ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi
30.11.2012 - (11917/1/2012 – C7‑0328/2012 – 2010/0197(COD)) - ***II
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Vital Moreira
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta' investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi
(11917/1/2012 – C7‑0328/2012 – 2010/0197(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (11917/1/2012 – C7–0328/2012),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0344),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tal-31 ta' Mejju 2012 fejn jieħu l-impenn li jirrakkomanda lill-plenarja biex tapprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni fit-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7‑0389/2012),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att, flimkien mal-istqarrija konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
- [1] Testi adottati tal-10.5.2011, P7_TA(2011)0206.
ANNESS
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
Il-fatt li dan ir-Regolament, u partikolarment il-premessi 17, 18 u 19 jipprevedi l-użu tal-proċeduri msemmija fir-Regolament (UE) Nru 182/2011 ma jikkostitwixxix preċedent fir-rigward ta' regolamenti futuri li jippermettu lill-Unjoni tagħti s-setgħa lill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(1) TFUE biex jippromulgaw liġijiet u jadottaw atti legalment vinkolanti f'oqsma ta' kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Barra minn hekk, f'dan ir-Regolament, l-użu tal-proċedura konsultattiva minflok dik ta' eżami m'għandux jitqies li qed jistabbilixxi preċedent għal regolamenti futuri li jistabbilixxu l-qafas għall-politika kummerċjali komuni.
PROĊEDURA
Titolu |
Arranġamenti tranżizzjonali għal ftehimiet bilaterali ta’ investiment bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi |
||||
Referenzi |
11917/1/2012 – C7-0328/2012 – 2010/0197(COD) |
||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
10.5.2011 T7-0206/2011 |
||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2010)0344 - C7-0172/2010 |
||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari |
25.10.2012 |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 25.10.2012 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Vital Moreira 6.11.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
6.11.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
27.11.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 4 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Franziska Keller, Bernd Lange, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Henri Weber, Jan Zahradil |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Mário David, Elisabeth Köstinger, Marietje Schaake, Inese Vaidere |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Isabelle Durant, Francisco José Millán Mon, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Ivo Strejček, Renate Weber |
||||
Data tat-tressiq |
30.11.2012 |
||||