta ġdida lill-istrateġija Ewropea dwar il-broadband veloċi u ultraveloċi bl-aġġornament ta' dawn l-objettivi;
10. Jinsisti li l-kompetenzi diġitali huma kruċjali għall-iżvilupp ta’ Suq Uniku Diġitali kompetittiv u li l-Ewropej kollha għandhom ikunu jistgħu jakkwistaw il-ħiliet diġitali xierqa; jenfasizza l-impenn ewlieni li jitnaqqas bin-nofs il-litteriżmu diġitali u l-lakuni fil-kompetenzi sal-2015;
11. Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinħolqu modi li jsaħħu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-ambjent onlajn u li jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza u l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, inkluż it-tneħħija ta' ostakli ġeografiċi, tekniċi u organizzazzjonali f'mekkaniżmi ta' rimedju;
12. Jemmen bis-sħiħ li l-protezzjoni tal-privatezza mhux biss hija valur ewlieni tal-Unjoni Ewropea, iżda għandha wkoll rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-fiduċja tal-utent fl-ambjent diġitali sabiex is-Suq Uniku Diġitali jiżviluppa b’mod sħiħ; jilqa’, għalhekk, il-proposti tal-Kummissjoni li tadatta d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għall-ambjent diġitali attwali, u b'hekk tippromwovi n-natura innovattiva tal-ambjent onlajn u tagħti spinta lill-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda promettenti bħall-cloud computing;
13. Jenfasizza li s-swieq onlajn għandhom ikunu flessibbli kemm jista’ jkun sabiex jinħolqu opportunitajiet aħjar ta’ negozju u ta' żvilupp f’dan is-settur;
14. Jitlob għal suq Ewropew integrat għall-pagamenti bil-kards, bl-internet jew bil-mowbajl; jitlob, fl-istess ħin, għal qafas faċilitat għall-fatturar elettroniku; jenfasizza, fir-rigward tat-tnejn, l-importanza tal-interoperabbiltà u ta’ standards miftuħin sabiex jiġu ffaċilitati l-potenzjal massimu tas-suq u l-kompetizzjoni;
15. Jenfasizza li ekonomija diġitali li tiffunzjona sew hi essenzjali biex l-ekonomija tal-UE taħdem tajjeb; jinnota madankollu li l-moviment liberu tas-servizzi diġitali attwalment huwa mfixkel minn regoli frammentati fil-livell nazzjonali, fejn in-negozji qegħdin jaffaċċjaw ħafna ostakoli biex ibiegħu b'mod transkonfinali fl-Unjoni Ewropea, l-aktar minħabba r-regolamenti differenti applikabbli fil-livell tal-Istati Membri f’oqsma bħall-ħarsien tal-konsumatur, il-VAT, regolamenti dwar prodotti speċifiċi, u t-tranżazzjoni ta’ pagamenti; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE biex isaħħu l-impenn tagħhom sabiex ineħħu l-ostakoli regolatorji ewlenin għal tranżazzjonijiet transkonfinali fuq l-internet sal-2015; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tipproponi azzjoni leġiżlattiva mmirata biex tindirizza impedimenti ewlenin;
16. Jenfasizza l-importanza ta’ ‘punt uniku ta' servizz’ għall-VAT sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ elettroniku transkonfinali għall-SMEs u jiġi promoss il-fatturar elettroniku; jirrimarka però li tali ‘punt uniku ta' servizz’ għandu jinħoloq biss fil-qafas ta’ istituzzjonijiet li diġà jeżistu, mingħajr ma jiżdied il-piż fuq min iħallas it-taxxa;
17. Jilqa’ l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea dwar regolament għal identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, li, billi jkopri r-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni reċiproċi fil-livell tal-UE ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati, għandu l-potenzjal li jippermetti interazzjonijiet elettroniċi sikuri u mingħajr xkiel bejn in-negozji, iċ-ċittadini u l-awtoritajiet pubbliċi, u b’hekk tiżdied l-effettività tas-servizzi pubbliċi u privati onlajn, kif ukoll tan-negozju u l-kummerċ elettroniku fl-UE;
18. Jenfasizza l-importanza ta’ approċċ armonizzat għal eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, kif ukoll l-eċċezzjonijiet statutorji armonizzati għal trade marks u privattivi, ħafna drabi għall-benefiċċju tar-riċerkaturi u l-iżviluppaturi, sabiex jiffaċilita l-iżvilupp, it-tixrid u l-adozzjoni mill-konsumaturi ta' servizzi ġodda u innovattivi u ċ-ċertezza legali għal gruppi ta’ riċerka, innovaturi, artisti u utenti meħtieġa sabiex l-ambjent diġitali Ewropew li qiegħed jikber ikun jista’ jiżviluppa aktar;
19. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-UE tipprovdi lin-negozji u l-konsumaturi b’fiduċja u l-mezzi għall-kummerċ onlajn sabiex jiżdied il-kummerċ transkonfinali; għalhekk jitlob għas-semplifikazzjoni tas-sistemi ta’ liċenzjar u għall-ħolqien ta’ qafas effiċjenti dwar id-drittijiet tal-awtur;
20. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-qafas legali attwali pprovdut mid-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku ma jeħtieġx reviżjoni; madankollu jenfasizza l-ħtieġa għal kjarifika ulterjuri fid-dawl tal-implimentazzjoni ta' proċeduri ta’ notifika u azzjoni li tindirizza l-kontenut illegali;
21. Jenfasizza l-valur potenzjali tal-bidla diġitali tas-servizzi pubbliċi għall-konsumaturi u n-negozji u jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali għad-diġitizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, li għandhom jinkludu miri u miżuri biex is-servizzi pubbliċi jkunu kollha onlajn u aċċessibbli sal-2015;
22. Ifakkar li l-użu tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni min-naħa tas-settur pubbliku huwa l-pedament għall-iżvilupp tas-soċjetà diġitali u tal-informazzjoni u, għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw iżjed servizzi elettroniċi sikuri u effettivi; jinnota, b’mod partikolari fejn huma kkonċernati l-identifikazzjoni elettronika u l-firem elettroniċi, li l-interoperabbiltà transkonfinali hija prerekwiżit għall-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ fatturar elettroniku transkonfinali;
23. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ April 2012 dwar suq uniku elettroniku kompetittiv - il-Gvern elettroniku bħala xprun, il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza taċ-ċertezza legali, ta’ ambjent tekniku ċar u ta’ soluzzjonijiet miftuħa u interoperabbli għall-fatturar elettroniku ibbażati fuq rekwiżiti legali, fuq proċessi tan-negozju u standards tekniċi komuni sabiex tiġi faċilitata l-adozzjoni fuq skala kbira;
24. Ifakkar li sabiex jiġi ffaċilitat it-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali jeħtieġ tkompli l-ħidma fl-armonizzazzjoni tar-regoli f’dak li għandu x’jaqsam mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-istess waqt li jiġu rispettati d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini;
25. Jitlob lill-Kummissjoni biex tevalwa l-bżonn li jiġu stabbiliti standards tal-Unjoni Ewropea għall-identifikazzjoni elettronika u l-firem elettroniċi li jkunu uniformi u miftuħa;
26. Jinnota li l-ostakoli ewlenin għall-aċċess transkonfinali għas-servizzi elettroniċi pprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi huma marbuta mal-użu tal-firem u l-identifikazzjoni elettroniċi u man-nuqqas ta’ kompatibilità tas-sistemi ta’ gvern elettroniku fil-livell tal-UE; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar servizzi elettroniċi ta’ identifikazzjoni u ta’ ‘trust’ għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern;
27. Jistieden lill-Istati Membri jfasslu pjanijiet ta’ kontinġenza fil-każ ta’ inċidenti ċibernetiċi biex ilaħħqu mat-tfixkil u l-attakki ċibernetiċi b’rilevanza transkonfinali, inklużi pjanijiet Ewropej u nazzjonali ta’ infrastruttura ta’ informazzjoni kritika u jiżviluppaw strateġiji għal infrastruttura aktar reżistenti u affidabbli; jenfasizza li f'dan il-qasam għandha tiġi intensifikata l-kooperazzjoni internazzjonali; ifakkar li s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni hi r-responsabilità tal-partijiet interessati kollha, inkluż tal-utenti fid-djar, tal-fornituri tas-servizz u tal-iżviluppaturi tal-prodott; jirrakkomanda li jkunu nkoraġġiti t-taħriġ u l-edukazzjoni marbuta mas-sigurtà ċibernetika kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-professjonisti;
28. Jenfasizza li l-internet qed jintuża dejjem aktar fuq apparat mobbli u jitlob sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà akbar tal-frekwenza tar-radju għall-internet mobbli u biex titjieb il-kwalità tas-servizzi elettroniċi pprovduti fuq dan l-apparat mobbli; l-allokazzjoni futura tal-frekwenza tar-radju għandha tħejji t-triq għal tmexxija Ewropea f’applikazzjonijiet mingħajr fili u servizzi ġodda sabiex jissaħħu t-tkabbir u l-kompetittività globali Ewropej;
29. Jinnota li t-traffiku tad-data fiss u mobbli qed jikber esponenzjalment u li numru ta’ azzjonijiet, bħal aktar allokazzjonijiet tal-ispettru armonizzati għall-broadband bla fili, żieda fl-effiċjenza tal-ispettru u l-varar rapidu ta’ netwerks ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss, se jkunu kruċjali għall-ġestjoni ta’ din iż-żieda;
30. Jinnota li l-ewwel pass meħtieġ biex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri tal-kapaċità huwa l-valutazzjoni tal-ħtieġa li l-frekwenza ta’ 700 MHz tinfetaħ għat-traffiku tad-data mobbli;
31. Jirrikonoxxi li n-netwerks b’veloċità għolja huma prerekwiżit għall-iżvilupp ta’ servizzi onlajn u għat-tkabbir ekonomiku; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa objettivi dinjija ewlenin dwar l-aġenda diġitali sabiex jiġi żgurat li l-Ewropa ssir il-mexxej globali fir-rigward tal-veloċità u l-konnettività tal-Internet. jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw aktar il-pjanijiet nazzjonali għall-broadband u jadottaw pjanijiet operattivi b’miżuri konkreti biex jimplimentaw l-objettvi ambizzjużi tal-broadband, u jenfasizza l-importanza strateġika u kruċjali tal-istrumenti proposti mill-Kummissjoni fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;
32. Jiddispjaċih li l-UE għadha lura fir-rigward ta’ konnessjonijiet bl-Internet li joperaw fuq il-fibra; jistieden għalhekk lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex iħaffu l-firxa u l-adozzjoni tal-broadband ultraveloċi u jitlob għal strateġija Ewropea għat-twettiq ta' FTTx fuq skala kbira (‘fibre to the x’);
33. Iqis li, flimkien mat-tifrix konsistenti tal-ICT, għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali hija essenzjali l-promozzjoni tal-eċċellenza fir-riċerka dwar l-ICT u t-trawwim tal-investiment pubbliku u privat f’riċerka ta’ riskju għoli u kollaborattiva dwar l-ICT u l-innovazzjoni; jenfasizza li l-Ewropa għandha tkun fuq quddiem nett fl-iżvilupp tat-teknoloġiji u l-istandards tal-internet; jipproponi li l-perspettivi finanzjarji li ġejjin u l-programm Orizzont 2020 iżidu b’mod sostanzjali l-baġit tal-UE għar-riċerka dwar l-ICT;
34. Jinnota li t-tqegħid rapidu tal-broadband ultraveloċi huwa kruċjali għall-kompetittività globali tal-Ewropa, l-iżvilupp tal-produttività Ewropea u għall-bidu ta’ intrapriżi ġodda u żgħar li jistgħu jkunu mexxejja f’setturi differenti, pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-manifattura u fl-industrija tas-servizzi;
35. Jitlob biex jittieħdu miżuri speċifiċi sabiex jiġi żgurat li l-SMEs ikunu jistgħu jgawdu b’mod sħiħ il-potenzjal tal-broadband fl-oqsma tal-kummerċ elettroniku u l-akkwist elettroniku; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja inizjattivi tal-Istati Membri biex jiġu żviluppati l-ħiliet elettroniċi fl-SMEs u biex jiġu stimulati mudelli ta' negozju innovattivi u bbażati fuq l-internet permezz tal-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u s-suċċessur futur tiegħu, il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME);
36. Jirrikonoxxi l-potenzjal ewlieni tal-cloud computing u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mingħajr dewmien strateġija Ewropea dwar il-cloud computing;
37. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi ta’ taħriġ dwar it-teknoloġija tal-informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet, l-obbligi u r-riskji tal-konsumatur dwar is-suq diġitali intern.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
3.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Maria Da Graça Carvalho, Jürgen Creutzmann, Brian Crowley, Pilar del Castillo Vera, Gaston Franco, András Gyürk, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Herbert Reul, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Francisco Sosa Wagner, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ioan Enciu, Françoise Grossetête, Roger Helmer, Marian-Jean Marinescu, Zofija Mazej Kukovič, Vladimír Remek, Silvia-Adriana Ţicău |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (16.7.2012)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar it-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali
(2012/2030(INI))
Rapporteur: Marietje Schaake
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jappoġġja d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ u tiffaċilita l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ICT biex jingħeleb id-disktakk diġitali; ifakkar li l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-ICT għandu impatt pożittiv fuq il-koeżjoni soċjali, it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-Unjoni Ewropea u fuq il-komunikazzjoni, il-kreattività u l-aċċess taċ-ċittadini għall-edukazzjoni u l-informazzjoni; jilqa’ l-inizjattivi fi ħdan il-qafas tal-programmi għall-iżvilupp reġjonali u rurali, kif ukoll l-inizjattivi tal-BEI għat-titjib tal-integrazzjoni taż-żoni rurali fl-infrastrutturi tal-ICT;
2. Jappoġġja l-possibilità ta’ kollaborazzjoni ma’ faċilitajiet tar-riċerka; jilqa’ l-pjanijiet tal-Kummissjoni li tippromwovi l-investimenti pubbliċi u privati f’netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), u jenfasizza l-importanza tal-istrateġija fit-tul tal-infrastruttura tas-servizzi diġitali trans-Ewropea għat-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività fl-UE;
3. Jenfasizza li l-mikropagamenti qed isiru kulma jmur aktar importanti f’dak li hu ħlas għal kontenut ta’ midja u għal kontenut kulturali onlajn, imma li għad hemm lok għal aktar titjib tal-faċilità li biha jsir użu tagħhom, u jara dan bħala għodda utli biex jiġi żgurat li dawk li jikkreaw qed jiġu remunerati peress li jagħmlu l-kontenut legali aċċessibbli għall-pubbliku b’mod li jkun jiflaħ għalih il-but ta’ kulħadd; iqis, għalhekk, li l-mikropagamenti huma mezz effikaċi biex jiġi miġġieled il-kontenut illegali; jenfasizza, madanakollu, li problemi assoċjati ma’ sistemi ta’ ħlas onlajn, bħalma huma n-nuqqas ta’ interoperabilità u l-ispejjeż għolja tal-mikropagamenti għall-konsumaturi, jeħtieġ li jiġu indirizzati bil-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet sempliċi, innovattivi u kost-effettivi ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u għall-pjattaformi diġitali;
4. Jenfasizza li l-espansjoni tal-provvista legali onlajn ta’ kontenut kulturali bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu minn kulħadd, se jirnexxilha, fuq tul ta’ żmien, toħnoq il-pjattaformi illegali ta' fuq l-internet;
5. Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tindirizza l-ostakoli għat-twettiq tas-suq uniku diġitali, l-aktar importanti l-ostakoli li jżommu lura l-iżvilupp ta’ servizzi traskonfinali legali onlajn; jenfasizza, barra minn hekk, il-bżonn li tittejjeb il-kunfidenza tal-konsumatur fir-rigward tal-aċċess għas-servizzi transkonfinali legali;
6. Jenfasizza li s-Suq Uniku Diġitali se jippermetti liċ-ċittadini jkollhom aċċess, fl-UE kollha, għas-suriet kollha ta’ kontenuti u servizzi diġitali (mużikali, awdjoviżivi, logħb tal-kompjuters);
7. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tħaffef ix-xogħol preparatorju tagħha dwar proposta leġiżlattiva fir-rigward tal-‘immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet', bil-għan li jiġu żgurati obbligu tal-għoti ta’ rendikont, trasparenza u governanza aħjar tas-soċjetajiet tal-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet, jiġu stabbiliti mekkaniżmi effiċjenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, u ċċarati u ssimplifikati sistemi ta’ liċenzjar fis-settur tal-mużika;
8. Jenfasizza li t-teknoloġiji tal-internet, ġodda u li qed jespandu, kif ukoll is-servizzi onlajn żiedu d-domanda għal kontenut diġitali awdjoviżi u għal tipi oħra ta’ kontenut diġitali kulturali u kreattiv u jipprovdu modi ġodda u innovattivi biex dak li hemm offrut jiġi personalizzat u arrikkit, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ; jinnota, madankollu, li bħalissa ma hemmx provvista legali biżżejjed biex tissodisfa d-domanda, u din iċ-ċirkostanza tħajjar lill-utenti jfittxu kontenut illegali; jemmen li jeħtieġ li jiġu eżaminati mudelli innovattivi ta’ kummerċ u strutturi differenti tal-għoti ta' linċenzji bil-għan li tiżdied id-disponibilità; jitlob li jsir sfruttament aħjar tat-teknoloġiji diġitali, li għandhom iservu ta’ impetu kemm għad-divrenzjar u kemm għall-immultiplikar ta’ offerti leġittimi, u b’hekk jiġu sostnuti l-fiduċja tal-konsumatur u t-tkabbir filwaqt li jiġi żgurat li l-artisti jiġu rrimunerati b’mod ġust u proporzjonat;
9. Jenfasizza l-bżonn li x-xogħlijiet kulturali mibjugħa onlajn u offline jiġu suġġetti għall-istess rata ta’ VAT; jikkunsidra, f’dan il-kuntest, li l-applikazzjoni ta’ rati ta’ VAT imnaqqsa għal kontenut kulturali online tkun tagħti spinta lill-attrazzjoni tal-pjattaformi diġitali;
10. Jikkunsidra li huwa meħtieġ li jingħata appoġġ lid-diġitalizzazzjoni ta’ xogħlijiet edukattivi u kulturali f’għadd kemm jista’ jkun kbir ta’ lingwi uffiċjali tal-UE, sabiex jiġi pprovdut kontenut prezzjuż u utli għall-pubbliku;
11. Jilqa’ l-proposti biex id-disponibilità tiżdied u biex is-servizzi ta’ kontenut legali onlajn jiġu żviluppati, imma jenfasizza l-ħtieġa li d-dritt tal-awtur tal-UE jiġi modernizzat u armonizzat fil-livell tal-Unjoni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jkun hemm liġi tad-dritt tal-awtur li tkun tipprovdi l-inċentivi xierqa, tiżgura bilanċ u tkun dejjem aġġornata skont it-teknoloġija moderna; iqis li l-inkoraġġiment, il-promozzjoni u s-sostenibbiltà tal-liċenzjament multiterritorjali fis-suq uniku diġitali għandhom, fuq kollox, jiġu ffaċilitati minn inizzjattivi mmexxija mis-suq b’rispons għad-domanda tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, timplimenta l-inizjattivi tal-istrateġija tad-dritt ta' proprjetà intellettwali mingħajr dewmien;
12. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti prinċipji ċari biex jirregolaw ir-relazzjonijiet mas-swieq diġitali ta’ pajjiżi terzi, l-aktar fir-rigward ta’ proġetti fil-livell tal-Unjoni bħalma hi d-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali dinji;
13. Jilqa’ t-tħabbir mill-Kummissjoni ta’ skema ġdida ta’ avviż u azzjoni, u jfakkar f’dan il-kuntest li skont id-direttiva tal-kummerċ elettroniku l-fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni għandhom id-dover li jaġixxu taħt ċerti ċirkustanzi bil-għan li jipprevjenu jew iwaqqfu attivitajiet illegali milli jokkorru onlajn;
14. Jenfasizza li s-setgħa li wieħed jimblokka websajts, li ħija għodda tal-aħħar għażla biex jiġu ttrattati l-attivitajiet illegali onlajn imma li l-effikaċja tagħha fit-tibdil tal-imġiba tal-konsumatur hija dubjuża, tista’ wkoll tikser il-libertà tal-espressjoni u għalhekk ma tistax taġixxi bħala panaċea; jistieden lill-Kummissjoni tfassal proposti għall-koordinazzjoni mtejba tal-inizjattivi u l-organizzazzjonijiet, fejn l-għan ikun li l-kontenut illegali jiġi eliminat f’ras il-għajn; jenfasizza li l-miżuri kollha li jirrestrinġu l-aċċess għal siti tal-internet li jkun fihom jew li jiddistribwixxu kontenut illegali għandhom jiġu definiti fi proċess trasparenti u jridu joffru dispożizzjonijiet ġuridiċi suffiċjenti, bħalma hu l-proċess dovut tal-liġi, sabiex jiġi żgurat li r-restrizzjonijiet ikunu proporzjonali u li jkunu limitati għal dak li jkun meħtieġ u li l-utent jiġi mgħarraf bir-raġuni għar-restrizzjoni; jenfasizza li tali dispożizzjonijiet ta’ sigurtà għandhom jinkludu wkoll il-possibilità ta’ appell ġuridiku; jagħraf, sadattant, il-ħtieġa li jinstabu modi ġodda, faċilment aċċessibbli u legali ta’ kif wieħed iniżżel kontenut diġitali filwaqt li tiġi rispettata d-diversità kulturali;
15. Ifakkar li l-Istati Membri wkoll għandhom irwol xi jwettqu billi jiżguraw l-implimentazzjoni rapida u nonburokratika tar-regoli tal-UE bil-għan li d-drittijiet tal-konsumatur isiru realtà;
16. Jinnota l-proposti tal-Kummissjoni għal miżuri kooperattivi mas-servizzi tal-pagamenti biex jiġi miġġieled il-kontenut mhux awtorizzat jew illegali; jenfasizza li kwalunkwe kooperazzjoni ma’ partijiet privati għandha tkun imsejsa b’mod sod f’qafas ġuridiku kkaratterizzat mir-rispett għall-privatezza tad-dejta, il-ħarsien tal-konsumatur, id-dritt ta’ riparazzjoni u aċċess għall-ġustizzja għall-partijiet kollha; jenfasizza li l-ewwel pass irid ikun l-implimentazzjoni effikaċja ta’ miżuri ta’ ‘azzjoni ta’ avviż’ li jkunu jiżguraw ir-rispett għad-dritt fundamentali għal proċess kriminali ġust quddiem tribuna indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi, b’mod mhux ekwivoku u għal kulħadd;
17. Jenfasizza li l-operaturi kollha, inklużi l-fornituri ta’ pagamenti u min jirreklama, għandhom irwol xi jwettqu fil-ġlieda kontra l-kontenut mhux awtorizzat u illegali;
18. Jistieden lill-Kummissjoni, fir-rieżami tagħha tal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT, tindirizza l-anomalija tal-possibilità li jiġu applikati rati tal-VAT imnaqqsa fuq il-kotba stampati u kontenut kulturali ieħor imma mhux fuq beni identiċi disponibbli f’format elettroniku;
19. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw proġetti għal-litteriżmu u l- familjarizzazzjoni fir-rigward tat-teknoloġiji diġitali, li għandhom jiġu mmirati lejn l-adulti li għandhom li huma responsabbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ u għall-ġejjieni tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda, ħalli jsiru konxji tal-opportunitajiet u r-riskji li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) jirrappreżentaw għat-trabi u t-tfal filwaqt li jgħinu wkoll biex jitnaqqas id-distakk diġitali li hemm bejn il-ġenerazzjonijiet;
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
10.7.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Lorenzo Fontana, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Emilio Menéndez del Valle, Marek Henryk Migalski, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Marie-Christine Vergiat |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ivo Belet, Nessa Childers, Seán Kelly, Iosif Matula |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (19.9.2012)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar it-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali
(2012/2030(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Angelika Niebler
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Jaqbel mal-Kummissjoni, li l-użu tal-potenzjal sħiħ tas-suq intern onlajn huwa mxekkel primarjament mill-fatt li għad hemm taħlita ta’ leġiżlazzjonijiet differenti, kif ukoll standards u prattiki bi ftit interoperabbiltà jew xejn;
2. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tiffoka aktar fuq il-preżentazzjoni ta’ proposti leġiżlattivi proprji aktar milli dokumenti ta’ qafas li jelenkaw miżuri li ilhom mistennija żmien u li spiss ġew posposti għal snin sħaħ;
3. Huwa tal-fehma li l-armonizzazzjoni sħiħa tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur hija prerekwiżit għat-twettiq tas-suq uniku diġitali;
4. Jemmen li r-Regolament propost dan l-aħħar dwar il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-bejgħ, li jista’ jiġi magħżul mill-imsieħba kontraenti bħala alternattiva għar-regoli nazzjonali dwar il-liġi tal-bejgħ, għandu potenzjali sinifikanti biex tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tas-suq intern u jiġi pprovdut kummerċ għat-tranżazzjonijiet bl-internet b’mod iktar aċċessibbli u affidabbli mil-lat legali għall-konsumaturi u l-impriżi;
5. Jipproponi li xogħlijiet u servizzi kulturali li jinbiegħu onlajn - bħall-kotba diġitali - għandhom jibbenefikaw mill-istess trattament preferenzjali bħal prodotti komparabbli f'forma tradizzjonali bħall-paperbacks u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għal rata tal-VAT imnaqqsa; huwa tal-fehma, f’dan ir-rigward, li l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tal-VAT għall-pubblikazzjonijiet diġitali tista’ tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' offerti legali u żżid b’mod sinifikanti l-attrazzjoni ta’ pjattaformi diġitali;
6. Jistieden lill-Kummissjoni, fl-interess tan-nondiskriminazzjoni ta’ prodotti u servizzi ta’ tip partikolari, tikkjarifika b’mod urġenti li mhu se tieħu l-ebda passi legali kontra Stati Membri li jiddeċiedu li jintroduċu l-istess rati mnaqqsa tal-VAT għal kotba diġitali u audiobooks li jistgħu jitniżżlu mill-internet bħall-prodotti komparabbli li jużaw mezz fiżiku differenti u f’dan ir-rigward iqis l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni li toħroġ bi proposta dwar dan is-suġġett sa tmiem l-2013 bħala insuffiċjenti biex jintlaħaq ftehim fil-ħin dwar din il-kwistjoni;
7. Jilqa' l-proposta għal qafas legali għall-applikazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati sabiex jitjiebu r-responsabilità, it-trasparenza u l-governanza tas-soċjetajiet ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet, biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi effikaċi ta’ soluzzjoni għall-kwistjonijiet, u biex jiġu ċċarati u ssimplifikati s-sistemi ta’ għoti ta’ liċenzji;
8. Iqis essenzjali li tingħata informazzjoni ċara u komprensibbli lill-utenti tal-internet dwar liema data personali tinġabar, għal liema skop u kemm din iddum maħżuna, għaliex dan hu essenzjali biex jissaħħu d-drittijiet tal-utenti u biex titqawwa l-fiduċja tagħhom fl-internet; jenfasizza li għar-reviżjoni attwali tal-acquis tal-protezzjoni tad-data, għandhom jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni tad-data; jilqa’ t-tħabbir ta’ strateġija Ewropea globali bit-tema Cloud Computing għall-2012 u jistenna partikolarment il-kjarifika ta’ kwistjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni, il-protezzjoni tad-data u l-kompetenza;
9. Jitlob kjarifika li l-fornituri tas-servizzi tal-internet, meta jittrattaw u/jew jiġbru data fi ħdan l-UE, ikunu obbligati li jissodisfaw ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u dwar il-kompetittività u jkunu konformi mal-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kif ukoll mad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku[1] u l-Pakkett dwar it-Telekomunikazzjonijiet[2], irrispettivament fejn tkun maħżuna u/jew ipproċessata dik id-data; huwa tal-fehma li livell ogħla ta’ trasparenza fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi fuq l-internet għandu jkollu rwol ewlieni biex jiffavorixxi l-fiduċja tal-konsumaturi, jippromwovi l-aħjar prattiki f’dan il-qasam u jservi ta’ kriterju essenzjali għall-ħolqien ta’ marka ta’ fiduċja Ewropea;
10. Ifakkar li l-fornituri ta’ servizzi onlajn huma obbligati, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/31/KE, jipprovdu b’mod ċar l-identità tagħhom, u li ż-żamma ta’ dan l-obbligu tikkontribwixxi b’mod deċiżiv biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumaturi fil-kummerċ elettroniku;
11. Jilqa' b’interess kbir il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi u dwar firem diġitali;
12. Jappoġġa bis-sħiħ miżuri kemm fil-livell ta’ Stat Membru u fil-livell Ewropew li jimpedixxu l-manifattura ta’ prodotti falsifikati u l-piraterija tal-prodotti fuq l-internet;
13. Jara r-riżoluzzjoni rapida u kosteffikaċi tal-kwistjonijiet, partikolarment fir-rigward ta' tranżazzjonijiet onlajn, bħala rekwiżit ċentrali għall-fiduċja tal-utent; għalhekk jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni fir-rigward ta' riżoluzzjoni extraġudizzjarja u tar-riżoluzzjoni tal-kwisjtonijiet onlajn skont il-liġi tal-konsumatur u l-inizjattiva leġiżlattiva mħabbra dwar riżoluzzjoniji ta' kwistjonijiet bejn in-negozji;
14. Iqis espansjoni ulterjuri tan-netwerk tal-broadband u, b'mod partikolari, il-konnessjoni ta' żoni rurali, iżolati u l-aktar imbiegħda ma' netwerks ta' komunikazzjoni elettronika bħala prijorità ċentrali; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex ikollha kontroll kontinwu u, fejn meħtieġ, tiżgura permezz ta' intervent regolatorju li n-newtralità tan-netwerk tinżamm u li l-fornituri tal-internet ma jkunux imxekkla jew ostakolati biex jaċċessaw l-infrastruttura tan-netwerk.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.9.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
25 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Piotr Borys, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, Dagmar Roth-Behrendt, József Szájer |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jacek Włosowicz |
||||
- [1] Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p.1)
- [2] Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 337, 18.12.2009, p.11) u d-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 337, 18.12.2009, p.37).
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
11.10.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Gesine Meissner, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Barbara Weiler |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Ildikó Gáll-Pelcz, María Irigoyen Pérez, Olle Schmidt, Olga Sehnalová, Kyriacos Triantaphyllides, Kerstin Westphal |
||||