Proċedura : 2012/2223(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0356/2012

Testi mressqa :

A7-0356/2012

Dibattiti :

PV 21/11/2012 - 13
CRE 21/11/2012 - 13

Votazzjonijiet :

PV 22/11/2012 - 13.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2012)0456

RAPPORT     
PDF 251kWORD 242k
30.10.2012
PE 492.839v02-00 A7-0356/2012

dwar il-klawsoli ta’ difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi

(2012/2223(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Ioan Mircea Paşcu

Rapporteur għall-opinjoni (*):

Andrew Duff, Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-klawsoli ta’ difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi

(2012/2223(INI))

il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Trattat UE) u l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 24 u l-Artikolu 42(2) tat-Trattat UE, l-Artikoli 122 u 196 tat-TFUE u d-Dikjarazzjoni 37 dwar l-Artikolu 222 tat-TFUE,

–   wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u b'mod partikulari d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII u l-Artikolu 51 tagħha,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta’ Diċembru 2003, u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha li ġie approvat mill-Kunsill Ewropew fil-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna għall-Unjoni Ewropea approvata mill-Kunsill Ewropew fil-25 u s-26 ta' Marzu 2010,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Kontra t-Terroriżmu li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 4 u 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana,

–   wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Membri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, li ġie adottat fis-Summit tan-NATO f’Lisbona fid-19 u l-20 ta’ Novembru 2010,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni li l-Unjoni Ewropea tal-Punent tiġi xolta,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar qafas Komunitarju dwar il-prevenzjoni tad-diżastri fl-UE,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2010 bl-isem ‘Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assistenza umanitarja’ (COM(2010)0600),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Novembru 2010 bl-isem ‘L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni: Ħames passi lejn Ewropa iżjed sikura’ (COM(2010)0673),

–   wara li kkunsidra n-nota ta’ kunċett dwar ‘Arranġamenti għal Koordinazzjoni tal-Kriżijiet fuq livell politiku tal-UE’ li ġiet approvata mill-COREPER fit-30 ta’ Mejju 2012(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Mejju dwar l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni Ewropea, tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar l-impatt tal-kriżi finanzjarja fuq is-settur tad-difiża fl-Istati Membri tal-UE, tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar ‘Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu: ir-rwol tal-protezzjoni ċivili u l-assisstenza umanitarja’(2), u tat-23 ta' Novembru 2010 dwar kooperazzjoni ċivili-militari u l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ċivili-militari(3),

–   wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni CBRN tal-UE(4) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tisħiħ tas-sigurtà kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari fl-Unjoni Ewropea - Pjan ta’ Azzjoni CBRN tal-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7‑0356/2012),

A. billi s-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE hija indiviżibbli u ċ-ċittadini Ewropej kollha għandu jkollhom l-istess garanziji ta’ sigurtà u livell ugwali ta’ protezzjoni kontra theddidiet, kemm dawk tradizzjonali kif ukoll dawk mhux konvenzjonali; billi d-difiża tal-paċi, tas-sigurtà, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-libertà fl-Ewropea, li huma indispensabbli għall-benessri tal-popli tagħna, għandha tibqa’ mira u responsabilità ewlenija tal-pajjiżi Ewropej u tal-Unjoni;

B.  billi l-isfidi kurrenti għas-sigurtà jinkludu diversi riskji kumplessi u li jinbidlu, bħat-terroriżmu internazzjonali, il-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda tal-massa, stati li qed jiddiżintegraw, kunflitti friżati u bla tmiem, il-kriminalità organizzata, it-theddid fl-internet, l-iskarsezza tas-sorsi tal-enerġija, id-deterjorazzjoni ambjentali u r-riskji assoċjati mas-sigurtà, id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, il-pandemiji u diversi riskji oħra;

C. billi l-UE tirrikonoxxi ordni internazzjonali bbażat fuq il-multilateraliżmu effettiv fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni internazzjonali, u dan huwa espressjoni tal-konvinzjoni tal-Ewropej li l-ebda nazzjoni ma tista’ tiffaċċja t-theddidiet ġodda waħedha;

D. billi s-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali huma meqjusa bħala prijorità għall-UE; billi huma meħtieġa reazzjoni konġunta u strateġija komuni mill-Istati Membri kollha;

E.  billi f’diżastri naturali u magħmula mill-bniedem fid-deċennji riċenti, u b’mod partikolari diżastri kkawżati mill-klima, żdiedu fil-frekwenza u fl-iskala, u żieda ulterjuri hija mistennija aktar ma jiżdied it-tibdil fil-klima;

F.  billi d-definizzjoni progressiva ta' qafas għal politika ta' difiża komuni li timmira lejn difiża komuni qed issaħħaħ l-identità Ewropea u l-awtonomija strateġika tal-UE; billi, fl-istess ħin, difiża Ewropea aktar b’saħħitha u kapaċi hija essenzjali biex tiġi kkonsolidata r-rabta transatlantika, f'kuntest ta' bidliet ġeostrateġiċi strutturali, li ġew mgħaġġlin mill-kriżi ekonomika globali, u b’mod partikolari fi żmien ta’ ripożizzjonament strateġiku attwali tal-Istati Uniti lejn l-Asja-Paċifiku;

G. billi l-wieħed u għoxrin Stat Membru tal-UE li huma wkoll membri tan-NATO jistgħu jikkonsultaw ma' xulxin kulmeta tiġi mhedda l-integrità territorjali, l-indipendenza politika jew is-sigurtà tagħhom, u fi kwalunkwe każ jimpenjaw ruħhom għal difiza kollettiva fil-każ ta' attakk armat;

H. billi, filwaqt li l-Istati Membri jżommu r-responsabilità primarja għall-ġestjoni tal-kriżijiet fit-territorju tagħhom, it-theddid ta’ sigurtà serju u kumpless, minn attakki armati sa terroriżmu sa diżastri naturali jew kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari sa attakki ċibernetiċi, kulma jmur qed jimmanifesta ruħu dejjem b'mod transkonfinali u jista' faċilment jegħleb il-kapaċitajiet ta’ kwalunkwe Stat Membru wieħed, filwaqt li dan jagħmilha essenzjali li jkun hemm solidarjetà vinkolanti bejn l-Istati Membri u reazzjoni kkoordinata għal theddid bħal dan;

I.   billi t-Trattat ta’ Lisbona daħħal l-Artikolu 42(7) tat-Trattat UE (‘il-klawsola ta’ difiża reċiproka’ jew ‘il-klawsola ta’ assistenza reċiproka’(5)) u l-Artikolu 222 tat-TFUE (‘il-klawsola ta’ solidarjetà’) biex jindirizza kwistjonijiet bħal dawn, iżda, kważi tliet snin wara li daħal fis-seħħ it-Trattat, għad m'hemm l-ebda arranġament implimentattiv biex dawn il-klawsoli jingħataw il-ħajja;

Osservazzjonijiet ġenerali

1.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/lir-Rappreżentant Għoli sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tad-dispożizzjonijiet kollha rilevanti tat-Trattat, u b’mod partikolari l-klawsola ta' difiża reċiproka u l-klawsola ta' solidarjetà, sabiex jipprovdu liċ-ċittadini Ewropej kollha l-istess garanziji ta' sigurtà kontra t-theddid kemm tradizzjonali kif ukoll dak mhux konvenzjonali, fuq il-bażi tal-prinċipji tal-indiviżibilità tas-sigurtà u tas-solidarjetà reċiproka fost l-Istati Membri, u b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa għal aktar kosteffiċjenza u kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet u tal-ispejjeż;

2.  Itenni l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Unjoni jiżviluppaw politika ankrata mal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni fir-rigward tat-theddid maġuri kollu għas-sigurtà, partikolarment kif ġie identifikat fl-Istrateġija għas-Sigurtà Ewropea, l-Istrateġija għas-Sigurtà Interna u f'rapporti regolari mill-Koordinatur tal-UE kontra t-Terroriżmu lill-Kunsill;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri u l-Unjoni jwettqu valutazzjonijiet konġunti regolari tat-theddid u tar-riskji, fuq il-bażi ta' analiżi konġunta tal-intelliġenza kondiviża u filwaqt li jsir użu sħiħ tal-istrutturi eżistenti fl-UE;

4.  Jinnota l-kunċett strateġiku l-ġdid tan-NATO li, apparti li żżomm ir-rwol tagħha bħala alleanza militari, timmira lejn il-bini tal-kapaċità tagħha biex taġixxi bħala komunità politika u ta' sigurtà, li tkun taħdem bi sħubija mal-UE; jinnota l-kumplimentaritajiet li jeżistu bejn il-miri tan-NATO u dawk stabbiliti fl-Artikolu 43 tat-Trattat UE; iwissi, għaldaqstant, kontra d-duplikazzjoni għalja tal-isforzi bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet u l-ħela konsegwenti ta' riżorsi, u jħeġġeġ kollaborazzjoni politika ferm eqreb u regolari bejn ir-Rappreżentant Għoli tal-UE u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO għall-finijiet ta' valutazzjoni tar-riskji, il-ġestjoni tar-riżorsi, l-ippjanar ta' politiki u t-twettiq ta' operazzjonijiet, kemm dawk ċivili, kif ukoll dawk militari;

5.  Filwaqt li jafferma mill-ġdid li l-protezzjoni tal-integrità territorjali u ċ-ċittadini tagħha tibqa' fil-qalba tal-politika ta' difiża, iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkopja l-approċċ tan-NATO, li jipprovdi għaċ-ċirkostanzi inevitabbli meta l-prevenzjoni tat-theddid estern tkun meħtieġa sabiex jiġu promossi l-interessi tas-sigurtà tal-alleati u l-projezzjoni tal-forza tkun meħtieġa;

6. Jerġa’ jsostni li l-użu ta’ forza mill-UE jew mill-Istati Membri tagħha huwa permess biss jekk ikun ġustifikat legalment fuq il-bażi tal-Karta tan-NU; jissottolinja, f'dan il-kuntest, id-dritt inerenti għall-awtodifiża individwali jew kollettiva; itenni l-impenn tiegħu biex jiġu rispettati l-Linji Gwida ta’ Oslo dwar l-użu ta’ beni militari u ta’ difiża ċivili barranin fl-għajnuna mogħtija f’każijiet ta’ diżastru; jenfasizza li l-prevenzjoni ta’ kunflitti, attakki u diżastri hija preferibbli fuq l-immaniġġjar tal-konsegwenzi tagħhom;

7.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-firxa wiesgħa ta’ strumenti li jinsabu disponibbli għall-Unjoni u l-Istati Membri sabiex jaffaċċjaw ċirkostanzi eċċezzjonali bi spirtu ta’ solidarjetà; ifakkar fl-utilità tal-bażijiet ġuridiċi tal-Artikolu 122 tat-TFUE għall-assistenza ekonomika u finanzjarja lill-Istati Membri, u tal-Artikolu 196 tat-TFUE għal miżuri fil-qasam tal-protezzjoni ċivili;

8.  Ifakkar fl-impenn favur żvilupp sistematiku ta' solidarjetà politika reċiproka fil-politika estera u ta’ sigurtà bi qbil mal-Artikolu 24 tat-Trattat UE; jinnota l-possibilitajiet previsti mit-Trattat ta' Lisbona għal kooperazzjoni msaħħa fil-PESK, inkluża l-konsenja ta' kompiti u missjonijiet speċifiċi lil raggruppamenti ta' stati, kif ukoll il-kunċett ta' kooperazzjoni strutturata permanenti fi kwistjonijiet militari;

9.  Jenfasizza li l-għan tal-klawsoli ta' difiża reċiproka u ta' solidarjetà mhuwiex li jibdlu dawn l-istrumenti, iżda li jipprovdu qafas soprastanti fid-dawl tas-sitwazzjonijiet ta’ theddid jew ħsara straordinarji, u b’mod partikolari meta r-reazzjoni tkun teħtieġ koordinazzjoni politika ta’ livell għoli u l-involviment tal-militar, bi qbil mal-prinċipji ta' neċessità u ta' proporzjonalità;

10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/lir-Rappreżentant Għoli biex, qabel l-aħħar tal-2012, jagħmlu l-proposta konġunta tagħhom għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tiddefinixxi l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ solidarjetà skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 222(3) tat-TFUE, filwaqt li jiċċaraw b'mod partikolari r-rwoli u l-kompetenzi tal-atturi differenti; jistieden, fl-interess tal-koerenza, lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u l-Kumitat Permanenti għas-Sigurtà Interna biex jissottomettu opinjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-klawsola ta' solidarjetà, b'kunsiderazzjoni tad-dimensjonijiet politiċi u operattivi taż-żewġ klawsoli, inkluż il-kollegament man-NATO; jinnota li l-Kunsill għandu jaġixxi permezz tal-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata f'dak li jikkonċerna l-aspetti mhux militari tal-għajnuna u l-assistenza reċiproċi; jenfasizza l-ħtieġa, f'dan il-kuntest, li l-Parlament jinżamm kompletament informat;

Klawsola ta’ difiża reċiproka

  Ambitu

11. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu ċar tagħhom ta’ għajnuna u assistenza b’kull mezz fil-poter tagħhom jekk Stat Membru jisfa vittma ta’ aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu; jenfasizza l-fatt li, filwaqt li aggressjoni fuq skala kbira kontra Stat Membru tidher li hija improbabbli fil-futur qarib, kemm id-difiża territorjali tradizzjonali kif ukoll id-difiża kontra theddid ġdid għandhom jibqgħu prijoritajiet minn ta’ fuq nett fl-aġenda; ifakkar ukoll li t-Trattat jistipula li l-impenji u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża reċiproka għandhom ikunu konsistenti mal-impenji meħuda fil-qafas tan-NATO li, għal dawk l-istati li huma membri tagħha, tibqa' l-bażi tad-difiża kollettiva tagħhom u l-forum għall-implimentazzjoni tagħha;

12. Jiġbed l-attenzjoni, fl-istess ħin u b'importanza ugwali, lejn il-ħtieġa li wieħed ikun preparat għal sitwazzjonijiet li jinvolvu Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO jew territorji ta’ Stati Membri tal-UE barra miż-żona tal-Atlantiku tat-Tramuntana u, għalhekk, mhux koperti mit-Trattat ta’ Washington, jew sitwazzjonijiet fejn ma jintlaħqux ftehim jew azzjoni kollettiva fi ħdan in-NATO; jenfasizza wkoll, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li wieħed ikun jista' juża l-kapaċitajiet tan-NATO kif previst fil-ftehim ta' Berlin Plus;

13. Huwa tal-fehma li anki attakki mhux armati, pereżempju attakki ċibernetiċi kontra l-infrastruttura kritika, magħmula bl-għan li joħolqu ħsara kbira u diżordni lil Stat Membru u identifikati bħala li ġejjin minn entità esterna, jistgħu jikkwalifikaw biex ikunu koperti mill-klawsola, jekk is-sigurtà tal-Istat Membru tiġi mhedda b’mod sinifikanti mill-konsegwenzi tagħhom, filwaqt li jiġi osservat bis-sħiħ il-prinċipju ta' proporzjonalità;

   Kapaċitajiet

14. Jenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi Ewropej ikollhom kapaċitajiet militari kredibbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom f'termini tal-iżvilupp tal-kapaċità militari kollaborattiva, l-aktar permezz tal-inizjattivi kumplimentari ‘Akkomunament u Kondiviżjoni’ u ‘Difiża Intelliġenti’ tal-UE u n-NATO, li jirrappreżentaw metodu ta’ importanza kritika ta’ avvanz ’il quddiem fi żminijiet ta’ baġits għad-difiża ristretti, filwaqt li jiġu privileġġjati s-sinerġiji Ewropej u reġjonali iktar milli approċċ nazzjonali b'mira qasira; itenni, f'dan il-kuntest, is-sejħa tiegħu biex il-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tiġi sfruttata u titqies bis-sħiħ mill-ministeri għad-difiża nazzjonali, u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lis-SEAE biex ikomplu d-dibattitu bil-ħsieb li tiġi stabbilita l-kooperazzjoni strutturata permanenti prevista fit-Trattat ta' Lisbona;

15. Iqis li, sabiex jikkonsolidaw il-kooperazzjoni tagħhom, kemm in-NATO kif ukoll l-UE għandhom jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet bażiċi tagħhom, it-titjib tal-interoperabbiltà u l-koordinazzjoni tad-dottrini tagħhom, metodi ta’ ppjanar, teknoloġiji, tagħmir u taħriġ;

16. Itenni s-sejħa tiegħu għall-armonizzazzjoni sistematika tar-rekwiżiti militari u għal proċess armonizzat ta’ ppjanar u akkwist tad-difiża tal-UE, paragunabbli mal-livell ta’ ambizzjoni tal-UE u koordinati mal-Proċess ta’ Ppjanar tad-Difiża tan-NATO; filwaqt li jikkunsidra l-livell akbar ta’ garanziji ta’ sigurtà provduti mill-klawsola ta’ difiża reċiproka, iħeġġeġ llill-Istati Membri biex jikkunsidraw kooperazzjoni multinazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċità u, fejn xieraq, l-ispeċjalizzazzjoni bħala prinċipji ewlenin fl-ippjanar tad-difiża tagħhom;

   Strutturi u proċeduri

17. Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jipproponi arranġamenti u linji-gwida prattiċi biex jiġi żgurat rispons effettiv f’każ li Stat Membru jinvoka l-klawsola ta’ difiża reċiproka, kif ukoll analiżi tar-rwol tal-istituzzjonijiet tal-UE, jekk il-klawsola tiġi invokata; huwa tal-opinjoni li l-obbligu li jiġu pprovduti l-għajnuna u l-assistenza, li jesprimi solidarjetà politika fost l-Istati Membri, għandu jiżgura deċiżjoni rapida fil-Kunsill bħala appoġġ għall-Istat Membru li jkun safa attakkat; jikkunsidra li, jekk isiru konsultazzjonijiet bi qbil mar-rekwiżit tal-Artikolu 32 tat-TUE, ikunu jaqdu dan l-iskop, bla ħsara għad-dritt ta' kull Stat Membru li safrattant jaħseb għall-awtodifiża tiegħu;

18. Huwa tal-opinjoni li, fejn tittieħed azzjoni kollettiva biex jiġi difiż Stat Membru attakkat, għandu jkun possibbli li jintużaw l-istrutturi eżistenti ta’ mmaniġġjar tal-kriżijiet tal-UE, fejn xieraq, u b’mod partikolari li tiġi kkunsidrata l-possibilità li jsiru tal-UE; jisħaq li Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE sħaħ permanenti huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta’ preparazzjoni u rapidità ta’ rispons, u jtenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membru biex jistabbilixxu kapaċità permanenti bħal din, li tkun tibni fuq iċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-UE li ġie attivat dan l-aħħar;

Klawsola ta' solidarjetà

   Ambitu

19. Ifakkar li jekk Stat Membru jkun vittma ta’ attakk terroristiku jew ta’ diżastru magħmul mill-bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom obbligu li jaħdmu b’mod konġunt fi spirtu ta’ solidarjetà biex jappoġġjawh, fuq talba tal-awtoritajiet politiċi tiegħu, u li l-Unjoni f’każijiet bħal dawn għandha timmobilizza l-istrumenti kollha li għandha disponibbli, inklużi r-riżorsi militari magħmula disponibbli mill-Istati Membri; ifakkar ukoll l-obbligu tal-Unjoni li timmobilizza l-istrumenti kollha li għandha disponibbli biex tipprevjeni t-theddid terroristiku fl-UE u biex tipproteġi l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-popolazzjoni ċivili minn kwalunkwe attakk terroristiku;

20. Jitlob li jkun hemm ekwilibrija bejn il-flessibilità u l-konsistenza fejn jidħlu t-tipi ta' attakki u diżastri li għalihom tista' tiġi attivata l-klawsola, ħalli jiġi żgurat li l-ebda theddid sinifikanti, bħal attakki fl-ispazju ċibernetiku, pandemiji, jew nuqqas ta' enerġija, ma jiġi injorat; jinnota li l-klawsola għandha tkopri wkoll l-inċidenti serji li jseħħu barra mill-Unjoni b'impatt dirett u sostanzjali fuq Stat Membru;

21. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jinvestu fil-kapaċitajiet proprji tagħhom fir-rigward tas-sigurtà u r-reazzjoni għad-diżastri u ma jiddependux wisq fuq is-solidarjetà ta' ħaddieħor. jenfasizza r-responsabilità ewlenija tal-Istati Membri għall-protezzjoni u s-sigurtà ċivili fit-territorju tagħhom;

22. Huwa tal-fehma li l-klawsola ta' solidarjetà għandha tintuża f’sitwazzjonijiet li jegħlbu l-kapaċitajiet għal rispons tal-Istat Membru affettwat jew li jeħtieġu rispons multisettorjali li jinvolvi numru ta’ protagonisti, iżda li, ladarba Stat Membru jkun iddeċieda li jinvoka l-klawsola, m'għandhiex tkun kwistjoni li ħaddieħor ikollu jiddibatti dwarha biex joffri l-assistenza; jisħaq fuq il-fatt li s-solidarjetà tinvolvi wkoll obbligu li jkun hemm investiment f’kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej xierqa;

23. Jikkunsidra li l-klawsola ta' solidarjetà tista' tipprovdi l-ispinta għat-tisħiħ tal-effett ta' lieva li l-UE għandha fost iċ-ċittadini Ewropej, biex b'hekk tingħata evidenza tanġibbli tal-benefiċċji li aktar kooperazzjoni tal-UE jkollha fuq il-kapaċitajiet għall-immaniġġjar tal-kriżijiet u r-rispons għad-diżastri;

   Kapaċitajiet u riżorsi

24. Jisħaq li l-implimentazzjoni tal-klawsola ta' solidarjetà għandha tifforma parti integrali ta’ sistema ta’ rispons għall-kriżijiet, immaniġġjar tal-kriżijiet u koordinazzjoni tal-kriżijiet tal-UE permanenti, li tibni fuq l-istrumenti u l-kapaċitajiet tal-oqsma eżistenti u tippermetti li l-mobilizzazzjoni effettiva tagħha twassal rispons koordinat f’għadd ta’ oqsma differenti meta jkun meħtieġ li jsir hekk; jisħaq li, fil-prinċipju, l-implimentazzjoni ma għandiex twassal għall-ħolqien ta’ għodod ad hoc;

25. Jindika r-rwol fundamentali tal-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili bħala strument ewlieni bbażat fuq is-solidarjetà għal rispons rapidu Ewropew għal firxa wiesgħa ta’ kriżijiet; jappoġġja l-linji wiesgħa tal-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-mekkaniżmu(6), li tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2010 ‘Lejn rispons Ewropew aktar b'saħħtu għal diżastri li jseħħu’ u tislet ispirazzjoni mir-rapport ta’ Barnier tal-2006;

26. Jinnota x-xogħol għaddej biex tkun implimentata l-Istrateġija għas-Sigurtà Interna, b’mod partikolari fl-oqsma ta' kontra t-terroriżmu, il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u ż-żieda fil-kapaċità li pajjiż jirkupra wara kriżi jew diżastru; Jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-klawsola ta’ solidarjetà mhix biss kwistjoni li jiġu stipulati proċeduri għall-waqt li sseħħ kriżi ewlenija, iżda fundamentalment hija dwar il-bini tal-kapaċitajiet, il-prevenzjoni u l-preparazzjoni; ifakkar fir-relevanza tal-eżerċizzji ta' mmaniġġjar tal-kriżijiet, magħmula apposta għal kontiġenti speċifiċi koperti mill-klawsola;

27. Jinnota li l-ħolqien ta’ grupp volontarju ta’ beni ta’ protezzjoni ċivili impenjati minn qabel itejjeb sew il-preparazzjoni tal-UE u jagħmilha possibbli li jiġu identifikati nuqqasijiet eżistenti li għandhom jiġu indirizzati; jenfasizza l-importanza ta’ analiżijiet konġunti dwar in-nuqqasijiet, sabiex l-isforzi ta’ kulħadd jiġu ffukati b’mod effiċjenti u biex jiġi żgurat li kull Stat Membru jikkontribwixxi l-parti tiegħu;

28. Jikkunsidra li, fil-każ ta’ beni li jinvolvu spejjeż kbar, b’mod partikolari dawk għal riskji ta’ probabilità baxxa, jagħmel sens ekonomiku tajjeb għall-Istati Membri li jidentifikaw soluzzjonijiet għall-investiment komuni u l-iżvilupp konġunt ta’ għodod meħtieġa bħal dawn, b’mod speċjali fil-kuntest attwali ta’ kriżi finanzjarja; fid-dawl ta' dan, ifakkar fil-ħtieġa li jiġu żviluppati l-ħila u l-esperjenza kemm tal-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, kif ukoll tal-aġenziji oħrajn tal-UE;

29. Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li s-solidarjetà tiġi msaħħa minn mekkaniżmi ta’ finanzjament xierqa fuq livell tal-UE li joffru grad suffiċjenti ta’ flessibilità fl-emerġenzi; jilqa’ l-livell ta’ kofinanzjament akbar propost bħala parti mill-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili, b’mod partikolari għall-ispejjeż tat-trasport; jinnota d-dispożizzjonijiet għall-assistenza fl-emerġenzi bħala parti mill-Fond ta’ Sigurtà Interna li ġie propost;

30. Ifakkar li l-Fond ta’ Solidarjetà jista’ jipprovdi assistenza finanzjarja wara diżastru fuq skala kbira; ifakkar ukoll li aktar assistenza finanzjarja tal-Unjoni tista’ tingħata mill-Kunsill skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat UE, meta Stat Membru ikun jinsab f’diffikultà jew ikun mhedded serjament minn diffikultajiet gravi kkawżati minn diżastri naturali jew ċirkostanzi eċċezzjonali li mhumiex taħt il-kontroll tiegħu;

31. Ifakkar li skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 122(1) tat-TUE, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar miżuri biex jindirizza sitwazzjoni ekonomika diffiċli fi spirtu ta’ solidarjetà, b’mod partikolari jekk jinħolqu diffikultajiet gravi fil-forniment ta’ ċerti prodotti, bħal pereżempju fil-qasam tal-enerġija; jisħaq fuq l-importanza li din id-dispożizzjoni tiġi perċepita bħala waħda mill-għodod biex ikunu indirizzati l-isfidi ġodda ta’ sigurtà ewlenin, bħalma huma l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija u tas-sigurtà tal-forniment ta’ prodotti kritiċi oħra, l-aktar fil-każijiet ta’ imblokki li jkunu politikament motivati;

   Strutturi u proċeduri

32. Jisħaq li l-UE għandu jkollha strutturi ta’ rispons għall-kriżi kapaċi b’kapaċità għar-rispons u ta’ monitoraġġ 24/7, li joffru twissija bikrija u għarfien aġġornat dwar is-sitwazzjoni lis-suġġetti rilevanti kollha; jinnota l-eżistenza ta’ ċentri ta’ monitoraġġ fil-livell ta’ UE, u li dan iqajjem mistoqsijiet dwar koordinazzjoni effiċjenti fil-każ ta’ kriżijiet multidimensjonali kumplessi; jinnota t-twaqqif tal-Kamra tas-Sitwazzjoni fi ħdan is-Servizz ta' Azzjoni Esterna Ewropew, kif ukoll l-eżistenza ta' numru ta' ċentri ta' monitoraġġ settorjali fi ħdan id-dipartimenti tal-Kummissjoni u korpi tal-UE speċjalizzati; jiġbed l-attenzjoni, b’mod partikolari, lejn iċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni tad-DĠ ECHO, il-Kapaċità ta’ Analiżi Strateġika u ta’ Rispons tad-DĠ HOME, il-Faċilità tal-Operazzjonijiet tal-Emerġenza tas-Saħħa tad-DĠ SANCO u l-kamra tas-sitwazzjoni tal-Frontex;

33. Itenni l-ħtieġa li jiġi evitat irduppjar mhux meħtieġ u li jiġu żgurati koerenza u koordinazzjoni effettiva fl-azzjoni, l-aktar minħabba l-iskarsezza ta’ riżorsi attwali; jinnota l-iskejjel ta’ ħsieb differenti fir-rigward tal-mod tar- razzjonalizzjoni ta’ dawn il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ multipli, li wħud minnhom huma bbażati fuq l-idea ta’ punt ta’ waqfa waħda ċentrali, u oħrajn li jiffavorixxu interkonnessjoni aħjar tal-faċilitajiet speċjalizzati;

34. Huwa tal-fehma li l-firxa wiesgħa ta’ kriżijiet possibbli, minn għargħar sa attakki jew diżastri kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, inevitabbilment teħtieġ serje wiesgħa ta’ servizzi u netwerks speċjalizzati, li t-twaħħid tagħhom mhux neċessarjament iwassal għal effiċjenza akbar; jikkunsidra, fl-istess waqt, li s-servizzi speċjalizzati kollha fil-livell ta’ UE għandhom jiġu integrati f’sistema ta’ informazzjoni sigura waħda, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli biex jaħdmu biex isaħħu l-pjattaforma ta’ koordinazzjoni interna ARGUS;

35. Jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni politika fil-Kunsill f’każijiet ta’ kriżi gravi; jinnota r-reviżjoni tal-Arranġamenti tal-Emerġenza u l-Koordinazzjoni tal-Kriżi tal-UE (CCA) u jilqa’ l-ftehim fi ħdan il-Kunsill dwar il-qafas kunċettwali ġdid CCA, li jagħmel użu minn proċeduri regolari tal-Kunsill, bħall-COREPER, minflok minn strutturi ad hoc; jisħaq fuq il-fatt r-rispons b’mod koerenti, effiċjenti u f’waqtu fuq livell politiku tal-UE għal kriżijiet tat-tali skala u natura jirrikjedi biss sett wieħed ta' arranġamenti; għalhekk jikkunsidra li s-CCA ġdid għandu jappoġġja wkoll il-klawsola ta’ solidarjetà;

36. Iħeġġeġ biex isiru sforzi biex issir razzjonalizzazzjoni u biex jiġu integrati aħjar l-ammont kbir ta’ pjattaformi ibbażati fuq l-Internet għall-komunikazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-emerġenzi, inklużi l-webpage tas-CCA, ARGUS, is-Sistema Komuni ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni tal-Emerġenza (CECIS) u s-Sistema tal-Emerġenza tas-Saħħa u l-Informazzjoni tal-Mard (HEDIS), sabiex ikun permess fluss ta’ informazzjoni mhux interrott, ħieles u effettiv tul fruntieri settorjali u istituzzjonali; jinnota d-deċiżjoni meħuda fi ħdan il-Kunsill biex ikun imsaħħaħ is-sit tas-CCA sabiex jintuża bħala qafas tal-internet futur għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jeħtieġu koordinazzjoni politika fil-livell ta’ UE;

37. Iħeġġeġ biex ikun hemm żvilupp ta’ kuxjenza ta’ sitwazzjonijiet komuni, li huwa essenzjali fl-immaniġġjar ta’ kriżijiet multisettorjali ewlenin, meta jenħtieġ li aġġornamenti rapidi u komprensivi jiġu pprovduti lill-awtoritajiet politiċi; jilqa’ l-fokus tar-reviżjoni tas-CCA dwar l-iżvilupp ta' Kuxjenza u Analiżi tas-Sitwazzjoni Integrata (ISAA) għal istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE, u jistieden lill-Kunsill biex jiżgura implimentazzjoni f’waqtha; jinnota li kuxjenza tas-sitwazzjoni komuni hija kważi impossibli mingħajr kultura ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni, u li l-iżvilupp ta’ kultura ta’ skambju tal-informazzjoni hija kważi impossibbli mingħajr diviżjoni ċara ta’ rwoli;

38. Jilqa’ l-aġġornament ippjanat taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ u l-Informazzjoni biex jinħoloq Ċentru ta’ Rispons tal-Emerġenza Ewropew, filwaqt li jisħaq li dan għandu jifforma wieħed mill-pilastri tas-sistema interkonnessa ta’ rispons rapidu tal-UE; huwa tal-fehma r-responsabilità ta’ koordinazzjoni għal kriżijiet multisettorjali għandha tiġi stabbilita fuq bażi każ b’każ, skont il-prinċipju taċ-‘ċentru ta’ gravità’;

39. Jiġbed l-attenzjoni għal fatt li, fl-ambjent globali attwali fejn l-interdipendenzi qed jimmultiplikaw, kriżijiet ewlenin fuq skala li tiġġustifika l-istumulu tal-klawsola tas-solidarjetà għandhom ċans kbir li jkunu multidimensjonali u li jkollhom dimensjoni internazzjonali, fir-rigward taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi affettwati minnhom jew tal-azzjoni internazzjonali meħtieġa biex tirrispondi għalihom; jenfasizza r-rwol importanti li għandu jkollu l-EEAS f’każijiet bħal dawn;

40. Jistieden lill-Istati Membru biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex jipprovdu u jirċievu assistenza, kif ukoll biex jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki rigward modi biex jissemplifikaw il-proċeduri nazzjonali tagħhom ta’ koordinazzjoni tal-kriżijiet u l-interazzjoni taċ-ċentri nazzjonali tagħhom ta' koordinazzjoni tal-kriżijiet mal-UE; hu tal-fehma li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-ippjanar u t-twettiq ta' eżerċizzji xierqa ta' rispons għall-kriżijiet fl-UE kollha, eżerċizzji li jkunu jinvolvu l-istrutturi nazzjonali ta' rispons għall-kriżijiet u l-istrutturi xierqa tal-UE;

41. Jikkunsidra li hu essenzjali li jiġu stabbiliti r-rabtiet proċedurali u organizzattivi meħtieġa bejn is-servizzi rilevanti tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tal-klawsola ta' solidarjetà b'segwitu għall-attivazzjoni tagħha;

42. Jisħaq fuq il-fatt li kwalunkwe proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni fil-Kunsill b'segwitu għal talba għal assistenza skont il-klawsola ta’ solidarjetà ma għandux ikun ta’ detriment għar-reattività tal-UE, u li r-rispons għall-kriżijiet permezz tal-mekkaniżmi eżistenti, bħall-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili, għandu jkun kapaċi jibda immedjatament, irrispettivament minn deċiżjoni politika bħal din; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-użu ta’ beni militari biex jiġu appoġjati operazzjonijiet ta’ protezzjoni ċivili hija diġà possibbli fuq livell operattiv mingħajr l-attivazzjoni tal-klawsola ta’ solidarjetà, kif intwera mill-kooperazzjoni ta’ suċċess bejn il-Kummissjoni u l-Persunal tal-Militar tal-UE f’operazzjonijiet li saru qabel fil-Pakistan jew il-Libja;

43. Jaċċentwa l-ħtieġa li tingħata fid-dettall il-proċedura demokratika li għandha tkun applikata meta tiġi invokata l-klawsola ta’ solidarjetà, li għandha tiżgura wkoll ir-responsabilità politika għad-deċiżjonijiet meħudin u tinkludi l-involviment xieraq tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew; jisħaq dwar l-importanza tal-prevenzjoni ta’ kull użu sproporzjonat tal-klawsola a spejjeż tal-jeddijiet fundamentali;

44. Jinnota li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bħala l-leġiżlaturi u l-awtoritajiet baġitarji tal-UE, għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni kif tkun qed tiżvolġi fil-lok fejn ikun seħħ diżastru jew attakk li jġiegħel lill-Klawsola ta' Solidarjetà tiskatta, kif ukoll dwar l-oriġini u l-konsegwenzi possibbli tal-istess diżastru jew attakk ħalli tkun tista' ssir valutazzjoni bir-reqqa u imparzjali msejsa fuq informazzjoni aġġornata u konkreta għal skopijiet ta' riferiment fil-futur;

45. Ifakkar li l-klawsola ta’ solidarjetà teħtieġ li l-Kunsill Ewropew jivvaluta b’mod regolari t-theddid li taffaċċja l-Unjoni; huwa tal-fehma li tali valutazzjonjiet jeħtieġ li jkunu kkoordinati man-NATO u għandhom isiru mill-anqas fuq żewġ livelli distinti, jiġifieri fuq bażi ta’ terminu itwal fil-Kunsill Ewropew, fi proċess li għandu jitma l-ħsieb strateġiku li għandu jkun riflett fl-aġġornamenti futuri tal-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà u l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna, kif ukoll permezz ta’ diżamini komprensivi aktar frekwenti tal-minaċċi kurrenti;

46. Jikkunsidra li l-valutazzjonijiet tat-theddid għandhom jiġi kumplimentati b’valutazzjoni tar-riskju, li tanalizza t-theddid fid-dawl ta’ vulnerabilitajiet eżistenti, u biex b’hekk jiġu identifikati l-aktar nuqqasijiet fil-kapaċità kritiċi li għandhom jiġu indirizzati; ifakkar li fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna, sal-2014 l-UE għandha tistabbilixxi politika ta’ mmaniġġjar tar-riskju koerenti li tgħaqqad il-valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju mat-teħid tad-deċiżjonijiet; ifakkar ukoll li sal-aħħar tal-2012, il-Kummissjoni għandha tipprepara, fuq bażi ta’ analiżi tar-riskju nazzjonali, prospett transsettorjali tar-riskji naturali u dawk magħmula mill-bniedem ewlenin li l-UE tista’ taffaċċja fil-futur; iħeġġeġ lill-Istati Membru biex jaqsmu l-valutazzjoni ta’ risku nazzjonali tagħhom u l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tar-riskju biex jippermettu li ssir stima konġunta tas-sitwazzjoni;

47. Jenfasizza li l-valutazzjonijiet dwar perikli multipli konġunti li jirriżultaw għandhom bżonn jużaw il-kapaċitajiet taċ-Ċentru ta’ Analiżi tal-Intelliġenza tal-UE, u jibnu fuq intelliġenza maqsuma u jintegraw inputs mill-korpi kollha tal-UE involuti fil-valutazzjoni tat-theddid u tar-riskju, bħad-dipartimenti tal-Kummissjoni rilevanti (inklużi d-DĠ HOME, id-DĠ ECHO u d-DĠ SANCO) u aġenziji tal-Unjoni (Europol, Frontex, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u oħrajn);

48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, kif ukoll lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.

(1)

10207/12.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2011)0404.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2010)0419.

(4)

Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Novembru 2009, 15505/1/09 REV.

(5)

Minn issa 'l quddiem imsejħa 'l-klawsola ta' difiża reċiproka', għalkemm ma jingħata ebda isem lill-klawsola fit-Trattat. Ara, b'mod partikolari, l-impenn tad-difiża reċiproka fl-Artikolu V tat-Trattat Modifikat ta’ Brussell, li l-firmatarji tiegħu jqisu li hu kopert mill-Artikolu 42(7) tat-Trattat UE (l-Istqarrija tal-President tal-Kunsill Permanenti tal-Unjoni Ewropea tal-Punent tal-31 ta’ Marzu 2010).

(6)

Ara: Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni (COM(2011)0934).


OPINJONI TAL-MINORANZA

dwar ir-rapport dwar il-klawsoli ta’ difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi

Kumitat għall-Affarijiet Barranin Ioan Mircea Paşcu

Rapport tal-Minoranza intavolat mill-Membri tal-GUE/NGL Sabine Lösing, Willy Meyer

Il-klawsola tad-difiża reċiproka (Art. 42(7) TUE) iddawwar l-UE f’alleanza militari; il-klawsola ta’ solidarjetà (Art. 222 TFUE) twitti t-triq għall-interventi militari fit-territorju tal-UE.

L-“obbligu” espliċitu tar-reazzjoni “bil-mezzi kollha” f’każ ta’ aggressjoni armata kontra Stat Membru, tmur oltre l-klawsola ta’ assistenza reċiproka tan-NATO billi anki l-attakki mhux armati se jkunu koperti.

Fl-ambitu tal-klawsola tas-solidarjetà, l-appoġġ militari huwa mitlub f’każ ta’ attakki terroristiċi, diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, li jimplika operazzjonijiet militari fit-territorju tal-UE.

L-attakki ċibernetiċi, il-pandemiji u l-qtugħ fil-provvista tal-enerġija wkoll jistgħu jwasslu għall-attivazzjoni tal-klawsola ta’ solidarjetà.

Tħeġġeġ l-armament, titlob l-armonizzazzjoni u l-kooperazzjoni mtejba man-NATO, konsistenza mal-impenji fl-ambitu NATO, hi favur Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE.

Aħna nirriġettawha billi:

· ma hemm l-ebda definizzjoni ċara ta’ x’jidħol fil-klawsola ta’ solidarjetà; billi s-sommossi soċjali/strajks ukoll jitqiesu "diżastri kkawżati mill-bniedem"

· tippreferi l-miżuri militari għal dawk ċivili kemm barra mill-UE kemm ġo fiha, tiffoka biss fuq id-difiża tal-UE u fuq is-soluzzjonijiet militari

· hi favur aktar militarizzazzjoni u armament

Qed nitolbu li jkun hemm:

- UE ċivili, riżoluzzjoni ċivili tal-kunflitti, l-ebda obbligu ta’ assistenza militari la fl-UE u lanqas barra minnha,

- l-attivitajiet kollha jkunu konformi strettament mal-Karta tan-NU, id-Dritt Internazzjonali,

- separazzjoni stretta tal-UE min-NATO u tal-kapaċitajiet ċivili u militari


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (10.10.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-klawsoli ta’ difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi

(2012/2223(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Andrew Nicholas Duff

(*)       Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Ċitazzjoni

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

– wara li kkunsidra d-deċiżjoni li l-Assemblea tal-Unjoni Ewropea tal-Punent tiġi xolta;

2.   Kunsiderazzjoni 6a (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

– wara li kkunsidra l-Artikoli 4 u 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana,

3.   Premessa Ba (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ba. billi s-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali huma meqjusa bħala prijorità għall-UE; billi hija meħtieġa reazzjoni konġunta u strateġija komuni mill-Istati Membri kollha;

4.   Premessa Ca (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ca. billi l-isfidi kurrenti għas-sigurtà jinkludu numru enormi ta' riskji kumplessi u li jinbidlu, bħat-terroriżmu internazzjonali, il-proliferazzjoni tal-armi ta' qerda tal-massa, stati li qed jiddiżintegraw, kunflitti friżati u bla tmiem, il-kriminalità organizzata, it-theddid fl-internet, l-iskarsezza tas-sorsi tal-enerġija, id-deterjorazzjoni ambjentali u r-riskji assoċjati mas-sigurtà, id-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, il-pandemiji u diversi riskji oħra;

5.   Premessa Cb (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Cb. billi l-UE tirrikonoxxi ordni internazzjonali bbażat fuq il-multilateraliżmu effettiv fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni internazzjonali, u li dan jesprimi l-konvinzjoni tal-Ewropej li l-ebda nazzjoni ma tista’ tiffaċċja t-theddidiet ġodda waħedha;

6.   Il-paragrafu 1.

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

1. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tad-dispożizzjonijiet kollha rilevantirilevanti tat-Trattat, u b’mod partikolari l-klawsola tad-difiża reċiproka u l-klawsola tas-solidarjetà, sabiex l-Ewropej jiġu pprovduti b’politika ta’ assigurazzjoni b’saħħitha kontra riskji ta’ sigurtà serji, ibbażata fuq effiċjenza aħjar fl-infiq u kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet u l-ispejjeż;

1. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tad-dispożizzjonijiet kollha rilevantirilevanti tat-Trattat, u b’mod partikolari l-klawsola tad-difiża reċiproka u l-klawsola tas-solidarjetà, sabiex jiżguraw is-sigurtà indiviżibbli tal-Istati Membri kollha u biex jiggarantixxu li ċ-ċittadini Ewropej kollha għandu jkollhom l-istess garanziji ta' sigurtà u livell indaqs ta' protezzjoni kontra theddid kemm tradizzjonali u kemm mhux konvenzjonali, waqt li titqies il-ħtieġa għal aktar kost-effiċjenza u kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet u l-ispejjeż;

7.   Paragrafu 2b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

2b. Filwaqt li jafferma mill-ġdid li l-protezzjoni tal-integrità territorjali u ċ-ċittadini tagħha tibqa' fil-qalba tal-politika ta' difiża, iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkopja l-approċċ tan-NATO, li jipprovdi għaċ-ċirkostanzi inevitabbli meta l-prevenzjoni tat-theddid estern tkun meħtieġa sabiex jiġu promossi l-interessi tas-sigurtà tal-alleati u l-proġezzjoni tal-forza hija meħtieġa;

8.   Paragrafu 4

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

4. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-firxa wiesgħa ta strumenti li jinsabu disponibbli għall-Unjoni u l-Istati Membri sabiex jaffaċċjaw ċirkostanzi eċċezzjonali bi spirtu ta’ solidarjetà, bħall-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili, il-Fond ta’ Solidarjetà, u l-possibilità li jingħata appoġġ ekonomiku u finanzjarju f’każijiet ta’ diffikultajiet severi, kif stipulat fl-Artikolu 122 tat-TFUE; ifakkar ukoll dwar l-impenn biex tiġi żviluppata solidarjetà politika reċiproka fil-politika barranija u ta’ sigurtà skont l-Artikolu 24 tat-TUE; jisħaq li l-għan tal-klawsoli tad-difiża reċiproka u s-solidarjetà mhuwiex li jibdlu dawn l-istrumenti, iżda li jikkumplimentawhom f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ theddid jew ħsara straordinarji, u b’mod partikolari meta r-rispons ikun jeħtieġ koordinazzjoni politika ta’ livell għoli u l-involviment tal-militar;

4. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li l-UE tiżviluppa iktar approċċ komprensiv biex tindirizza t-theddid u l-isfidi globali filwaqt li tieħu mill-firxa wiesgħa ta' strumenti għad-dispożizzjoni tagħha u tal-Istati Membri, inklużi mezzi militari bħala l-aħħar għażla; ifakkar ukoll dwar l-impenn biex tiġi żviluppata solidarjetà politika reċiproka fil-politika barranija u ta’ sigurtà skont l-Artikolu 24 tat-TUE; jisħaq li l-għan tal-klawsoli tad-difiża reċiproka u s-solidarjetà mhuwiex li jibdlu dawn l-istrumenti, iżda li jikkumplimentawhom f’każ ta’ sitwazzjonijiet ta’ theddid jew ħsara straordinarji, u b’mod partikolari meta r-rispons ikun jeħtieġ koordinazzjoni politika ta’ livell għoli u l-involviment tal-militar;

9.   Paragrafu 6

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

6. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu ċar tagħhom ta’ għajnuna u assistenza b’kull mezz fil-poter tagħhom jekk Stat Membru jisfa vittma ta’ aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu; jisħaq fuq il-fatt li, filwaqt li aggressjoni fuq skala kbira kontra Stat Membru tidher li hija improbabbli fil-futur qarib, kemm id-difiża territorjali tradizzjonali kif ukoll id-difiża kontra theddid ġdid għandhom jibqgħu prijoritajiet minn ta’ fuq nett fl-aġenda; ifakkar ukoll li t-Trattat jistipula li, għall-pajjiżi tal-UE li huma membri tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, in-NATO tibqa' l-bażi tad-difiża kollettiva tagħhom u l-forum għall-implimentazzjoni tagħha, u li l-impenn u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża reċiproka għandhom ikunu konsistenti mal-impenji taħt in-NATO;

6. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu ċar tagħhom skont l-Artikolu 42(7) tat-Trattat UE ta’ għajnuna u assistenza b’kull mezz fil-poter tagħhom jekk Stat Membru jisfa vittma ta’ aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu; ifakkar ukoll li l-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri tal-UE huma membri tan-NATO u li, b'hekk, il-politika ta' sigurtà u difiża komuni tal-Unjoni trid tkun kompatibbli u konsistenti mal-impenji taħt in-NATO filwaqt li tirrispetta l-awtonomija tal-UE; jinnota tajjeb in-natura speċifika tal-politiki ta' sigurtà u difiża ta' dawk l-istati tal-UE li mhumiex membri tan-NATO, imma madankollu josserva li l-klawsola ta' assistenza reċiproka tal-UE qatt m'għandha tiġi attivata mingħajr ma tiġi kkonsultata n-NATO u mingħajr it-tentattiv li tinvolvi ruħha;

10. Paragrafu 7

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

7. Fl-istess waqt jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ugwalment importanti li jsiru preparamenti għal sitwazzjonijiet li jinvolvu Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO jew territorji ta’ Stati Membri tal-UE barra miż-żona tal-Atlantiku tat-Tramuntana, u għalhekk mhux koperti mit-Trattat ta’ Washington, jew sitwazzjonijiet fejn ma jintlaħaqx ftehim dwar azzjoni kollettiva fi ħdan in-NATO;

7. Fl-istess waqt jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa importantza ugwali li jkun hemm preparamenti għal sitwazzjonijiet li jinvolvu Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tan-NATO jew territorji ta’ Stati Membri tal-UE barra miż-żona tal-Atlantiku tat-Tramuntana, u għalhekk mhux koperti mit-Trattat ta’ Washington, jew sitwazzjonijiet fejn ma jintlaħqux ftehim jew azzjoni kollettiva fi ħdan in-NATO kif ukoll fir-rigwar tal-kapaċitajiet tagħha kif previsti fil-Ftehim Berlin Plus;

11. Paragrafu 9

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

9. Jenfasizza l-importanza tad-deterrenza, u għalhekk il-ħtieġa li pajjiżi Ewropej ikollhom kapaċitajiet militari kredibbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom fl-iżvilupp tal-kapaċità militari kollaborattiva, l-aktar permezz tal-inizjattivi kumplimentari ‘Akkomunament u Kondiviżjoni’ u ‘Difiża Intelliġenti’ tal-UE u n-NATO, li jirrappreżentaw metodu ta’ importanza kritika ta’ avvanz ’il quddiem fi żminijiet ta’ baġits għad-difiża ristretti;

9. Jenfasizza l-importanza tad-deterrenza, u għalhekk il-ħtieġa li pajjiżi Ewropej ikollhom kapaċitajiet militari kredibbli; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom fl-iżvilupp tal-kapaċità militari kollaborattiva, l-aktar permezz tal-inizjattivi kumplimentari ‘Akkomunament u Kondiviżjoni’ u ‘Difiża Intelliġenti’ tal-UE u n-NATO, li jirrappreżentaw metodu ta’ importanza kritika ta’ avvanz ’il quddiem fi żminijiet ta’ baġits għad-difiża ristretti; f'dan il-kuntest, itenni t-talba tiegħu biex il-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tiġi rispettata u sfruttata b'mod aktar sħiħ mill-ministeri għad-difiża nazzjonali; jinkoraġġixxi, barra minn hekk, lill-Istati Membri u lis-SEAE biex ikomplu d-dibattitu fid-dawl tal-istabbiliment ta' Kooperazzjoni Strutturata Permanenti prevista fit-Trattat ta' Lisbona;

12. Paragrafu 9a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9a. Iqis li, sabiex jikkonsolidaw il-kooperazzjoni tagħhom, kemm in-NATO kif ukoll l-Unjoni Ewropea għandhom jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet bażiċi tagħhom, it-titjib tal-interoperabbiltà u l-koordinazzjoni tad-dottrini tagħhom, metodi ta’ ppjanar, teknoloġiji, tagħmir u taħriġ;

13. Paragrafu 10

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

10. Itenni l-istedina tiegħu għal armonizzazzjoni sistematika ta’ rekwiżiti militari u proċess ta’ ppjanar u akkwist tad-difiża tal-UE armonizzat, li jitqabblu mal-livell ta’ ambizzjoni tal-UE u koordinatu mal-Proċess ta’ Ppjanar tad-Difiża tan-NATO; filwaqt li jikkunsidra l-livell akbar ta’ garanziji ta’ sigurtà provduti mill-klawsola ta’ difiża reċiproka, iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw kooperazzjoni multinazzjonali rigward l-iżvilupp tal-kapaċità u, fejn xieraq, l-ispeċjalizzazzjoni bħala prinċipji ewlenin fl-ippjanar tad-difiża tagħhom;

10. Itenni l-istedina tiegħu għal armonizzazzjoni sistematika ta’ rekwiżiti militari u proċess ta’ ppjanar u akkwist tad-difiża tal-UE armonizzat, li jitqabblu mal-livell ta’ ambizzjoni tal-UE u koordinatu mal-Proċess ta’ Ppjanar tad-Difiża tan-NATO; filwaqt li jikkunsidra l-livell akbar ta’ garanziji ta’ sigurtà provduti mill-klawsola ta’ difiża reċiproka, iħeġġeġ llill-Istati Membri biex jikkunsidraw kooperazzjoni multinazzjonali rigward l-iżvilupp tal-kapaċità u, fejn xieraq, l-ispeċjalizzazzjoni ġeografika u tar-rwol bħala prinċipji ewlenin fl-ippjanar tad-difiża tagħhom;

14. Paragrafu 15

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

15. Jisħaq fuq il-ħtieġa għall-prevenzjoni ta' perikli morali, minħabba li xi Stati Membri jista' jkollhom it-tentazzjoni li jiddependu wisq fuq is-solidarjetà tal-oħrajn filwaqt li ma jinvestux biżżejjed fis-sigurtà u l-kapaċitajiet tagħhom ta’ rispons għad-diżastri; jenfasizza r-responsabilità ewlenija tal-Istati Membri għall-protezzjoni u s-sigurtà ċivili fit-territorju tagħhom;

15. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jinvestu fil-kapaċitajiet proprji tagħhom fir-rigward tas-sigurtà u r-reazzjoni għad-diżastri u ma jiddependux wisq fuq is-solidarjetà ta' ħaddieħor. jenfasizza r-responsabilità ewlenija tal-Istati Membri għall-protezzjoni u s-sigurtà ċivili fit-territorju tagħhom;

15. Paragrafu 16

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

16. Huwa tal-fehma li l-klawsola ta' solidarjetà għandha tintuża f’sitwazzjonijiet li jegħlbu l-kapaċitajiet tal-Istat Membru affettwat jew li jeħtieġu rispons multisettorjali li jinvolvi numru ta’ protagonisti; jisħaq fuq il-fatt li s-solidarjetà tfisser ukoll l-obbligu li jkun hemm investiment f’kapaċitajiet nazzjonali xierqa;

16. Huwa tal-fehma li l-klawsola ta' solidarjetà għandha tintuża f’sitwazzjonijiet li jegħlbu l-kapaċitajiet tal-Istat Membru affettwat jew li jeħtieġu rispons multisettorjali li jinvolvi numru ta’ protagonisti; jisħaq li s-solidarjetà tfisser ukoll l-obbligu li jkun hemm investiment f’kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej xierqa;

16. Paragrafu 32

[il-Paragrafu 32 għandu jiddaħħal wara l-Paragrafu 27]

17. Paragrafu 33

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

33. Jistieden lill-Istati Membru biex jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki rigward modi biex jissimplifikaw il-proċeduri tagħhom ta’ koordinazzjoni tal-kriżijiet nazzjonali u l-interazzjoni taċ-ċentri tagħhom ta' koordinazzjoni tal-kriżijiet nazzjonali mal-UE;

33. Jistieden lill-Istati Membru biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex jipprovdu u jirċievu assistenza, kif ukoll biex jagħmlu skambju tal-aqwa prattiki rigward modi biex jissemplifikaw il-proċeduri nazzjonali tagħhom ta’ koordinazzjoni tal-kriżijiet u l-interazzjoni taċ-ċentri nazzjonali tagħhom ta' koordinazzjoni tal-kriżijiet mal-UE; hu tal-fehma li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll l-ippjanar u t-twettiq ta' eżerċizzji xierqa ta' rispons għall-kriżijiet fl-UE kollha, eżerċizzji li jkunu jinvolvu l-istrutturi nazzjonali ta' rispons għall-kriżijiet u l-istrutturi xierqa tal-UE;

18. Paragrafu 33a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

33a. Iqis li hu essenzjali li jiġu stabbiliti r-rabtiet proċedurali u organizzattivi meħtieġa bejn is-servizzi rilevanti tal-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament kif suppost tal-klawsola ta' solidarjetà b'segwitu għall-attivazzjoni tagħha;

19. Paragrafu 35

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

35. Ifakkar li l-klawsola ta’ solidarjetà teħtieġ li l-Kunsill Ewropew jivvaluta b’mod regolari t-theddid li taffaċċja l-Unjoni; huwa tal-opinjoni li valutazzjonijiet bħal dawn jeħtieġ li jsiru minn tal-anqas fuq żewġ livelli distinti: fuq bażi aktar fit-tul fil-Kunsill Ewropew, fi proċess li għandu wkoll jalimenta l-ħsib strateġiku li għandu jiġi rifless f’aġġornamenti futuri tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Ewropea u l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna, kif ukoll permezz ta’ ħars ġenerali komprensiv aktar frekwenti tat-theddid attwali;

35. Ifakkar li l-klawsola ta’ solidarjetà teħtieġ li l-Kunsill Ewropew jivvaluta b’mod regolari t-theddid li taffaċċja l-Unjoni u jikkoordina dan l-eżerċizzju mas-sħab tan-NATO; huwa tal-opinjoni li valutazzjonijiet bħal dawn jeħtieġ li jsiru minn tal-anqas fuq żewġ livelli distinti: fuq bażi aktar fit-tul fil-Kunsill Ewropew, fi proċess li għandu wkoll jalimenta l-ħsib strateġiku li għandu jiġi rifless f’aġġornamenti futuri tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Ewropea u l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna, kif ukoll permezz ta’ ħars ġenerali komprensiv aktar frekwenti tat-theddid attwali;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

9.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfredo Antoniozzi, Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, David Martin, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Andrea Češková, Marietta Giannakou, Anneli Jäätteenmäki, Vital Moreira, Helmut Scholz, György Schöpflin


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (15.10.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-klawsoli ta' difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi

(2012/2223(INI))

Relatur: Simon Busuttil

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  Billi l-iżvilupp u l-fortifikazzjoni progressivi ta' politika komuni tad-difiża mmirata lejn it-tisħiħ tal-awtonomija strateġika tal-UE huma għan primarju tal-Unjoni;

B.  Billi l-Artikolu 222 tat-TFUE ('Klawsola ta' Solidarjetà') iddaħħal għall-ewwel darba obbligu ġuridiku fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jassistu wieħed lill-ieħor f'każ ta' attakk terroristiku jew ta' diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem;

C. Billi, filwaqt li l-Istati Membri jżommu r-responsabilità primarja għall-ġestjoni tal-kriżijiet fit-territorju tagħhom, id-diżastri għandhom natura li kulma jmur timmanifesta ruħha bejn il-fruntieri u tista' tkun akbar mill-kapaċità ta' reazzjoni ta' Stat Membru individwali u għalhekk l-azzjoni tal-UE tkun strumentali biex takkomuna l-isforzi u r-riżorsi u tikkoordina r-reazzjoni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ħalli malajr jippreżentaw proposta leġiżlattiva għall-implementazzjoni tal-Klawsola ta' Solidarjetà bil-għan li jtejbu l-organizzazzjoni u l-effikaċja tal-Unjoni fil-ġestjoni tal-kriżijiet, f'termini kemm ta' prevenzjoni kif ukoll ta' reazzjoni;

2.  Jindika l-ħtieġa ta' monitoraġġ tar-relazzjonijiet u t-titjib tal-koordinament bejn l-Istati Membri u bejn l-istrumenti eżistenti kif ukoll tal-identifikazzjoni tal-avariji u tat-tennijiet;

3.  Jindika li diġà jeżistu bosta strumenti utli fil-livell ta' UE u li dawn l-istrumenti jinkludu l-Arranġamenti tal-UE għall-Koordinament waqt Emerġenza u Kriżi, il-Protezzjoni Ċivili Ewropea, ir-Reazzjoni għall-Kriżijiet u l-Koordinament Operattiv tas-SEAE, iċ-Ċentru tal-UE ta' Analiżi tal-Intelligence, il-Kapaċità tal-Kummissjoni ta' Analiżi Strateġika u ta' Reazzjoni, in-Netwerk tal-Europol għall-Ewwel Reazzjoni, il-Pjan ta' Azzjoni CBRN, in-Netwerk Atlas, is-sistema ARGUS u l-aġenziji bħalma hija l-Frontex; jinnota li l-Klawsola ta' Solidarjetà għandha tevita li toħloq strumenti ġodda u tagħżel il-koordinament, l-adattament u t-tisħiħ ta' dawn l-istrumenti għall-finijiet tal-prevenzjoni u r-reazzjoni għad-diżastri u l-attakki skont il-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti d-dettalji kollha tas-sitwazzjonijiet li jistgħu jiskattaw il-Klawsola ta' Solidarjetà u l-proċedura demokratika għall-applikazzjoni tagħha, li għandhom jiżguraw ukoll ir-responsabilità politika għad-deċiżjonijiet meħudin, u tinkludi l-involviment adegwat tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiddelinja sistema ġusta li abbażi tagħha l-Istati Membri għandhom jakkomunaw it-tagħmir jew ir-riżorsi neċessarji fl-ispirtu ta' solidarjetà jekk kemm-il darba tqum il-ħtieġa;

5.  Jistieden lill-Istati Membri jkabbru l-kapaċitajiet tagħhom li jirrispondu għall-obbligi ta' "azzjoni konġunta" u ta' "assistenza" skont il-Klawsola ta' Solidarjetà;

6   Jissottolinja li l-Klawsola ta' Solidarjetà għandha tiskatta skont l-istess strutturi u proċeduri kkontemplati għall-klawsola ta' difiża reċiproka u jinnota li l-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjoni fi żmien ħamest ijiem;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b'mod ċar id-diżastri u l-attakki li jippermettu lill-Klawsola ta' Solidarjetà tkopri b'mod effikaċi firxa wiesgħa ta' sitwazzjonijiet li fihom is-solidarjetà tkun mitluba filwaqt li jkun evitat kull użu sproporzjonat li jkun jikser id-drittijiet fundamentali; jinnota li l-Klawsola ta' Solidarjetà għandha tkopri wkoll l-inċidenti serji li jseħħu barra mill-Unjoni b'impatt dirett u sostanzjali fuq Stat Membru;

8.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Artikolu 222 tat-TFUE jagħmel riferiment speċifiku għall-prevenzjoni tal-theddid terroristiku u l-protezzjoni tas-soċjetà minnhom u għalhekk ifakkar fl-importanza tal-istrateġija tal-kontroterroriżmu tal-UE;

9.  Jemmen li l-obbligu skont l-Artikolu 222 tat-TFUE li jinkombi fuq il-Kunsill Ewropew li jwettaq valutazzjoni regolari tat-theddid għall-UE huwa komponent siewi tal-isforzi tal-UE għall-koordinament tal-politiki ta' prevenzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti dwar kif l-aħjar jkun implimentat dan l-obbligu;

10. Jemmen li l-Parlament u l-Kunsill, bħala l-leġiżlaturi u l-awtoritajiet baġitarji tal-UE, għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni kif tkun qed tiżvolġi fil-lok fejn ikun seħħ diżastru jew attakk li jġiegħel lill-Klawsola ta' Solidarjetà tiskatta, kif ukoll dwar l-oriġini u l-konsegwenzi possibbli tal-istess diżastru jew attakk ħalli tkun tista' ssir valutazzjoni bir-reqqa u imparzjali msejsa fuq informazzjoni aġġornata u konkreta għal skopijiet ta' riferiment fil-futur.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

11.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Simon Busuttil, Carlos Coelho, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Sophia in 't Veld, Lívia Járóka, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu, Nuno Melo, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Nils Torvalds, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanimir Ilchev, Jan Mulder, Siiri Oviir, Marco Scurria

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Kay Swinburne, Salvatore Tatarella


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

25.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

8

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pino Arlacchi, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Tarja Cronberg, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Mario Mauro, Willy Meyer, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Ria Oomen-Ruijten, Justas Vincas Paleckis, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, Libor Rouček, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Werner Schulz, Laurence J.A.J. Stassen, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Kristian Vigenin, Sir Graham Watson, Boris Zala, Karim Zéribi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Charalampos Angourakis, Jean-Jacob Bicep, Véronique De Keyser, Andrew Duff, Diogo Feio, Hélène Flautre, Antonio López-Istúriz White, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Luis Yáñez-Barnuevo García

Avviż legali - Politika tal-privatezza