RAPPORT dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa

12.11.2012 - (COM(2012)0090 – C7‑0061/2012 – 2012/0040(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Horst Schnellhardt


Proċedura : 2012/0040(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0366/2012
Testi mressqa :
A7-0366/2012
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar zur Änderung der Richtlinie 92/65/EWG des Rates hinsichtlich der tierseuchenrechtlichen Bedingungen für den Handel innerhalb der Union mit Hunden, Katzen und Frettchen und deren Einfuhr in die Union

(COM(2012)0090 – C7‑0061/2012 – 2012/0040(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0090),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0061/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7‑0000/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

  • [1]               ĠU C 229, 31.7.2012, p.119.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur jista’ jiddistingi tliet kategoriji ta’ emendi li ġew proposti, li huma fil-maġġor parti ta’ natura teknika.

L-ewwel nett, ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 998/2003 li għandu jitħassar, għandhom jiġu sostitwiti bir-referenzi għar-Regolament il-ġdid, li qed jiġi eżaminat b’mod parallel mal-proposta attwali.

It-tieni nett, qed jiġi propost, fir-rigward tat-test attwali, li fl-Artikolu 10 tiddaħħal referenza għar-Regolament (KE) Nru 1/2005 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li jemenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru.1255/97 [1], li japplika wkoll għall-klieb, il-qtates u l-inmsa.

It-tielet emenda proposta, li hija l-unika li hija rilevanti mill-aspett tal-kontenut, tirrigwarda l-perjodu li fih l-annimali għandhom jiġu suġġetti għal eżami kliniku qabel it-trasport tagħhom, li jsir minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti biex jikkonferma li l-annimali huma f’kundizzjoni tajba għall-vjaġġ intenzjonat. Qiegħed jiġi propost li l-perjodu ta’ żmien attwali ta’ 24 siegħa jiġi adattat għar-rakkomandazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, li tipprevedi 48 siegħa.

Għal raġunijiet prattiċi u wkoll minn feedback li rċieva mis-settur, ir-rapporteur jiddikjara li huwa jaqbel mal-emendi proposti.

  • [1]  ĠU L 3, 5.1.2005, p.1.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa

Referenzi

COM(2012)0090 – C7-0061/2012 – 2012/0040(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.3.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

Kumitat ENVI

13.3.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

13.3.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AGRI

23.4.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Horst Schnellhardt

29.3.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.9.2012

10.10.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

6.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Tadeusz Cymański, Chris Davies, Anne Delvaux, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Julie Girling, Riikka Manner, Justas Vincas Paleckis, Pavel Poc, Britta Reimers, Andrea Zanoni

Data tat-tressiq

12.11.2012