RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-disponibilità fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (tfassil mill-ġdid)

15.11.2012 - (COM(2011)0764 – C7‑0425/2011 – 2011/0358(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Zuzana Roithová
(Tfassil mill-ġdid - Artikolu 87 tar-Reogoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2011/0358(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0375/2012
Testi mressqa :
A7-0375/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-disponibilità fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (tfassil mill-ġdid)

(COM(2011)0764 – C7‑0425/2011 – 2011/0358(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0764),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0425/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],

–   wara li kkunsidra l-ittra tas-6 ta' Novembru 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill- Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur b'konformità mal-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0375/2012),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, ġaladarba jistgħu jikkawżaw ostakoli għall-kummerċ tal-Union, hemm bżonn li jiġu armonizzati sabiex jiggarantixxu l-moviment liberu ta' oġġetti pirotekniċi fis-suq intern waqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għas-sikurezza u ta' protezzjoni għall-konsumaturi u għall-utenti aħħarija professjonali.

(5) Il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri, ġaladarba jistgħu jikkawżaw ostakoli għall-kummerċ fl-Unjoni, hemm bżonn li jiġu armonizzati sabiex jiggarantixxu l-moviment liberu ta' oġġetti pirotekniċi fis-suq intern waqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa u għas-sikurezza tal-bniedem u ta' protezzjoni għall-konsumaturi, inkluż livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi vulnerabbli f'dawk il-każi fejn l-oġġetti pirotekniċi ma jkunux maħsubin għal użu professjonali, u għall-utenti aħħarija professjonali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Meta jqiegħed oġġett pirotekniku fis-suq, kull importatur għandu jindika fuq l-oġġett pirotekniku ismu u l-indirizz postali, jew jekk ikun disponibbli l-indirizz tas-sit elettroniku, fejn ikun jista' jiġi kkuntattjat. Għandhom jiġu previsti eċċezzjonijiet fil-każijiet meta d-daqs jew in-natura tal-oġġett pirotekniku ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu l-każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ il-pakkett biex iqiegħed ismu u l-indirizz tiegħu fuq l-oġġett pirotekniku.

(Ara l-kliem tal-Premessa 25 tad-Deċiżjoni 768/2008/KE)

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Meta l-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' konformità unika tal-UE jista' joħloq problemi speċifiċi minħabba l-kumplessità jew l-ambitu ta' dik id-dikjarazzjoni unika tal-UE, għandu jkun possibbli li dik id-dikjarazzjoni unika tal-UE tiġi sostitwita minn dikjarazzjonijiet ta' konformità individwali tal-UE li jkunu rilevanti għal dak l-oġġett pirotekniku partikulari.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati b’miżuri maħsubin biex jittieħdu fir-rigward ta' oġġetti li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sigurtà ta’ persuni jew aspetti ta’ protezzjoni ta’ interess pubbliku. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dawk l-oġġetti pirotekniċi.

(41) Is-sistema eżistenti għandha tkun supplimentata bi proċedura li skontha l-partijiet interessati jiġu informati dwar il-miżuri li hu maħsub li se jittieħdu fir-rigward tal-oġġetti pirotekniċi li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza ta’ persuni, inkluża s-sikurezza tat-tfal, tax-xjuħ u tal-persuni b'diżabilitajiet f'dawk il-każi fejn l-oġġetti pirotekniċi ma jkunux maħsubin għall-użu professjonali, jew aspetti oħrajn tal-protezzjoni tal-interess pubbliku. Għandha tippermetti wkoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b’kooperazzjoni mal-operaturi ekonomiċi rilevanti, li jaġixxu fi stadju minn qabel dwar dawk l-oġġetti pirotekniċi.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 43a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a) L-obbligi kollha imposti fuq l-operaturi ekonomiċi minn din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 49a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a) L-istandards armonizzati rilevanti għal din id-Direttiva għandhom jikkunsidraw ukoll b’mod sħiħ il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, iffirmata mill-Unjoni Ewropea fit-23 ta’ Diċembru 2010.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel tqegħid għad-disponibbiltà tal-oġġett pirotekniku fis-suq tal-Unjoni;

(7) "tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq" tfisser il-forniment tal-oġġett pirotekniku għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni fit-twettiq ta' attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' oġġett pirotekniku għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni tul attività kummerċjali kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll jekk tkun mingħajr ħlas;

(8) "tqegħid fis-suq" tfisser l-ewwel darba li oġġett pirotekniku jitqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq tal-Unjoni;

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "operaturi ekonomiċi" tfisser il-manifattur, l-importatur u d-distributur;

(12) "operatur ekonomiku" tfisser manifattur, importatur jew distributur;

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) “standard armonizzat” tfisser standards armonizzati kif definiti fl-Artikolu 2(1)c tar-Regolament UE Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea];

(14) "standard armonizzat" tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea];

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi miżuri meħuda minn Stat Membru, liema miżuri jkunu ġustifikati għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, sigurtà jew sikurezza, jew protezzjoni ambjentali, li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-pussess, l-użu u/jew il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali tal-logħob tan-nar tal-Kategoriji 2 u 3, ta' oġġetti pirotekniċi teatrali u ta' oġġetti pirotekniċi oħra.

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi miżuri meħuda minn Stat Membru, liema miżuri jkunu ġustifikati għal raġunijiet ta' ordni pubbliku, saħħa, sigurtà jew sikurezza, jew protezzjoni ambjentali, li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-pussess, l-użu u/jew il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali tal-logħob tan-nar tal-Kategoriji 2 u 3, ta' oġġetti pirotekniċi teatrali u ta' oġġetti pirotekniċi oħra.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti ta' età

Il-limiti ta' età u limitazzjonijiet oħrajn

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-oġġetti pirotekniċi ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq taħt il-limiti ta' età li ġejjin:

1. L-oġġetti pirotekniċi ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq lil utenti aħħarija taħt il-limiti ta' età li ġejjin:

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limiti tal-età stabbilita fil-paragrafu 1 fejn ikun iġġustifikat minħabba raġunijiet ta’ ordni, sigurtà jew sikurezza pubblika. L-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu l-limiti ta' età għal persuni li jkunu ħadu jew qegħdin jieħdu taħriġ vokazzjonali.

2. L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limiti tal-età stabbilita  fil-paragrafu 1 fejn ikun iġġustifikat minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku, saħħa, sigurtà jew sikurezza. L-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu l-limiti ta' età għal persuni li jkunu ħadu jew qegħdin jieħdu taħriġ vokazzjonali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-oġġetti pirotekniċi tal-kategorija P1 għall-vetturi, inklużi s-sistemi tal-airbags u s-sistemi għall-issikkar minn qabel taċ-ċinturini ta' sikurezza, m'għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-membri tal-pubbliku ġenerali ħlief meta jkunu ġew inkorporati f'vettura jew f'parti akbar ta' vettura li tista' tinqala' minn postha.

 

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II u jwettqu l-proċedura rilevanti tal-evalwazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 16.

 

2. Il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness II u jiżguraw li tkun twettqet il-proċedura rilevanti tal-evalwazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 16.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi diversi minn oġġetti pirotekniċi għall-vetturi jkunu ittikkettjati b'mod viżibbli, leġibbli u indelibbli bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-oġġett ikun disponibbli  lill-konsumatur.

1. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi diversi minn oġġetti pirotekniċi għall-vetturi jkunu ittikkettjati b'mod viżibbli, leġibbli u indelibbli bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-oġġett ikun disponibbli  lill-konsumatur. Dawn it-tikketti, kif ukoll kwalunkwe istruzzjonijiet u informazzjoni ta' sikurezza, għandhom ikunu ċari, jiftiehmu u intelliġibbli.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ittikkettjar ta' oġġetti pirotekniċi għandu jinkludi bħala minimu, l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew, fejn il-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem tal-manifattur u l-isem u l-indirizz tal-importatur, l-isem u t-tip tal-oġġett in-numru ta’ reġistrazzjoni, il-limiti minimi ta' età stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2), il-kategorija rilevanti u l-istruzzjonijiet għall-użu, is-sena ta' produzzjoni għal-logħob tan-nar tal-Kategoriji 3 u 4, u, fejn ikun il-każ, distanza minima ta' sikurezza. L-ittikkettjar għandu jinkludi l-kontenut esplużiv nett (NEC)  .

2. It-tikketti ta' oġġetti pirotekniċi għandhom jinkludu bħala minimu, l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew, fejn il-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem tal-manifattur u l-isem u l-indirizz tal-importatur, l-isem u t-tip tal-oġġett, in-numru ta’ reġistrazzjoni, sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità tal-oġġett pirotekniku, il-limiti minimi ta' età stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2), il-kategorija rilevanti u l-istruzzjonijiet għall-użu, is-sena ta' produzzjoni għal-logħob tan-nar tal-Kategoriji 3 u 4, u, fejn ikun il-każ, distanza minima ta' sikurezza. It-tikketti għandhom jinkludu l-kontenut esplużiv nett (NEC).

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ittikkettjar ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi għandu jinkludi l-isem tal-manifattur l-isem u t-tip tal-oġġett , in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-istruzzjonijiet ta' sikurezza.

1. It-tikketti ta' oġġetti pirotekniċi għall-vetturi għandhom jinkludu l-isem tal-manifattur, l-isem u t-tip tal-oġġett, in-numru ta’ reġistrazzjoni u, fejn ikun hemm bżonn, l-istruzzjonijiet ta' sikurezza.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għandha tingħata lil-utenti professjonali, fil-lingwa mitluba minnhom, skeda ta' data ta' sikurezza magħmula skont l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill..

3. Għandhom jingħataw lill-utenti professjonali, fil-lingwa mitluba minnhom, istruzzjonijiet għall-maniġġar bla periklu li jkunu jinkludu l-informazzjoni rilevanti għall-utenti professjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iskeda tad-dejta ta' sikurezza tista' tkun provduta fuq karta jew elettronikament, sakemm l-indirizzat ikollu l-mezzi neċessarji sabiex jaċċedi għaliha.

L-istruzzjonijiet għall-maniġġar bla periklu jistgħu jiġu pprovduti fuq karta jew elettronikament, sakemm l-indirizzat ikollu l-mezzi neċessarji sabiex jaċċedi għalihom.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel ma jqiegħdu oġġett pirotekniku fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa tal-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur imsemmija fl-Artikolu 16. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-oġġett pirotekniku jkollu l-marka CE u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 9 jew 10.

2. Qabel ma jqiegħdu oġġett pirotekniku fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura xierqa tal-evalwazzjoni tal-konformità mill-manifattur imsemmija fl-Artikolu 16. Għandhom jiżguraw li l-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika, li l-oġġett pirotekniku jkollu l-marka CE u jkollu miegħu d-dokumenti rikjesti, u li l-manifattur ikun issodisfa r-rekwiżiti ta' ttikkettjar stabbiliti fl-Artikoli 9 jew 10.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati fuq l-oġġett pirotekniku jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-ippakkjar tiegħu jew f’dokument li jakkumpanja l-oġġett pirotekniku.

3. Fejn ikun rilevanti bi qbil mal-Artikolu 9(2), l-importaturi għandhom jindikaw, fuq l-oġġett pirotekniku, isimhom, l-isem kummerċjali reġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata tagħhom u l-indirizz postali, jew jekk ikun disponibbli l-indirizz tas-sit elettroniku, fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati jew, jekk dan ma jkunx raġonevolment possibbli, dawk id-dettalji għandhom jingħataw fuq il-pakkett jew f’dokument li jakkumpanja l-oġġett pirotekniku. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi li jitqiegħdu legalment fis-suq qabel [id-data stipulata fl-Artikolu 48(1)] jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq mid-distributuri mingħajr rekwiżiti ulterjuri fir-rigward tal-prodott.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jidentifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

L-operaturi ekonomiċi għandhom, wara li ssir talba, jispeċifikaw dan li ġej lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq:

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu kapaċi jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu forġdid il-prodott.

L-operaturi ekonomiċi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu ġew fornuti bil-prodott u għal perjodu ta' 10 snin wara li jkunu fornew il-prodott pirotekniku. L-operaturi ekonomiċi m'għandhomx jiġu rikjesti jaġġornaw dik l-informazzjoni wara li jkun ġie ffinalizzat il-forniment.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti maħżunin

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-prodotti maħżunin jiġu applikati f'konformità mal-Artikolu 47.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva, għandha jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru III to Decision No 768/2008/EC u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Għandha wkoll tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli l-oġġett pirotekniku.

2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, għandu jkollha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Direttiva u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Fuq talba tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, l-operatur ekonomiku għandu jipprovdi kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE f'verżjoni stampata jew elettronika, u għandu jiżgura li tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi meħtieġa mill-Istat Membru fejn jitqiegħed fis-suq jew jiġi magħmul disponibbli l-oġġett pirotekniku.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta jagħmel id-dikjarazzjoni tal-UE ta' konformità, il-manifattur għandu jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-oġġett pirotekniku.

4. Meta jfassal id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, il-manifattur ikun qed jassumi r-responsabbiltà għall-konformità tal-oġġett pirotekniku mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Taħt il-marka CE u n-numru ta' identifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jkun hemm pittogramma jew kwalunkwe marka oħra li tindika riskju jew użu speċjali.

4. Taħt il-marka CE u, fejn ikun applikabbli, in-numru ta' identifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 3, jista' jkun hemm kwalunkwe marka li tindika riskju jew użu speċjali.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stati Membri għandhom jaħtru awtorità ta' notifika li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-evalwazzjoni u n-notifika ta' korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inklużi l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.

1. Stati Membri għandhom jaħtru awtorità ta' notifika waħda li tkun responsabbli biex tistabbilixxi u tesegwixxi l-proċeduri meħtieġa għall-evalwazzjoni u n-notifika ta' korpi tal-evalwazzjoni tal-konformità u għall-monitoraġġ ta' korpi notifikati, inklużi l-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 26.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Awtorità ta' notifika m'għandhiex tiddelega jew b'xi mod ieħor tafda l-evalwazzjoni, in-notifika jew il-monitoraġġ imsemmijin fil-paragrafu 1 lil korp li ma jkunx entità governattiva.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Korp ta' evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta' evalwazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-oġġetti pirotekniċi u/jew sustanzi esplużivi li huma jevalwaw. Dan ma għandux jeskludi l-użu ta’ oġġetti pirotekniċi u/jew sustanzi splużivi evalwati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti għal skopijiet personali.

4. Korp ta' evalwazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu jew il-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta' evalwazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-oġġetti pirotekniċi u/jew sustanzi esplużivi li huma jevalwaw. Il-korp ta' evalwazzjoni tal-konformità m'għandux ikun il-manifattur ta' oġġetti pirotekniċi u/jew sustanzi esplużivi b'mod ġenerali. Dan ma għandux jeskludi l-użu ta’ oġġetti pirotekniċi u/jew sustanzi splużivi evalwati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp tal-evalwazzjoni tal-konformità jew l-użu ta’ tali prodotti għal skopijiet personali.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta' appell kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċedura ta' appell li tkun effiċjenti, issir malajr u tkun imparzjali kontra d-deċiżjonijiet tal-korpi notifikati

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kull sena dwar l-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dettalji dwar l-attivitajiet tal-awtoritajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq u dwar kwalunkwe pjan għal żieda fis-sorveljanza tas-suq, inkluża l-allokazzjoni ta' aktar riżorsi, it-tisħiħ tal-effiċjenza u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet meħtieġa biex dawk l-għanijiet jintlaħqu, lill-Kummissjoni kull sena.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-oġġetti pirotekniċi jitqiegħdu biss fis-suq meta jkunu nħażnu kif suppost u jintużaw għall-iskop maħsub tagħhom jew għal skop raġonevolment prevedibbli u meta ma jipperikolawx is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament xieraq għall-awtoritajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ikunu koerenti u effikaċi fl-Unjoni kollha.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 (KE) Nru 765/2008, jew fejn għandhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmen li xi oġġett pirotekniku jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għal xi aspetti oħra ta’ interess pubbliku ta’ protezzjoni koperti b'din id-Direttiva, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-oġġett pirotekniku konċernat li jkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq .

1. Fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta’ Stat Membru wieħed ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 (KE) Nru 765/2008, jew fejn għandhom raġunijiet suffiċjenti sabiex jemmen li xi oġġett pirotekniku jippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni jew għal xi aspetti oħra ta’ interess pubbliku ta’ protezzjoni koperti b'din id-Direttiva, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-oġġett pirotekniku konċernat li jkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f’din id-Direttiva. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw skont kif ikun meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq .

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-oġġett pirotekniku kkonċernat mingħajr dewmien.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi adegwati fir-rigward tal-oġġett pirotekniku kkonċernat, bħall-irtirar tal-oġġett pirotekniku mis-suq, mingħajr dewmien.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-oġġett pirotekniku jinstab kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea].

3. Fejn il-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u n-nuqqas ta’ konformità tal-oġġett pirotekniku jinstab kien minħabba xi nuqqas fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 15 ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru [../..] [dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea] wara li tkun ikkonsultat mal-Kumitat previst fl-Artikolu 45 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ.

L-Istati Membri għandhom jibnu fuq il-mekkaniżmi eżistenti biex jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema li tirregola l-marka CE u jieħdu azzjoni xierqa f’każ ta’ użu mhux xieraq tal-marka. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur minn operaturi ekonomiċi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jiżguraw li dawn jiddaħħlu fis-seħħ. Ir-regoli ta' dan it-tip jistgħu jinkludu penali kriminali għal ksur serju.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi.

Il-penali msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu effettivi, proporzjonati għall-gravità tat-trasgressjoni, u dissważivi.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea sat-3 ta' Lulju 2013 l-aktar tard u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sat-3 ta' Lulju 2013 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dawn id-dispożizzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku billi tippubblikahom fuq l-internet.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 47 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi mogħtija qabel l-4 ta’ Lulju 2013 għandhom jibqgħu jkunu validi sakemm jiskadu.

4. B’deroga mill-paragrafu 3, l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għall-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi li t-tip tagħhom ġie approvat qabel l-4 ta’ Lulju 2013, inklużi l-isperparts tagħhom għandhom jibqgħu jkunu validi sakemm jiskadu.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 47 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. B’deroga mill-paragrafu 5, iċ-ċertifikati ta' konformità għall-oġġetti pirotekniċi, inklużi l-isperparts tagħhom, għall-vetturi li t-tip tagħhom ikun ġie approvat qabel l-4 ta’ Lulju 2013 jew maħruġa skont id-Direttiva 2007/23/KE għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu. Iċ-ċertifikati għadhom jistgħu jiġu estiżi.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2013 , il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità mal-Artikoli 3(8), 3(12), 3(13), minn 3(15) sa (22), 4(1), 5, minn 8(2) sa (7), minn 11 sa 15, minn 17 sa 28, minn 30 sa 34, 36, 37(1), minn 38 sa 41, 46, 47 u l-Annessi I u II . Huma għandhom jgħaddu t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn tliet snin mid-data ta' dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex tintlaħaq konformità mal-Artikoli 3(8), 3(12), 3(13), minn 3(15) sa (22), 4(1), 5, minn 8(2) sa (7), minn 11 sa 15, minn 17 sa 28, minn 30 sa 34, 36, 37(1), minn 38 sa 41, 46, 47 u l-Annessi I u II. Huma għandhom jgħaddu t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 48 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed dawn id-dispożizzjonijiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku billi tippubblikahom fuq l-internet.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 48 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mill-għada tad-data stabbilita fl-Artikolu 48(1).

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Anness II – modulu B – punt 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi jkunu ddisinjati għaċ-ċikli tal-ħajja tal-vettura u għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi applikabbli fil-waqt tal-ewwel darba li jsiru disponibbli fis-suq sa tmiem ħajjithom.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Anness II – modulu C2 – punt 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw il-konformità tal-prodotti manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva applikabbli għalihom.

Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta’ manifattura u l-monitoraġġ tiegħu jassiguraw il-konformità tal-oġġetti pirotekniċi manifatturati mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip UE u mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva applikabbli għalihom.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Anness 2 – modulu C2 – punt 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandu jagħmel kontrolli tal-prodott jew iqabbad lil min jagħmilhom, f’intervalli mhux regolari, kif iddeterminat mill-korp, biex tiġi vverifikata l-kwalità tal-kontrolli interni tal-prodott, fejn jitqiesu, inter alia, il-komplessità teknoloġika tal-oġġetti pirotekniċi u l-kwantità ta’ produzzjoni. Għandu jiġi eżaminat kampjun xieraq tal-prodotti finali, meħud fil-post mill-korp notifikat qabel ma l-prodotti jitqiegħdu fuq is-suq, u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati u/jew tal-speċifikazzjonijiet tekniċi, jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti, biex tiġi kontrollata l-konformità tal-prodott deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. Fejn kampjun ma jikkonformax mal-livell ta' kwalità aċċettabbli, il-korp għandu jieħu miżuri xierqa.

Korp intern akkreditat jew korp notifikat, magħżul mill-manifattur, għandhom jagħmlu kontrolli tal-prodott jew iqabbdu lil min jagħmilhom, f’intervalli mhux regolari, kif iddeterminat mill-korp, biex tiġi vverifikata l-kwalità tal-kontrolli interni tal-oġġettt pirotekniku, waqt li jitqiesu, inter alia, il-komplessità teknoloġika tal-oġġetti pirotekniċi u l-kwantità ta’ produzzjoni. Għandu jiġi eżaminat kampjun xieraq tal-prodotti finali, meħud fil-post mill-korp notifikat qabel ma l-prodotti jitqiegħdu fuq is-suq, u għandhom isiru t-testijiet xierqa kif identifikati mill-partijiet rilevanti tal-istandards armonizzati u/jew tal-speċifikazzjonijiet tekniċi, jew għandhom isiru testijiet ekwivalenti, biex tiġi kontrollata l-konformità tal-prodott deskritt fiċ-ċertifikat tal-eżami tat-tip tal-UE u r-rekwiżiti rilevanti ta’ din id-Direttiva. Fejn kampjun ma jikkonformax mal-livell ta' kwalità aċċettabbli, il-korp għandu jieħu miżuri xierqa.

  • [1]  ĠU C 181,21.6.2012, p. 105.
  • [2]  ĠU C 77 28.3.2002, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest

Dan ir-rapport iwettaq modifiki għal proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tfassal mill-ġdid id-Direttiva 2007/23/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi. Din ġiet ippreżentata f'Novembru 2011 fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) adottat fl-2008 bħala "l-pakkett dwar il-merkanzija" li jkopri l-istrumenti komplementari, id-Deċiżjoni 768/2008/KE dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE u r-Regolament (KE) 765/2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93. Din il-proposta hi parti minn pakkett li jallinja disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ.

Id-Direttiva 2007/23/KE eżistenti tistipula r-rekwiżiti ta' sikurezza essenzjali li l-oġġetti pirotekniċi jridu jikkonformaw magħhom sabiex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq tal-UE.

Il-QLĠ ġie adottat bħala rimedju għan-nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni sabiex jiġi kkompletat is-Suq Uniku, b'kompetizzjoni ġusta u prodotti sikuri. Implimentazzjoni u infurzar inkonsistenti fl-Istati Membri tal-armonizzazzjoni eżistenti tal-Unjoni, flimkien ma' regolamentazzjoni kumplessa, għamluha dejjem aktar diffiċli kemm għall-operaturi ekonomiċi, kif ukoll għall-awtoritajiet, li jinterpretaw u japplikaw b'mod korrett il-leġiżlazzjoni, fatt li wassal għal kundiżżjonijiet inugwali fis-suq u anke biex tqiegħdu prodotti perikolużi fis-suq. "Il-pakkett dwar il-merkanzija" jagħti l-qafas globali għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti, sabiex issir aktar uniformi u tinftiehem kemm għall-operaturi eknomiċi, kif ukoll għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq. Madankollu, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni dwar il-QLĠ mhumiex direttament applikabbli. Sabiex jiġi żgurat li s-setturi ekonomiċi kollha suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jibbenefikaw mit-titjib fil-QLĠ, jeħieġ li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-QLĠ jiġu integrati fil-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-prodotti.

Wara l-adozzjoni tal-qafas legali fil-QLĠ fl-2008, il-Kummissjoni bdiet proċess ta' valutazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea armonizzata dwar il-prodotti sabiex jiġu identifikati l-istrumenti li jridu jiġu riveduti sabiex il-QLĠ jiġi implimentat.

F'dan il-proċess ta' valutazzjoni ġie identifikat għadd ta' direttivi li se jeħtieġu reviżjoni fit-3–5 snin li ġejjin minħabba klawżoli ta' reviżjoni jew raġunijiet speċifiċi għas-settur (il-ħtieġa li jiġi ċċarat l-ambitu, il-ħtieġa ta’rekwiżiti ta' sikurezza aġġornati, eċċ.). Il-maġġoranza l-kbira tal-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti dwar il-prodotti se teħtieġ reviżjoni għal dawn ir-raġunijiet u se tiġi ttrattata b'mod individwali skont il-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

Id-disa' proposti fil-pakkett ippreżentat f'Novembru 2011, inkluża d-Direttiva 2007/23/KE, mhumiex parti mill-grupp ta' direttivi dwar il-prodotti msemmi qabel, imma, minħabba l-istruttura komuni tagħhom, ġew identifikati bħala xierqa għal allinjament mal-QLĠ. Is-setturi koperti mid-direttivi huma kollha setturi industrijali importanti ħafna li huma soġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali b'saħħitha, u l-valutazzjonijiet huma li dawk l-industriji se jgawdu mis-semplifikazzjoni u l-ħolqien ta' ambjent fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu l-istess għall-kumpaniji Ewropej kollha li l-QLĠ hu mmirat lejhom.

Il-bidliet li saru fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jikkonċernaw: id-definizzjonijiet, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, is-suppożizzjoni ta' konformità pprovduta permezz tal-istandards armonizzati, id-Dikjarazzjoni ta' Konformità, il-marka CE, il-korpi notifikati, il-proċedura tal-klawżola ta' salvagwardja u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità. L-intenzjoni tal-proposta kienet limitata għal allinjament pur mad-dispożizzjonijiet orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008/KE u mat-terminoloġija l-ġdida fit-Trattat ta' Lisbona, inklużi r-regoli l-ġodda dwar il-komitoloġija.

Proċedura

L-allinjament mad-Deċiżjoni dwar il-QLĠ jirrikjedi għadd ta' emendi sostantivi għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. It-teknika ta' tfassil mill-ġdid intgħażlet bi qbil mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001.

Skont l-Artikolu 87 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew, il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali eżamina l-proposta, abbażi tar-rapporti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv (is-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni) u kkunsidra li ma tinvolvi l-ebda bidla sostantiva apparti dawk li huma identifikati bħala bildliet ta' dan it-tip fil-proposta, jew dawk identifikati mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tikkunsidra li dan l-allinjament ta' disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ hu pass importanti lejn l-ikkompletar tas-suq uniku tal-UE.

Il-QLĠ jintroduċi ambjent regolatorju ssemplifikat għall-prodotti u jippermetti implimentazzjoni aktar konsistenti tal-istandards tekniċi, żewġ elementi li se jgħinu biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku, billi jiżguraw trattament ugwali għall-prodotti mhux konformi u għall-operaturi ekonomiċi, kif ukoll valutazzjoni ugwali tal-korpi notifikati fis-suq kollu tal-UE.

Fil-fehma tar-Rapporteur, allinjament tad-disa' direttivi dwar il-prodotti mal-QLĠ se jżid il-fiduċja kemm tal-produtturi u kemm tal-kosumaturi, billi jiċċara l-obbligi għall-operaturi ekonomiċi u jipprovdi lill-awtoritajiet tal-Istati Membri b'għodda aktar effikaċi biex iwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq, u dan kollu jwassal biex jonqos l-għadd ta' prodotti mhux konformi u perikolużi fis-suq.

Il-proposti tal-Kummissjoni fil-pakkett dwar l-allinjament huma bbażati fuq konsultazzjoni estensiva mal-partijiet interessati, inklużi diversi mijiet ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-esperjenzi tagħhom fir-rigward tal-Pakkett dwar il-Merkanzija, fatt li hu apprezzat ħafna mir-Rapporteur.

Ir-Rapporteur tappoġġa l-ħsieb ġenerali tal-Kummissjoni li jsir allinjament pur tad-disa' direttivi dwar il-prodotti mal-miżuri orizzontali fid-Deċiżjoni 768/2008, imma madankollu tixtieq tissuġġerixxi xi bidliet għad-Direttiva 2007/23/KE dwar l-oġġetti pirotekniċi għal kjarifika u aġġustamenti settorjali ultjeruri bl-objettivi li ġejjin:

1. Allinjament ulterjuri tad-Direttiva mal-QLĠ u l-iżgurar taċ-ċertezza legali

Ir-Rapporteur tikkunsidra li hu imporanti li jsir għadd ta' bidliet għad-Direttiva proposta sabiex jintlaħaq livell ogħla ta' konsistenza mat-termini użati mid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE u jiġu eliminati l-inkonsistenzi possibbli fit-test li inkella jistgħu joħolqu inċertezza legali.

Hu importanti wkoll li tiġi ċċarata l-qagħda legali għall-prodotti li tqiegħdu fis-suq legalment b'konformità mad-Direttiva attwali qabel tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida, imma li għadhom maħżuna. Għandha tiġi enfasizzata n-natura mhux retroattiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE u għandu jiġi ċċarat li dawn il-prodotti jkunu għadhom jistgħu jsiru disponibbli fis-suq wara d-data meta tibda tapplika d-Direttiva l-ġdida. Dan hu importanti b'mod speċjali fl-industrija awtomobilistika, fejn l-oġġetti pirotekniċi jintużaw fi produzzjoni f'serje, jiġu żviluppati għaliha u jiġu prodotti permezz tagħha u din il-produzzjoni f'serje tipikament ma ddumx inqas minn 15-il sena. F'dan ir-rigward, hu importanti wkoll li jiġi indikat li, ladarba l-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi jkunu ġew installati fil-vetturi, għandhom jibqgħu disponibbli fis-suq bħala sperparts ġodda fil-każ li l-vettura jkollha bżonn tissewwa. Ir-rekwiżiti ta' sikurezza huma diġà koperti mill-approvazzjoni tat-tip tal-vettura partikulari.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tikkunsidra li l-Kummissjoni għandu jkollha l-obbligu li tippubblika fuq l-Internet id-dispożizzjonijiet nazzjonali tad-Direttiva trasposta u s-sanzjonijiet rilevanti (prinċipju ta' trasparenza).

2. Tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur

Il-QLĠ jikkontribwixxi għaż-żieda tal-fiduċja tal-konsumatur fis-suq uniku. Għaldaqstant, għadd ta' modifiki hu marbut ukoll mal-objettiv tar-Rapporteur li d-dispożizzjonijiet tal-QLĠ relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur jagħtuna l-benefiċċji kollha possibbli. F'dak ir-rigward, xi emendi jippermettu li d-direttiva l-ġdida tkopri ambitu aktar estensiv ta' sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżiti essenzjali ta' sikurezza, meta anke l-użu raġonevolment prevedibbli għandu jitqies waqt il-fażi tad-disinn tal-prodott (irreferi għall-Artikolu 16 dwar ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament 765/2008). Ikun hemm ukoll aktar protezzjoni tal-konsumatur jekk jiġi speċifikat li l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tikketti jridu jkunu ċari, jiftiehmu u intelliġibbli. Ir-Rapporteur bi ħsiebha wkoll tagħmel it-tagħmir elettriku aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilitajiet. Qed jiġi propost li r-rekwiżiti dwar is-saħħa jissaħħu billi jiġi żgurat li l-kunċett ta' sikurezza jinkludi wkoll is-sikurezza tat-tfal, ix-xjuħ u l-persuni b'diżabilitajiet f'dawk il-każi fejn it-tagħmir elettriku ma jkunx maħsub għal użu professjonali.

3. Tnaqqis tal-burokrazija żejda

Il-QLĠ għandu jikkontribwixxi għat-titjib tal-moviment liberu tal-merkanzija fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, burokrazija ingombranti xxekkel il-fluss liberu tal-merkanzija. Għaldaqstant, ir-Rapporteur eżaminat id-Direttiva proposta sabiex, kull fejn ikun possibbli, titnaqqas il-burokrazija. Għalhekk, fir-rapport qed jiġi propost li l-proċeduri attwali jiġu mmodernizzati billi d-Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-UE titħalla tingħata mhux biss f'verżjoni stampata imma anke b'mezzi elettroniċi u li titnaqqas il-burokrazija żejda għall-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-operaturi sussegwenti/preċedenti fil-katina tal-provvista.

Kif esprimiet qabel, ir-Rapporteur tappoġġa s-semplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-proċeduri previsti fil-QLĠ, imma fl-istess ħin tixtieq tenfasizza li jista' jkun hemm bżonn flessibilità fir-rigward ta' xi obbligi maħluqa mill-qafas il-ġdid. Pereżempju, qed jiġi propost li tiżdied eċċezzjoni għar-regola dwar "Dikjarazzjoni ta' Konformità unika" f'dawk il-każi meta, minħabba l-kumplessità jew id-daqs tiegħu, ikun hemm problemi speċifiċi biex jiġi pprovdut dokument wieħed. Hawnhekk għandu jkun hemm il-possibilità li d-Dikjarazzjonijiet ta' Konformità jiġu pprovduti b'mod separat.

Ir-Rapporteur qed tbiddel ukoll xi obbligi relatati mal-oġġetti pirotekniċi għall-vetturi kif jiġu fornuti lill-utenti professjonali f'dawk il-każi biss meta l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali u ċ-ċertifikati ta' konformità għall-oġġetti pirotekniċi konformi mad-Direttiva 2007/23/KE jkunu diġà ngħataw.

4. Żgurar ta' sorveljanza aħjar tas-suq għall-prodotti tagħna

Allavolja r-Rapporteur konxja tar-regolament futur il-ġdid dwar is-sorveljanza tas-suq li qed jitħejja mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-aħħar sett ta' bidliet hu ffukat fuq l-iżgurar ta' livell ogħla ta' sorveljanza tal-prodotti fis-suq. Għal dan l-għan, ir-Rapporteur qed tipproponi li tiżdied is-sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-bejgħ mill-bogħod billi jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha għal informazzjoni rilevanti jintwerew ukoll fil-kummerċ elettroniku, li jiġi stabbilit rekwiżit ta' informazzjoni annwali mill-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq, li l-Istati Membri jintalbu jipprovdu l-finanzjament xieraq għall-awtoritajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq. Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur saħqet fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet xierqa kontra l-użu mhux xieraq tal-marka CE.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA’ ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 8 ta’ Ottubru 2012

OPINJONI

                     GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

                                                              TAL-KUNSILL

                                                              TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-disponibilità fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi

COM(2011)764 tal-21.11.2011 – 2011/0358(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika għar-riformolazzjoni ta' atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fid-29 ta' Novembru u fit-12 ta’ Diċembru 2011 u fis-26 ta’ Jannar, l-24 ta’ Mejju u l-5 ta’ Lulju 2012 kellu laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt din il-laqgħa[1], eżami tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirriformula d-Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 dwar id-disponibilità fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.

1) Fir-rigward tal-memorandum ta’ spjegazzjoni, bil-għan li l-abbozzar isir f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti relevanti stabbiliti mill-Ftehim Interistituzzjonali dan id-dokument kellu jispeċifika liema dispożizzjonijiet tal-att preċedenti ma jinbidlux fil-proposta, kif previst fil-punt 6(a)(iii) ta’ dak il-ftehim.

2) Il-partijiet li ġejjin tar-riformulazzjoni tal-proposta kellhom jiġu identifikati billi tintuża tipa ta’ kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu mmarkati bidliet materjali:

- fl-Artikolu 48(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem "mal-Artikoli 3(8), 3(12), 3(13), minn 3(15) sa (22), 4(1), 5, minn 8(2) sa (7), minn 11 sa 15, minn 17 sa 28, minn 30 sa 34, 36, 37(1), minn 38 sa 41, 46, 47 u l-Annessi I u II ", kif ukoll it-test kollu kemm hu tas-sentenza finali li jinqara kif ġej: "Huma għandhom jgħaddu t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva ";

- fl-Artikolu 48(1), it-tieni subparagrafu, il-kelma “mill-4 ta’ Lulju 2013 ”;

3) Fl-Artikolu 6, ir-referenza magħmula għall-"Artikolu 17" għandha tinqara bħala referenza għall-"Artikolu 16".

4) Fl-Anness II, ċerti bidliet li ġew identifikati biss permezz ta' marki ta' aġġustament kellhom jiġu identifikati billi tintuża tipa ta’ kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu mmarkati bidliet materjali. Verżjoni reveduta tal-Anness II qed tiġi annessa hawnhekk.

Għal dak li jikkonċerna l-Artikoli 42 u 44 tal-abbozz ta’ test riformulat, ġie diskuss jekk il-lista tal-punti (a), (b) u (c) fl-Artikolu 42 kif ukoll il-punti (a) u (b) fl-Artikolu 44 kellhiex tiġi identifikata billi tintuża tipa ta’ kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu mmarkati bidliet materjali. Minn naħa, is-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni kkunsidraw li l-preżentazzjoni użata f’dawk iż-żewġ artikoli għall-identifikazzjoni tas-sostituzzjoni tat-testi inizjali tal-paragrafu 1 u tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/23/KE respettivament b’testi ġodda, meħuda minn testi standard miftehma bejn it-tliet istituzzjonijiet, tiddeskrivi b’mod suffiċjenti l-emendi materjali proposti għal dawk id-dispożizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, is-Servizz Legali tal-Kunsill ikkunsidra li l-bidla fil-proċedura ma tistax tiġi separata mill-punti li għalihom il-proċedura tirreferi u li t-test kollu tal-Artikoli 42 u 44, inklużi l-punti msemmija, kellu għalhekk jiġi identifikat permezz tat-tipa ta’ kulur griż. Madankollu, it-tliet servizzi legali kkondividew il-fehma li l-abbozzi ta’ test preżentati mill-Kummissjoni għall-Artikoli 42 u 44 għandhom jinftiehmu bħala li l-Kummissjoni kellha l-ħsieb tipproponi biss li r-referenza għall-proċedura regolatorja bi skrutinju li attwalment tinsab fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2007/23/KE tiġi sostitwita b’delega lill-Kummissjoni tas-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE u li r-referenza għall-proċedura regolatorja bi skrutinju li attwalment tinsab fil-paragrafu 2 tal-istess artikolu tiġi sostitwita b’għotja ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u r-Regolament (UE) Nru 182/2011. F’dan ir-rigward, it-tliet istituzzjonijiet jaqblu wkoll li, bħala parti mill-eżerċizzju ta’ reformulazzjoni, il-leġiżlatur jista’ jipprevedi delega ta’ setgħat għall-iskop tal-emendar tal-annessi fir-rigward tal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 42, jew alternattivament jagħżel, fir-rigward ta’ wieħed u aktar minn dawn il-punti, li ma jiddelegax is-setgħat tiegħu lill-Kummissjoni (b’hekk tkun applikabbli l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-imsemmija emendi) jew jagħżel li jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lil dik l-istituzzjoni jew lill-Kunsill skont l-Artikolu 291 TFUE u r-Regolament (UE) Nru 182/20011. Bl-istess mod, bħala parti mill-eżerċizzju ta’ reformulazzjoni, il-leġiżlatur jista’ jipprevedi għota ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 291 TFUE u r-Regolament (UE) Nru 182/20011, fir-rigward tal-punt (a) u (b) tal-Artikolu 44, jew alternattivament jagħżel, fir-rigward ta’ wieħed minn dawn il-punti jew it-tnejn kemm huma, li ma jagħtix setgħat ta’ implimetazzjoni lill-Kummissjoni (b’hekk tkun applikabbli l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-imsemmija emendi), jew jagħżel li jipprevedi delega ta’ setgħat skont l-Artikolu 290 TFUE, jew li jagħti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kunsill skont l-Artikolu 291 TFUE.

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil materjali ħlief dawk identifikati bħala tali f'din il-proposta jew fl-opinjoni preżenti. Il-Grupp ta' Ħidma innota wkoll, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma’ dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil materjali.

C. PENNERA                       H. LEGAL                            L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult                            Ġurikonsult                            Direttur Ġenerali

  • [1]  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv kellu għad-dispożizzjoni tiegħu il-verżjonijiet bl-Ingliż, Franċiż u Ġermaniż tal-proposta, u ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża, li hi l-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.

PROĊEDURA

Titolu

L-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-disponibilità fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (Riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2011)0764 – C7-0425/2011 – 2011/0358(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

21.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

30.11.2011

JURI

30.11.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Zuzana Roithová

29.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.1.2012

28.2.2012

31.5.2012

10.7.2012

Data tal-adozzjoni

6.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Louis Grech, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bernadette Vergnaud

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jürgen Creutzmann, Marielle Gallo, María Irigoyen Pérez, Konstantinos Poupakis, Kyriacos Triantaphyllides

Data tat-tressiq

15.11.2012