RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi
13.11.2012 - (COM(2012)0089 – C7‑0060/2012 – 2012/0039(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Horst Schnellhardt
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi
(COM(2012)0089 – C7‑0060/2012 – 2012/0039(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0089),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) u 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0060/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012[1],
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0371/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE, fost l-oħrajn tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ u l-importazzjonijiet tal-klieb, il-qtates u l-inmsa, li huma annimali ta' speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija. Billi dawk l-ispeċijiet jinżammu wkoll bħala annimali domestiċi u ta’ spiss jiġu mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali flimkien ma’ sidhom ġewwa l-Unjoni jew għal ġol-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' dawk l-ispeċijiet fl-Istati Membri. Dawk l-ispeċijiet huma elenkati fil-Parti A tal-Anness I tiegħu. |
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE, fost l-oħrajn tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ u l-importazzjonijiet tal-klieb, il-qtates u l-inmsa, li huma annimali ta' speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija. Billi dawk l-ispeċijiet jinżammu wkoll bħala annimali domestiċi li spiss jakkumpanjaw lis-sid tagħhom jew lil persuna awtorizzata għal skopijiet mhux kummerċjali flimkien ma’ sidhom ġewwa l-Unjoni jew għal ġol-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali ta' dawk l-ispeċijiet fl-Istati Membri. Dawk l-ispeċijiet huma elenkati fil-Parti A tal-Anness I tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tipprova ttejjeb il-kwalità tat-test biex jinftiehem aħjar mill-utent. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8) Il-lista għandha tinkludi wkoll l-ispeċijiet kollha tal-għasafar, ħlief it-tjur tal-irziezet li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 92/65/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi, u r-rodituri u l-fniek domestiċi. |
(8) Il-lista għandha tinkludi wkoll l-ispeċijiet kollha tal-għasafar, ħlief it-tjur tal-irziezet li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tad-Direttiva 92/65/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi, u r-rodituri u l-fniek, ħlief dawk maħsuba għall-produzzjoni tal-ikel u definiti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali1. |
|
|
_________________ |
|
|
1 ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12) Sabiex issir distinzjoni ċara bejn ir-regoli li japplikaw għall-movimenti għal skopijiet mhux kummerċjali u għall-kummerċ u l-importazzjoni fl-Unjoni minn pajjiżi terzi ta’ klieb, qtates u inmsa koperti mir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali tad-Direttiva 92/65/KEE, dan ir-Regolament għandu mhux biss jiddefinixxi annimal domestiku iżda wkoll il-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali bħala movimenti li, direttament jew indirettament, ma jinvolvux jew ma jimmirawx lejn rebħ finanzjarju jew it-trasferiment tas-sjieda. |
(12) Sabiex issir distinzjoni ċara bejn ir-regoli li japplikaw għall-movimenti għal skopijiet mhux kummerċjali u għall-kummerċ u l-importazzjoni fl-Unjoni minn pajjiżi terzi ta’ klieb, qtates u inmsa koperti mir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali tad-Direttiva 92/65/KEE, dan ir-Regolament għandu mhux biss jiddefinixxi annimal domestiku iżda wkoll il-movimenti mhux kummerċjali ta’ tali annimal bħala moviment li fih tali annimal domestiku jakkumpanja lis-sid tiegħu jew lil persuna awtorizzata. L-esperjenza wriet li mhux dejjem hu possibbli li l-annimal domestiku jkun qrib is-sid jew il-persuna awtorizzata f'kull mument matul tali moviment. F'każijiet ġustifikati u dokumentati kif xieraq il-moviment għandu jitqies bħala li hu fil-kumpanija tas-sid jew il-persuna awtorizzata, jekk il-moviment tal-annimal domestiku ma jiġix interrott, fiż-żmien jew fl-ispazju, għal perjodu ta' iktar minn ħamest ijiem. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 12a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(12a) L-esperjenza bl-applikazzjoni tar-regoli eżistenti turi li l-kummerċ tal-annimali elenkati fil-Parti A tal-Anness I tista' tinħeba b'mod qarrieq. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvilupp ta' tali prattiki, dan ir-Regolament għandu jiffissa numru massimu għall-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li jistgħu jakkumpanjaw lis-sid tagħhom jew lil persuna awtorizzata. Għandu jkun possibbli li dan in-numru massimu jinqabeż biss b'ċerti kundizzjonijiet speċifikati. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13) It-titjib fis-sitwazzjoni tal-idrofobija fl-Unjoni wasslet biex l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit jabbandunaw is-sistema mandatorja ta’ sitt xhur kwarantina li kienu ilhom japplikaw għal għexieren ta’ snin għal ċerti annimali domestiċi li jidħlu fit-territorji tagħhom, u daħlu sistema alternattiva, inqas restrittiva, li tipprovdi livell ekwivalenti ta’ sikurezza stipulat fir-Regolament (KE) Nru 998/2003. Dawk l-Istati Membri huma elenkati fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u kellhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2011, flimkien ma’ tilqima valida kontra l-idrofobija, kontroll qabel id-dħul tal-effettività tat-tilqima kontra l-idrofobija lill-klieb u qtates domestiċi li ġejjin minn Stati Membri oħra u ċerti pajjiżi u territorji terzi skont ir-regoli nazzjonali. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-parti m'għadhiex relevanti biex jiġi spjegat ir-Regolament abbozzat mill-ġdid. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) It-Taqsima 1 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tistipula lista tal-bqija tal-Istati Membri, inklużi pajjiżi u territorji li, għall-iskop ta’ dak ir-Regolament, jitqiesu parti minn dawk l-Istati Membri minħabba li japplikaw kundizzjonijiet nazzjonali fuq il-movimenti tal-annimali tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I tiegħu, jew jitqiesu komparabbli għall-Istati Membri, meta dawk l-annimali jiġu mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali bejn l-Istati Membri u dawk il-pajjiżi u t-territorji. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-parti m'għadhiex relevanti biex jiġi spjegat ir-Regolament abbozzat mill-ġdid. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16) Fid-dawl tat-tmiem tas-sistema tranżizzjonali prevista fir-Regolament (KE) Nru 998/2003 u fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-lista ta’ Stati Membri, inkluż l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit, it-territorji li huma parti mill-Istati Membri u Ġibiltà, għandhom jiġu stipulati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, u dan ir-Regolament għandu jiċċara l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor u minn pajjiżi u territorji terzi. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni tas-soltu ta' Stat Membru li ntużat fit-Trattati tal-UE għandha tapplika f'dan ir-Regolament, għalhekk l-Anness II m'għadux neċessarju. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi wkoll li, għal perjodu tranżizzjonali, l-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I tiegħu, għandhom jitqiesu li ġew identifikati meta jkollhom tattwaġġ li jista' jinqara faċilment jew sistema ta' identifikazzjoni elettronika ('transponder'). Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiċċara r-regoli għall-immarkar tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I, inkluż il-kwalifiki meħtieġa għal dawk li jwettqu l-immarkar, wara l-iskadenza tal-perjodu tranżizzjonali fit-3 ta’ Lulju 2011. |
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi wkoll li, għal perjodu tranżizzjonali, l-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I tiegħu, għandhom jitqiesu li ġew identifikati meta jkollhom tattwaġġ li jista' jinqara faċilment jew sistema ta' identifikazzjoni elettronika ('transponder'). Dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi r-regoli għall-immarkar tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I wara l-iskadenza tal-perjodu tranżizzjonali fit-3 ta’ Lulju 2011. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 17a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(17a) Sabiex titħares is-saħħa tal-annimali u tal-bnedmin u titjieb it-traċċabbiltà, dan ir-Regolament għandu jeħtieġ li ladarba l-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I ikunu mmarkati, dawn għandhom ikunu rreġistrati f’bażi ta’ data awtorizzata, li tkun aċċessibbli fl-Istati Membri kollha minn punt ċentrali ta’ aċċess. |
Ġustifikazzjoni | |
L-identifikazzjoni mingħajr reġistrazzjoni ċentrali hija ta’ ftit valur. Huwa importanti li meta l-annimali jiġu mċaqilqa bejn l-Istati Membri, id-dettalji ta’ identifikazzjoni tagħhom ikunu konnessi permezz tar-reġistrazzjoni f'bażi ta' data approvata, kif diġà teżisti f'ħafna pajjiżi Ewropej. L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni obbligatorji huma essenzjali sabiex jiġi kkontrollat ir-riskju tat-tifrix ta’ mard u jiġu evitati r-riskji assoċjati mal-kummerċ illegali b’mod effikaċi. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 17b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(17b) L-impjantazzjoni ta' traansponder hija proċedura invażiva u huma meħtieġa ċerti kwalifiki biex din titwettaq. L-implimentazzjoni għandha għalhekk issir biss minn persuna kwalifikata kif xieraq approvata mil-awtoritajiet kompetenti. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20) Il-vaċċini tal-idrofobija amministrati lill-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I qabel l-età ta’ tliet xhur jistgħu ma jikkawżawx l-immunità protettiva minħabba l-kompetizzjoni mal-antikorpi materni. Konsegwentement, il-manifatturi tal-vaċċini jirrikmandaw li l-annimali ma jiġux imlaqqma qabel ma jagħlqu t-tliet xhur. Għalhekk, sabiex jiġi awtorizzat il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali ta' taħt it-tliet xhur tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I mhux imlaqqma kontra l-idrofobija, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi ċerti miżuri prekawzjonarji li għandhom jittieħdu u għandu jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jawtorizzaw dan il-moviment għal ġot-territorju tagħhom meta l-annimali ta' taħt it-tliet xhur ikunu konformi ma’ dawn il-miżuri. |
(20) Il-vaċċini tal-idrofobija amministrati lill-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I qabel l-età ta’ tliet xhur jistgħu ma jikkawżawx l-immunità protettiva minħabba l-kompetizzjoni mal-antikorpi materni. Konsegwentement, il-manifatturi tal-vaċċini jirrikmandaw li l-annimali ma jiġux imlaqqma qabel ma jagħlqu t-tliet xhur. Għalhekk, sabiex jiġi awtorizzat il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali ta' taħt it-tliet xhur tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I mhux imlaqqma kontra l-idrofobija, jew imlaqqma imma li għadhom m'humiex immunizzati kontriha, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi ċerti miżuri prekawzjonarji li għandhom jittieħdu u għandu jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jawtorizzaw dan il-moviment għal ġot-territorju tagħhom meta l-annimali ta' taħt it-tliet xhur ikunu konformi ma’ dawn il-miżuri. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21) Sabiex jiġu ssimplifikati l-kundizzjonijiet għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I bejn l-Istati Membri ta’ status favorevoli ekwivalenti fir-rigward tal-idrofobija, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll għall-possibbiltà li jiġu adottati kundizzjonijiet ta’ deroga mir-rekwiżit tat-tilqim kontra l-idrofobija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni xjentifika vvalidata u għandhom jiġu applikati b’mod proporzjonat mar-riskju lis-saħħa pubblika jew tal-annimali marbut mal-moviment mhux kummerċjali ta’ dawk l-annimali li aktarx ikunu milquta mill-idrofobija. Dawn għandhom jinkludu regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom, u proċeduri li bihom l-Istati Membri li jirrikjedu l-applikazzjoni tad-deroga għandhom jissostanzjaw ir-raġunijiet għat-tali deroga fuq bażi kontinwa. Għandu jiġi pprovdut ukoll li lista tal-Istati Membri kkategorizzati skont ir-regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom, għandha tiġi stipulata f’att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat skont dan ir-Regolament. |
(21) Sabiex jiġu ssimplifikati l-kundizzjonijiet għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I bejn l-Istati Membri ta’ status favorevoli ekwivalenti fir-rigward tal-idrofobija u li joħolqu riskju negliġibbli baxx li jdaħħlu l-idrofobija, dan ir-Regolament għandu jipprovdi wkoll għall-possibbiltà li jiġu adottati kundizzjonijiet ta’ deroga mir-rekwiżit tat-tilqim kontra l-idrofobija. Dawn il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni xjentifika vvalidata u għandhom jiġu applikati b’mod proporzjonat mar-riskju lis-saħħa pubblika jew tal-annimali marbut mal-moviment mhux kummerċjali ta’ dawk l-annimali li aktarx ikunu milquta mill-idrofobija. Dawn għandhom jinkludu regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom, u proċeduri li bihom l-Istati Membri li jirrikjedu l-applikazzjoni tad-deroga għandhom jissostanzjaw ir-raġunijiet għat-tali deroga fuq bażi kontinwa. Għandu jiġi pprovdut ukoll li lista tal-Istati Membri kkategorizzati skont ir-regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom, għandha tiġi stipulata f’att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat skont dan ir-Regolament. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22) Il-pajjiżi u t-territorji elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 japplikaw regoli ekwivalenti għal dawk applikati mill-Istati Membri filwaqt li l-pajjiżi u t-territorji terzi elenkati fil-Parti C tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament. Għandu għalhekk jiġi pprovdut li dawk il-listi, mingħajr ma jsirulhom emendi sostanzjali, għandhom jiġu stipulati f’att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat fi żmien sena mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi li l-lista ta’ pajjiżi u t-territorji stipulata fit-Taqsima 2 tal-Parti B u fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandha tkompli tapplika għall-iskop ta’ dan ir-Regolament sakemm jidħol fis-seħħ dak l-att ta’ implimentazzjoni. |
(22) Il-pajjiżi u t-territorji elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 japplikaw regoli ekwivalenti għal dawk applikati mill-Istati Membri filwaqt li l-pajjiżi u t-territorji terzi elenkati fil-Parti C tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament. Għandu għalhekk jiġi pprovdut li dawk il-listi, mingħajr ma jsirulhom emendi sostanzjali, għandhom jiġu stipulati f’att delegat li għandu jiġi adottat fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda għall-Artikolu 13(1). | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 22a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(22a) Lista li jkun fiha dawk it-territorji ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi li japplikaw regoli ekwivalenti għal dawk applikati mill-Istati Membri fir-rigward tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I għandha titħejja pemezz ta' att delegat bi qbil mad-dispożizzjonijeit ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda għall-Artikolu 14a (ġdid). | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25) Id-dokumenti ta’ identifikazzjoni li jakkumpanjaw lill-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li jiġu mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali għal ġol-Istati Membri huma meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tad-dokumenti tal-identifikazzjoni u r-rekwiżiti għall-kontenut, il-validità u l-format tagħhom. |
(25) Id-dokumenti ta’ identifikazzjoni li jakkumpanjaw lill-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li jiġu mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali għal ġol-Istati Membri huma meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tad-dokumenti tal-identifikazzjoni u r-rekwiżiti għall-kontenut, il-validità, il-karatteristiċi ta' sikurezza u l-format tagħhom. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27) Dan ir-Regolament għandu wkoll jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jawtorizzaw, fejn ikun hemm il-bżonn għal tluq urġenti, id-dħul dirett fit-territorju tagħhom ta’ annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament sakemm tkun saret applikazzjoni bil-quddiem għal permess u dan ikun mogħti mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u ssir kwarantina ta’ żmien limitat taħt superviżjoni uffiċjali biex jiġu sodisfatti dawk il-kundizzjonijiet. Minkejja l-ħtieġa għal dan it-tluq urġenti, dan il-permess għandu jkun indispensabbli minħabba r-riskji tas-saħħa tal-annimali li jirriżultaw mill-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ annimal domestiku li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. |
(27) Dan ir-Regolament għandu wkoll jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jawtorizzaw, fejn ikun hemm il-bżonn għal tluq urġenti tas-sid – pereżempju fil-każ ta' diżastru naturali f'daqqa, instabilità politika jew emerġenzi personali partikolarment serji – id-dħul dirett fit-territorju tagħhom ta’ annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament sakemm tkun saret applikazzjoni bil-quddiem għal permess u dan ikun mogħti mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u ssir kwarantina ta’ żmien limitat taħt superviżjoni uffiċjali biex jiġu sodisfatti dawk il-kundizzjonijiet. Minkejja l-ħtieġa għal dan it-tluq urġenti, dan il-permess għandu jkun indispensabbli minħabba r-riskji tas-saħħa tal-annimali li jirriżultaw mill-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ annimal domestiku li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 29 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(29) Għalhekk, sabiex l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament u biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi lill-persuna li tkun qed takkumpanja lill-annimal domestiku biex tippreżenta d-dokument tal-identifkazzjoni meħtieġ fil-waqt ta' kull moviment mhux kummerċjali jew dħul fi Stat Membru u għandu jipprovdi għal kontrolli mmirati jew aleatorji tad-dokumenti u l-identità fuq annimali domestiċi li jiċċaqilqu għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor għal skopijiet mhux kummerċjali. Għandu wkoll jirrikjedi lill-Istati Membri li jwettqu kontrolli sistematiċi tad-dokumenti u tal-identità f’punti tad-dħul apposta fuq l-annimali domestiċi li jiċċaqilqu għal ġo Stat Membru minn pajjiżi jew territorji terzi għal skopijiet mhux kummerċjali. Dawk il-kontrolli għandhom iqisu l-prinċipji relevanti tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali. |
(29) Għalhekk, sabiex l-Istati Membri jivverifikaw il-konformità mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament u biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa, dan ir-Regolament għandu jirrikjedi lill-persuna li tkun qed takkumpanja lill-annimal domestiku biex tippreżenta d-dokument tal-identifkazzjoni meħtieġ fil-waqt ta' kull moviment mhux kummerċjali jew dħul fi Stat Membru u għandu jipprovdi għal kontrolli mmirati jew aleatorji tad-dokumenti u l-identità fuq annimali domestiċi li jiċċaqilqu għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor għal skopijiet mhux kummerċjali. Għandu wkoll jirrikjedi lill-Istati Membri li jwettqu kontrolli sistematiċi tad-dokumenti u tal-identità f’punti tad-dħul apposta fuq l-annimali domestiċi li jiċċaqilqu għal ġo Stat Membru minn pajjiżi jew territorji terzi għal skopijiet mhux kummerċjali. Dawk il-kontrolli għandhom iqisu l-prinċipji relevanti tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali. Sabiex id-data ta' dawn il-kontrolli tkun tista' tintuża biex jiġi determinat il-perjodu ta' validità tad-dokument tal-identifikazzjoni għal moviment ulterjuri fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jintalbu jirrekordjaw l-evidenza tal-kontrolli fid-dokumenti tal-identifikazzjoni. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 31 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31) Bil-għan li ċ-ċittadin jingħata informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar ir-regoli li japplikaw għall-movimenti mhux kummerċjali għal ġol-Unjoni tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku fi żmien sena mid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali. |
(31) Bil-għan li ċ-ċittadin u l-veterinarji jingħataw informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar ir-regoli li japplikaw għall-movimenti mhux kummerċjali għal ġol-Unjoni tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u l-veterinarji fi żmien sena mid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment id-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi nazzjonali. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 34 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(34) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-lista tal-Istati Membri jew ta’ partijiet minnhom ikkategorizzati skont il-kundizzjonijiet għad-derogar minn ċerti kundizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali bejn Stati Membri ta’ status ekwivalenti fir-rigward tal-idrofobija tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I u mar-regoli li jikkonċernaw il-miżuri sanitarji preventivi kontra mard u infezzjonijiet li mhux l-idrofobija u l-listi ta' pajjiżi jew territorji terzi bl-iskop ta’ deroga minn ċerti kundizzjonijiet ta' movimenti mhux kummerċjali, il-mudell għad-dokumenti tal-identifikazzjoni li għandhom jakkumpanjaw lill-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li jkunu qed jiġu mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali għal Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż jew territorju terz, miżuri ta’ salvagwardja fil-każ tal-okkorrenza jew it-tifrix tal-idrofobija, u l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti tal-informazzjoni, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
(34) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-lista tal-Istati Membri jew ta’ partijiet minnhom ikkategorizzati skont il-kundizzjonijiet għad-derogar minn ċerti kundizzjonijiet applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali bejn Stati Membri ta’ status ekwivalenti fir-rigward tal-idrofobija tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I u mar-regoli li jikkonċernaw il-miżuri sanitarji preventivi kontra mard u infezzjonijiet li mhux l-idrofobija u l-listi ta' pajjiżi jew territorji terzi bl-iskop ta’ deroga minn ċerti kundizzjonijiet ta' movimenti mhux kummerċjali, il-mudell għad-dokumenti tal-identifikazzjoni li għandhom jakkumpanjaw lill-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li jkunu qed jiġu mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali għal Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż jew territorju terz, miżuri ta’ salvagwardja fil-każ tal-okkorrenza jew it-tifrix tal-idrofobija, mard jew infezzjoni, u l-applikazzjoni uniformi tar-rekwiżiti tal-informazzjoni, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 35 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(35) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih li jaġġornaw il-lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi bl-iskop tad-deroga minn ċerti kundizzjonijiet fuq il-movimenti mhux kummerċjali u rigward il-miżuri ta’ salvagwardja fil-każ tal-okkorrenza jew it-tifrix tal-idrofobija, fejn, f’każijiet iġġustifikati kif imiss marbuta mas-saħħa tal-annimali jew dik pubblika, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan. |
(35) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli minnufih li jaġġornaw il-lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi bl-iskop tad-deroga minn ċerti kundizzjonijiet fuq il-movimenti mhux kummerċjali u rigward il-miżuri ta’ salvagwardja fil-każ tal-okkorrenza jew it-tifrix tal-idrofobija, mard jew infezzjoni, fejn, f’każijiet iġġustifikati kif imiss marbuta mas-saħħa tal-annimali jew dik pubblika, ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jirrikjedu dan. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż jew territorju terz. |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż jew territorju terz. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir itejjeb il-kwalità tat-test biex jinftiehem aħjar. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) ‘moviment mhux kummerċjali’ tfisser kull moviment li, la direttament u lanqas indirettament, ma jinvolvi jew jimmira lejn gwadann finanzjarju jew it-trasferiment tas-sjieda; |
(a) ‘moviment mhux kummerċjali’ tfisser kwalunkwe moviment li ma jimmirax lejn il-bejgħ ta' annimal domestiku jew lejn it-trasferiment tas-sjieda tal-annimal domestiku; |
Ġustifikazzjoni | |
L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-regoli eżistenti wriet li f'ċerti każijiet il-kriterju tal-gwadann finanzjarju dirett jew indirett mhux ċar biżżejjed. | |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) ‘annimal domestiku’ tfisser annimal tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li jakkumpanja, għal skopijiet ta' moviment mhux kummerċjali, lil sidu, jew lil persuna fiżika li taġixxi f’ismu u bi ftehim mas-sid, u li, waqt dan il-moviment mhux kummerċjali, jibqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-sid jew tat-tali persuna; |
(b) ‘annimal domestiku’ tfisser annimal tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li jakkumpanja, għal skopijiet ta' moviment mhux kummerċjali, lil sidu jew lil persuna awtorizzata u li, waqt dan il-moviment mhux kummerċjali, jibqa’ taħt ir-responsabbiltà tas-sid jew tal-persuna awtorizzata; |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) ‘sid’ tfisser persuna fiżika li l-annimal domestiku jkun il-proprjetà tagħha u fil-pussess tagħha; |
(c) 'sid' tfisser persuna fiżika, jew organizzazzjoni, li għandha annimal domestiku u li hija indikati bħala s-sid fid-dokument tal-identifikazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni hemm bżonn deskrizzjoni waħda biss. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) 'persuna awtorizzata' tfisser kwalunkwe persuna fiżika li għandha l-awtorizzazzjoni bil-miktub mis-sid li twettaq il-moviment mhux kummerċjali tal-annimal domestiku f'ismu/f'isimha; |
Ġustifikazzjoni | |
L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-regoli eżistenti wriet li l-kummerċ tal-annimali domestiċi jista' jinħeba jekk ir-raġuni għall-moviment ma tkunx tista' tiġi identifikata sew u l-annimali jiġu akkumpanjati f'isem il-partijiet terzi mingħajr ma tiġi prodotta ebda evidenza. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) ‘dokument tal-identifikazzjoni’ tfisser kull dokument li permezz tiegħu l-annimal domestiku jkun jista’ jiġi identifkat b’mod ċar u l-istatus tas-saħħa tiegħu tkun tista’ tiġi ċċekkjata għall-konformità ma’ dan ir-Regolament; |
(e) ‘dokument tal-identifikazzjoni’ tfisser id-dokument li permezz tiegħu l-annimal domestiku jkun jista’ jiġi identifkat b’mod ċar u l-istatus tas-saħħa tiegħu tkun tista’ tiġi ċċekkjata għall-konformità ma’ dan ir-Regolament u li jkun tħejja bi qbil mad-dispożizzjonijet ta' dan ir-Regolament; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dokument ta' identifikazzjoni għandu jkun f'format li jista' jiġi rikonoxxut u identifikat faċilment bħala tali mill-awtoritajiet superviżorji, għalhekk dan ir-Regolament jeħtieġ li jkun fih tali dispożizzjonijiet. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) ‘Stati Membri’ tfisser il-pajjiżi u t-territorji elenkati fl-Anness II; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Qed tintuża d-definizzjoni tas-soltu ta' Stat Membru li tinsab fit-Trattati tal-UE, għalhekk l-Anness II mhux meħtieġ. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt g | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(g) ‘punt tad-dħul tal-vjaġġaturi’ tfisser kull żona ta' check-in magħżula mill-Istati Membri għall-iskopijiet tal-Artikolu 36(1). |
(g) ‘punt tad-dħul tal-vjaġġaturi’ tfisser kull żona magħżula mill-Istati Membri għall-iskopijiet tal-kontrolli fl-Artikolu 36(1). |
Ġustifikazzjoni | |
Din mhux bilfors hemm bżonn li tkun żona ta' check-in, sakemm ikun ċar għall-vjaġġatur fejn għandhom isiru l-kontrolli. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt ga (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ga) 'veterinarju uffiċjali' tfisser kwalunkwe veterinarju maħtur minn awtorità kompetenti; |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt gb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(gb) 'veterinarju awtorizzat' tfisser kwalunkwe veterinarju li jkun awtorizzat minn awtorità kompetenti biex iwettaq ċerti attivitajiet bi qbil ma' dan ir-Regolament jew ma' dispożizzjonijiet oħra adottati fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament; |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt gc (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(gc) 'kontrolli dokumentarji' tfisser il-verifika tad-dokument tal-identifikazzjoni li jakkumpanja lill-annimal domestiku; |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt gd (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(gd) 'kontroll tal-identità' tfisser l-ikkontrollar li d-dokument tal-identifikazzjoni jikkorrispondi għall-annimal domestiku u l-immarkar tiegħu; |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 4a |
|
|
Numru massimu ta' annimali domestiċi |
|
|
1. In-numru ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li jistgħu jakkumpanjaw lis-sid jew lil persuna awtorizzata matul moviment wieħed mhux kummerċjali ma jistax ikun iktar minn ħamsa. |
|
|
2. B'deroga mill-paragrafu 1, in-numru ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I jista' jkun iktar minn ħamsa jekk: |
|
|
(a) il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi jkun għall-iskopijiet tal-parteċipazzjoni f'kompetizzjonijiet, wirjiet jew avvenimenti sportivi jew f'taħriġ għal dawk l-avvenimenti; kif ukoll |
|
|
(b) is-sid jew il-persuna awtorizzata jkunu kapaċi jissottomettu stedina bil-miktub u dokument ta’ reġistrazzjoni bil-miktub, irċevuta tad-dħul onlajn jew prova ta' ħlas bħal trasferiment bankarju għall-avveniment li se jattendu kif imsemmi fil-punt (a), jew ikollhom l-evidenza dokumentarja li turi li l-annimali domestiċi huma reġistrati ma' assoċjazzjoni li torganizza l-avvenimenti bħal dawk imsemmija fil-punt (a), sakemm dawk l-annimali domestiċi jkollhom iktar minn 6 xhur ta' età. |
|
|
3. L-Istati Membri jistgħu jwettqu kontrolli standard fuq il-post sabiex jivverifikaw li dik l-informazzjoni hija korretta. |
|
|
4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 biex tistabbilixxi regoli li jistabbilixxu n-numru massimu ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B li jistgħu jakkumpanjaw lis-sid jew lil persuna awtorizzata għal moviment wieħed mhux kummerċjali. |
|
|
5. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Abbażi tar-rapport taghħa, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi fir-Regolament. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Kapitolu II – subintestatura (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Taqsima 1 |
|
|
Annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) ma jkunux konformi mal-miżuri sanitarji preventivi għall-mard jew l-infezzjonijiet minbarra l-idrofobija, fejn ikun hemm bżonn: |
(c) ma jkunux konformi mal-miżuri sanitarji preventivi għall-mard jew l-infezzjonijiet minbarra l-idrofobija, fejn ikun hemm bżonn skont l-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament; |
|
(i) skont l-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament, jew |
|
|
(ii) adottati skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003; |
|
Ġustifikazzjoni | |
It-test jinqara iktar faċilment billi titneħħa r-referenza għar-Regolament li qed jiġi revedut. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) ma jkunux akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni komplut kif suppost u li jkun inħareġ skont l-Artikolu 20(1). |
(d) ma jkunux akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni komplut kif suppost u li jkun inħareġ skont l-Artikolu 22a. |
Ġustifikazzjoni | |
Numerazzjoni mill-ġdid minħabba l-ordni ġdida tal-Artikoli relevanti. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 6 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B’deroga mill-Artikolu 5(b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi li jkollhom inqas minn tliet xhur u li ma jkunux imlaqqma kontra l-idrofobija, bil-kundizzjoni li dawn ikunu akkumpanjati bid-dokument tal-identifikazzjoni tagħhom, mimli kif suppost, u maħruġ skont l-Artikolu 20, u jew: |
1. B’deroga mill-Artikolu 5(b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fit-territorju tagħhom tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I, li |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 6 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) is-sid, jew persuna fiżika li tkun qed taġixxi f’ismu u bi ftehim miegħu, jagħti provi li dawn ikunu nżammu fil-post tat-twelid tagħhom mingħajr kuntatt ma’ annimali selvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli li setgħu kienu esposti għall-idrofobija, jew |
(a) ikunu taħt l-età ta' 12-il ġimgħa u jkunu għadhom ma rċevewx tilqima kontra l-idrofobija; jew |
Ġustifikazzjoni | |
L-annimali taħt l-età ta' 12-il ġimgħa ma jkunux għadhom tlaqqmu għal raġunijiet ta' saħħa. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 6 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) ikunu akkumpanjati minn omm li għadhom jiddependu fuqha, u hemm dokumenti li juru li l-omm ġiet imlaqqma kontra l-idrofobija qabel twieldu u t-tilqima kienet konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV. |
(b) ikunu tal-età ta' bejn 12 u 16-il ġimgħa u li tlaqqmu kontra l-idrofobija, imma li għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Anness IV, punt 2(d). |
Ġustifikazzjoni | |
Hu neċessarju li jkun żgurat li l-annimali li għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Anness IV, punt 2(d) ikunu jistgħu jiċċaqalqu għal skopijiet mhux kummerċjali. M'hemm l-ebda sinifikat għat-tilqim tal-annimali taħt it-12-il ġimgħa li dawn ikunu akkumpanjati minn ommhom. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-awtorizzazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tista’ tingħata biss jekk: |
|
|
(a) l-annimali jiġu mċaqilqa bejn l-Istati Membri jew partijiet minnhom definiti ġeografikament li huma ħielsa mill-idrofobija¸jew li fihom hemm riskju negliġibbli baxx li jdaħħlu l-idrofobija, skont l-Artikolu 7; |
|
|
(b) is-sid jew il-persuna awtorizzata jiddikjaraw bil-miktub li l-annimali domestiċi nżammu mit-twelid sad-data tal-moviment mingħajr ebda kuntatt ma’ annimali selvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija; kif ukoll |
|
|
(c) hemm dokumenti li juru li l-omm tal-annimali rċeviet tilqima kontra l-idrofobija qabel it-tqala li, bħala minimu, tkun konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV tal-anqas 24 siegħa wara t-twelid tal-annimal. |
Ġustifikazzjoni | |
Każijiet riċenti ta’ ġriewi idrofobi li daħlu fl-UE juru li huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li kull deroga għal annimali żgħar timminimizza r-riskju tat-tifrix ta’ mard. Huwa għalhekk importanti li r-rekwiżiti ta’ din id-deroga jiġu estiżi u ċċarati sabiex kwalunkwe risjku jiġi mminimizzat. | |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. B’deroga mill-Artikolu 5(b), il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li mhumiex imlaqqma kontra l-idrofobija jista’ jiġi awtorizzat bejn l-Istati Membri jew partijiet minnhom li huma ħielsa mill-idrofobija bil-kundizzjoni li jkunu konformi ma’ kundizzjonijiet speċifiċi. Sabiex tiżgura li jkun hemm il-miżuri meħtieġa fis-seħħ għall-awtorizzazzjoni xierqa tal-movimenti mhux kummerċjali skont din id-deroga, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 fir-rigward ta' dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta' dawn il-movimenti mhux kummerċjali. |
1. B’deroga mill-Artikolu 5(b), il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li mhumiex imlaqqma kontra l-idrofobija jista’ jiġi awtorizzat bejn l-Istati Membri jew partijiet minnhom definiti ġeografikament li huma ħielsa mill-idrofobija¸jew li fihom hemm riskju negliġibbli baxx li jdaħħlu l-idrofobija, bil-kundizzjoni li jkunu konformi ma’ kundizzjonijiet speċifiċi. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 fir-rigward ta' dawk il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni ta' dawn il-movimenti mhux kummerċjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-awtorizzazzjoni stipulati fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni xjentifika adegwata, affidabbli u vvalidata dwar valutazzjoni tal-istatus tas-saħħa fir-rigward tal-idrofobija fl-Istati Membri jew partijiet minnhom u għandhom jiġu applikati fi proporzjon mar-riskji lis-saħħa pubblika jew lis-saħħa tal-annimali marbutin mal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li aktarx ikunu affettwati mill-idrofobija. |
2. Dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq |
|
|
a) informazzjoni xjentifika adegwata, affidabbli u vvalidata dwar valutazzjoni tal-istatus tas-saħħa fir-rigward tal-idrofobija fl-Istati Membri jew partijiet minnhom miġbura permezz ta' data storika u kurrenti dwar l-istatus tal-idrofobija u dwar is-sistemi tagħhom ta' sorveljanza u rrapurtar fir-rigward tal-idrofobija; u |
|
|
b) analiżi proporzjonata tar-riskji lis-saħħa pubblika jew lis-saħħa tal-annimali marbutin mal-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li aktarx ikunu affettwati mill-idrofobija. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Għall-istess skop, l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu wkoll: |
imħassar |
|
(a) regoli għall-kategorizzazzjoni tal-Istati Membri jew partijiet minnhom ibbażata fuq id-dejta storika dwar l-istatus tal-idrofobija tagħhom u dwar is-sistemi tagħhom ta’ sorveljanza u rappurtar fir-rigward tal-idrofobija; |
|
|
(b) il-kundizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jissodisfaw biex jibqgħu eliġibbli għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-kontenut ta' dan il-paragrafu diġà jidher fil-paragrafu 2 il-ġdid. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Kaptiolu II – subintestatura ġdida (qabel l-Artikolu 9) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Taqsima 2 |
|
|
Annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni mimli kif suppost u maħruġ: |
(c) ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni, individwali jew kollettiv, mimli kif suppost u maħruġ: |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-każ ta’ trasport tal-għasafar imrobbija fil-magħluq għal skopijiet ta’ sport lejn il-postijiet fejn qed iseħħ l-avveniment, jiġu trasportati eluf ta’ eżemplari b’mod kollettiv u organizzat. Dawn huma annimali kkontrollati b’mod kostanti mill-aspett ta’ saħħa. Id-dokumentazzjoni ta’ identifikazzjoni individwali tirriżulta fi spejjeż kbar u hija inutli. L-eżemplari huma mmarkati individwalment b'ċurkett ta' identifikazzjoni. | |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c – punti i u ii | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(i) skont l-Artikolu 28; |
(i) skont l-Artikolu 30a; |
|
(ii) fil-format stipulat fl-Artikolu 30. |
(ii) fil-format stipulat fl-Artikolu 28a. |
Ġustifikazzjoni | |
Numerazzjoni mill-ġdid minħabba l-ordni ġdida tal-Artikoli relevanti. | |
Emenda 47 Proposta għal regolament Kaptiolu III – subintestatura ġdida (qabel l-Artikolu 10) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Taqsima 1 |
|
|
Annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) ma jkunux konformi mal-miżuri sanitarji preventivi għall-mard jew l-infezzjonijiet minbarra l-idrofobija, fejn ikun hemm bżonn: |
(d) ma jkunux konformi mal-miżuri sanitarji preventivi għall-mard jew l-infezzjonijiet minbarra l-idrofobija, fejn ikun hemm bżonn skont l-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament, jew |
|
(i) skont l-Artikolu 18(1) ta' dan ir-Regolament, jew |
|
|
(ii) adottati skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003; |
|
Ġustifikazzjoni | |
Qed titneħħa referenza għal Regolament li qed jiġi revedut minn din il-proposta. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) ma jkunux akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni komplut kif suppost u li jkun inħareġ skont l-Artikolu 24. |
(e) ma jkunux akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni komplut kif suppost u li jkun inħareġ skont l-Artikolu 26a. |
Ġustifikazzjoni | |
Numerazzjoni mill-ġdid minħabba l-ordni ġdida tal-Artikoli relevanti. | |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I għandhom jiġu mċaqilqa permezz ta' punt ta' dħul tal-vjaġġaturi fi Stat Membru jekk jaslu minn pajjiż terz jew territorju barra dawk li jinsabu fil-lista stabbilita bi qbil mal-Artikolu 13(1). |
|
|
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ifasslu lista tal-punti tad-dħul tal-vjaġġaturi u jżommuha aġġornata. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun żugrat li dawk l-annimali domestiċi li jheddu s-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali fl-UE biss jiġu importati minn pajjiż terz. | |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1b – parti introduttorja (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1b. B'deroga mill-paragrafu 1a, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-klieb tal-militar, tat-tfittxija jew tas-salvataġġ reġistrati jiġu importati minn punt differenti ta' dħul minn dak għall-vjaġġaturi, sakemm: |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli għal ċerti sitwazzjonijiet eċċezzjonali. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1b – punt a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(a) is-sid jew il-persuna awtorizzata jkunu applikaw minn qabel għal permess u l-Istat Membru jkun ta tali permess filwaqt li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-dħul; |
Ġustifikazzjoni | |
L-Istat Membru għandu jingħata flessibilità suffiċjenti biex jipperemtti l-eċċezzjonijiet. | |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1b – punt b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(b) il-klieb jiġu ċċekkjati għall-osservanza tal-kundizzjonijiet stipulati fid-deċiżjoni ta' approvazzjoni f'post speċifikat mill-awtorità kompetenti għal dan l-iskop. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. B’deroga mill-Artikolu 10(b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali fit-territorju tagħhom tal-annimali domestiċi li jkollhom inqas minn tliet xhur u li ma jkunux imlaqqma kontra l-idrofobija mill-pajjiżi jew it-territorji terzi elenkati fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 13, bil-kundizzjoni li dawn ikunu akkumpanjati mid-dokument tal-identifikazzjoni tagħhom, mimli kif suppost, u maħruġ skont l-Artikolu 24, u jew: |
1. B’deroga mill-Artikolu 10(b), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali fit-territorju tagħhom tal-annimali domestiċi mill-pajjiżi jew it-territorji terzi elenkati fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 13 li |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) is-sid, jew persuna fiżika li tkun qed taġixxi f’ismu u bi ftehim miegħu, jagħti provi li dawn ikunu nżammu fil-post tat-twelid tagħhom mingħajr kuntatt ma’ annimali selvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli li setgħu kienu esposti għall-idrofobija, jew |
(a) ikunu taħt l-età ta' 12-il ġimgħa u jkunu għadhom ma rċevewx tilqima kontra l-idrofobija; jew |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) ikunu akkumpanjati minn omm li għadhom jiddependu fuqha, u hemm dokumenti li juru li l-omm ġiet imlaqqma kontra l-idrofobija qabel twieldu u t-tilqima kienet konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV. |
(b) ikunu tal-età ta' bejn 12 u 16-il ġimgħa u li tlaqqmu kontra l-idrofobija, imma li għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Anness IV, punt 2(d). |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata biss jekk: |
|
|
(a) l-annimali qed jiġu mċaqilqa fi Stat Membru minn pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 12; |
|
|
(b) is-sid jew il-persuna awtotizzata jiddikjaraw bil-miktub li l-annimali domestiċi nżammu mit-twelid sad-data tal-moviment mingħajr ebda kuntatt ma’ annimali selvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija; kif ukoll |
|
|
(c) hemm dokumenti li juru li l-omm tal-annimali rċeviet tilqima kontra l-idrofobija qabel it-tqala li, bħala minimu, tkun konformi mar-rekwiżiti tal-validità stipulati fl-Anness IV tal-anqas 24 siegħa wara t-twelid tal-annimal. |
Ġustifikazzjoni | |
Każijiet riċenti ta’ ġriewi idrofobi li daħlu fl-UE juru li huwa partikolarment importanti li jiġi żgurat li kull deroga għal annimali żgħar timminimizza r-riskju tat-tifrix ta’ mard. Huwa għalhekk importanti li r-rekwiżiti ta’ din id-deroga jiġu estiżi u ċċarati sabiex kwalunkwe risjku jiġi mminimizzat. | |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Madankollu, il-moviment mhux kummerċjali sussegwenti għal ġo Stat Membru ieħor ta’ dawk l-annimali domestiċi għandu jkun ipprojbit, ħlief meta dawn jiġu mċaqilqa skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5. |
2. Madankollu, il-moviment mhux kummerċjali sussegwenti għal ġo Stat Membru ieħor ta’ dawk l-annimali domestiċi għandu jkun ipprojbit, ħlief meta dawn jiġu mċaqilqa skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 jew meta tali moviment ikun ġie awtorizzat bi qbil mal-Artikolu 6. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 6 jistipula l-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet speċjalment għall-annimali żgħar. | |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 12 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B’deroga mill-Artikolu 10(c), it-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi ma għandux ikun neċessarju għall-annimali domestiċi li jkunu qed jiġu mċaqilqa għal ġo Stat Membru: |
B’deroga mill-Artikolu 10(c), it-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi ma għandux ikun neċessarju għall-annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I li jkunu qed jiġu mċaqilqa għal ġo Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju li jidher fil-lista stabbilita bi qbil mal-Artikolu 13: |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tagħmel il-punti li jsegwu eħfef biex jinqraw. | |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 12 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jew direttament minn pajjiż jew territorju terz elenkat fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 13 jew wara residenza esklużiva f’wieħed jew iktar minn dawn il-pajjiżi jew it-territorji terzi, jew |
(a) jew direttament jew wara residenza esklużiva f’wieħed jew iktar minn dawn il-pajjiżi jew it-territorji terzi, jew |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 12 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) minn pajjiż jew territorju terz elenkat fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 13 wara tranżitu minn pajjiżi jew territorji terzi minbarra dawk elenkati fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 13, bil-kundizzjoni li s-sid, jew persuna fiżika li taġixxi f'ismu u bi ftehim mas-sid, tagħti provi li matul dan it-tranżitu, l-annimali domestiċi ma kellhomx kuntatt ma' speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija u baqgħu magħluqin f'mezz tat-trasport jew fil-perimetru ta' ajruport internazzjonali. |
(b) wara tranżitu minn pajjiżi jew territorji terzi oħra, bil-kundizzjoni li s-sid jew persuna awtorizzata jagħtu prova permezz ta' dikjarazzjoni bil-miktub li matul dan it-tranżitu, l-annimali domestiċi ma kellhomx kuntatt ma' annimali minn speċijiet suxxettibbli għall-idrofobija u baqgħu magħluqin f'mezz tat-trasport jew fil-perimetru ta' ajruport internazzjonali |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 13 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Twaqqif ta’ lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi għall-iskop tal-Artikolu 12 |
Twaqqif ta’ lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi |
Ġustifikazzjoni | |
Il-lista mhix relevanti għall-Artikolu 12. | |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, qabel [trid tiddaħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] għandha tadotta lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi li jkunu wrew li japplikaw regoli ekwivalenti għal dawk stipulati fil-Kapitolu II, dan il-Kapitolu u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI għall-annimali tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I. |
1. Il-Kummissjoni, sa ...*, għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 41 li jistipulaw lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi li jkunu wrew li japplikaw regoli ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II, dan il-Kapitolu u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI għall-annimali tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I u, jekk neċessarju, għad-dispożizzjonijiet li ġew adottati fuq il-bażi ta' dawn ir-regoli. |
|
|
______________ |
|
|
* Id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bi qbil mal-Artikolu 47, it-tieni paragrafu. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, qabel [trid tiddaħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] għandha tadotta lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi li jkunu wrew li għall-annimali tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I, dawn ikunu jissodisfaw mill-inqas il-kriterji li ġejjin: |
2. Il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, sa ...* għandha tadotta lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi li jkunu wrew li għall-annimali tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I, dawn ikunu jissodisfaw mill-inqas il-kriterji li ġejjin: |
|
|
_____________ |
|
|
* Id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bi qbil mal-Artikolu 47, it-tieni paragrafu. |
Ġustifikazzjoni | |
L-att implimentattiv irid ikun disponibbli mad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sabiex jiġu evitati l-lakunifl-applikazzjoni. | |
Emenda 65 Proposta għal regolament Kaptiolu III – subintestatura ġdida (qabel l-Artikolu 14) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Taqsima 2 |
|
|
Annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness I |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni mimli kif suppost u maħruġ: |
(c) ikunu akkumpanjati minn dokument tal-identifikazzjoni mimli kif suppost u maħruġ: |
|
(i) skont l-Artikolu 28; |
(i) skont l-Artikolu 33a; |
|
(ii) fil-format stipulat fl-Artikolu 33. |
(ii) fil-format stipulat fl-Artikolu 31а. |
Ġustifikazzjoni | |
Numerazzjoni mill-ġdid minħabba l-ordni ġdida tal-artikoli relevanti. | |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 14a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 14a |
|
|
Stabbiliment ta’ lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi |
|
|
Il-Kummissjoni, sa ...*, għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 41 li jistipulaw lista ta’ pajjiżi jew territorji terzi li jkunu wrew li japplikaw regoli ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II, dan il-Kapitolu u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI għall-annimali tal-ispeċijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness I u, jekk neċessarju, għad-dispożizzjonijiet li ġew adottati fuq il-bażi ta' dawk ir-regoli. |
|
|
______________ |
|
|
* Id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bi qbil mal-Artikolu 47, it-tieni paragrafu. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni ta' dan ir-regolament, hija meħtieġa lista ta' pajjiżi terzi u territorji b'dispożizzjonijiet kumparabbli dwar il-moviment tal-annimali speċifikat fil-Parti B tal-Anness I. | |
Emenda 68 Proposta għal regolament Kaptiolu III – subintestatura ġdida (qabel l-Artikolu 15) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Taqsima 3 |
|
|
Derogi mill-kundizzjonijiet dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi |
Ġustifikazzjoni | |
Qed tiżdied subintestatura sabiex it-test ikun eħfef biex jinqara. | |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 16 –- paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta tali annimal domestiku jkun immarkat bi transponder li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness III, is-sid, jew il-persuna fiżika li taġixxi f'ismu u fi qbil miegħu, għandu jipprovdi l-mezzi neċessarji għall-qari ta’ dak it-transponder fil-waqt ta’ kull verifika tal-identità stipulata fl-Artikolu 20(2), l-Artikolu 24(2), l-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(1). |
Meta tali annimal domestiku jkun immarkat bi transponder li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness III, is-sid, jew il-persuna awtorizzata għandhom jipprovdu l-mezzi neċessarji għall-qari ta’ dak it-transponder fil-waqt ta’ kull verifika tal-identità stipulata fl-Artikolu 20, l-Artikolu 24(2), l-Artikolu 35 u l-Artikolu 36(1). |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 17 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-kwalifiki minimi meħtieġa għall-persuni li jwettqu l-impjantazzjoni tat-transponders fl-annimali domestiċi. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-kwalifiki minimi meħtieġa għall-veterinarji jew persuni kompetenti oħra li jwettqu l-impjantazzjoni tat-transponders fl-annimali domestiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Filwaqt li għandu jkun hemm livelli minimi ta’ kompetenza fl-UE u lil hinn għall-impjantazzjoni ta’ microchips, l-organizzazzjonijiet ta’ karità tal-annimali, l-awtoritajiet lokali u dawk li jrabbu l-annimali jistgħu jiġu affettwati sew minn proposta bħal din. Restrizzjoni limitata għall-veterinarji jkollha impatt negattiv fuq operazzjonijiet bħal dawn. | |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 20 |
imħassar |
|
Ħruġ tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(d) għandu: |
|
|
(a) jinħareġ minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti għal dak l-iskop; |
|
|
(b) jiddokumenta l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(a), (b) u (c) u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 27(b)(ii); din il-konformità tista’ tiġi ddokumentata f’iktar minn dokument tal-identifikazzjoni wieħed fil-format ipprovdut fl-Artikolu 22(1). |
|
|
2. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-immarkar stipulati fl-Artikolu 5(a) għandha tiġi vverifikata: |
|
|
(a) qabel ma jinħareġ id-dokument tal-identifikazzjoni skont il-paragrafu 1(a); |
|
|
(b) qabel ma tiġi ddokumentata l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(b). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Qed tiddaħħal verżjoni modifikata bħala l-Artikolu 22a ġdid. | |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 20a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 20a |
|
|
Format tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(d) għandu jkun fil-format ta’ passaport skont il-mudell fl-Anness Va. Dan għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 21(1). |
|
|
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistipula r-rekwiżiti f'att ta' implimentazzjoni dwar il-lingwi, il-karatteristiċi ta' sikurezza u t-tqassim tal-passaport imsemmi fil-paragrafu 1. Din għandha tistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet tranżitorji f'att implimentattiv għall-perjodu sakemm jinħlew l-istokkijiet eżistenti. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2). |
|
|
3. Il-passaport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu numru magħmul mill-kodiċi ISO tal-Istat Membru tal-ħruġ segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku. |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) l-isem, l-indirizz u l-firma tas-sid; |
(b) l-isem, l-indirizz u l-firma tas-sid u sa ż-żewġ sidien preċedenti jekk applikabbli; |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) l-isem, l-indirizz u l-firma tal-veterinarju awtorizzat li joħroġ jew jimla d-dokument tal-identifikazzjoni; |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) id-data tat-teħid tad-demm għat-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija fil-każ stipulat fl-Artikolu 27(b)(ii); |
(d) id-data tat-teħid tad-demm għat-test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tal-idrofobija; |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt e – punt ii | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ii) adottati skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Qed titneħħa referenza għal Regolament li qed jiġi revedut minn din il-proposta. | |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) l-ispeċi, ir-razza, is-sess, il-kulur u kwalunkwe marka jew karatteristika partikolari jew distintiva tal-annimal; |
Ġustifikazzjoni | |
Dan se jgħin inaqqas l-użu ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni frodulenti u illegali, u jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-użu ta’ dokument għal annimal potenzjalment mhux imlaqqam. | |
Qed jiżdiedu kriterji utli li jiddeskrivu l-annimal sabiex tkun iffaċilitata l-identifikazzjoni. | |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) informazzjoni relevanti oħra dwar id-deskrizzjoni u l-istatus tas-saħħa tal-annimal. |
(f) informazzjoni relevanti oħra dwar id-deskrizzjoni tal-istatus tas-saħħa tal-annimal. |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-veterinarju li joħroġ id-dokument tal-identifikazzjoni għandu jniżżel l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) u jżomm kopja ta’ dik l-informazzjoni għal mill-inqas 10 snin mid-data tal-ħruġ tad-dokument tal-informazzjoni. |
2. Il-veterinarju li joħroġ id-dokument tal-identifikazzjoni għandu jniżżel l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) u jżomm kopja ta’ dik l-informazzjoni għal perjodu li għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti li ma jistax ikun inqas minn 3 snin mid-data tal-ħruġ tad-dokument tal-informazzjoni. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 22 |
imħassar |
|
Format tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(d) għandu jkun fil-format ta’ passaport skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 21(1). Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2) qabel [trid tiddaħħal id-data: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
|
2. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jistipula r-rekwiżiti dwar il-lingwi u t-tqassim tal-passaport imsemmi f’dak il-paragrafu. |
|
|
3. Il-passaport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu numru magħmul mill-kodiċi ISO tal-Istat Membru tal-ħruġ segwit minn kodiċi alfanumeriku uniku. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Qed tiġi proposta verżjoni modifikata bħala l-Artikolu 20a ġdid. | |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 22a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 22a |
|
|
Ħruġ tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 5(d) għandu jinħareg minn veterinarju awtorizzat wara li: |
|
|
(a) ikun ivverifika li l-annimal hu mmarkat bi qbil mal-Artikolu 16(1); |
|
|
(b) fid-dokument tal-identifikazzjoni tiddaħħal kif xieraq l-informazzjoni relevanti msemmija fl-Artikolu 21(1), u b'hekk jiġi ċċertifikat li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(b) u (c), u possibilment ir-rekwiżiti fl-Artikolu 27(b), punt ii, ġew issodisfati, u |
|
|
(c) is-sid ikun iffirma d-dokument tal-identifikazzjoni. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. B’deroga mill-Artikolu 22(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor tal-annimali domestiċi akkumpanjati mid-dokument tal-identifikazzjoni maħruġ għall-iskopijiet tal-Artikolu 10(e): |
1. B’deroga mill-Artikolu 20a(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor tal-annimali domestiċi akkumpanjati mid-dokument tal-identifikazzjoni maħruġ għall-iskopijiet tal-Artikolu 10(e): |
|
(a) skont l-Artikolu 24; |
(a) skont l-Artikolu 26; |
|
(b) fil-format stipulat fl-Artikolu 26(1). |
(b) fil-format stipulat fl-Artikolu 24a(1). |
Ġustifikazzjoni | |
Numerazzjoni mill-ġdid minħabba l-ordni ġdida tal-Artikoli relevanti. | |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 24 |
imħassar |
|
Ħruġ tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(e) għandu jkollu numru tas-serje u: |
|
|
(a) għandu jinħareġ minn: |
|
|
(i) uffiċjal veterinarju tal-pajjiż terz tad-dispaċċ fuq il-bażi ta' dokumentazzjoni ta’ appoġġ, jew |
|
|
(ii) veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz tad-dispaċċ għal dak l-iskop u sussegwentement approvat mill-awtorità kompetenti; |
|
|
(b) għandu jiddokumenta l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 10(a) sa (d). |
|
|
2. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-immarkar stipulati fl-Artikolu 10(a) għandha tiġi vverifikata: |
|
|
(a) qabel ma jinħareġ id-dokument tal-identifikazzjoni skont il-paragrafu 1; |
|
|
(b) qabel ma tiġi ddokumentata l-konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10(b), (c) u (d). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-Artikolu qed jiddaħħal mill-ġdid fil-forma ta' emenda bħala l-Artikolu 26a ġdid. L-ordni l-ġdida għandha tiffaċilita l-qari. | |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 24a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 24a |
|
|
Format tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(e) għandu jkun fil-format ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimal skont il-mudell fl-Anness Vb. Dan għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 25(1) |
|
|
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistipula r-rekwiżiti f'att ta' implimentazzjoni dwar il-lingwi, it-tqassim u l-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimal tal-identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2). |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) l-isem u l-indirizz tas-sid jew tal-persuna fiżika li taġixxi f’ismu u fi qbil miegħu; |
(b) l-isem, l-indirizz u l-firma tas-sid jew tal-persuna awtorizzata; |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) l-isem, l-indirizz u l-firma tal-veterinarju awtorizzat li joħroġ jew jimla d-dokument tal-identifikazzjoni; |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt e – punt ii | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ii) adottati skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003; |
imħassar |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) l-ispeċijiet, ir-razza, is-sess u l-kulur tal-annimal; |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) informazzjoni relevanti oħra dwar id-deskrizzjoni u l-istatus tas-saħħa tal-annimal. |
(f) informazzjoni relevanti oħra dwar id-deskrizzjoni tal-istatus tas-saħħa tal-annimal. |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(e) għandu jiġi supplimentat b’dikjarazzjoni ffirmata mis-sid jew mill-persuna fiżika li taġixxi f’ismu u bi qbil miegħu, li tgħid li l-annimal domestiku qed jiġi mċaqlaq għal ġol-Unjoni għal skopijiet mhux kummerċjali. |
2. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(e) għandu jiġi supplimentat b’dikjarazzjoni ffirmata mis-sid jew mill-persuna awtorizzata li jgħidu li l-annimal domestiku qed jiġi mċaqlaq għal ġol-Unjoni għal skopijiet mhux kummerċjali. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 26 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 26 |
imħassar |
|
Format tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(e) għandu jkun fil-format ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali skont il-mudell li se jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 25(1). Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2) qabel [trid tiddaħħal id-data: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
|
2. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jistipula r-rekwiżiti dwar il-lingwi, it-tqassim u l-validità taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi f’dak il-paragrafu. |
|
Ġustifikazzjoni | |
It-test sottomess f'forma emendata u f'ordni differenti bħala l-ARtikolu 24a (ġdid). | |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 26a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 26a |
|
|
Ħruġ tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(e) għandu jkun fih numru tas-serje u għandu jinħareġ jew minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz tad-dispaċċ fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, jew minn veterinarju awtorizzat u sussegwentement għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti wara li l-veterinarju: |
|
|
(a) ikun vverifika li l-annimal hu mmarkat bi qbil mal-Artikolu 16(1); kif ukoll |
|
|
(b) ikun daħħal kif xieraq fid-dokument tal-identifikazzjoni l-informazzjoni relevanti msemmija fl-Artikolu 25(1), il-punti (a) sa (c), u b'hekk jiġi ċċertifikat li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10(1), il-punti (b) sa (d), ġew issodisfati. |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 27 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B’deroga mill-Artikolu 26(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi akkumpanjati mid-dokument tal-identifikazzjoni fil-format stipulat fl-Artikolu 22(1) fejn: |
B’deroga mill-Artikolu 24a(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi akkumpanjati mid-dokument tal-identifikazzjoni fil-format stipulat fl-Artikolu 20a(1) fejn: |
Ġustifikazzjoni | |
Numerazzjoni mill-ġdid minħabba l-ordni ġdida tal-Artikoli relevanti. | |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 27 – punt b – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) dawn l-annimali domestiċi jidħlu fi Stat Membru, wara moviment temporanju jew tranżitu minn pajjiż jew territorju terz minn Stat Membru, u veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti jkun iddokumenta li qabel mal-annimali domestiċi ħarġu mill-Unjoni dawn: |
(b) dawn l-annimali domestiċi jidħlu fi Stat Membru, wara moviment jew tranżitu minn pajjiż jew territorju terz minn Stat Membru, u veterinarju awtorizzat ikun iddokumenta li qabel mal-annimali domestiċi ħarġu mill-Unjoni dawn: |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 28 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 28 |
imħassar |
|
Ħruġ tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1)(c): |
|
|
(a) jinħareġ minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti għal dak l-iskop; |
|
|
(b) għandu jiddokumenta l-konformità mal-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c). |
|
|
2. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-immarkar jew tad-deskrizzjoni stipulati fl-Artikolu 9(1)(a) għandha tiġi vverifikata: |
|
|
(a) qabel ma jinħareġ id-dokument tal-identifikazzjoni skont il-paragrafu 1(a); |
|
|
(b) qabel ma jiġu ddokumentati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9(1)(a), (b) u (c) skont l-Artikolu 18(3)(c). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-Artikolu qed jiddaħħal mill-ġdid fil-forma ta' emenda bħala l-Artikolu 30a ġdid, sabiex tkun żgurata applikazzjoni aħjar tar-regoli billi tinbidel l-ordni. | |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 28a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 28a |
|
|
Format tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1)(c) għandu jkun fil-format ta’ passaport skont il-mudell fl-Anness Vc. Dan għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 29. |
|
|
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistipula r-rekwiżiti f'att ta' implimentazzjoni dwar il-lingwi, il-karatteristiċi ta' sikurezza, it-tqassim u l-validità tad-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 43(2). |
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 29 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) l-isem, l-indirizz u l-firma tal-veterinarju awtorizzat; |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 29 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) l-ispeċijiet u, meta jkun relevanti, ir-razza, is-sess u l-kulur tal-annimal; |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 29 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) informazzjoni relevanti oħra dwar id-deskrizzjoni u l-istatus tas-saħħa tal-annimal. |
(d) informazzjoni relevanti oħra dwar id-deskrizzjoni tal-istatus tas-saħħa tal-annimal. |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 30 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 30 |
imħassar |
|
Format tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta mudell tad-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1)(c) li għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 29. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2). |
|
|
2. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jistipula r-rekwiżiti dwar il-lingwi, it-tqassim u l-validità tad-dokument tal-identifikazzjoni msemmi f’dak il-paragrafu. |
|
Ġustifikazzjoni | |
It-test qed jiġi sottomess fl-forma emendata bħala l-Artikolu 28a ġdid. | |
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 30a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 30a |
|
|
Ħruġ tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1), punt (c), għandu jinħareg minn veterinarju awtorizzat wara li: |
|
|
(a) ikun ivverifika li l-annimal hu mmarkat bi qbil mal-Artikolu 16(2); |
|
|
(b) ikun daħħal kif xieraq fid-dokument tal-identifikazzjoni l-informazzjoni relevanti msemmija fl-Artikolu 29, u b'hekk jiġi ċċertifikat li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9(1) ġew issodisfati, u |
|
|
(c) is-sid ikun iffirma d-dokument tal-identifikazzjoni. |
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 31 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 31 |
imħassar |
|
Ħruġ tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(1)(c): |
|
|
(a) għandu jinħareġ minn: |
|
|
(i) veterinarju uffiċjali fuq il-bażi ta’ dokumentazzjoni ta’ appoġġ, jew |
|
|
(ii) veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti għal dak l-iskop u sussegwentement approvat mill-awtorità kompetenti; |
|
|
(b) għandu jiddokumenta l-konformità mal-Artikolu 14(1)(a), (b) u (c). |
|
|
2. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-immarkar jew tad-deskrizzjoni stipulati fl-Artikolu 14(1)(a) għandha tiġi vverifikata: |
|
|
(a) qabel ma jinħareġ id-dokument tal-identifikazzjoni skont il-paragrafu 1(a); |
|
|
(b) qabel ma jiġu ddokumentati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 14(1)(a), (b) u (c) skont l-Artikolu 18(3)(c). |
|
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu qed jiddaħħal mill-ġdid fil-forma ta' emenda bħala l-Artikolu 33a. | |
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 31a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 31a |
|
|
Format tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 9(1), punt (c), għandu jkun fil-format ta’ passaport skont il-mudell fl-Anness Vd. Dan għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 32(1). |
|
|
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistipula r-rekwiżiti f'att ta' implimentazzjoni dwar il-lingwi, it-tqassim u l-validità tad-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2). |
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) l-ispeċijiet u, meta jkun relevanti, ir-razza, is-sess u l-kulur tal-annimal; |
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) l-isem u l-indirizz tas-sid jew tal-persuna fiżika li taġixxi f’ismu u fi qbil miegħu; |
(b) l-isem, l-indirizz u l-firma tas-sid jew tal-persuna awtorizzata; |
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) l-isem, l-indirizz u l-firma tal-veterinarju awtorizzat; |
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) informazzjoni relevanti oħra dwar id-deskrizzjoni u l-istatus tas-saħħa tal-annimal. |
(d) informazzjoni relevanti oħra dwar id-deskrizzjoni tal-istatus tas-saħħa tal-annimal. |
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(1)(c) għandu jiġi ssupplimentat b’dikjarazzjoni ffirmata mis-sid jew mill-persuna fiżika li taġixxi f’ismu u bi qbil miegħu, li tgħid li l-annimal domestiku qed jiġi mċaqlaq għal ġol-Unjoni għal skopijiet mhux kummerċjali. |
2. Id-dokument individwali jew kollettiv tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(e) għandu jiġi supplimentat b’dikjarazzjoni ffirmata mis-sid jew mill-persuna awtorizzata li tgħid li l-annimal domestiku qed jiġi mċaqlaq għal ġol-Unjoni għal skopijiet mhux kummerċjali. |
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 33 |
imħassar |
|
Format tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
1. Il-Kummissjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, għandha tadotta mudell tad-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(1)(c) li għandu jkun fih entrati biex tiddaħħal l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 32(1). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 43(2). |
|
|
2. L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jistipula r-rekwiżiti dwar il-lingwi, it-tqassim u l-validità tad-dokument tal-identifikazzjoni msemmi f’dak il-paragrafu. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Qed tiddaħħal mill-ġdid fil-forma emendata bħala l-Artikolu 31a. | |
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 33a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 33a |
|
|
Ħruġ tad-dokument tal-identifikazzjoni |
|
|
Id-dokument tal-identifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 14(1)(c) għandu jkun fih numru tas-serje u għandu jinħareġ jew minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz tad-dispaċċ fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni ta' appoġġ, jew minn veterinarju awtorizzat u sussegwentement għandu jiġi approvat mill-awtorità kompetenti wara li l-veterinarju: |
|
|
(a) ikun vverifika li l-annimal hu mmarkat bi qbil mal-Artikolu 16(2); kif ukoll |
|
|
(b) ikun daħħal kif xieraq fid-dokument tal-identifikazzjoni l-informazzjoni relevanti msemmija fl-Artikolu 32(1), il-punti (a) sa (c), u b'hekk jiġi ċċertifikat li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(2), il-punti (a) sa (b), ġew issodisfati. |
Emenda 111 Proposta għal regolament Kapitolu VI – sezzjoni 1 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Deroga għall-moviment mhux kummerċjali dirett tal-annimali domestiċi għal ġo Stati Membri |
Deroga għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi għal ġo Stati Membri |
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. B’deroga mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5, 9, 10 u 14, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-moviment għal skopijiet mhux kummerċjali għal ġot-territorju tagħhom ta’ annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stipulati f’dawk l-Artikoli, bil-kundizzjoni li: |
1. B’deroga mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 5, 9, 10 u 14, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-moviment għal skopijiet mhux kummerċjali għal ġot-territorju tagħhom ta’ annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stipulati f’dawk l-Artikoli f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, bil-kundizzjoni li: |
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) tkun saret applikazzjoni għall-permess minn qabel mis-sid jew il-persuna fiżika li taġixxi f’ismu u fi qbil miegħu u l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun ta dan il-permess; |
(a) tkun saret applikazzjoni għall-permess minn qabel mis-sid jew il-persuna awtorizzata u l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun ta dan il-permess; |
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 35 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kontrolli tad-dokumenti u tal-identità u kontrolli fiżiċi li għandhom isiru fuq il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew pajjiż jew territorju terz elenkat skont l-Artikolu 13(1) |
Kontrolli tad-dokumenti u tal-identità u kontrolli fiżiċi li għandhom isiru fuq il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew pajjiż jew territorju terz elenkat skont l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14a |
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Bla ħsara għall-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tad-dokumenti u tal-identità mmirati jew aleatorji, u meta jkun hemm bżonn, kontrolli fiżiċi, fuq l-annimali domestiċi li jiġu mċaqilqa għal ġo Stat Membru għal skopijiet mhux kummerċjali minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż jew territorju terz elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 13(1), biex jivverifikaw b’mod mhux diskriminatorju l-konformità mal-Kapitolu II. |
1. Bla ħsara għall-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tad-dokumenti u tal-identità mmirati jew aleatorji, u meta jkun hemm bżonn, kontrolli fiżiċi, fuq l-annimali domestiċi li jiġu mċaqilqa għal ġo Stat Membru għal skopijiet mhux kummerċjali minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż jew territorju terz elenkat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 13(1) u l-Artikoli 14a, biex jivverifikaw b’mod mhux diskriminatorju l-konformità mal-Kapitolu II. |
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Is-sid jew persuna fiżika li taġixxi f’ismu u bi qbil miegħu, matul kull moviment mhux kummerċjali għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew pajjiż jew territorju terz elenkat skont l-Artikolu 13(1) għandu, fuq talba tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-kontrolli stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu: |
2. Is-sid jew persuna awtorizzata matul kull moviment mhux kummerċjali għal ġo Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew pajjiż jew territorju terz elenkat skont l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14a għandu, fuq talba tal-awtorità kompetenti responsabbli għall-kontrolli stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu: |
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jippreżenta d-dokument tal-identifikazzjoni li juri l-konformità mar-rekwiżiti għal dan il-moviment fil-format stipulat: |
(a) jippreżenta d-dokument tal-identifikazzjoni mitlub skont dan ir-Regolament li juri l-konformità mar-rekwiżiti għal dan il-moviment; |
|
(i) fl-Artikolu 22(1), jew |
|
|
(ii) fl-Artikolu 23(1); |
|
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 36 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kontrolli tad-dokumenti u tal-identità u kontrolli fiżiċi li għandhom jitwettqu fuq movimenti mhux kummerċjali fi Stat Membru minn pajjiż jew territorju terz |
Kontrolli tad-dokumenti u tal-identità u kontrolli fiżiċi li għandhom jitwettqu fuq movimenti mhux kummerċjali minn pajjiż jew territorju terz mhux elenkati skont l-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 14a |
Emenda 119 Proposta għal regolament Article 36 - paragraph 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fi Stat Membru minn pajjiż jew territorju terz li mhux elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 13(1) għandu jkun soġġett għal kontrolli tad-dokumenti u tal-identità, u fejn meħtieġ, għal kontrolli fiżiċi, mill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġaturi. |
1. Il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fi Stat Membru minn pajjiż jew territorju terz li mhux elenkat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14a għandu jkun soġġett għal kontrolli tad-dokumenti u tal-identità, u fejn meħtieġ, għal kontrolli fiżiċi, mill-awtorità kompetenti fil-punt tad-dħul tal-vjaġġaturi, sabiex jivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III. |
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Is-sid jew persuna fiżika li taġixxi f’isem u bi qbil mas-sid, fil-waqt tad-dħul fi Stat Membru minn pajjiż jew territorju terz li mhux elenkat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 13(1), fuq talba tal-awtorità kompetenti stipulata fil-paragrafu 1 għandu: |
2. Is-sid jew persuna awtorizzata fil-waqt tad-dħul fi Stat Membru minn pajjiż jew territorju terz li mhux elenkat fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 13(1), fuq talba tal-awtorità kompetenti stipulata fil-paragrafu 1 għandu: |
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jippreżenta d-dokument tal-identifikazzjoni li juri l-konformità mar-rekwiżiti għal dan il-moviment fil-format stipulat: |
(a) jippreżenta d-dokument tal-identifikazzjoni li juri l-konformità mar-rekwiżiti għal dan il-moviment fil-format li jikkorrispondi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
|
(i) fl-Artikolu 26(1), jew |
|
|
(ii) fl-Artikolu 27(b). |
|
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 4 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) iżżomm rekords tal-kontrolli li jkunu saru; |
(b) iżżomm rekords tan-numru totali tal-kontrolli li jkunu saru u l-każijiet ta' nuqqas ta' osservanza; |
Ġustifikazzjoni | |
Qed jitnaqqas il-piż amministrattiv peress li r-riżultati tal-ilmenti x'aktarx li jkunu ta' interess iktar tard. | |
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 4 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) tiddokumenta l-kontrolli li jkunu saru fid-dokument tal-identifikazzjoni msemmi: |
(c) tiddokumenta l-kontrolli li jkunu saru fid-dokument tal-identifikazzjoni. |
|
(i) fl-Artikolu 10(e), jew |
|
|
(ii) fl-Artikolu 27(b). |
|
Ġustifikazzjoni | |
Dan jagħmel it-test eħfef biex jinqara. | |
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Meta l-kontrolli stipulati fl-Artikoli 35 u 36 jiżvelaw li annimal domestiku ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli II u III, l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta lill-veterinarju uffiċjali, għandha tiddeċiedi jekk: |
1. Meta l-kontrolli stipulati fl-Artikoli 35 u 36 jiżvelaw li annimal domestiku ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli II u III, l-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta lill-veterinarju uffiċjali, għandha tiddeċiedi u meta jkun neċessarju lis-sid jew lill-persuna awtorizzata jekk: |
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) tibgħatx lura l-annimal domestiku lill-pajjiż jew it-territorju tad-dispaċċ, jew |
(a) tibgħatx lura l-annimal domestiku, bi spiża għas-sid, lill-pajjiż jew it-territorju tad-dispaċċ, jew |
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) tiżolax l-annimal domestiku, bi spiża tas-sid, taħt kontroll uffiċjali għaż-żmien li jeħtieġ biex jiġi konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli II u III, jew |
(b) tiżolax l-annimal domestiku, bi spiża tas-sid, taħt kontroll uffiċjali għaż-żmien li jeħtieġ biex jiġi konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli II jew III, kif xieraq, jew |
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) traqqadx għal kollox l-annimal domestiku, mingħajr kumpens finanzjarju lis-sid jew lill-persuna fiżika li tkun qed taġixxi f’ismu u bi qbil miegħu, meta ma jkunx prattiku li l-annimal jintbagħat lura jew jiġi iżolat. |
(c) traqqadx għal kollox l-annimal domestiku, bħala l-aħħar possibbiltà f’konformità mal-istandards tal-benesseri tal-annimali tal-Istat Membru, mingħajr kumpens finanzjarju lis-sid jew lill-persuna fiżika li tkun qed taġixxi f’ismu u bi qbil miegħu, meta ma jkunx possibbli li l-annimal jintbagħat lura jew ma jkunx prattiku li jiġi iżolat. |
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 38 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-idrofobija tfaqqa’ u tinfirex fi Stat Membru, pajjiż jew territorju terz u tista’ tkun theddida serja għas-saħħa pubblika u tal-annimali, il-Kummissjoni, hija u taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tadotta waħda mill-miżuri li ġejjin, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, mingħajr dewmien u skont il-gravità tas-sitwazzjoni: |
Meta l-idrofobija jew marda jew infezzjoni oħra tfaqqa’ u tinfirex fi Stat Membru, pajjiż jew territorju terz u tista’ tkun theddida serja għas-saħħa pubblika u tal-annimali, il-Kummissjoni, hija u taġixxi fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru, tista’ tadotta waħda mill-miżuri li ġejjin, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, mingħajr dewmien u skont il-gravità tas-sitwazzjoni: |
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Mhux aktar tard minn [trid tiddaħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku b’informazzjoni ċara u aċċessibbli faċilment dwar dan li ġej: |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku u lill-veterinarji b’informazzjoni ċara u aċċessibbli faċilment dwar dan li ġej: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-pubbliku għandu jkun infurmat dwar id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sabiex ir-regoli l-ġodda jkunu magħrufa meta dan ir-Regolament jibda japplika. | |
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) ir-rekwiżiti ġenerali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi fit-territorju tal-Unjoni jew il-kundizzjonijiet li taħthom huma jistgħu jidħlu jew jerġgħu jidħlu fl-Unjoni; |
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) il-lista tal-punti tad-dħul tal-vjaġġaturi kif rikjest mill-Artikolu 36(3), inkluż l-awtorità kompetenti maħtura biex twettaq il-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 36(4); |
(d) il-lista tal-punti tad-dħul tal-vjaġġaturi kif rikjest mill-Artikolu 36(3) jew l-Artikolu 10(1a), inkluż l-awtorità kompetenti maħtura biex twettaq il-kontrolli kif stipulat fl-Artikolu 36(4); |
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) informazzjoni dwar it-tilqim kontra l-idrofobija li għaliha tintalab l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont il-punt 1(b) tal-Anness IV, u istruzzjonijiet speċjali għall-użu; |
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(eb) għal miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jirrestrinġu l-moviment ta’ ċerti speċijiet jew razez ta’ annimali domestiċi fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet li mhux marbuta mas-saħħa tal-annimali. |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn il-miżuri jikkonċernaw ir-regoli nazzjonali diġà eżistenti li jkunu diġà ġew approvati mill-Kummissjoni, li jista' jkollhom ukoll impatt fuq il-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi (eż. fir-rigward tal-moviment ta' ċerti razez ta' klieb li huma meqjusa perikolużi f'xi Stati Membri). Il-persuni li jixtiequ jivvjaġġaw bl-annimali domestiċi tagħhom għandhom ikunu infurmati li possibilment jistgħu japplikaw regoli addizzjonali barra minn dan ir-Regolament. Ir-Rapportuer iħoss li hu iktar xieraq li dan jiddaħħal fl-Artikolu 39 "Obbligi ta' informazzjoni". | |
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Sabiex tevita l-movimenti kummerċjali li bil-qerq ikunu qed isiru bħala movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 biex tistabbilixxi regoli li jillimitaw l-għadd ta' annimali domestiċi tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness I li jistgħu jakkumpanjaw lis-sid jew lil persuna fiżika li taġixxi f’ismu u bi qbil miegħu, għal moviment mhux kummerċjali wieħed. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
In-numru massimu u l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-eċċezzjonijiet huma stipulati fl-emenda proposta għall-Artikolu 4a ta' dan ir-Regolament. | |
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 7(1), it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 16(2), l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 40 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn (*). |
2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4a, l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 14a, it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 16(2), l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 40 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ...*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. |
|
|
____________ |
|
|
* Data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 44 – subparagrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn [trid tiddaħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. |
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. |
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Ir-revoka tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandha tkun bla ħsara għaż-żamma tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni Nru 1152/2011, li ġie adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 5(1) ta' dak ir-Regolament. |
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. B’deroga mill-Artikolu 22(1), id-dokument tal-identifikazzjoni għandu jitqies li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament meta: |
1. B’deroga mill-Artikolu 20a(1), id-dokument tal-identifikazzjoni għandu jitqies li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament meta: |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda 38. | |
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jitfassal skont il-mudell tal-passaport stabbilit fid-Deċiżjoni 2003/803/KE; |
(a) tfassal skont il-mudell tal-passaport stabbilit fid-Deċiżjoni 2003/803/KE; |
Ġustifikazzjoni | |
Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, id-dokumenti ta' identifikazzjoni jinħarġu bi qbil mal-mudell fl-Annessi. Id-Deċiżjoni 2003/803/KE għandha tibqa' tapplika biss għad-dokumenti maħruġa minn qabel. | |
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) ikun inħareġ mhux iktar tard minn sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 22(1). |
(b) ikun inħareġ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 22(1). |
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. B’deroga mill-Artikolu 26(1), id-dokument tal-identifikazzjoni għandu jitqies li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament meta: |
2. B’deroga mill-Artikolu 24a(1), id-dokument tal-identifikazzjoni għandu jitqies li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament meta: |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda 38. | |
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jitfassal skont il-mudell tal-passaport stabbilit fid-Deċiżjoni 2011/874/KE; |
(a) tfassal skont il-mudell tal-passaport stabbilit fid-Deċiżjoni 2011/874/KE; |
Ġustifikazzjoni | |
Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, id-dokumenti ta' identifikazzjoni jinħarġu bi qbil mal-mudell fl-Annessi. Id-Deċiżjoni 2003/803/KE għandha tibqa' tapplika biss għad-dokumenti maħruġa minn qabel. | |
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) ikun inħareġ mhux iktar tard minn sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 26(1). |
(b) ikun inħareġ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 26(1). |
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għandu japplika minn xxxx [trid tiddaħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Għandu japplika minn ...*. |
|
|
_______________ |
|
|
* 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 145 Proposta għal regolament Anness II | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Anness imħassar |
Emenda 146 Proposta għal regolament Anness Va (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Anness Va |
|
|
Mudell għad-dokument tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 20a |
|
|
(Il-mudell għandu jiddaħħal qabel l-adozzjoni tal-att leġiżlattiv finali.) |
Ġustifikazzjoni | |
Il-mudell għad-dokument tal-identifikazzjoni diġà għandu jkun fir-Regolament sabiex titjieb l-applikazzjoni tiegħu. Id-dispożizzjonijiet dwar il-format, l-informazzjoni li għandha tiġi provduta u l-kwistjoni tad-dokument tal-identifikazzjoni ġew irranġati mill-ġdid għall-iskop tal-applikazzjoni. | |
Emenda 147 Proposta għal regolament Anness Vb (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Anness Vb |
|
|
Mudell għad-dokument tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 24a |
|
|
(Il-mudell għandu jiddaħħal qabel l-adozzjoni tal-att leġiżlattiv finali.) |
Emenda 148 Proposta għal regolament Anness Vc (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Anness Vc |
|
|
Mudell għad-dokument tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 28a |
|
|
(Il-mudell għandu jiddaħħal qabel l-adozzjoni tal-att leġiżlattiv finali.) |
Emenda 149 Proposta għal regolament Anness Vd (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Anness Vd |
|
|
Mudell għad-dokument tal-identifikazzjoni skont l-Artikolu 31a |
|
|
(Il-mudell għandu jiddaħħal qabel l-adozzjoni tal-att leġiżlattiv finali.) |
- [1] ĠU C 229, 31.7.2012, p. 119.
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Il-moviment tal-annimali domestiċi ġie regolat mill-2003 mir-Regolament Nru 998/2003 u mis-17-il modifika sussegwenti tiegħu. Imma matul dak il-perjodu l-ambjent għall-movimenti tal-annimali domestiċi beda jinbidel: il-Kummissjoni u l-Istati Membri inter alia għamlu b'suċċess kampanji kontra l-idrofobija li bis-saħħa tagħhom issa l-idrofobija bħala regola ġenerali tista' titqies bħala meqruda f'ħafna partijiet tal-Unjoni, għalkemm dejjem hija meħtieġa viġilanza permanenti. L-idrofobija, jew in-nuqqas tagħha, kienet ir-raġuni prinċipali, imma mhux l-unika raġuni, biex jinżamm reġim tranżitorju għall-moviment tal-annimali għal ġot-territorju ta' xi Stati membri (l-Artikoli 6, 8 u 16 tar-Regolament Nru 998/2003).
L-iskadenza ta' reġim tranżitorju ieħor skont l-Artikolu 4(1) (l-immarkar permezz ta' tatwaġġ jew transponder) kienet raġuni tajba oħra biex jiġi revedut ir-Regolament kurrenti Nru 998/2003.
Barra minn hekk, matul dan il-perjodu t-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ u r-Regolament Nru 998/2003 kien qed jiġi allinjat parzjalment biss miegħu (permezz tar-Regolament Nru 438/2010). Konsegwentement, allinjament u adattament kompleti tal-miżuri antiki tal-komitoloġija għall-Artikoli 290 u 291 l-ġodda tat-TFUE huma l-pass loġiku li jmiss li għalih il-Kummissjoni ntrabtet f'dikjarazzjoni mehmuża mar-Regolament Nru 438/2010.
Rimarki
· L-objettiv prinċipali tar-Rapporteur hu li jkun eħfef li s-sidien tal-annimali domestiċi jivvjaġġaw mal-annimali domestiċi tagħhom fl-Unjoni jew f'pajjiż terz filwaqt li jiġi rrispettat livell għoli ta' sikurezza fir-rigward tar-riskji potenzjali għas-saħħa pubblika u tal-annimali. Għalhekk, ir-Rapporteur fittex li jtejjeb il-kwalità tat-test biex jinftiehem aħjar u ċ-ċarezza tal-proposta tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm applikazzjoni ċara u mhux ambigwa mis-sidien tal-annimali domestiċi, il-veterinarji, il-persunal tal-infurzar, l-awtoritajiet kompetenti u atturi oħra involuti fil-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi. Bħala riżultat, il-kliem u xi kultant l-ordni ta' ċerti artikoli nbidlu filwaqt li spiss it-test kien fidil lejn il-messaġġ prinċipali ta' dispożizzjoni rispettiva. Tali bidliet huma indikati fil-ġustifikazzjoni.
· Ir-Rapporteur jaqbel mal-fatt li l-bażi ġuridika doppja tinżamm u ġiet adattata għall-artikoli korrispondenti fit-Trattat ta' Lisbona jiġifieri l-Artikolu 43(2) (l-agrikoltura) u l-Artikolu 168(4) (is-saħħa pubblika).
· L-esperjenza wriet li l-movimenti kummerċjali tal-klieb, il-qtates u xi kultant l-inmsa spiss ikunu moħbija b'mod qarrieqi bħala movimenti mhux kummerċjali, biex dak li jkun jipprova jaħrab mill-applikazzjoni ta' regoli iktar stretti fuq il-kummerċ u l-importazzjoni ta' tali annimali. Sabiex ikun evitat li jseħħu tali prattiki, ir-regoli applikabbli kurrenti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 388/2010 jillimitaw in-numru massimu ta' annimali li jistgħu jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom għal 5. Din il-limitazzjoni, madankollu, ikkawżat diffikultajiet enormi fir-realtà għal dawk iċ-ċittadini li jridu jipparteċipaw f'ċerti kompetizzjonijiet jew wirjiet ta' avvenimenti sportivi, li għalihom jeħtieġu jivvjaġġaw minn Stati Membri differenti b'iktar minn 5 annimali. Għalhekk, ir-Rapporteur jipproponi derogi minn dan in-numru massimu li jkunu ċari u prammatiċi biżżejjed kemm għall-parteċipanti f'dawn l-avvenimenti kif ukoll għall-awtoritajiet responsabbli mill-implimentazzjoni u l-infurzar ta' dawn ir-regoli.
· Id-dispożizzjonijiet kurrenti applikabbli jagħtu d-dritt lill-Istati Membri li jippermettu derogi speċjali mit-tilqim obbligatorju kontra l-idrofobija għall-klieb, il-qtates u l-inmsa iżgħar minn 3 xhur. Dawn id-derogi huma bbażati fuq il-fatt li minn perspettiva veterinarja ma jingħatax il-parir li tali annimali żgħar jitlaqqmu. Madankollu, mill-mument tal-tilqim sal-ksib ta' immunizzazzjoni sħiħa jista' jgħaddi perjodu ta' sa 4 ġimgħat sont it-tilqima użata. Ir-regoli kurrenti ma jindirizzawx dan in-nuqqas, filwaqt li joħolqu inċertezza meta wieħed ikun irid jivvjaġġa b'annimali żgħar ta' età iktar minn 12-il ġimgħa imma mingħajr l-immunizzazzjoni protettiva fis-sens tal-Anness IV, punt 2(d). Ir-Rapporteur, għalhekk, jissuġġerixxi li din is-sitwazzjoni tiġi ċċarata għall-atturi kollha billi l-annimali ż-żgħar ta' bejn it-12 u s-16-il ġimgħa jitħallew ikunu eżenti mir-rekwiżiti ta' validità tat-tilqim kontra l-idrofobija stipulati fl-Anness IV.
· L-istruttura u l-kliem tar-regoli dwar kif jimtlew id-dokumenti tal-identifikazzjoni ħolqu konfużjoni fost il-veterinarju u s-sidien tal-annimali domestiċi. Ir-Rapporteur, għalhekk, jissuġġerixxi struttura ġdida ta' dawn il-partijiet tar-reglament: kull sezzjoni l-ewwel telenka il-format meħtieġ tad-dokument tal-identifikazzjoni rispettiv skont it-tip ta' annimal u t-tip ta' moviment mhux kummerċjali (bejn l-Istati Membri tal-UE jew li jaslu minn pajjiżi terzi); imbagħad jissemmew l-entrati relevanti kollha li għandhom jimtlew mill-veterinarju. Kull sezzjoni tiġi konkluża billi tissemma' l-proċedura li għandha tiġi segwita minn veterinarju sabiex jimla kif suppost id-dokument tal-identifikazzjoni. Ftit entrati addizzjonali huma ssuġġeriti biex titjieb l-identifikazzjoni tal-annimal rispettiv u biex id-dokumenti tal-identifikazzjoni jkunu protetti aħjar mill-iffalsifikar. Kull meta jkun possibbli, minflok ma ssir transreferenza għal artikoli oħra f'dan ir-Regolament, ir-Rapporteur ipprova jsemmi r-rekwiżiti jew id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jiġi ssodisfat artikolu speċifiku.
Sabiex dan ir-Regolament ikun iktar faċli biex jintuża u biex jiġi applikat kif ukoll biex tkun garantita l-uniformità, ir-Rapporteur jixtieq idaħħal mudell għal kull tip ta' dokument tal-identifikazzjoni fl-anness ta' dan ir-Regolament sabiex ma jkunx hemm iktar bżonn li wieħed ifittex u jaqra diversi atti legali sussegwenti biex jidentifika it-tqassim korrett
PROĊEDURA
|
Titolu |
Il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi |
||||
|
Referenzi |
COM(2012)0089 – C7-0060/2012 – 2012/0039(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
5.3.2012 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.3.2012 |
|
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 13.3.2012 |
|
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AGRI 23.4.2012 |
|
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Horst Schnellhardt 29.3.2012 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
19.9.2012 |
10.10.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
6.11.2012 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
60 0 0 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Martina Anderson, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Anne Delvaux, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Sabine Wils |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Nikos Chrysogelos, Jutta Haug, Riikka Manner, Justas Vincas Paleckis, Vittorio Prodi, Britta Reimers, Alda Sousa, Rebecca Taylor, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni |
||||
|
Data tat-tressiq |
13.11.2012 |
||||