RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

19.10.2012 - (COM(2011)0654 – C7‑0358/2011 – 2011/0297(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Arlene McCarthy


Proċedura : 2011/0297(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0344/2012
Testi mressqa :
A7-0344/2012
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

(COM(2011)0654 – C7‑0358/2011 – 2011/0297(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0654) u l-proposta emendata (COM(2012)0420),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0358/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Bundesrat Ġermaniż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0344/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW [3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 83(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Marzu 2012[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[6],

Billi:

(1)      Suq finanzjarju integrat u effiċjenti u fiduċja akbar tal-investituri jeħtieġu integrità tas-suq. Il-funzjonament bla xkiel tas-swieq tat-titoli u l-fiduċja tal-pubbliku fis-swieq huma prerekwiżiti għat-tkabbir u l-ġid ekonomiku. L-abbuż tas-suq jagħmel ħsara lill-integrità tas-swieq finanzjarji u l-fiduċja tal-pubbliku fit-titoli u d-derivati.

(2)      Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) ikkompletat u aġġornat il-qafas legali tal-Unjoni biex tiġi protetta l-integrità tas-suq. Din esiġiet ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jikxfu u jinvestigaw abbuż tas-suq. Mingħajr ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jimponu sanzjonijiet kriminali, id-Direttiva 2003/6/KE esiġiet ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri amministrattivi xierqa jew li jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi kontra l-persuni responsabbli għal ksur tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva.

(3)      Ir-rapport mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja fl-UE (il-Grupp ta' Livell Għoli) irrakkomanda li tmexxija prudenzjali tajba tal-qafas tan-negozju għas-settur finanzjarju trid tkun ibbażata fuq sistemi b’saħħithom ta’ sorveljanza u sanzjonar. Għal dak il-għan, il-Grupp ta' Livell Għoli ħass li l-awtoritajiet superviżorji jrid ikollhom setgħat suffiċjenti sabiex jaġixxu u li għandu jkun hemm ukoll sanzjonijiet ugwali, b’saħħithom u ta’ deterrent kontra r-reati kollha finanzjarji, sanzjonijiet li għandhom jiġu infurzati b’mod effettiv sabiex tiġi preservata l-integrità tas-suq. Il-Grupp ikkonkluda li s-sistemi ta' sanzjonar tal-Istati Membri huma b’mod ġenerali dgħajfa u eteroġenji.

(4)      Qafas leġiżlattiv li jiffunzjona sewwa dwar l-abbuż tas-suq jeħtieġ infurzar effettiv. Evalwazzjoni tas-sistemi nazzjonali għas-sanzjonijiet amministrattivi skont id-Direttiva 2003/6/KE wriet li mhux l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kollha kellhom sett sħiħ ta’ setgħat għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jiżguraw li jistgħu jirrispondu għall-abbużi tas-suq bis-sanzjoni xierqa. B’mod partikolari, mhux l-Istati Membri kollha kellhom sanzjonijiet pekunarji disponibbli għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata u għall-manipulazzjoni tas-suq, u l-livell ta’ sanzjonijiet kien ivarja b’mod estensiv bejn l-Istati Membri. Jeħtieġ ukoll att leġiżlattiv ġdid sabiex jiġu żgurati regoli uniformi u ċ-ċarezza tal-kunċetti ewlenin u biex ikun żgurat sett uniku ta’ regoli f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli.

(5)      S’issa, l-adozzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi mill-Istati Membri rriżultat bħala insuffiċjenti sabiex tkun żgurata l-konformità mar-regoli dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż tas-suq.

(6)      Huwa importanti li l-konformità tiġi msaħħa bid-disponibilità ta’ sanzjonijiet kriminali li juru diżapprovazzjoni soċjali ta’ natura kwalitattiva differenti meta mqabbla mal-penali amministrattivi. L-istabbiliment ta’ reati kriminali għall-iżjed forom serji ta’ abbuż tas-suq jistabbilixxi limiti ċari fil-liġi fejn tali mgiba mhix aċċettabbli u jibgħat messaġġ lit-trasgressuri pubbliċi u potenzjali li dawn jittieħdu b’mod serju ħafna mill-awtoritajiet kompetenti.

(6a)    Bosta strumenti finanzjarji huma pprezzati b'referenza għal parametri ta' referenza. Il-manipulazzjoni reali jew tentattiva ta' manipulazzjoni tal-parametri ta' referenza, bħar-rati tal-offerti interbankarji, jista' jkollhom impatt serju fuq il-fiduċja fis-suq u jistgħu jirriżultaw f'telf sinifikanti għall-investituri u distorsjoni tal-ekonomija reali. Għalhekk, jinħtieġu dispożizzjonijiet speċifiċi f'rabta mal-parametri ta' referenza sabiex tiġi preservata l-integrità tas-swieq. Jinħtieġ li tiġi kkomplementata l-projbizzjoni ġenerali tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata u tal-manipulazzjoni tas-suq billi jiġu pprojbiti l-manipulazzjoni tal-parametru ta' referenza nnifsu u kwalunkwe trażmissjoni ta' informazzjoni falza jew qarrieqa, forniment ta' inputs foloz jew qarrieqa, jew kwalunkwe azzjoni oħra li timmanipula l-kalkolu ta' parametru ta' referenza, inkluża l-metodoloġija tal-parametru ta' referenza. Barra minn hekk, m'għandux ikun meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti juru r-rabta diretta bejn l-aġir ħażin ta’ individwu wieħed jew diversi u l-effett finali fuq wieħed jew diversi strumenti finanzjarji; għandu jkun biżżejjed li jkun hemm relazzjoni, anki jekk indiretta, bejn l-imġiba abbużiva u l-istrument finanzjarju. Pereżempju, is-sempliċi trażmissjoni ta' informazzjoni falza jew qarrieqa relatata ma' offerta interbankarja jew parametru ta' referenza ieħor għandha tkun koperta mid-definizzjoni ta' manipulazzjoni tas-suq.

(7)      Mhux l-Istati Membri kollha pprovdew għal sanzjonijiet kriminali għal xi forom ta’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE. Dawn l-approċċi differenti jimminaw l-uniformità tal-kundizzjonijiet tal-operat fis-suq intern u jistgħu jipprovdu inċentiv għall-persuni biex iwettqu abbuż tas-suq fi Stati Membri li ma jipprovdux għal sanzjonijiet kriminali f'rabta ma' dawk ir-reati. Barra minn hekk, m'hemm l-ebda ftehim fl-Unjoni kollha dwar liema kondotta hija kkunsidrata bħala ksur daqshekk serju. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli minimi rigward id-definizzjoni tar-reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi u ġuridiċi u tas-sanzjonijiet. Regoli minimi komuni jagħmluha wkoll possibbli li jintużaw metodi iżjed effettivi ta’ investigazzjoni u kooperazzjoni effettiva fl-Istati Membri u bejniethom. Fid-dawl ta’ dak li seħħ wara l-kriżi finanzjarja, hu evidenti li l-manipolazzjoni tas-suq għandha potenzjal għal ħsara mifruxa fuq ħajjet miljuni ta’ nies. In-nuqqas ta' reġimi komuni ta' sanzjonijiet kriminali fl-Unjoni kollha joħloq opportunitajiet għall-awturi ta' abbuż fis-suq biex dawn jieħdu vantaġġ minn reġimi anqas stretti f'xi Stati Membri. Dan iwassal għal nuqqas ta' fiduċja min-naħa taċ-ċittadini fl-istat tad-dritt u l-leġittimità tal-istituzzjonijiet. L-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali għall-abbużi tas-suq l-iktar serji se jkollhom effett deterrenti miżjud fuq l-awturi potenzjali.

(8)      L-introduzzjoni, mill-Istati Membri kollha, ta’ sanzjonijiet kriminali għall-iżjed abbużi serji tas-suq, għalhekk hija essenzjali sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-politika tal-Unjoni dwar il-ġlieda kontra l-abbuż tas-suq, f'konformità mar-rekwiżiti deskritti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 bl-isem "Lejn Politika Kriminali tal-UE: L-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-UE permezz tal-liġi kriminali".

(9)      Sabiex il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jkun allinjat ma' dak tar-Regolament (UE) Nru .../... [MAR], in-negozjar f'ishma proprji u strumenti finanzjarji oħra għall-istabbilizzazzjoni u programmi ta' riakkwisti, kif ukoll tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba mwettqa għall-finijiet ta' attivitajiet ta' politika monetarja jew ta' ġestjoni tad-dejn pubbliku u attivitajiet li jikkonċernaw il-kwoti ta' emissjonijiet sabiex titwettaq il-politika tal-Unjoni dwar il-klima, għandu jkun eżentat minn din id-Direttiva.

(9a)    Hu possibbli li l-użu ta' informazzjoni privileġġata jwassal għall-akkwist u ċ-ċessjoni ta' strumenti finanzjarji. Peress li l-akkwist jew iċ-ċessjoni ta' strumenti finanzjarji jinvolvi neċessarjament deċiżjoni minn qabel, it-twettiq ta' akkwist jew ċessjoni ta' dan it-tip m'għandux jitqies fih innifsu li jikkostitwixxi informazzjoni privileġġata.

(9b)    Il-fatt li wieħed ikollu aċċess għal informazzjoni privileġġata relatata ma' kumpanija oħra u li jużaha fil-kuntest ta' offerta pubblika ta' akkwiżizzjoni bil-għan li jinkiseb kontroll ta' dik il-kumpanija jew li tiġi proposta fużjoni ma' dik il-kumpanija m'għandux, fih innifsu, jitqies bħala li jikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(9c)     Ir-riċerka u l-istimi żviluppati minn data disponibbli pubblikament m'għandhomx jitqiesu bħala informazzjoni privileġġata u kwalunkwe tranżazzjoni mwettqa fuq il-bażi ta' din ir-riċerka jew dawn l-istimi m'għandhiex għalhekk titqies, fiha nnifisha, li tikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(9d)    Il-fatt li dawk li jagħmlu s-suq jew il-persuni awtorizzati li jaġixxu bħala kontropartijiet, b'informazzjoni privileġġata, jillimitaw irwieħhom biex jirnexxilhom fin-negozju leġittimu tagħhom ta' xiri u bejgħ ta' strumenti finanzjarji jew li l-persuni awtorizzati biex jeżegwixxu ordnijiet f'isem partijiet terzi jillimitaw ruħhom għat-twettiq ta' ordni kif suppost, m'għandux jitqies, fih innifsu, bħala li jikkostitwixxi abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(10)    L-Istati Membri għandhom jissottoponu r-reati ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u ta’ manipulazzjoni tas-suq għal sanzjonijiet kriminali skont din id-Direttiva biss meta jitwettqu b’mod intenzjonali.

(11)    Minħabba l-effetti negattivi li t-tentattiv ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u t-tentattiv ta’ manipulazzjoni tas-suq għandhom fuq l-integrità tas-swieq finanzjarji u fuq il-fiduċja tal-investituri f’dawn is-swieq, dawn il-forom ta’ mġiba għandhom ikunu punibbli wkoll bħala reat kriminali.

(12)    Din id-Direttiva għandha tesiġi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-inċitament kif ukoll l-għajnuna u l-kompliċità sabiex jitwettqu r-reati kriminali jkunu wkoll punibbli. F’dan il-kuntest, l-ikkawżar ta’ persuna oħra, fuq il-bażi ta’ informazzjoni privileġġata, biex tikseb jew tiddisponi minn strumenti finanzjarji li għalihom tirrelata dik l-informazzjoni, għandu jitqies bħala inċitament għall-abbuż minn informazzjoni privileġġata.

(12a)  Sabiex is-sanzjonijiet għar-reati msemmija f'din id-Direttiva jkunu effettivi u dissważivi, f’din id-Direttiva għandu jiġi stabbilit livell minimu għaż-żmien massimu ta' priġunerija.

(13)    Din id-Direttiva għandha tiġi applikata billi jitqies il-qafas legali stabbilit mir-Regolament (UE) Nru .../... [MAR] u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(14)    Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva tal-politika Ewropea għall-iżgurar tal-integrità tas-swieq finanzjarji stabbilita fir-Regolament (UE) Nru .../... [MAR], l-Istati Membri għandhom jestendu wkoll ir-responsabilità għall-persuni ġuridiċi, inkluż, kulmeta possibbli, ir-responsabilità kriminali.

(14a)  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jew servizzi oħra responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija f'din id-Direttiva jkollhom ir-riżorsi suffiċjenti u jkunu mħarrġin kif xieraq. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha ħalli jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jew servizzi oħra responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija f'din id-Direttiva jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodod investigattivi effettivi.

(15)    Billi din id-Direttiva tipprovdi għal regoli minimi, l-Istati Membri huma liberi li jadottaw jew iżommu regoli aktar strinġenti tal-liġi kriminali għall-abbuż tas-suq.

(16)    Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali li jitwettaq fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandu jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[7].

(16a)  Kull kundanna imposta bi qbil ma' din id-Direttiva għandha ssir pubblika minnufih u tinkludi mill-anqas informazzjoni dwar it-tip u n-natura tar-reat, tas-sanzjoni u tal-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika misjuba ħatja, sakemm tali pubblikazzjoni ma tipperikolax b'mod serju l-investigazzjonijiet uffiċjali li jkunu għaddejjin.

(16b)  Fix-xenarju attwali ta' negozjar ta' ekwità, hu diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, li l-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw il-manipulazzjoni tas-suq bejn postijiet ta' negozjar. L-esperjenza superviżojra fil-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni turi evidenza ta' każijiet ta' abbuż tas-suq li jinvolvu parteċipanti f'iktar minn Stat Membru wieħed. Hekk kif is-swieq isiru aktar integrati hemm tendenza li qed tiżdied lejn aktar abbuż tas-suq transkonfinali. L-iżgurar ta' kooperazzjoni u skambju ta' data effettivi hu essenzjali biex l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom ta' sorveljanza. Jekk ma jiġux stabbiliti mekkaniżmi għal sorveljanza transkonfinali, in-nuqqasijiet u l-lakuni eżistenti se jiżdiedu u dan jgħin lil min jixtieq iwettaq abbużi transkonfinali.

(17)  Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiżgura d-disponibilità ta’ sanzjonijiet kriminali għall-iżjed reati serji ta’ abbuż tas-suq madwar l-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewroepa. Bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(17a)  Sabiex tkun żgurata l-prosekuzzjoni effettiva tal-każijiet transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji ħalli jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom fuq reat skont din id-Direttiva meta r-reat ikun ġie kommess kollu kemm hu jew parzjalment fit-territorju tagħhom jew għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika li jkollha r-residenza tagħha jew tkun stabbilita fit-territorju ta' Stat Membru.

(18)    Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-TFUE. B’mod speċifiku, hija għandha tiġi applikata bir-rispett dovut għal-libertà tal-intrapriża (l-Artikolu 16), id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali (l-Artikolu 47), il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għad-difiża (l-Artikolu 48), il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati u l-pieni (l-Artikolu 49), u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat (l-Artikolu 50). L-Istati Membri għandhom josservaw bis-sħiħ il-prinċipju ta' ne bis in idem.

(18a)  Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet proċedurali tal-persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali u, b’mod partikolari, għandhom iqisu r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali[8], tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għal interpretar u traduzzjoni fi proċedimenti kriminali[9], tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali[10] u kwalunkwe att legali ieħor tal-Unjoni f’dan il-qasam.

(19)    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, anki bil-għan li tivvaluta l-ħtieġa futura possibbli għall-introduzzjoni ta’ armonizzazzjoni minima tat-tipi u l-livelli tas-sanzjonijiet kriminali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tipprova tikseb informazzjoni dwar in-natura transkonfinali ta’ bosta mit-tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu reat skont din id-Direttiva, biex b’hekk jiġi osservat il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

(20)    [Bi qbil mal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva] JEW [Mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat, ir-Renju Unit mhux se jipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u għalhekk mhuwiex marbut bl-applikazzjoni tagħha jew soġġett għaliha.

(21)    [Bi qbil mal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha li tipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva] JEW [Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat, l-Irlanda mhix se tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u għalhekk mhijiex marbuta bl-applikazzjoni tagħha jew soġġett għaliha.

(22)    Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat, id-Danimarka mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u għalhekk mhijiex marbuta bl-applikazzjoni tagħha jew soġġett għaliha.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.          Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi għal sanzjonijiet kriminali għall-abbużi l-iżjed serji tas-suq, jiġifieri abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq, biex tiżgura l-integrità tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni u ttejjeb il-protezzjoni tal-investituri u l-fiduċja f’dawk is-swieq.

2.          Din id-Direttiva ma tapplikax għan-negozjar f’ishma proprji fi programmi ta’ riakkwist jew għall-istabbilizzazzjoni ta’ strument finanzjarju, meta tali negozjar jitwettaq skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [MAR], jew għal tranżazzjonijiet jew ordnijiet ▌imwettqa għall-finijiet ta’ attivitajiet ta' politika monetarja u ta’ ġestjoni tad-dejn pubbliku u attivitajiet li jikkonċernaw il-kwoti tal-emissjonijiet sabiex titwettaq il-politika tal-Unjoni dwar il-klima, bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [MAR].

3.          Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal imġiba jew tranżazzjonijiet, inklużi offerti, relatati mal-irkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet jew prodotti rkantati oħra bbażati fuqhom skont ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità[11]. Kwalunkwe dispożizzjoni f'din id-Direttiva li tirreferi għal ordinijiet ta' negozjar għandha tapplikaw għal offerti ppreżentati fil-kuntest ta' rkant.

3a.        Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal rati ta’ interess, valuti, parametri ta' referenza, rati ta' offerti interbankarji, indiċijiet u tipi ta’ strumenti finanzjarji, inkluż kwalunkwe kuntratt derivat jew strument derivat, li jakkwista l-valur tiegħu mill-valur tar-rati ta' interess, il-valuti jew l-indiċijiet.

Artikolu2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1.          “strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe strument fis-sens tal-Artikolu 2(1)(8) tar-Regolament (KE) Nru .../... [MiFIR];

1a.        “kuntratt spot dwar komoditajiet” tfisser kuntratt għall-provvista ta’ komodità nnegozjata f’suq spot li tiġi kkonsenjata fil-pront meta tiġi ssetiljata t-tranżazzjoni, inkluż kwalunkwe kuntratt derivat li jrid jiġi ssetiljat fiżikament;

1b.        "programm ta' riakkwist" tfisser in-negozjar fl-ishma proprji skont l-Artikoli 19 sa 24 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE dwar il-koordinazzjoni tas-salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta' oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri tal-kumpaniji fi ħdan it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, fir-rigward tal-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-ħsieb li dawn is-salvagwardji jsiru ekwivalenti[12];

2.          "informazzjoni privileġġata" tfisser informazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu  tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [MAR];

2a.        “awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru .../2012 [MAR];

2b.        "persuna" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

2c.         "kwota tal-emissjonijiet" tfisser strument finanzjarju fi ħdan it-tifsira tal-punt (11) tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva .../.../UE [MiFID ġdid];

3.          "parametru ta' referenza" tfisser rata, indiċi jew ċifra ppubblikati, li b'referenza għalihom jiġi determinat l-ammont pagabbli skont l-istrument finanzjarju, inkluża rata ta' offerta interbankarja, ikkalkulati bl-applikazzjoni ta' formula għal jew maħruġa b'mod ieħor minn:

(a)         il-prezz jew il-valur ta' ass sottostanti wieħed jew iktar minn wieħed; jew

(b)         ir-rata ta' interess (sew jekk effettiva jew stmata) applikata għas-self tal-fondi;

3a.      "prattiki tas-suq aċċettati" tfisser prattiki li huma mistennija b'mod raġonevoli f'suq finanzjarju wieħed jew aktar u huma aċċettati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) Nru .../... [MAR];

3b.        "stabbilizzazzjoni" tfisser kwalunkwe xiri jew offerta għax-xiri tal-istrumenti finanzjarji relevanti, jew kwalunkwe tranżazzjoni fi strumenti assoċjati ekwivalenti għalihom, minn ditti tal-investiment jew istituzzjonijiet tal-kreditu, li jsiru fil-kuntest ta' distribuzzjoni sinifikanti ta' tali titoli relevanti esklużivament għall-appoġġ tal-prezz fis-suq ta' dawn it-titoli relevanti għal perjodu ta' żmien determinat bil-quddiem, minħabba pressjoni tal-bejgħ f'dawn it-titoli.

Artikolu 3Abbuż minn informazzjoni privileġġata

u żvelar mhux xieraq tal-informazzjoni privileġġata

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-kondotta li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta titwettaq b’mod intenzjonat:

(a)         meta persuna jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġata u, filwaqt li tkun konxja min-natura ta' dik l-informazzjoni, tuża dik l-informazzjoni billi tikseb jew iċċedi, direttament jew indirettament, strumenti finanzjarji li dik l-informazzjoni tirrelata għalihom ▌għall-benefiċċju tagħha stess jew ta' parti terza.

(aa)       meta persuna tuża informazzoni privileġġata biex tħassar jew temenda ordni fir-rigward ta’ strument finanzjarju li għalih tirrelata dik l-informazzjoni u meta l-ordni tkun saret qabel il-persuna kkonċernata kellha fil-pussess tagħha dik l-informazzjoni privileġġata;

(ab)       meta persuna tuża informazzjoni privileġġata biex tinfluwenza l-valur ta' rati ta’ interess, valuti, parametri ta' referenza, rati ta' offerti interbankarji, indiċijiet u tipi ta’ strumenti finanzjarji, inkluż kwalunkwe kuntratt derivat jew strument derivat, li jakkwista l-valur tiegħu mill-valur tar-rati ta' interess, il-valuti, il-parametri ta' referenza, ir-rati ta' offerti interbankarji, l-indiċijiet jew tipi ta' strumenti finanzjarji;

(ac)       meta persuna jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġata u tirrakkomanda, fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni privileġġata, li persuna oħra tikseb jew iċċedi strumenti finanzjarji li għalihom tirrelata dik l-informazzjoni privileġġata jew twassal lil dik il-persuna biex tagħmel tali akkwist jew ċessjoni;

(ad)       meta persuna tuża jew tiżvela lil persuni oħra rakkomandazzjoni msemmija fil-punt (ac);

(ae)       meta persuna jkollha fil-pussess tagħha informazzjoni privileġġata u tirrakkomanda, fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni privileġġata, li persuna oħra tikkanċella jew temenda ordni li tikkonċerna strument finanzjarju li għalih tirrelata dik l-informazzjoni privileġġata, mingħajr ma tiżvela dik l-informazzjoni privileġġata lil dik il-persuna, jew twassalha biex tagħmel tali kanċellament jew emenda;

(b)         meta persuna jkollha informazzjoni privileġġata u tiżvela dik l-informazzjoni privileġġata lil kwalunkwe persuna oħra, ħlief meta l-iżvelar isir matul l-ambitu normali tal-eżerċitar tal-kompiti li jirriżultaw minn impjieg jew professjoni.

Artikolu 4Manipulazzjoni tas-suq

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-kondotta li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta titwettaq bla kunsiderazzjoni xierqa jew b’mod intenzjonat:

(a)         id-dħul fi tranżazzjoni, it-tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew xi mġiba oħra li jkollha l-konsegwenzi li ġejjin:

(i)         tagħti, jew x'aktarx li tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa dwar il-provvista ta', id-domanda għal, jew il-prezz ta' strument finanzjarju, inkluż il-valur tar-rati ta' interess, valuti, parametri ta' referenza, rati ta' offerti interbankarji, indiċijiet u tipi ta’ strumenti finanzjarji, inkluż kwalunkwe kuntratt derivat jew strument derivat, li jakkwista l-valur tiegħu mill-valur tar-rati ta' interess, il-valuti, il-parametri ta' referenza, ir-rati ta' offerti interbankarji, l-indiċijiet jew tipi ta' strumenti finanzjarji jew kuntratt spot relatat dwar komoditajiet; jew

(ii)    tiżgura, jew x'aktarx li tiżgura, il-prezz ta' strument finanzjarju wieħed jew diversi, inkluż il-valur tar-rati ta' interess, valuti, parametri ta' referenza, rati ta' offerti interbankarji, indiċijiet u tipi ta’ strumenti finanzjarji, inkluż kwalunkwe kuntratt derivat jew strument derivat, li jakkwista l-valur tiegħu mill-valur tar-rati ta' interess, il-valuti, il-parametri ta' referenza, ir-rati ta' offerti interbankarji, l-indiċijiet jew tipi ta' strumenti finanzjarji jew kuntratt spot relatat dwar komoditajiet f'livell anormali jew artifiċjali;

(c)         id-dħul fi tranżazzjoni, tqegħid ta’ ordni għan-negozjar jew kwalunkwe attività jew mġiba oħra li taffetttwa, jew x'aktarx taffettwa, il-prezz ta’ strument finanzjarju wieħed jew aktar, jew kuntratt spot relatat dwar komoditajiet, li juża tagħmir fittizju jew kwalunkwe forma oħra ta’ qerq jew sotterfuġju;

(d)         it-tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-midja, inkluż bl-internet, jew bi kwalunkwe mezz ieħor, li, direttament jew indirettament, ikollu l-konsegwenzi msemmija fil-punt (a), meta l-persuna li tkun xerrdet l-informazzjoni kienet taf, jew imissha kienet taf, li l-informazzjoni kienet falza jew qarrieqa jew li twassal għal ħabi;

(e)         it-trażmissjoni ta' informazzjoni falza jew qarrieqa, il-forniment ta' inputs foloz jew qarrieqa, jew kwalunkwe attività oħra ekwivalenti li hija wkoll intenzjonata biex timmanipula l-kalkolu ta' parametru ta' referenza.

Artikolu 5Inċitament, għajnuna u kompliċità, u tentattiv

1.          L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-inċitament, il-kompliċità u t-tentattiv biex jitwettqu r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli bħala reati kriminali.

2.          L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li t-tentattiv biex jitwettaq xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 3(a), (aa) sa (ae) u fl-Artikolu 4(a), (c) u (e) ikun punibbli bħala reat kriminali."

Artikolu 6Sanzjonijiet kriminali

1.          L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 5 ikunu punibbli b’sanzjonijiet kriminali li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Sabiex ikun żgurat li s-sanzjonijiet ikollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku b'mod ġenerali, dawn għandhom, meta xieraq, jiġu ppubblikati, mingħajr dewmien żejjed, bl-inklużjoni ta’ mill-inqas l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tar-reat u l-identità tal-persuni responsabbli, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tippperikolax serjament l-istabilità tas-swieq finanzjarji. Meta l-pubblikazzjoni tista’ tikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-miżuri u s-sanzjonijiet fuq bażi anonima.

1a.        L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-reati msemmija fil-punti (a) sa (ac) tal-Artikolu 3 u fil-punti (a), (c) u (e) tal-Artikolu 4 jkunu punibbli bi priġunerija massima ta' mhux anqas minn ħames snin.

1b.        L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-reati msemmija fil-punti (ad), (ae) u (b) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4 jkunu punibbli bi priġunerija massima ta' mhux anqas minn sentejn.

1c.         Fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tas-sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom iqisu l-profitti magħmula jew it-telf evitat minn persuni miżmuma responabbli, kif ukoll id-dannu li jirriżulta mir-reat għal persuni oħra u, fejn japplika, id-dannu għall-funzjonament tas-swieq jew l-ekonomija b'mod ġenerali.

Artikolu 7Responsabilità ta' persuni ġuridiċi

1.          L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 5 meta dawk ir-reati jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom minn xi persuna li jkollha pożizzjoni ewlenija fi ħdan il-persuna ġuridika, billi taġixxi jew b’mod individwali jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, fuq il-bażi ta’:

             (a)    setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

             (b)    awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; jew

             (c)    awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.          L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli meta n-nuqqas ta’ superviżjoni jew kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, ikun għamel possibbli t-twettiq ta’ reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 5 għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

3.          Ir-responsabilità tal-persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex teskludi proċeduri kriminali kontra persuni fiżiċi li jkunu involuti bħala awturi, inċitaturi jew aċċessorji fir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 5.

Artikolu 8 Sanzjonijiet għall-persuni ġuridiċi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuni ġuridiċi miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 7 ikunu punibbli b’sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 8aĠurisdizzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom fuq reat imsemmi fl-Artikoli 3 sa 5 meta:

(a)         ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tagħhom; jew

(b)         ir-reat ikun twettaq għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika li jkollha r-residenza tagħha jew tkun stabbilita fit-territorju tagħhom.

Artikolu 8bŻvelar u tixrid ta' informazzjoni fil-midja

Meta tiġi żvelata jew tixxerred informazzjoni u meta jiġu prodotti jew jinxterdu rakkomandazzjonijiet għal raġunijiet ta’ ġurnaliżmu, tali żvelar jew tixrid ta’ informazzjoni għandu jiġi valutat b’kunsiderazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-istampa u l-libertà u l-pluraliżmu tal-espressjoni fil-midja u r-regoli jew il-kodiċi li jirregolaw il-professjoni tal-ġurnalista, sakemm:

(a)         il-persuni li jiżvelaw jew ixerrdu l-informazzjoni jew il-persuni assoċjati mill-qrib magħhom ma jiksbux, direttament jew indirettament, vantaġġ jew profitti mill-iżvelar jew mit-tixrid tal-informazzjoni kkonċernata; jew

(b)         l-iżvelar jew it-tixrid isir bl-intenzjoni li s-suq jiġi mqarraq fir-rigward tal-provvista, id-domanda, jew il-prezz ta’ strumenti finanzjarji.

Artikolu 8cTaħriġ u għodod investigattivi

1.          L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jew servizzi oħra responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 5 jkollhom ir-riżorsi suffiċjenti u jkunu mħarrġin kif xieraq.

2.          L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jew servizzi oħra responsabbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 5 jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodod investigattivi effettivi.

Artikolu 9Rapport

Sa ...*, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk meħtieġ, dwar il-ħtieġa li tiġi riveduta, b'mod partikolari, dwar kemm ikun xieraq li jiġu introdotti regoli minimi komuni dwar it-tipi u livelli ta' sanzjonijiet kriminali.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha akkumpanjata, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Artikolu 10Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn … [13]*, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn ...* jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru .../... [MAR], skont liema waħda tkun l-aħħar.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u tabella li tindika l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Artikolu 12Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu13Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew                                                Għall-KunsillIl-President

                Il-President

  • [1]     ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3.
  • [2]     ĠU C 181, 21.6.2012, p. 64.
  • [3] *          Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [4]                      ĠU C 161, 7.6.2012, p. 3.
  • [5]           ĠU C 318, 29.10.2011, p. 163.
  • [6]           Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta'... .
  • [7]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
  • [8]             ĠU C 295, 4.12.2009, p. 1.
  • [9]             ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1.
  • [10]             ĠU L 142, 1.6.2001, p. 1.
  • [11]            ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1.
  • [12]          ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.
  • [13] *          ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (*) (13.7.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq
(COM(2011)0654 – C7‑0358/2011 – 2011/0297(COD))

Rapporteur għal opinjoni(*): Emine Bozkurt

(*)       Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva dwar l-Abbuż tas-Suq (Market Abuse Directive - MAD) Nru 2003/6/KE, li ġiet adottata fil-bidu tal-2003, minkejja li introduċiet qafas komprensiv sabiex jiġu indirizzati prattiki ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata (insider dealing) u ta’ manipulazzjoni tas-suq, għadha ma laħqitx l-objettiv li tkattar il-kunfidenza tal-investituri u l-integrità tas-suq.

Skont ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja fl-UE, waħda mir-raġunijiet ewlenin hija li l-Istati Membri għandhom reġimi ta’ sanzjonijiet meqjusin dgħajfin u eteroġeni.

Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni taċċentwa li s-sanzjonijiet attwalment fis-seħħ sabiex jiġu miġġielda r-reati ta’ abbuż tas-suq m’għandhomx impatt u mhumiex dissważivi biżżejjed, li jwassal għal eżekuzzjoni ineffetiva tad-Direttiva. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ liema reati ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata jew ta’ manipulazzjoni tas-suq jikkostitwixxu reati kriminali tvarja b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għall-ieħor. Billi l-abbuż tas-suq jista’ jsir bejn il-fruntieri, din id-diverġenza tnawwar is-suq intern u tħalli ċerti kamp ta’ azzjoni li jippremetti li l-awturi tal-abbuż tas-suq ifittxu l-ġurisdizzjoni li l-aktar taqblilhom. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li s-sanzjonijiet kriminali għall-aktar reati gravi ta’ abbuż tas-suq kienu essenzjali sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-politika tal-Unjoni dwar l-abbuż tas-suq.

Il-proposta għad-Direttiva, imsejsa fuq l-Artikolu 83(2) tat-TFUE, għandha l-objettiv li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Sorveljanza Finanzjarja fl-UE u tal-valutazzjoni ta’ impatt tal-Kummissjoni Ewropea. Għandha tiġi perċepita bħala parti minn pakkett li jinkludi wkoll il-proposta għal Regolament dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) COM(2011)0651. F'din l-ottika, il-konsistenza massima bejn iż-żewġ strumenti ġuridiċi għandha tkun żgurata. Dan jimplika li d-definizzjonijiet tar-reati u tar-reati amministrattivi għandhom ikunu konsistenti filwaqt li fl-istess waqt josservaw il-prinċipju taċ-ċertezza ġuridika billi jiddeskrivu l-elementi tar-reat kemm jista' jkun b'mod preċiż ħalli l-individwi jkunu jistgħu jifhmu preċiżament liema azzjonijiet iwassluhom għar-responsabilità kriminali (emendi għall-Artikoli 3 u 4). Mill-banda l-oħra, il-prinċipju ta’ ne bis in idem għandu japplika ħalli persuna ma tkunx ikkastigata darbtejn għall-istess fatt (emenda għall-Artikolu 6(1)(c) ġdid).

Billi waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin imqanqlin fil-qafas legali ta’ bħalissa hija r-reġim dgħajjef u eteroġenu ta’ sanzjonijiet, l-armonizzazzjoni ta’ mill-anqas il-minimu tas-sanzjoni massima tidher bħala l-aktar għażla xierqa (emenda għall-Artikolu 6(1)(a) ġdid u 6(1)(b) ġdid).

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Mhux l-Istati Membri kollha pprovdew għal sanzjonijiet kriminali għal xi forom ta’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE. Dawn l-approċċi differenti jimminaw l-uniformità tal-kundizzjonijiet tal-operat fis-suq intern u jistgħu jipprovdu inċentiv għall-persuni biex iwettqu abbuż tas-suq fi Stati Membri li ma jipprovdux għal sanzjonijiet kriminali għal dawn ir-reati. Barra minn hekk, sa issa ma kien hemm l-ebda ftehim madwar l-Unjoni kollha dwar liema kondotta hija kkunsidrata bħala ksur daqshekk serju. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli minimi rigward id-definizzjoni tar-reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi u ġuridiċi u tas-sanzjonijiet. Regoli minimi komuni jagħmluha wkoll possibbli li jintużaw metodi iżjed effettivi ta’ investigazzjoni u kooperazzjoni effettiva fi ħdan u bejn l-Istati Membri. Il-kundanni għar-reati ta’ abbuż tas-suq taħt il-liġi kriminali sikwit iwasslu għal kopertura estensiva fil-midja, li tgħin sabiex tiskoraġġixxi lit-trasgressuri potenzjali, billi tiġbed l-attenzjoni pubblika għall-impenn tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizzaw l-abbuż tas-suq.

(7) Mhux l-Istati Membri kollha pprovdew għal sanzjonijiet kriminali għal xi forom ta’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE. Dawn l-approċċi differenti jimminaw l-uniformità tal-kundizzjonijiet tal-operat fis-suq intern u jistgħu jipprovdu inċentiv għall-persuni biex iwettqu abbuż tas-suq fi Stati Membri li ma jipprovdux għal sanzjonijiet kriminali għal dawn ir-reati. Barra minn hekk, sa issa ma kien hemm l-ebda ftehim madwar l-Unjoni kollha dwar liema kondotta hija kkunsidrata bħala ksur daqshekk serju. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli minimi rigward id-definizzjoni tar-reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi u ġuridiċi u tas-sanzjonijiet. Regoli minimi komuni jagħmluha wkoll possibbli li jintużaw metodi iżjed effettivi ta’ investigazzjoni u kooperazzjoni effettiva fi ħdan u bejn l-Istati Membri. Fid-dawl ta’ kulma ġie wara l-kriżi finanzarja, sar evidenti li l-manipulazzjoni tas-suq għandha potenzjal li toħloq dannu kbir fuq ħajjet miljuni ta' nies. L-assenza ta’ sanzjonijiet kriminali armonizzati hija ġustament perċepita miċ-ċittadini bħala li toħloq ambjent ta' impunità li fih il-manipulaturi tas-suq jistgħu jistagħnew, billi japprofittaw ruħhom mis-suq mingħajr fruntieri filwaqt li joperaw minn ġurisdizzjoni li ma tiħux passi penali kontrihom jew li jkollha oqfsa penali defiċjenti meta jiġu li jittrattaw dawn il-materji. Dan imbagħad iwassal għall-ħolqien ta’ raġunijiet għal żieda fil-perċezzjoni min-naħa tas-soċjetà ta’ korruzzjoni u għal nuqqas korrispondenti ta’ fiduċja fl-istat ta’ dritt u fil-leġittimità tal-istituzzjonijiet. Barra minn hekk, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet kriminali għar-reati marbutin mal-abbuż mis-suq ikollhom effett akbar ta' deterrent fuq dawk li potenzjalment jistgħu jwettquhom.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Bl-iskop li s-sanzjonijiet għar-reati li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 3 u 4 jkunu effettivi u disswassivi, f’din id-Direttiva għandu jiġi ffissat minimu taż-żmien massimu ta' priġunerija.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-Istati Membri għandhom jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji ta’ ne bis in idem u favor rei u jiżguraw li jekk sanzjoni amministrattiva tkun ġa ġiet applikata, ma tiġi applikata l-ebda sanzjoni kriminali oħra b’rabta mal-istess fatti, f’każ li s-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali jkunu tal-istess natura.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha ħalli jiżguraw li l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi u dawk ġudizzjarji jew servizzi oħrajn responsabbli għall-investigazzjoni jew prosekuzzjoni tar-reati li għalihom hemm riferiment fl-Artikoli 3 u 4 jkunu mħarrġin kif jixraq. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha ħalli jiżguraw li l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi u dawk ġudizzjarji jew servizzi oħrajn responsabbli għall-investigazzjoni jew prosekuzzjoni tar-reati li għalihom hemm riferiment fl-Artikoli 3 u 4 jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodod investigattivi effikaċi.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Kull sejba ta’ ħtija imposta kont din id-Direttiva għandha ssir pubblika minnufih u tinkludi mill-anqas tagħrif dwar it-tip u n-natura tar-reat, tas-sanzjoni u tal-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika misjuba ħatja, sa fejn dan ma jkunx jipperikola gravement l-istabilità tas-swieq finanzjarji jew jikkawża ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti.

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiżgura d-disponibilità ta’ sanzjonijiet kriminali għall-iżjed reati serji ta’ abbuż tas-suq madwar l-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dik id-Direttiva, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(17) Għad li bħalissa hija disponibbli biss statistika limitata dwar id-dimensjoni transfrontaljera tal-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq, meta titqies l-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni, jista’ jiġi preżunt mingħajr periklu li ħafna minn dawn ir-reati ma humiex limitati għal tranżazzjonijiet fi Stat Membru wieħed biss. B’dan bħala sfond, l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiżgura d-disponibilità ta’ sanzjonijiet kriminali għall-iżjed reati serji ta’ abbuż tas-suq madwar l-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dik id-Direttiva, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Bl-iskop li tkun żgurata l-prosekuzzjoni effikaċi tal-każijiet transfronterjali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji ħalli jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom fuq ir-reati li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 3 u 4, fejn ir-reati jkun ġie kommess in toto jew in parte fit-territorju tagħhom jew għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika li tkun tirrisjedi jew tkun stabbilita fit-territorju ta' Stat Membru.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rispett tal-jeddijiet proċesswali tal-persuni suspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali u, b’mod partikolari, għandhom jieħdu qies tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali1, tad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għal interpretar u traduzzjoni fi proċedimenti kriminali2, tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali3 u kull att legali jew rakkomandazzjoni oħra tal-Unjoni f’dan il-qasam.

 

______________________

 

1 ĠU C 295, 4.12.2009, p. 1.

 

2 ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1.

 

3 ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tkun issottolinjata l-importanza tal-jeddijiet fundamentali u b'mod partikolari l-jeddijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, anki bil-għan li tivvaluta l-ħtieġa futura possibbli għall-introduzzjoni ta’ armonizzazzjoni minima tat-tipi u l-livelli tas-sanzjonijiet kriminali.

(19) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-Istati Membri, anki bil-għan li tivvaluta l-ħtieġa futura possibbli għall-introduzzjoni ta’ armonizzazzjoni minima tat-tipi u l-livelli tas-sanzjonijiet kriminali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tipprova tikseb it-tagħrif fuq in-natura transfrontaljera ta’ bosta mit-tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu reat skont din id-Direttiva, biex b’hekk jitħares il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) meta fil-pussess ta’ informazzjoni minn ġewwa, tintuża tali informazzjoni biex jinkisbu jew jiġu ċeduti strumenti finanzjarji, li għalihom tirrelata dik l-informazzjoni, fuq bażi personali jew f'isem parti terza. Dan jinkludi wkoll l-użu ta’ informazzjoni minn ġewwa sabiex titħassar jew tiġi emendata ordni fir-rigward ta’ strument finanzjarju li għalih tirrelata dik l-informazzjoni meta dik l-ordni tkun saret qabel id-dħul fil-pussess ta’ dik l-informazzjoni minn ġewwa; jew

(a) meta fil-pussess ta’ informazzjoni minn ġewwa, u fl-għarfien tan-natura ta’ dik l-informazzjoni, l-użu ta’ tali informazzjoni direttament jew indirettament biex jinkisbu jew jiġu ċeduti, jew jiġi rakkomandat l-akkwist jew iċ-ċessjoni ta’, jew tiġi indotta persuna oħra takkwista jew tiddisponi minn, strumenti finanzjarji, li għalihom tirrelata dik l-informazzjoni, fuq bażi personali jew f'isem terz. Dan jinkludi wkoll l-użu ta’ informazzjoni minn ġewwa sabiex titħassar jew tiġi emendata ordni fir-rigward ta’ strument finanzjarju li għalih tirrelata dik l-informazzjoni meta dik l-ordni tkun saret qabel id-dħul fil-pussess ta’ dik l-informazzjoni minn ġewwa u tkun ġiet effettivament imħassra jew mibdula;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tapplika l-prinċipju taċ-ċertezza legali: id-deskrizzjoni tal-elementi ta’ reat għandha tkun ifformulata kemm jista’ jkun b’mod preċiż ħalli l-individwu jkun jista’ jipprevedi l-azzjonijiet li jagħmluh kriminalment responsabbli.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni minn ġewwa lil kwalunkwe persuna oħra, sakemm tali divulgazzjoni ma ssirx matul l-ambitu legali tal-eżerċitar tal-kompiti li jirriżultaw minn impjieg jew professjoni.

(b) id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni minn ġewwa lil kwalunkwe persuna oħra fl-għarfien tan-natura ta’ dik l-informazzjoni, sakemm tali divulgazzjoni ma ssirx matul l-ambitu legali tal-eżerċitar tal-kompiti li jirriżultaw minn impjieg jew professjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tapplika l-prinċipju taċ-ċertezza legali: id-deskrizzjoni tal-elementi ta’ reat għandha tkun ifformulata kemm jista’ jkun b’mod preċiż ħalli l-individwu jkun jista’ jipprevedi l-azzjonijiet li jagħmluh kriminalment responsabbli.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) meta jkun hemm il-pussess ta’ informazzjoni minn ġewwa, ir-rakkomandazzjoni tal-akkwist jew ċessjoni ta’, jew l-induzzjoni ta’ persuna oħra għall-akkwist jew iċ-ċessjoni ta’ strumenti finanzjarji li l-informazzjoni tkun marbuta magħhom, jew għat-tħassir jew għat-tibdil ta' ordni dwar strument finanzjarju li l-informazzjoni tkun marbuta miegħu, mingħajr il-kxif tal-informazzjoni minn ġewwa lil dik il-persuna.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità biex jitwettqu r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli bħala reati kriminali.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-inċitament, il-kompliċità u t-tentattiv biex jitwettqu r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli bħala reati kriminali.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji għall-fini li jiżguraw li r-reati li għalihom hemm riferiment fil-punt (a) tal-Artikolu 3 u fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jkunu punibbli bi priġunerija massima ta' mhux anqas minn ħames snin.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-ħtieġa għal dan l-istrument ġuridiku tinsab fil-fatt li r-reġimi ta' kastigi tal-Istati Membri huma b'mod ġenerali dgħajfin u eteroġeni, allura s-sanzjonijiet għandhom ikunu armonizzati sa ċertu grad.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji għall-fini li jiżguraw li r-reati li għalihom hemm riferiment fil-punti (b) u (ba) tal-Artikolu 3 u fil-punt (d) tal-Artikolu 4 jkunu punibbli bi priġunerija massima ta' mhux anqas minn sentejn.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-ħtieġa għal dan l-istrument ġuridiku tinsab fil-fatt li r-reġimi ta' kastigi tal-Istati Membri huma b'mod ġenerali dgħajfin u eteroġeni, allura s-sanzjonijiet għandhom ikunu armonizzati sa ċertu grad.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Ġurisdizzjoni

 

L-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jistabbilixxu l-ġurisdizzjoni tagħhom fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4, fejn:

 

(a) ir-reat ikun twettaq totalment jew parzjalment fit-territorju tagħhom; or

 

(b) ir-reat ikun twettaq għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika li tkun tirrisjedi jew tkun stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8b

 

Ne bis in idem

 

L-Istati Membri jiżguraw li jekk ġa tkun ġiet applikata sanzjoni amministrattiva, ma jkun hemm l-ebda sanzjoni kriminali applikata b’rabta mal-istess fatti f’każ li s-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali jkunu tal-istess natura.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 8c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8c

 

Il-għodod tat-taħriġ u l-istaħħariġ

 

1. L-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha ħalli jiżguraw li l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi u ġudizzjarji jew servizzi oħrajn responsabbli għall-investigazzjoni jew prosekuzzjoni tar-reati li għalihom hemm riferiment fl-Artikoli 3 u 4 jkunu mħarrġin kif jixraq.

 

2. L-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji kollha ħalli jiżguraw li l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni tal-liġi u dawk ġudizzjarji jew servizzi oħrajn responsabbli għall-investigazzjoni jew prosekuzzjoni tar-reati li għalihom hemm riferiment fl-Artikoli 3 u 4 jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom għodod investigattivi effikaċi.

PROĊEDURA

Titolu

Sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

Referenzi

COM(2011)0654 – C7-0358/2011 – 2011/0297(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.11.2011

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

24.5.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Emine Bozkurt

20.3.2012

Eżami fil-kumitat

21.3.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Mario Borghezio, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Renate Sommer, Rui Tavares, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Axel Voss, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Michael Cashman, Leonidas Donskis, Dimitrios Droutsas, Lorenzo Fontana, Hubert Pirker, Raül Romeva i Rueda, Salvador Sedó i Alabart, Bogusław Sonik, Michèle Striffler

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nadja Hirsch

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (20.6.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq
(COM(2011)0654 – C7‑0358/2011 – 2011/0297(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alexandra Thein

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali kontra abbużi tas-suq hija novità importanti u tqawwija pożittiva tal-ġabra ta’ strumenti kontra l-abbuż tas-suq. Ir-Rapporteur għal opinjoni tilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, f’dan il-qasam ċentrali, qed tagħmel użu għall-ewwel darba mill-kompetenzi l-ġodda mdaħħla bit-Trattat ta’ Lisbona dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet f’materji kriminali bil-għan tal-implimentazzjoni effiċjenti ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni (l-Artikolu 83(2) tat-TFUE).

Minn naħa waħda, l-emendi għandhom l-għan li jagħmluha ċara li r-responsabilità ta’ persuni ġuridiċi jeħtiġilha tkun integrata fis-sistemi ġuridiċi nazzjonali eżistenti, jiġifieri li l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għall-persuni ġuridiċi tista’ tkun ikkunsidrata biss fejn diġà hija possibbli fl-Istati Membri.

Min-naħa l-oħra, għandu jiġi ppreċiżat il-prinċipju ta’ ne bis in idem, b’mod partikolari għall-applikabilità ta’ sanzjonijiet sew kriminali kif ukoll amministrattivi, ħalli dan il-prinċipju importanti jingħata l-importanza li ħaqqu.

Barra minn hekk, jidher li jeħtieġ li r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva jiġi estiż biex ikopri wkoll il-punibilità tat-tentattivi u r-responsabilità tal-persuni ġuridiċi u s-sanzjonijiet għal dawn il-persuni, minħabba li għandha tingħata attenzjoni speċjali għal kemm dawn l-elementi jkunu ħadmu fil-prattika.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Suq finanzjarju integrat u effiċjenti jeħtieġ integrità tas-suq. Il-funzjonament bla xkiel tas-swieq tat-titoli u l-fiduċja tal-pubbliku fis-swieq huma prerekwiżiti għat-tkabbir u l-ġid ekonomiku. L-abbuż tas-suq jagħmel ħsara lill-integrità tas-swieq finanzjarji u l-fiduċja tal-pubbliku fit-titoli u d-derivati.

(1) Suq finanzjarju integrat u effiċjenti u fiduċja akbar tal-investituri jeħtieġu integrità tas-suq . Il-funzjonament bla xkiel tas-swieq tat-titoli u l-fiduċja tal-pubbliku fis-swieq huma prerekwiżiti għat-tkabbir u l-ġid ekonomiku. L-abbuż tas-suq jagħmel ħsara lill-integrità tas-swieq finanzjarji u l-fiduċja tal-pubbliku fit-titoli u d-derivati.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Mhux l-Istati Membri kollha pprovdew għal sanzjonijiet kriminali għal xi forom ta’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE. Dawn l-approċċi differenti jimminaw l-uniformità tal-kundizzjonijiet tal-operat fis-suq intern u jistgħu jipprovdu inċentiv għall-persuni biex iwettqu abbuż tas-suq fi Stati Membri li ma jipprovdux għal sanzjonijiet kriminali għal dawn ir-reati. Barra minn hekk, sa issa ma kien hemm l-ebda ftehim madwar l-Unjoni kollha dwar liema kondotta hija kkunsidrata bħala ksur daqshekk serju. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli minimi rigward id-definizzjoni tar-reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi u ġuridiċi u tas-sanzjonijiet. Regoli minimi komuni jagħmluha wkoll possibbli li jintużaw metodi iżjed effettivi ta’ investigazzjoni u kooperazzjoni effettiva fi ħdan u bejn l-Istati Membri. Il-kundanni għar-reati ta’ abbuż tas-suq taħt il-liġi kriminali sikwit iwasslu għal kopertura estensiva fil-midja, li tgħin sabiex tiskoraġġixxi lit-trasgressuri potenzjali, billi tiġbed l-attenzjoni pubblika għall-impenn tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizzaw l-abbuż tas-suq.

(7) Mhux l-Istati Membri kollha pprovdew għal sanzjonijiet kriminali għal xi forom ta’ ksur serju tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE. Dawn l-approċċi differenti jimminaw l-uniformità tal-kundizzjonijiet tal-operat fis-suq intern u jistgħu jipprovdu inċentiv għall-persuni biex iwettqu abbuż tas-suq fi Stati Membri li ma jipprovdux għal sanzjonijiet kriminali għal dawn ir-reati. Barra minn hekk, sa issa ma kien hemm l-ebda ftehim madwar l-Unjoni kollha dwar liema kondotta hija kkunsidrata bħala ksur daqshekk serju. Għalhekk, għandhom jiġu stabbiliti regoli minimi rigward id-definizzjoni tar-reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi, tar-responsabilità tal-persuni ġuridiċi u tas-sanzjonijiet. Regoli minimi komuni jagħmluha wkoll possibbli li jintużaw metodi iżjed effettivi ta’ investigazzjoni u kooperazzjoni effettiva fi ħdan u bejn l-Istati Membri. Il-kundanni għar-reati ta’ abbuż tas-suq taħt il-liġi kriminali sikwit iwasslu għal kopertura estensiva fil-midja, li tgħin sabiex tiskoraġġixxi lit-trasgressuri potenzjali, billi tiġbed l-attenzjoni pubblika għall-impenn tal-awtoritajiet kompetenti sabiex jindirizzaw l-abbuż tas-suq.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva tal-politika Ewropea għall-iżgurar tal-integrità tas-swieq finanzjarji stabbilita Regolament (UE) Nru... tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq, l-Istati Membri għandhom jestendu wkoll ir-responsabilità għall-persuni ġuridiċi, inkluż, kull fejn ikun possibbli, ir-responsabilità kriminali tal-persuni ġuridiċi.

(14) Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni effettiva tal-politika Ewropea għall-iżgurar tal-integrità tas-swieq finanzjarji stabbilita fir-Regolament (UE) Nru... tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq, l-Istati Membri għandhom jestendu wkoll ir-responsabilità għall-persuni ġuridiċi, inkluż, kull fejn ikun possibbli, ir-responsabilità kriminali tal-persuni ġuridiċi, fejn din tkun kompatibbli mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattat. B’mod speċifiku, hija għandha tiġi applikata bir-rispett dovut għal-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali (Artikolu 47), il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għad-difiża (Artikolu 48), il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati u l-pieni (Artikolu 49), u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat (Artikolu 50).

(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattat. B’mod speċifiku, hija għandha tiġi applikata bir-rispett dovut għal-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali (Artikolu 47), il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għad-difiża (Artikolu 48), il-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità tar-reati u l-pieni (Artikolu 49), u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat (Artikolu 50). F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istess aġir ma jkunx sanzjonat sew b’piena kriminali kif ukoll b’sanzjoni amminstrattiva.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi għal sanzjonijiet kriminali għall-iżjed reati serji ta’ abbuż tas-suq, jiġifieri abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi għal sanzjonijiet kriminali għall-iżjed reati serji ta’ abbuż tas-suq, jiġifieri abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tranżazzjonijiet, ordnijiet jew imġiba koperti bir-Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq u li li jkunu pprojbiti b'dak ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' konsistenza, ir-reati kriminali fil-MAD għandhom ikunu l-istess bħal dawk previsti fil-MAR, u għalhekk, il-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ strumenti legali għandu jkun allinjat.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-kondotta li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta titwettaq b’mod intenzjonali:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-kondotta li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta titwettaq b’mod intenzjonali minn persuna fiżika:

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li persuna fiżika ma tkunx ikkommettiet reat dwar informazzjoni privileġġata skont l-Artikolu  3 (punibbli bħala reat kriminali) jekk din il-persuna ma tkunx konxja li l-informazzjoni kkonċernata hi verament informazzjoni minn ġewwa. Id-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni privileġġata fil-MAD għandhom ikunu applikabbli biss għal persuna fiżika, minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni ta' responsabilità korporattiva għandu jaqa' taħt il-liġi nazzjonali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) meta fil-pussess ta’ informazzjoni minn ġewwa, tintuża tali informazzjoni biex jinkisbu jew jiġu ċeduti strumenti finanzjarji, li għalihom tirrelata dik l-informazzjoni, fuq bażi personali jew f'isem parti terza. Dan jinkludi wkoll l-użu ta’ informazzjoni minn ġewwa sabiex titħassar jew tiġi emendata ordni fir-rigward ta’ strument finanzjarju li għalih tirrelata dik l-informazzjoni meta dik l-ordni tkun saret qabel id-dħul fil-pussess ta’ dik l-informazzjoni minn ġewwa; jew

(a) meta l-persuna kkonċernata tkun fil-pussess ta’ informazzjoni minn ġewwa u taf li l-informazzjoni hi informazzjoni minn ġewwa, l-użu ta' tali informazzjoni biex jinkisbu jew jiġu ċeduti strumenti finanzjarji, li għalihom tirrelata dik l-informazzjoni, fuq bażi personali jew f'isem parti terza. Dan jinkludi wkoll l-użu ta’ informazzjoni minn ġewwa sabiex titħassar jew tiġi emendata ordni fir-rigward ta’ strument finanzjarju li għalih tirrelata dik l-informazzjoni meta dik l-ordni tkun saret qabel id-dħul fil-pussess ta’ dik l-informazzjoni minn ġewwa; jew

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni minn ġewwa lil kwalunkwe persuna oħra, sakemm tali divulgazzjoni ma ssirx matul l-ambitu legali tal-eżerċitar tal-kompiti li jirriżultaw minn impjieg jew professjoni.

(b) meta l-persuna kkonċernata tkun fil-pussess ta' informazzjoni minn ġewwa u taf li l-informazzjoni hi informazzjoni minn ġewwa, id-divulgazzjoni ta’ informazzjoni minn ġewwa lil kwalunkwe persuna oħra, sakemm tali divulgazzjoni ma ssirx matul l-ambitu legali tal-eżerċitar tal-kompiti li jirriżultaw minn impjieg jew professjoni.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) meta l-persuna kkonċernata tkun fil-pussess ta' informazzjoni minn ġewwa u taf li dik l-informazzjoni hi informazzjoni minn ġewwa, filwaqt li tirrakkomanda jew tħajjar persuna oħra, fuq il-bażi ta' informazzjoni minn ġewwa, għall-akkwist jew iċ-ċessjoni ta’ strumenti finanzjarji li għalihom hi relatata dik l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din ġiet introdotta biex tkopri każijiet fejn persuna li għandha informazzjoni minn ġewwa tinkoraġġixxi lil xi ħadd ieħor jaġixxi mingħajr ma jiżvela l-informazzjoni. B'din id-dispożizzjoni, il-persuna inkwistjoni tista' ma tkunx qed tinkoraġġixxi informazzjoni privileġġata, minħabba li l-persuna mħajra ma tkunx qed tiġi involuta f'informazzjoni privileġġata (għaliex din il-persuna qatt ma kienet fil-pussess ta' informazzjoni minn ġewwa). Jintuża kliem simili fl-Artikolu 7(3) fil-MAR (proposta tal-Kummissjoni).

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-punti (a) u (ba) tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw dment li l-informazzjoni minn ġewwa ma jkollhiex influenza materjali fuq id-deċiżjoni tal-persuna kkonċernata li takkwista jew iċċedi strumenti finanzjarji jew li tirrakkomanda jew tħajjar lil persuna oħra biex tagħmel dan.

Ġustifikazzjoni

Li tidħol fi tranżazzjoni meta jkollok informazzjoni minn ġewwa fiha nnifisha ma għandhiex tikkostitwixxi mġiba ħażina. Dan jagħmilha ċara li hu leġittimu għal persuna li tinnegozja fi strumenti finanzjarji, li tirrakomanda jew li tħajjar persuna oħra li taġixxi b'ċertu manjiera, meta l-informazzjoni minn ġewwa ma jkollhiex influenza materjali fuq id-deċiżjoni.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuni ġuridiċi miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 7 ikunu punibbli b’sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuni ġuridiċi miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 7 ikunu punibbli b’sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Bi qbil mad-dritt nazzjonali rispettiv, dawn is-sanzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll sanzjoni kriminali għal persuni ġuridiċi.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 8a

 

Sanzjonijiet kriminali u sanzjonijiet amministrattivi

 

Fil-kuntest tal-miżuri li jieħdu skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal aġir li jkun fl-istess waqt reat kriminali kif ukoll l-oġġett ta’ miżuri jew sanzjonijiet amministrattivi, jiġu imposti biss sanzjonijiet kriminali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dan l-att ikun jista’ jingħata sanzjoni amministrattiva biss meta ma jingħatax sanzjoni kriminali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk meħtieġ, dwar il-ħtieġa li tiġi riveduta, b'mod partikolari, dwar kemm ikun xieraq li jiġu introdotti regoli minimi komuni dwar it-tipi u livelli ta' sanzjonijiet kriminali.

Sa [4 snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, jekk meħtieġ, dwar il-ħtieġa li tiġi riveduta. Għandha tqis, b'mod partikolari, kemm ikun xieraq li jiġu introdotti regoli minimi komuni dwar it-tipi u livelli ta' sanzjonijiet kriminali u jekk irriżultax li l-kriminalizzazzjoni ta’ tentattiv, kif ukoll ir-responsabblità tal-persuni ġuridiċi u l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet għalihom, kienu miżuri siewja.

PROĊEDURA

Titolu

Sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

Referenzi

COM(2011)0654 – C7-0358/2011 – 2011/0297(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Alexandra Thein

21.11.2011

Eżami fil-kumitat

26.3.2012

26.4.2012

30.5.2012

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Cristian Silviu Buşoi, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Patrice Tirolien

PROĊEDURA

Titolu

Sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

Referenzi

COM(2011)0654 – C7-0358/2011 – 2011/0297(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

LIBE

15.11.2011

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

24.5.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Arlene McCarthy

21.9.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.2.2012

12.4.2012

19.6.2012

20.9.2012

Data tal-adozzjoni

9.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Wolf Klinz, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sari Essayah, Ashley Fox, Robert Goebbels, Olle Ludvigsson, Sirpa Pietikäinen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Timothy Kirkhope

Data tat-tressiq

19.10.2012