RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
3.12.2012 - (COM(2012)0511 – C7‑0314/2012 – 2012/0242(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: nne Thyssen
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
(COM(2012)0511 – C7‑0314/2012 – 2012/0242(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0511),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0314/2012),
– wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (C-83/230),
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0392/2012),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[1]*
għall-proposta tal-Kummissjoni
---------------------------------------------------------
REGOLAMENT TAL-KUNSILL
li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l Artikolu 127(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,
Billi:
(1) Tul l-aħħar deċennji, l-Unjoni għamlet progress konsiderevoli fil-ħolqien ta' suq intern għas-servizzi bankarji. Konsegwentement, f'bosta Stati Membri, il-gruppi bankarji li għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom stabbiliti fi Stati Membri oħra għandhom sehem sinifikanti tas-suq, u l-istituzzjonijiet ta' kreditu ddiversifikaw l-operat tagħhom b'mod ġeografiku, kemm fiż-Żona tal-euro kif ukoll barra miż-Żona tal-euro.
(1a) Il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali rat is-sistema bankarja Ewropea kważi tikkrolla. L-integrità tal-munita unika u s-suq uniku hija mhedda mill-frammentazzjoni tas-settur finanzjarju. Huwa issa essenzjali li tiġi intensifikata l-integrazzjoni tas-settur bankarju sabiex tissaħħaħ l-unità Ewropea, terġa' tinġieb l-istabbiltà finanzjarja u titqiegħed il-bażi għall-irkupru ekonomiku.
(2) Sabiex fl-Unjoni jitrawmu tkabbir ekonomiku u finanzjamenti adegwati tal-ekonomija reali, huwa essenzjali li s-suq intern għas-servizzi bankarji jinżamm u jikber iżjed. Madankollu dan huwa dejjem aktar ta' sfida. L-evidenza turi li l-integrazzjoni tas-swieq bankarji fl-Unjoni qed tieqaf u li qed tipproċedi r-rinazzjonalizzazzjoni tal-banek.
(3) Fl-istess ħin, barra mill-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni aktar stretta fl-UE, is-superviżuri jridu jżidu l-iskrutinju superviżorju tagħhom biex iqisu l-esperjenza mill-kriżi finanzjarja matul dawn l-aħħar snin, u jkunu jistgħu jissorveljaw istituzzjonijiet u swieq kumplessi u interkonnessi ħafna.
(4) Il-kompetenza għas-superviżjoni ta' banek individwali fl-Unjoni għadha fil-biċċa l-kbira fil-livell nazzjonali. Il-koordinament bejn is-superviżuri huwa vitali iżda l-kriżi wriet li l-koordinament biss mhuwiex biżżejjed, b'mod partikolari fil-kuntest ta' munita unika. Biex titħares l-istabbiltà finanzjarja fl-Ewropa u jiżdiedu l-effetti pożittivi tal-integrazzjoni tas-suq fuq it-tkabbir u l-benessri, l-integrazzjoni tar-responsabbiltajiet superviżorji għandhom għalhekk jissaħħu.
(4a) Jekk il-kompetenza għas-superviżjoni ta' banek individwali fi gruppi bankarji kbar u interkonnessi titħalla esklużivament fil-livell nazzjonali, dan jipprekludi l-possibbiltà ta' ħarsa ġenerali bla xkiel u solida fuq grupp bankarju sħiħ u l-istat globali ta' saħħtu. Dan jista' jwassal għal interpretazzjonijiet differenti u deċiżjonijiet kontradittorji fuq il-livell ta' entità individwali.
(5) Is-solidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ħafna drabi għadha marbuta mill-qrib mal-Istat Membru li fiha tkun stabbilita. Dubji dwar is-sostenibbiltà ta' dejn pubbliku, prospetti ta' tkabbir ekonomiku, u l-vijabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ilhom joħolqu tendenzi tas-suq negattivi u li jirrinforzaw lil xulxin. Din ir-rabta taffettwa b'mod speċifiku l-użu tal-euro bħala munita unika minħabba li tikkawża frammentazzjoni finanzjarja li timpedixxi li l-membri differenti tas-setturi privati u pubbliċi jkunu ffinanzjati skont l-affidabbiltà kreditizja tagħhom li tbiddel il-parità ta' kundizzjonijiet u tista' twassal għal riskji għall-vijabbiltà ta' wħud mill-istituzzjonijiet ta' kreditu kif ukoll għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u tista' timponi piż tqil fuq il-finanzi pubbliċi diġà batuti tal-Istati Membri kkonċernati. Il-problema timponi riskji speċifiċi fiż-Żona tal-euro, fejn il-munita unika żżid il-probabbiltà li żviluppi negattivi fi Stat Membru wieħed ikunu jistgħu joħolqu riskji għall-iżvilupp ekonomiku u l-istabbiltà ta' Stati Membri oħra fiż-Żona tal-euro u konsegwentement taż-Żona tal-euro kollha, iżda wkoll fi Stati Membri mhux fiż-Żona tal-euro fejn hemm stabbiliti attivitajiet sinifikanti ta' banek miż-Żona tal-euro.
(6) L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), stabbilita fl-2011 bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea),[2] u s-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja stabbiliti bl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (AEAPX),[3] u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (AETS)[4] tejbu b'mod sinifikanti l-kooperazzjoni bejn is-superviżuri bankarji fl-Unjoni. L-ABE qed tagħti kontributi importanti għall-ħolqien ta' ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni, u kienet kruċjali fl-implimentazzjoni b'mod konsistenti tar-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu maġġuri fiż-Żona tal-euro maqbula mill-Kunsill Ewropew f'Ottubru 2011, kif ukoll ta' linji gwida u kundizzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat li l-awtorità indipendenti għall-kompetizzjoni tal-UE jkun irnexxielha tiżgura l-adozzjoni tagħhom
(7) Il-Parlament Ewropew talab f'diversi okkażjonijiet biex korp Ewropew ikun direttament responsabbli għal ċerti kompiti superviżorji fuq istituzzjonijiet finanzjarji, inizjalment fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' April 2000 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas għas-swieq finanzjarji: Pjan ta' Azzjoni,[5] u tal-21 ta' Novembru 2002 dwar regoli ta' superviżjoni prudenzjali fl-Unjoni Ewropea.[6]
(8) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta' Ġunju 2012 stiednu lill-President tal-Kunsill Ewropew jiżviluppa pjan direzzjonali għall-kisba ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina. Fl-istess jum, is-Summit tal-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern taż-Żona tal-euro indika li meta jiġi stabbilit mekkaniżmu superviżorju uniku effikaċi li jinvolvi l-BĊE għall-banek fiż-żona tal-euro, il-MES jista', b'segwitu għal deċiżjoni regolari, ikollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza l-banek direttament, abbażi ta' kundizzjonalità xierqa, inkluża konformità mar-regoli ta' għajnuna mill-Istat.
(8a) Il-Kunsill Ewropew, fit-18 ta' Ottubru 2012, ikkonkluda li l-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja aktar profonda għandu jibni fuq il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tal-UE u jkun ikkaratterizzat minn ftuħ u trasparenza lejn l-Istati Membri li ma jużawx il-munita unika u minn rispett għall-integrità tas-suq uniku. Il-qafas finanzjarju integrat se jkollu Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li se jkun miftuħ sa fejn ikun possibbli għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw.
(9) Unjoni bankarja Ewropea għandha għalhekk tiġi stabbilita, sostnuta b'ġabra unika ta' regoli komprensiva u dettaljata għas-servizzi finanzjarji għas-Suq Uniku kollu u magħmula minn mekkaniżmu superviżorju uniku, u qafas komuni ta' assigurazzjoni tad-depożiti u ta' riżoluzzjoni.. Fid-dawl tal-interdipendenzi tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-munita komuni, l-unjoni bankarja jeħtiġilha tinkludi l-Istati Membri kollha taż-Żona tal-euro u għandha tinkludi l-Istati l-oħra kollha li biħsiebhom u qegħdin jippreparaw biex jissieħbu fl-euro. Il-modalitajiet istituzzjonali u ġuridiċi biex jippermettu dan għandhom jilħqu bilanċ bejn status ugwali għall-Istati Membri kollha li qed jipparteċipaw u l-offerta ta' inċentivi għall-Istati Membri li mhumiex fiż-Żona tal-euro biex jissieħbu fil-munita unika. Bl-għan li s-suq intern jinżamm u jitwessa', u sal-estent li dan huwa possibbli istituzzjonalment, l-unjoni bankarja għandha tinkludi lill-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-Istati Membri li jindikaw espressament ir-rieda tagħhom li ma jipparteċipawx.
(10) Bħala l-ewwel pass lejn unjoni bankarja, mekkaniżmu superviżorju uniku għandu jiżgura li l-politika tal-Unjoni relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tiġi implimentata b'mod koerenti u effikaċi, li l-ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji tiġi applikata b'mod ugwali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri kollha kkonċernati, u li dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-ogħla kwalità, li ma tkunx ristretta minn kunsiderazzjonijiet oħra mhux prudenzjali. B'mod partikolari, il-mekkaniżmu superviżorju uniku għandu jkun konsistenti mal-funzjonament tas-suq intern għas-servizzi finanzjarji u mal-moviment liberu tal-kapital. Mekkaniżmu superviżorju uniku huwa l-bażi għall-passi li jmiss lejn l-unjoni bankarja. Dan jirrifletti l-prinċipju li kwalunkwe introduzzjoni possibbli ta' mekkaniżmi ta' intervent komuni f'każ ta' kriżijiet, inkluż aċċess dirett għall-MES, għandu jiġi ppreċedut minn kontrolli komuni li jnaqqsu l-probabbiltà li jkollhom jintużaw mekkaniżmi ta' intervent.
(11) Bħala l-bank ċentrali taż-Żona tal-euro b'għarfien espert estensiv fi kwistjonijiet makroekonomiċi u ta' stabbiltà finanzjarja, b'aċċess għal ħafna riżorsi ta' informazzjoni, b'kompentenzi rikonoxxuti b'mod ġenerali u billi baqa' jżomm il-kredibbiltà tiegħu matul il-kriżi, il-BĊE jinsab f'pożizzjoni tajba biex iwettaq kompiti superviżorji ddefiniti biċ-ċar li jiffukaw fuq il-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Ewropea. Fil-fatt f'bosta Stati Membri, il-Banek Ċentrali diġà huma responsabbli għas-superviżjoni bankarja. Il-BĊE għandu għalhekk jiġi kkonferit kompiti speċifiċi fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri parteċipanti.
(12) Il-BĊE għandu jiġi kkonferit dawk il-kompiti superviżorji speċifiċi li huma kruċjali biex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti u effikaċi tal-politika tal-Unjoni li tirrigwarda s-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, filwaqt li kompiti oħrajn għandhom jibqgħu f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Il-kompiti tal-BĊE għandhom jinkludu miżuri meħuda biex tintlaħaq stabbiltà makroprudenzjali.
(13) Is-sikurezza u s-solidità tal-banek il-kbar huma essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Madankollu, esperjenza reċenti turi li l-banek iż-żgħar jistgħu wkoll ikunu ta' riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, il-BĊE jista', fi kwalunkwe mument u fi kwalunkwe ċirkostanza, jassumi r-responsabbiltajiet konferiti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u jwettaq il-kompiti superviżorji speċifiċi kollha.
(14) Awtorizzazzjoni preliminari għall-operat ta' istituzzjonijiet ta' kreditu hija teknika prudenzjali essenzjali biex jiġi żgurat li dawk l-attivitajiet jitwettqu biss minn operaturi b'bażi ekonomika soda, b'organizzazzjoni kapaċi tittratta r-riskji speċifiċi inerenti għat-teħid ta' depożiti u l-provvediment ta' krediti, u b'diretturi xierqa. Il-BĊE għandu għalhekk ikollu l-kompitu li jawtorizza lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u għandu jkun responsabbli għall-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet, suġġett għal arranġamenti speċifiċi li jirriflettu r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali.
(15) Minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-każijiet għall-irtirar ta' dawn l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu attwalment jipprovdu għal kundizzjonijiet ulterjuri għall-awtorizzazzjoni u għal każijiet ta' rtirar ta' awtorizzazzjoni. Il-BĊE għandu għalhekk iwettaq il-kompitu tiegħu li jawtorizza lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u li jirtira l-awtorizzazzjoni f'każ ta' nonkonformità mad-dritt nazzjonali fuq proposta mill-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti, li tivvaluta l-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti bid-dritt nazzjonali. Meta l-kundizzjonijiet previsti mid-dritt tal-Unjoni jiġu sodisfatti, il-BĊE għandu jagħti l-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum ta' xogħol mill-wasla tal-proposta mingħand l-awtorità nazzjonali rilevanti, prorogabbli darba għall-istess tul ta' żmien f'każijiet debitament ġustifikati.
(16) Valutazzjoni tal-adegwatezza ta' kwalunkwe sid ġdid qabel ix-xiri ta' interess sinifikanti f'istituzzjoni ta' kreditu hija għodda indispensabbli biex tiġi żgurata l-adegwatezza kontinwa u s-solidità finanzjarja tas-sidien ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Il-BĊE bħala istituzzjoni tal-Unjoni jinsab f'pożizzjoni tajba biex iwettaq valutazzjoni bħal din mingħajr ma jimponi restrizzjonijiet żejda fuq is-suq intern. Il-BĊE għandu jkollu l-kompitu li jivvaluta l-akwiżizzjoni u d-disponiment ta' parteċipazzjonijiet azzjonarji sinifikanti f'istituzzjonijiet ta' kreditu.
(17) Konformità mar-regoli tal-Unjoni li jeżiġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom ċerti livelli ta' kapital kontra riskji inerenti għall-operat tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jillimitaw id-daqs tal-iskoperturi għal kontropartijiet individwali, li jiddivulgaw pubblikament informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jiddisponu minn biżżejjed assi likwidi biex jifilħu għal sitwazzjonijiet ta' stress tas-suq, u li jillimitaw l-ingranaġġ hija prerekwiżit għas-solidità prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Il-BĊE għandu jkollu l-kompitu li jiżgura konformità ma' dawk ir-regoli u biex jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali ogħla u japplika miżuri addizzjonali għal istituzzjonijiet ta' kreditu fil-każijiet speċifikament stabbiliti fl-atti tal-Unjoni.
(18) Bafers kapitali addizzjonali, inkluż bafer ta' konservazzjoni tal-kapital u bafer kapitali kontroċikliku biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jakkumulaw matul perjodi ta' tkabbir ekonomiku bażi kapitali suffiċjenti biex jassorbu t-telf f'perjodi ta' stress, humu għodod prudenzjali essenzjali biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' assorbenza ta' telf adegwata. Il-BĊE għandu jkollu l-kompitu jimponi dawn il-bafers u jiżgura li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jikkonformaw magħhom.
(19) Is-sikurezza u s-solidità ta' istituzzjoni ta' kreditu jiddependu wkoll mill-allokazzjoni ta' kapital intern adegwat, fejn jitqiesu r-riskji li tista' tkun esposta għalihom, u mid-disponibbiltà ta' strutturi xierqa ta' organizzazzjoni interna u arranġamenti ta' governanza korporattiva. Il-BĊE għandu għalhekk ikollu l-kompitu li japplika rekwiżiti li jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkollhom implimentat arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi ta' governanza sodi, inklużi strateġiji u proċessi għall-valutazzjoni u ż-żamma tal-adegwatezza tal-kapital intern tagħhom. F'każ ta' nuqqasijiet għandu jkollu wkoll il-kompitu li jimponi miżuri xierqa inklużi rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji addizzjonali, rekwiżiti speċifiċi ta' pubblikazzjoni, u rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità.
(20) Riskji għas-sikurezza u s-solidità ta' istituzzjoni ta' kreditu jistgħu jokkorru kemm fil-livell ta' istituzzjoni ta' kreditu individwali kif ukoll fil-livell ta' grupp bankarju jew ta' konglomerat finanzjarju. Arranġamenti superviżorji speċifiċi biex jimmitigaw dawn ir-riskji huma importanti biex jiġu żgurati s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Minbarra s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu individwali, il-kompiti tal-BĊE għandhom jinkludu superviżjoni fil-livell konsolidat, superviżjoni supplementari, superviżjoni ta' kumpaniji holding finanzjarji u superviżjoni ta' kumpaniji holding finanzjarji mħallta.
(21) Sabiex tiġi ppreżervata l-istabbiltà finanzjarja, id-deterjorament tas-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta' istituzzjoni għandha titranġa qabel ma dik l-istituzzjoni tilħaq punt li fih l-awtoritajiet ma jkollhom l-ebda alternattiva oħra għajr li tiġi riżolta jew li jintużaw flus il-kontribwenti għal intervent. Il-BĊE għandu jkollu l-kompitu jwettaq azzjonijiet ta' intervent bikri kif iddefiniti fid-dritt rilevanti tal-Unjoni. Madankollu għandu jikkoordina l-azzjoni tiegħu ta' intervent bikri mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti. Sa ma jseħħ il-konferiment tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fuq korp Ewropew, il-BĊE għandu barra minn hekk jikkoordina b'mod xieraq mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati biex jiżgura fehim komuni dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi f'każ ta' kriżijiet, b'mod partikolari fil-kuntest tal-gruppi ta' mmaniġġjar ta' kriżijiet transfruntieri u l-kulleġġi ta' riżoluzzjoni futuri stabbiliti għal dawn l-għanijiet.
(22) Kompiti superviżorji mhux ikkonferiti lill-BĊE għandhom jibqgħu f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Dawk il-kompiti għandhom jinkludu s-setgħa li jirċievu notifiki mill-istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mad-dritt ta' stabbiliment u l-provvediment ħieles ta' servizzi, is-superviżjoni tal-korpi li mhumiex koperti bid-definizzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu skont id-dritt tal-Unjoni iżda li huma taħt superviżjoni bħala istituzzjonijiet ta' kreditu skont id-dritt nazzjonali, li jwettqu superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu minn pajjiżi terzi li jistabbilixxu fergħa jew li jipprovdu servizzi transfruntieri fl-Unjoni, li jwettqu superviżjoni ta' servizzi ta' pagamenti, li jwettqu l-verifiki tal-istituzzjonijiet ta' kreditu ġurnata b'ġurnata, li jwettqu l-funzjoni ta' awtoritajiet kompetenti fuq istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mas-swieq fl-istrumenti finanzjarji u l-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu.
(22a) Il-BĊE għandu jikkoordina bis-sħiħ mal-awtoritajiet nazzjonali li huma kompetenti biex jiġu garantiti livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.
(23) Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu bl-għan li jiżgura s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri parteċipanti individwali u l-unità u l-integrità tas-Suq Intern, biex b'hekk jiżgura wkoll il-protezzjoni tad-depożituri u jtejjeb il-funzjonament tas-Suq Intern, skont il-ġabra unika ta' regoli għas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni. Il-BĊE, b'mod partikolari, għandu jieħu kont dovut tal-prinċipji tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni.
(23a) Fil-qadi tal-kompiti kkonferiti lilu, u mingħajr preġudizzju għall-objettiv li jiġu żgurati s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-BĊE għandu debitament iqis it-tipi differenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu.
(24) Il-konferiment ta' kompiti superviżorji lill-BĊE ▌għandu jkun konsistenti mal-qafas tas-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) stabbilita fl-2010 u l-għan sottostanti tagħha li tiżviluppa l-ġabra unika ta' regoli u ssaħħaħ il-konverġenza ta' prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha. Il-kooperazzjoni bejn is-superviżuri bankarji u s-superviżuri tal-assigurazzjoni u s-swieq tat-titoli hija importanti biex tittratta kwistjonijiet ta' interess komuni u biex tiġi żgurata superviżjoni xierqa tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li joperaw ukoll fis-setturi tal-assigurazzjoni u t-titoli. Il-BĊE għandu għalhekk ikun meħtieġ jikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titotli u s-Swieq u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, fil-qafas tal-EFSF. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u mingħajr ħsara għall-kompetenza u l-kompiti tal-parteċipanti l-oħra fl-SESF. Il-BĊE għandu jkun meħtieġ ukoll jikkoopera mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti u faċilitajiet Ewropej oħra ta' assistenza finanzjarja pubblika.
▐
(26) Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu soġġett għal kwalunkwe regola tad-dritt tal-Unjoni u f'konformità magħha inklużi d-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni kollu, id-deċiżjonijet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-kontroll tal-fużjonijiet u l-ġabra unika ta' regoli li tapplika għall-Istati Membri kollha. L-ABE hija fdata bil-kompitu li tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi u linji gwida u rakkomandazzjonijiet li jiżguraw konverġenza superviżorja u konsistenza ta' eżiti superviżorji fl-Unjoni. Il-BĊE ma għandux jissostitwixxi l-eżerċitar ta' dawn il-kompiti mill-ABE, u għandu għalhekk jeżerċita setgħat biex jadotta r-regolamenti skont l-Artikolu 132 tat-TFUE biss fejn atti tal-Unjoni adottati mill-Kummissjoni Ewropea fuq abbozzi żviluppati mill-ABE jew linji gwida u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE ma jittrattawx ċerti aspetti meħtieġa għall-eżerċitar xieraq tal-kompiti tal-BĊE jew ma jittrattawhomx fid-dettall biżżejjed.
(26a) Meta jkun neċessarju, il-BĊE għandu jidħol f'memoranda ta' qbil mal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-swieq tal-istrumenti finanzjarji li jiddeskrivu f'termini ġenerali l-mod kif dawn se jikkooperaw ma' xulxin fil-qadi tal-kompiti superviżorji tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji definiti fl-Artikolu 2. Dawn il-memoranda għandhom ikunu nondiskriminatorji u għandhom ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.
(27) Sabiex jiġi żgurat li r-regoli u d-deċiżjonijiet superviżorji jiġu applikati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, mill-kumpaniji holding finanzjarji u mill-kumpaniji holding finanzjarji mħallta, sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u dissważivi għandhom jiġu imposti f'każ ta' ksur. Skont l-Artikolu 132(3) tat-TFUE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet[7], il-BĊE huwa intitolat jimponi multi jew ħlasijiet perjodiċi ta' penali fuq l-impriżi meta jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi skont ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tiegħu. Barra minn hekk, sabiex il-BĊE jkun jista' jwettaq b'mod effikaċi l-kompiti tiegħu relatati mal-infurzar tar-regoli superviżorji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni direttament applikabbli, il-BĊE għandu jingħata s-setgħa li jimponi sanzjonijiet pekunarji fuq istituzzjonijiet ta' kreditu, kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta għal ksur ta' tali regoli. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jibqgħu jistgħu japplikaw sanzjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' obbligi li joriġinaw mid-dritt nazzjonali li tittrasponi d-Direttivi tal-Unjoni. Meta l-BĊE jqis li jkun xieraq biex iwettaq il-kompiti tiegħu li tiġi applikata sanzjoni għal tali ksur, għandu jkun jista' jirreferi l-kwistjoni lill-awtoritajiet nazzjonali għal dawk l-għanijiet.
(28) Is-superviżuri nazzjonali għandhom għarfien espert importanti u li ilu stabbilit fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fit-territorju tagħhom u l-ispeċifiċitajiet ekonomiċi, organizzazzjonali u kulturali tagħhom. Stabbilixxew korp kbir ta' persunal iddedikat u bi kwalifiki għoljin għal dawn l-għanijiet. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata superviżjoni Ewropea ta' kwalità għolja, is-superviżuri nazzjonali għandhom jassistu lill-BĊE fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe att relatat mal-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tal-BĊE.
(28a) Barra mir-rapportar kontinwu, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-BĊE mingħajr dewmien dwar kwalunkwe tħassib serju dwar is-sikurezza u/jew is-solidità ta' kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li għaliha jkunu qegħdin iwettqu l-kompiti f'isem il-BĊE jew meta l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tkun qed tiġi pperikolata jew ikun probabbli li se tiġi pperikolata mill-qagħda ta' kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li fir-rigward tagħha jkunu qed iwettqu kompiti f'isem il-BĊE.
(29) Fir-rigward tas-superviżjoni ta' banek transfruntieri attivi kemm fiż-Żona tal-euro u barra minnha, l-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro. Bħala awtorità kompetenti l-BĊE għandu jkun soġġett għall-obbligi relatati biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni u għandu jipparteċipa bis-sħiħ fil-kulleġġi tas-superviżuri. Barra minn hekk, peress li l-eżerċitar tal-kompiti superviżorji minn istituzzjoni Ewropea jġib benefiċċji ċari f'termini ta' stabbiltà finanzjarja u integrazzjoni sostenibbli tas-suq, l-Istati Membri mhux parteċipanti fil-munita komuni għandu għalhekk ikollhom ukoll il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu l-ġdid. Madankollu, prekundizzjoni meħtieġa għall-eżerċitar effikaċi tal-kompiti superviżorji hija li d-deċiżjonijiet superviżorji jiġu implimentati bis-sħiħ u mingħajr dewmien. L-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro li jixtiequ jipparteċipaw fil-mekkaniżmu l-ġdid għandhom għalhekk jintrabtu li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom se jirrispettaw u jadottaw kwalunkwe miżura b'rabta mal-istituzzjonijiet ta' kreditu mitluba mill-BĊE. Il-BĊE għandu jkun jista' jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membri mhux parteċipanti fil-munita komuni. Għandu jkun obbligat jistabbilixxi l-kooperazzjoni meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu ssodisfati.
(29a) Il-kundizzjonijiet li skonthom ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandhom jippermettu rappreżentanza sħiħa u ndaqs. Is-setgħat tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja huma li jippjana u jeżegwixxi l-kompiti superviżorji tal-BĊE. Il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu b'rikonoxximent sħiħ li l-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa l-awtorità eżekuttiva finali tal-BĊE.
(30) Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, il-BĊE għandu jkollu setgħat superviżorji xierqa. Id-dritt tal-Unjoni dwar is-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jipprovdi għal ċerti setgħat li għandhom jiġu kkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għal dawk l-għanijiet. Safejn dawk is-setgħat jaqgħu fl-ambitu tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE, għall-Istati Membri parteċipanti l-BĊE għandu jitqies l-awtorità kompetenti u għandu jkollu s-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet kompetenti skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jinkludi setgħat ikkonferiti b'dawk l-atti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti u s-setgħat ikkonferiti lill-awtoritajiet maħtura.
(31) Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod effikaċi, il-BĊE għandu jkun jista' jeżiġi l-informazzjoni kollha meħtieġa, u jkun jista' jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post, meta jkun il-każ f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Dawn is-setgħat għandhom japplikaw għall-entitajiet li ssirilhom superviżjoni, għall-persuni involuti fl-attivitajiet ta' dawk l-entitajiet u l-partijiet terzi relatati, partijiet terzi li dawk l-entitajiet ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet operazzjonali jew attivitajiet u persuni li b'xi mod ieħor ikunu relatati jew konnessi mill-qrib u b'mod sostanzjali mal-attivitajiet ta' dawk l-entitajiet, inkluż il-persunal ta' entità li ssirilha superviżjoni li ma jkunx direttament involut fl-attivitajiet tagħha iżda li, minħabba l-funzjoni tiegħu fl-entità, jista' jkollu informazzjoni importanti dwar kwistjoni speċifika u ditti li pprovdew servizzi lil dawk l-entitajiet. Il-BĊE għandu jkun jista' jeżiġi informazzjoni permezz ta' talba sempliċi li skontha d-destinatarju mhuwiex obbligat li jipprovdi l-informazzjoni, iżda, fil-każ li jagħmel dan b'mod volontarju, l-informazzjoni pprovduta ma għandhiex tkun inkorretta jew qarrieqa u għandha tingħata mingħajr dewmien. Il-BĊE għandu jkun jista' wkoll jeżiġi informazzjoni permezz ta' deċiżjoni. Il-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali se jkollhom aċċess għall-istess informazzjoni mingħajr mal-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu suġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar doppju.
(32) Meta l-istituzzjonijiet ta' kreditu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' stabbiliment jew li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor, jew fejn bosta entitajiet fi grupp ikunu stabbiliti fi Stati Membri differenti, id-dritt tal-Unjoni jipprovdi għal proċeduri speċifiċi u għall-attribuzzjoni ta' kompetenzi bejn l-Istati Membri kkonċernati. Sal-punt li l-BĊE jassumi ċerti kompiti superviżorji għall-Istati Membri parteċipanti kollha, dawk il-proċeduri u attribuzzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-eżerċitar tad-dritt tal-istabbiliment jew li jiġu pprovduti servizzi fi Stat Membru parteċipanti ieħor.
(33) Bħala istituzzjoni stabbilita bit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-BĊE huwa istituzzjoni tal-Unjoni fit-totalità tagħha. Għalhekk għandu jkun marbut fil-proċeduri deċiżjonali tiegħu bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni dwar proċess ġust u trasparenza. Id-dritt li d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-BĊE jinstemgħu għandu jiġi rrispettat b'mod sħiħ kif anki d-dritt ta' appell tagħhom kontra d-deċiżjonijiet tal-BĊE skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament.
(34) Il-konferiment tal-kompiti superviżorji jimplika responsabbiltà sinifikanti għall-BĊE biex jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, u biex juża s-setgħat superviżorji tiegħu b'mod mill-aktar effikaċi u proporzjonat. Kull bidla tas-setgħat superviżorji mil-livell tal-Istati Membri għal dak tal-Unjoni għandha tkun ibbilanċjata b'rekwiżiti xierqa ta' trasparenza u obbligu ta' rendikont. Konsegwentement, filwaqt li l-BĊE jeħtieġlu jibqa' indipendenti fir-rigward tal-politika monetarja, għandu jagħti kont tal-eżerċitar ta' dawn il-kompiti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Ministri ▌bħala istituzzjonijiet demokratikament leġitimizzati li jirrappreżentaw lill-poplu Ewropew u lill-Istati Membri ▌. Dak għandu jinkludi rapportar regolari u t-tweġibiet ta' mistoqsijiet. Meta s-superviżuri nazzjonali jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu japplikaw l-arranġamenti ta' responsabbiltà pprovduti skont id-dritt nazzjonali.
(34a) Fuq talba tal-parlamenti tal-Istati Membri parteċipanti, rappreżentant tal-bord superviżorju tal-BĊE, flimkien mal-awtorità kompetenti nazzjonali, jista' jinstema' fil-kumitati kompetenti tal-parlamenti nazzjonali kkonċernati, dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu. Dan it-tisħiħ addizzjonali tar-responsabbiltà demokratika huwa xieraq minħabba l-impatt li l-miżuri superviżorji jistgħu jkollhom fuq il-finanzi pubbliċi, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-klijenti u l-impjegati tagħhom, u s-swieq fl-Istati Membri parteċipanti.
(34b) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwaqqaf Kumitat ta' Inkjesta temporanju biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet jew amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 226 tat-TFUE.
(34c) Skont l-Artikolu 263 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha teżamina l-legalità tal-atti, fost l-oħrajn, tal-BĊE, minbarra r-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet, maħsuba biex joħolqu effetti legali fir-rigward ta' terzi.
(34d) Ir-Regolament Nru 1 li jiddetermina l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea1 japplika għall-BĊE bis-saħħa tal-Artikolu 342 tat-TFUE.
(35) Il-BĊE huwa responsabbli għat-twettiq ta' funzjonijiet ta' politika monetarja bl-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 127(1) tat-TFUE. L-eżerċitar ta' kompiti superviżorji għandu l-għan li jipproteġi s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess u biex jiġi żgurat li kull funzjoni tiġi eżerċitata skont l-għanijiet applikabbli, il-BĊE għandu jiżgura li jitwettqu b'mod totalment separat. Il-BĊE għandu jistabbilixxi arranġamenti prattiċi fir-regoli interni tiegħu bil-għan li jiġi żgurat li s-separazzjoni u l-indipendenza operattiva bejn il-funzjonijiet superviżorji u monetarji tal-BĊE jiġu garantiti. Il-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-BĊE minn dan ir-Regolament għandu jkun, mil-lat organizzattiv, separat mill-persunal l-ieħor tal-BĊE u għandu jkun suġġett għal-linji ta' rappurtar separati.
(36) B'mod partikolari, Bord ta' Superviżjoni Bankarja responsabbli mit-tħejjija tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet superviżorji għandu jiġi stabbilit mal-BĊE u jinkludi l-għarfien espert speċifiku tas-superviżuri nazzjonali. Il-bord għandu jkun magħmul minn rappreżentanti mill-BĊE u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. Għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta kemm għall-kompetenza kif ukoll għall-ġeneru tal-membri tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja. Biex tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa mal-attivitajiet tal-ABE u mal-politiki prudenzjali tal-Unjoni, l-ABE u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu osservaturi fil-bord superviżorju. ▐
(36a) Huwa u jeżerċita l-kompiti tiegħu, il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha fl-Istati Membri parteċipanti u għandu jwettaq dmirijietu fl-interess tal-Unjoni b'mod ġenerali. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti rrappreżentati fil-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandhom ikollhom l-istess drittijiet ta' vot.
(36b) Il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jwettaq bis-sħiħ xogħlijiet preparatorji b'rabta mal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE u jipproponi lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE abbozzi ta' deċiżjonijiet kompluti, li għandhom jiġu adottati minn dan tal-aħħar, skont proċedura li għandha tkun stabbilita fir-regoli ta' proċedura tal-BĊE. Abbozz ta' deċiżjoni se jitqies bħala adottat sakemm il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax fi żmien terminu partikolari, li għandu jiġi definit fir-regoli ta' proċedura.
(36c) Il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja jista' jkun sostnut minn Kumitat ta' tmexxija b'kompożizzjoni aktar limitata. Il-Kumitat ta' tmexxija għandu jħejji l-laqgħat tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja u jwettaq dmirijietu fl-interess esklużiv tal-Unjoni b'mod ġenerali u għandu jaħdem fi trasparenza sħiħa mal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja. Il-Kumitat ta' tmexxija għandu jkun kompost, fuq bażi ndaqs, mir-rappreżentanti tal-BĊE u individwi ta' reputazzjoni għolja fil-qasam tas-superviżjoni prudenzjali.
(37) Il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja, il-Kumitat ta' tmexxija u l-persunal tal-BĊE li jwettqu d-dmirijiet superviżorji għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti xierqa ta' segretezza professjonali. Rekwiżiti simili għandhom japplikaw għall-iskambju tal-informazzjoni mal-persunal tal-BĊE mhux involut f'attivitajiet superviżorji. Dan ma għandux jipprevjeni lill-BĊE milli jiskambja informazzjoni fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, inkluż mal-Kummissjoni Ewropea għall-finijiet tal-kompiti tagħha skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE u skont id-dritt tal-Unjoni dwar sorveljanza ekonomika u baġitarja msaħħa.
(38) Sabiex iwettaq il-kompiti superviżorji tiegħu b'mod effikaċi, il-BĊE għandu jeżerċita l-kompiti superviżorji kkonferiti lilu b'indipendenza sħiħa, b'mod partikolari minn influwenza politika mhux dovuta u minn interferenza min-naħa tal-industrija li jaffettwaw l-indipendenza operazzjonali tiegħu. Għall-membri preċedenti tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jiġi introdott perjodu li matulu ma jkunux jistgħu jassumu kariga fl-istess qasam.
(39) Sabiex iwettaq il-kompiti superviżorji tiegħu b'mod effikaċi, il-BĊE għandu jiddisponi minn riżorsi adegwati. Dawk ir-riżorsi għandhom jinkisbu b'mod li jiżgura l-indipendenza tal-BĊE minn influwenzi żejda min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-parteċipanti fis-suq, u l-firda bejn il-politika monetarja u l-kompiti superviżorji. Il-kostijiet tas-superviżjoni għandhom jiġġarrbu primarjament mill-entitajiet soġġetti għaliha. Għalhekk, l-eżerċitar tal-kompiti superviżorji mill-BĊE għandu jiġi ffinanzjat tal-anqas parzjalment mit-tariffi li jintalbu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu. Fid-dawl tat-trasferiment ta' kompiti superviżorji sinifikanti mingħand l-awtoritajiet nazzjonali lill-BĊE huwa mistenni li kwalunkwe tariffa dovuta għas-superviżjoni fil-livell nazzjonali tista' titnaqqas kif xieraq.
(40) Persunal li jkun immotivat ħafna, imħarreġ sew u imparzjali huwa indispensabbli għal superviżjoni effikaċi. Sabiex jinħoloq mekkaniżmu superviżorju realment integrat, għandu jkun previst skambju xieraq u sekondar ta' persunal mas-superviżuri nazzjonali kollha u l-BĊE kif ukoll bejniethom. Fejn meħtieġ biex jiġu evitati kunflitti ta' interess, b'mod partikolari fis-superviżjoni ta' banek kbar, il-BĊE għandu jkun jista' jitlob li t-timijiet superviżorji nazzjonali jinvolvu wkoll persunal minn awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri parteċipanti oħra, biex b'hekk jippermetti l-ħolqien ta' timijiet superviżorji ta' diversità ġeografika b'kompetenzi u bi profil speċifiċi. L-iskambju u s-sekondar tal-persunal għandu jistabbilixxi kultura ta' superviżjoni komuni. Fuq bażi regolari, il-BĊE se jagħti informazzjoni dwar in-numru ta' membri tal-persunal mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri involuti fil-funzjonament tal-MSU. Fil-prinċipju, l-ebda struttura superviżorja Ewropea u nazzjonali parallela ma tista' tinħoloq billi dan jaf iwassal għall-irduppjar tal-linji ta' rappurtar.
(41) Meta jitqiesu l-globalizzazzjoni tas-servizzi bankarji u l-importanza dejjem ikbar tal-istandards internazzjonali, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-istandards internazzjonali u bi djalogu u b'kooperazzjoni mill-qrib mas-superviżuri barra l-Unjoni, mingħar ma jiġi dduplikat ir-rwol internazzjonali tal-ABE. Għandu jingħata s-setgħa li jiżviluppa kuntatti u jidħol f'arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji u l-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġett għal koordinazzjoni mal-ABE u filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-rwoli eżistenti u l-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
(42) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta[8] u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta huma applikabbli b'mod sħiħ għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
(43) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[9] japplika għall-BĊE. Il-BĊE aderixxa wkoll mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej rigward l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi.
(44) Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu soġġetti għal superviżjoni tal-ogħla kwalità, li ma tkunx ristretta minn kunsiderazzjonijiet oħra mhux prudenzjali u li l-impatti negattivi tas-suq li jirrinforzaw lil xulxin u li jikkonċernaw il-banek u l-Istati Membri jiġu indirizzati fil-ħin u b'mod effikaċi, il-BĊE għandu mill-aktar fis jibda jwettaq kompiti superviżorji speċifiċi. Madankollu, it-trasferiment tal-kompiti superviżorji mis-superviżuri nazzjonali lill-BĊE jeżiġi ċertu ammont ta' tħejjija. Għalhekk, għandu jkun previst perjodu xieraq ta' introduzzjoni gradwali. Il-proċess ta' introduzzjoni gradwali għandu jitlesta mhux aktar tard minn sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
(44a) Sabiex tkun żgurata kontinwità ġuridika fis-sorveljanza prudenzjali, huwa meħtieġ li jkun żgurat li d-deċiżjonijiet kollha adottati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, marbuta mal-kompiti konferiti lill-BĊE mir-Regolament attwali, qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, jibqgħu fis-seħħ sakemm il-BĊE ma jkunx immodifikahom jew irrevokahom.
(45) Il-qafas attwali ta' rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni supplementari ta' konglomerati finanzjarji huwa magħmul minn Direttivi li jipprovdu għadd sinifikanti ta' għażliet u diskrezzjonijiet għall-Istati Membri meta jiċċirkonskrivu s-setgħat ta' awtoritajiet kompetenti. Sa ma jiġu adottati l-atti leġiżlattivi l-ġodda tal-Unjoni li jiddefinixxu s-setgħat li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom direttament u mingħajr referenza għall-għażliet jew id-diskrezzjonijiet tal-Istati Membri, il-BĊE għalhekk ma jista jieħu l-ebda deċiżjoni direttament applikabbli għal istituzzjonijiet ta' kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta. F'din il-fażi tranżizzjonali, il-BĊE għandu għalhekk jeżerċita l-kompiti tiegħu biss billi jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti biex jaġixxu.
(46) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment id-dritt għall-protezzjoni ta' data personali, il-libertà ta' impriża, id-dritt għal rimedju effikaċi u għal smigħ ġust, u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.
(47) Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas effiċjenti u effikaċi għall-eżerċitar ta' kompiti superviżorji speċifiċi fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu minn istituzzjoni tal-Unjoni, u li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tal-ġabra unika ta' regoli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, ma jistgħux jintlaħqu fil-livell tal-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-istruttura pan-Unjonista tas-suq bankarju u l-impatt fuq l-Istati Membri l-oħra tal-fallimenti bankarji, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu I
Suġġett u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jikkonferixxi lill-BĊE kompiti speċifiċi u ddefiniti biċ-ċar fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, bl-għan li jiġu promossi s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi ħdan l-Unjoni Ewropea u kull Stat Membru parteċipanti fl-UE, fejn jitqiesu totalment b'mod xieraq u bid-dover ta' attenzjoni l-unità u l-integrità tas-suq intern.
Huwa u jaqdi l-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jirrispetta t-tipi u d-daqsijiet differenti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u s-setgħat relatati tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti biex iwettqu l-kompiti superviżorji li mhumiex konferiti lill-BĊE minn dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) "Stat Membru parteċipanti" tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro li jagħżel jipparteċipa fil-MSU skont l-Artikolu 6;
(2) "awtorità kompetenti nazzjonali" tfisser awtorità kompetenti nazzjonali maħtura minn Stati Membri parteċipanti skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid)[10] u d-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta' kumpaniji tal-investiment u istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mil-ġdid)[11];
(3) "istituzzjonijiet ta' kreditu" tfisser istituzzjonijiet ta' kreditu kif iddefinit fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(4) "kumpanija holding finanzjarja" tfisser kumpanija holding finanzjarja kif iddefinita fl-Artikolu 4(19) tad-Direttiva 2006/48/KE;
(5) "kumpanija holding finanzjarja mħallta" tfisser kumpanija holding finanzjarja mħallta kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju[12];
(6) "konglomerat finanzjarju" tfisser konglomerat finanzjarju kif iddefinit fl-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2002/87/KE.
(6a) "Mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU)" tfisser sistema Ewropea ta' superviżjoni finanzjarja komposta mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti kif deskritt fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Kooperazzjoni
1. Il-BĊE, fil-kapaċità superviżorja tiegħu u r-rwol tiegħu fi ħdan il-MSU, għandu jikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea, mal-Awtorita Ewropea tat-Titotli u s-Swieq u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, li jiffurmaw parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) stabbiliti bl-Artikolu 2 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) 1094/2010, u (UE) Nru 1095/2010, li jiggarantixxu livell adegwat ta' regolamentazzjoni u superviżjoni fl-Unjoni.
Fejn jkun neċessarju, il-BĊE għandu jidħol f'memoranda ta' qbil mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri responsabbli għas-swieq tal-istrumenti finanzjarji. Dawn il-memoranda għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew u tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha.
2. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament u mingħajr ħsara għall-kompetenza u l-kompiti tal-parteċipanti l-oħra fil-MSU u fi ħdan is-SESF.
3. Il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), mal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) jew ma' kwalunkwe faċilità ta' assistenza finanzjarja Ewropea futura oħra partikolarment meta istituzzjoni ta' kreditu tkun irċeviet jew aktarx tkun suġġetta għal assistenza finanzjarja Ewropea diretta jew indiretta mingħand l-EFSF, il-MES jew kwalunkwe faċilità oħra ta' assistenza finanzjarja pubblika.
Artikolu 4
Kompiti kkonferiti lill-BĊE
1. Fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 5, il-BĊE għandu, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, u skont il-ġabra unika tar-regoli u l-manwal uniku ta' superviżjoni mħejjija mill-ABE, ikun esklussivament kompetenti biex iwettaq, għal finijiet superviżorji prudenzjali, il-kompiti li ġejjin b'rabta mal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti:
(a) Biex jawtorizza l-istituzzjonijiet ta' kreditu u jirtira l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13;
(b) Biex jivvaluta l-applikazzjonijiet għall-akkwiżizzjonijiet u d-disponimenti tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji fl-istituzzjonijiet ta' kreditu;
(c) Biex jiżgura l-konformità ma' kwalunkwe att tal-Unjoni li jimponi rekwiżiti prudenzjali fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-oqsma ta' rekwiżiti ta' fondi proprji, limiti ta' skoperturi kbar, likwidità, ingranaġġ, u rapportar u divulgazzjoni pubblika ta' informazzjoni dwar dawk il-kwistjonijiet;
(d) fil-każijiet speċifikament stabbiliti fl-atti tal-Unjoni biss, biex jistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali ogħla u japplika miżuri addizzjonali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu;
(e) Biex jimponi bafers kapitali li jridu jinżammu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu minbarra r-rekwiżiti ta' fondi proprji msemmija f'(c), inkluż l-iffissar ta' rati ta' bafers kontroċikliċi u kwalunkwe miżura prudenzjali oħra li jkollha l-għan li tindirizza riskji sistemiċi jew makroprudenzjali fil-każijiet stabbiliti speċifikament f'atti tal-Unjoni;
(f) Biex japplika rekwiżiti stabbiliti speċifikament fl-atti tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu biex jimplimentaw arranġamenti, proċessi u mekkaniżmi sodi ta' governanza u proċessi effikaċi ta' valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern;
(g) Biex jiddetermina jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-fondi proprji miżmuma minn dawn l-istituzzjonijiet jiżguraw ġestjoni soda u kopertura tar-riskji tagħhom, u abbażi ta' dik l-analiżi superviżorja biex jimpni fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu rekwiżiti speċifiċi addizzjonali ta' fondi proprji, rekwiżiti speċifiċi ta' pubblikazzjoni, rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità u miżuri oħra fil-każijiet stabbiliti speċifikament fl-atti tal-Unjoni;
(h) Biex iwettaq testijiet ta' stress superviżorji fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu biex jappoġġa l-analiżi superviżorja suġġett għall-koordinament xieraq mal-ABE, u meta jkun xieraq, jippubblika l-eżiti tat-testijiet;
(i) Biex iwettaq superviżjoni fuq bażi kkonsolidata tal-kumpaniji prinċipali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu f'wieħd mill-Istati Membri parteċipanti, inkluż ta' kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta, u biex jipparteċipa fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata, inkluż f'kulleġġi ta' superviżuri, b'rabta mal-kumpaniji prinċipali f'wieħed mill-Istati Membri prinċipali; l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali se jipparteċipaw f'kulleġġi ta' superviżuri bħala osservaturi taħt it-tmexxija tal-BĊE;
(j) Biex jipparteċipa f'superviżjoni supplementari ta' konglomerat finanzjarju b'rabta ma' istituzzjonijiet ta' kreditu inklużi fih u jassumi l-kompiti ta' koordinatur meta l-BĊE jinħatar bħala l-koordinatur għal konglomerat finanzjarju skont il-kriterji stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni rilevanti;
(k) Biex iwettaq kompiti superviżorji b'rabta ma' intervent bikri meta istituzzjoni ta' kreditu ma tissodisfax jew x'aktarx se tikser ir-rekwiżiti prudenzjali applikabbli, inklużi il-pjanijiet ta' rkupru u l-arranġamenti ta' appoġġ finanzjarju bejn il-gruppi, b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni rilevanti b'mod konsistenti mad-dritt tal-Unjoni;
▐
(la) Biex japplika sanzjonijiet amministrattivi suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15.
1a. Il-BĊE għandu jiżgura li meta jwettaq il-kompiti kif stabbiliti fl-Artikolu 4(1), (d), (e) u (g), ikun garantit li tiġi rispettata parità tal-kundizzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Istati Membri parteċipanti.
2. Għall-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti, li jistabbilixxu fergħa jew jipprovdu servizzi transkonfinali fi Stat Membru parteċipanti, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 li għalihom ikunu kompetenti l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti.
3. Soġġett għal u f'konformità ma' kwalunkwe regola rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u b'mod partikolari kwalunkwe att leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv, inklużi standards tekniċi żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni, il-BĊE jista' jadotta regolamenti u rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet biex jimplimenta jew japplika id-dritt tal-Unjoni, sal-punt meħtieġ biex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, u biss meta dawn l-atti tal-Unjoni ma jittrattawx ċerti aspetti meħtieġa għall-eżerċitar xieraq tal-kompiti tal-BĊE jew ma jittrattawhomx f'biżżejjed dettall. Qabel jadotta regolament, il-BĊE għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika miftuħa, li tinkludi l-ABE u l-Kummissjoni, u janalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji relatati potenzjali.
Jekk jitqies li jkun meħtieġ, il-BĊE għandu jikkontrbiwixxi għall-iżvilupp ta' abbozz ta' standards tekniċi regolatorji jew ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni mill-ABE jew għandu jiġbed l-attenzjoni tal-ABE biex tibgħat lill-Kummissjoni abbozz ta' standards li jemendaw l-istandards tekniċi regolatorji jew ta' implimentazzjoni eżistenti.
3a. Fit-twettiq tal-kompitu tiegħu kif definit f'dan l-artikolu, il-BĊE għandu jirrispetta bilanċ ġust bejn id-drittijiet tal-Istati Membri parteċipanti. B'mod partikolari, il-BĊE għandu jqis il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-Istati Membri kkonċernati:
i) il-preżervazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja;
ii) l-istabbiltà tal-provvista ta' kreditu;
iii) il-kundizzjonijiet makroekonomiċi;
iv) l-eżistenza ta' parità tal-kundizzjonijiet, kif ukoll l-appoġġ u l-faċilitazzjoni tal-attivitajiet produttivi għall-ekonomija reali, il-prevenzjoni u l-evitar ta' riskji sistemiċi u ta' periklu morali kif ukoll l-spejjeż fiskali li jirriżultaw minn fallimenti u l-kriżi bankarja.
▐
Artikolu 5
Mekkaniżmu Superviżorju Uniku
1. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu f'mekkaniżmu superviżorju uniku li huwa magħmul mill-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. Fi ħdan il-MSU, kemm il-BĊE kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal dmir ta' kooperazzjoni in bona fide u obbligu ta' skambju ta' informazzjoni.
2. Fejn ikun xieraq u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-BĊE u l-obbligu tiegħu li jagħti rendikont fir-rigward tal-kompiti kkonferiti lilu permezz ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jassistu lill-BĊE skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-qafas imsemmi fil-paragrafu 3, fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe att relatat mal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4.
2a. Waqt li dejjem jiżgura l-konsistenza superviżorja fi ħdan il-MSU, il-BĊE għandu jitlob lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jgħinu lill-BĊE fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu permezz tal-Artikolu 4 u s-setgħat u l-obbligi kkonferiti lilu permezz tal-Artikolu 8 fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha, b'mod partikolari fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li:
(a) ma jkunux talbu jew rċevew assistenza finanzjarja Ewropea diretta jew indiretta mill-EFSF jew mill-MES jew kwalunkwe faċilità oħra ta' assistenza finanzjarja pubblika; jew
(b) ma joħolqux riskju sistemiku, kif definit fid-dritt tal-UE, individwalment jew bħala parti minn grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta. Il-BĊE għandu jwettaq valutazzjoni regolari tar-riskji għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jippreżentaw abbozz ta' deċiżjonijiet superviżorji lill-BĊE, li għandhom jitqiesu li ġew adottati mill-BĊE sakemm ma jirrifjutahomx, bi spjegazzjoni bil-miktub, sa skadenza li għandha tiġi stabbilita fil-qafas imsemmi fil-paragrafu 3, u li m'għandhiex taqbeż l-10 ijiem ta' xogħol.
2b. Il-BĊE għandu jissorvelja lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fuq bażi kontinwa.
Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jirrapportaw lill-BĊE fuq bażi regolari dwar il-prestazzjoni tal-kompiti mwettqa minnhom skont il-paragrafu 2a. Il-BĊE jista' wkoll jitlob informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar il-prestazzjoni tal-kompiti mwettqa minnhom skont il-paragrafu 2a u jista' fi kwalunkwe mument juża s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 8 sa 12.
2c. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinformaw lill-BĊE mingħajr dewmien f'dawn il-każi li ġejjin:
(a) meta jkun hemm tħassib serju dwar is-sikurezza u/jew is-solidità ta' kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li fir-rigward tagħha jkunu qed iwettqu kompiti f'isem il-BĊE;
(b) meta l-istabbiltà tas-sistema tkun qed tiġi pperikolata jew ikun probabbli li se tiġi pperikolata mill-qagħda ta' kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu li fir-rigward tagħha jkunu qed iwettqu kompiti f'isem il-BĊE.
2d. Il-BĊE jista', fi kwalunkwe mument u fi kwalunkwe ċirkostanza, jassumi r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skont il-paragrafu 2 u jwettaq direttament il-kompiti superviżorji kollha jew kompiti superviżorji speċifiċi.
3. Il-BĊE għandu, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti, jadotta u jippubblika qafas għall-organizzazzjoni tal-modalitajiet prattiċi ta' implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Il-BĊE għandu jiddefinixxi b'mod ċar il-qafas u l-kundizzjonijiet skont liema l-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom iwettqu l-attivitajiet superviżorji tagħhom skont dan l-Artikolu, u permezz ta' dawn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti kollha għandhom jiġu ttrattati fuq l-istess livell.
3a. Il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja tal-BĊE għandu jaġixxi bħala punt ta' kuntatt uniku għall-istituzzjonijiet ta' kreditu sorveljati kollha, sakemm dan il-kompitu ma jitwettaqx espliċitament mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fi ħdan il-qafas superviżorju imsemmi fil-paragrafu 3.
4. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, peress li huma parti integrali mill-MSU, għandhom jaġixxu bi qbil mal-qafas tal-paragrafu 3 u għandhom isegwu l-istruzzjonijiet mogħtija mill-BĊE meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan l-Artikolu. Huma għandhom jinformaw lill-BĊE b'mod sħiħ u f'waqtu dwar l-attivitajiet imwettqa biex jassistu lill-BĊE.
Artikolu 6
Parteċipazzjoni fil-MSU ta' Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro
(kooperazzjoni mill-qrib)
1. Fi ħdan il-limiti stabbiliti b'dan l-Artikolu, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) b'rabta mal-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti li l-munita tiegħu mhijiex l-euro, fejn ġiet stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità kompetenti nazzjonali tat-tali Stat Membru bi qbil ma' dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, il-BĊE jista' jindirizza linji gwida jew talbiet lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.
2. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro iżda li jagħżel li jipparteċipa għandha tiġi stabbilita, b'deċiżjoni adottata mill-BĊE, meta jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) L-Istat Membru kkonċernat jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni, lill-BĊE u lill-ABE bit-talba biex jidħol f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE b'rabta mal-eżerċitar tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 4 fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat;
(b) Fin-notifika, l-Istat Membru kkonċernat jintrabat:
– li jiżgura li l-awtorità kompetenti nazzjonali tiegħu se tirrispetta kwalunkwe linja gwida jew talba maħruġa mill-BĊE;
– li jipprovdi l-informazzjoni kollha dwar l-istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti f'dak l-Istat Membru li l-BĊE jista' jirrikjedi għall-fini tat-twettiq ta' valutazzjoni komprensiva ta' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu.
(c) L-Istat Membru kkonċernat ikun adotta atti ġuridiċi nazzjonali biex jiżgura li l-awtorità kompetenti nazzjonali se tkun obbligata tadotta kwalunkwe miżura b'rabta mal-istituzzjonijiet ta' kreditu mitluba mill-BĊE, bi qbil mal-paragrafu 5.
▐
4. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni għandha tapplika 14-il jum wara t-tali pubblikazzjoni.
5. Meta l-BĊE jqis li miżura relatata mal-kompiti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi adottata mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru kkonċernat b'rabta ma' istituzzjoni ta' kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta, għandu jagħmel talba lil dik l-awtorità, fejn jispeċifika skeda ta' żmien rilevanti. Dik l-iskeda m'għandhiex tkun inqas minn 48 siegħa sakemm adozzjoni aktar bikrija ma tkunx indispensabbli biex tiġi evitata ħsara irreparabbli. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa bi qbil mal-obbligu msemmi fil-paragrafu (2)(c).
6. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2(a) sa (c) ma jibqgħux jiġu ssodisfatti minn Stat Membru kkonċernat, jew meta l-awtorità kompetenti tiegħu ma taġixxix bi qbil mal-obbligu msemmi fil-paragrafu 2(c), il-BĊE jista' jiddeċiedi li joħroġ twissija lill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat li l-kooperazzjoni mill-qrib se tiġi sospiża jew tintemm jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni korrettiva deċiżiva. Jekk ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni ta' dan it-tip fi żmien 10 ijiem wara n-notifika tat-tali twissija, il-BĊE jista' jissospendi jew itemm il-kooperazzjoni mill-qrib ma' dak l-Istat Membru f'data li għandha tiġi stabbilita mill-BĊE.
Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-deċiżjoni għandha tindika d-data minn meta tibda tapplika, filwaqt li jitqiesu kif dovut l-effikaċja superviżorja u l-interessi leġittimi tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.
Artikolu 7
Relazzjonijiet internazzjonali
Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, inkluża l-ABE, b'rabta mal-kompiti kkonferiti lill-BĊE fi ħdan il-MSU b'dan ir-Regolament, il-BĊE jista' jiżviluppa kuntatti u jidħol f'arranġamenti amministrattivi ma' awtoritajiet superviżorji, organizzazzjonijiet internazzjonali u amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, soġġett għal koordinazzjoni xierqa mal-ABE. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
Artikolu 8
Setgħat superviżorji u investigatorji
1 Għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu bl-Artikolu 4(1) u (2), il-BĊE għandu jitqies bħala l-awtorità kompetenti fl-Istati Membri parteċipanti bi qbil mal-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u jkollu s-setgħat u l-obbligi li l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom skont dawk l-atti.
Għall-fini tat-twettiq tal-kompitu msemmi fl-Artikolu 4(1) u (2), il-BĊE għandu jitqies bħala l-awtorità maħtura bi qbil mal-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u jkollu s-setgħat u l-obbligi li l-awtoritajiet maħtura għandu jkollhom skont dawk l-atti.
2 Għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu bl-Artikolu 4(1) u (2), il-BĊE għandu jkollu s-setgħat investigatorji stabbiliti fit-Taqsima I.
2a. Fl-eżerċitar tas-setgħat investigatorji tagħhom, il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib.
Artikolu 9
Talbiet għal informazzjoni
1. Il-BĊE jista' b'talba sempliċi jew b'deċiżjoni jeżiġi li l-persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin jipprovdu l-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa biex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f'intervalli rikorrenti u f'formati speċifikati għall-finijiet superviżorji u statistiċi relatati:
(a) istituzzjonijiet ta' kreditu;
(b) kumpaniji holding finanzjarji;
(c) kumpaniji holding finanzjarji mħallta;
(d) kumpaniji holding b'attività mħallta;
(e) persuni involuti fl-attivitajiet tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d), u l-partijiet terzi relatati;
(f) partijiet terzi li lilhom l-entitajiet msemmija fil-punti minn (a) sa (d) ikunu esternalizzaw funzjonijiet jew attivitajiet operattivi;
(g) persuni li b'xi mod ieħor huma relatati jew konnessi mill-qrib u b'mod sostanzjali mal-attivitajiet tal-entitajiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (d);
(h) awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Id-dispożizzjonijiet ta' segretezza professjonali ma jeżentawx lil dawk il-persuni mid-dmir li jagħtu l-informazzjoni. Il-forniment tal-informazzjoni ma għandux jitqies bħala ksur tas-segretezza professjonali.
2a. Meta l-BĊE jikseb l-informazzjoni direttament mill-persuni ġuridiċi jew fiżiċi msemmija fil-paragrafu 1, għandu jagħmel dik l-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kkonċernati.
Artikolu 10
Investigazzjonijiet ġenerali
1. Sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-BĊE jista' jwettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji tal-persuni msemmija fl-Artikolu 9(1) (a) sa (g) b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Għal dak il-għan, il-BĊE għandu jkollu d-dritt li:
(a) jirrikjedi t-tressiq ta' dokumenti;
(b) jeżamina l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fl-Artikolu 9(1) (a) sa (g) u jagħmel kopji jew jieħu silitiet mit-tali kotba u reġistri;
(c) jikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew bil-fomm minn kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 9(1) (a) sa (g) jew mir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;
(d) jintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni;
2. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 9(1) (a) sa (g) għandhom jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnieda abbażi ta' deċiżjoni tal-BĊE. Meta persuna tostakola t-twettiq ta' investigazzjoni, l-Istat Membru parteċipanti fejn ikun jinsab il-bini rilevanti għandu jipprovdi l-assistenza meħtieġa, inkluż aċċess lill-BĊE għall-bini kummerċjali fejn joperaw il-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 9(1) (a) sa (g), sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati d-drittijiet imsemmijin qabel.
Artikolu 11
Spezzjonijiet fuq il-post
1. Sabiex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-BĊE, fejn ikun xieraq b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jista' jwettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha neċessarji fil-bini fejn joperaw il-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 9(1) (a) sa (g), bi qbil mal-Artikolu 12. Meta t-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, il-BĊE jista' jwettaq l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr notifika minn qabel.
2. L-uffiċjali tal-BĊE u persuni oħra awtorizzati minnu biex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini u art kummerċjali tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-BĊE u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 10(1). Huma għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali u kotba jew reġistri għall-perjodu tal-ispezzjoni u sal-limitu meħtieġ għaliha.
3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 9(1) (a) sa (g) għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fuq il-post ordnati b'deċiżjoni tal-BĊE.
4. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fih tkun se titwettaq l-ispezzjoni, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, taħt is-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-BĊE, jassistu b'mod attiv lill-uffiċjali tal-BĊE u lil persuni oħra awtorizzati minnu. Għal dak il-għan, huma għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti kkonċernat għandhom jipparteċipaw ukoll fl-ispezzjonijiet fuq il-post fejn ikun xieraq.
5. Meta l-uffiċjali tal-BĊE u persuni akkumpanjanti oħra awtorizzati minnu jsibu li persuna topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru parteċipanti għandha tipprovdilhom l-assistenza meħtieġa.
Artikolu 12
Awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja
1. Jekk spezzjoni fuq il-post prevista fl-Artikolu 11(1) jew l-assistenza prevista fl-Artikolu 11(5) teżiġi awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għat-tali awtorizzazzjoni.
2. Meta awtorizzazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 tkun saret applikazzjoni għaliha, u tkun ittieħdet id-deċijoni mill-BĊE li titwettaq spezzjoni fuq il-post fi ħdan il-MSU, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-BĊE tkun awtentika u li l-miżuri koerċettivi previsti ma jkunu la arbitrarji u lanqas eċċessivi meta jitqies is-suġġett tal-ispezzjoni. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koerċettivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-BĊE għal spjegazzjonijiet dettaljati, b'mod partikolari fir-rigward tar-raġunijiet li l-BĊE jkollu biex jissuspetta li jkun sar ksur tal-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u l-gravità tal-ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċettivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex teżamina l-ħtieġa għall-ispezzjoni u lanqas ma għandha titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni fil-fajl tal-BĊE. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-BĊE għandha tkun soġġetta għal eżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss.
Artikolu 13
Awtorizzazzjoni
1. Kwalunkwe applikazzjoni għal awtorizzazzjoni biex istituzzjoni ta' kreditu li tkun se tiġi stabbilita fi Stat Membru parteċipanti tibda topera għandha titressaq lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta' kreditu tkun se tiġi stabbilita bi qbil mar-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.
Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu tikkonforma mal-kundizzjonijiet kollha stipulati fid-dritt nazzjonali ta' dak l-Istat membru, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tieħu, fiż-żmien previst fid-dritt nazzjonali, deċiżjoni biex tipproponi lill-BĊE biex jagħti l-awtorizzazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE u lill-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata. Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet kollha preskritti fid-dritt nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tirrifjuta l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.
Meta l-BĊE jirċievi l-proposta mill-awtorità kompetenti nazzjonali msemmija fit-tieni subparagrafu, għandu jagħti awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta jirċievi l-proposta, skadenza prorogabbli darba għall-istess żmien f'każi debitament ġustifikati, meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jkunu ssodisfatti. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata u spjegata lill-istituzzjoni ta' kreditu u lill-awtorità kompetenti nazzjonali kkonċernati.
2. Il-BĊE jista' jirtira l-awtorizzazzjoni fil-każijiet stipulati fl-atti tal-Unjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu jew fuq proposta mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ta' kreditu tkun stabbilita.
Meta l-awtorità kompetenti nazzjonali li tkun ipproponiet l-awtorizzazzjoni bi qbil mal-paragrafu 1 tqis li l-awtorizzazzjoni trid tiġi rtirata bi qbil mad-dritt nazzjonali, għandha tissottometti proposta lill-BĊE għal dak il-għan. F'dak il-każ, il-BĊE għandu jieħu deċiżjoni dwar l-irtirar propost filwaqt li jikkunsidra kompletament il-ġustifikazzjoni għall-irtirar imressqa mill-awtorità kompetenti nazzjonali.
Artikolu 14
Setgħat tal-awtoritajiet ospitanti u kooperazzjoni dwar superviżjoni kkonsolidata
1. Bejn l-Istati Membri parteċipanti l-proċeduri stipulati fl-atti tal-Unjoni għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li jixtiequ jistabbilixxu fergħa jew jeżerċitaw il-libertà li jipprovdu servizzi billi jwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru ieħor u l-kompetenzi relatati tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti għandhom japplikaw biss għall-finijiet tal-kompiti mhux ikkonferiti lill-BĊE bl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.
2. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-atti tal-Unjoni b'rabta mal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri differenti għat-twettiq tas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ma għandhomx japplikaw sal-punt li l-awtoritajiet kompetenti involuti jkunu awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri parteċipanti.
2a. Fit-twettiq tal-kompitu tiegħu kif definit fl-Artikolu 4, il-BĊE għandu jirrispetta bilanċ ġust bejn id-drittijiet domiċiljari u ospitanti tal-Istati Membri parteċipanti.
Artikolu 15
Sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi oħra
1. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, meta istituzzjonijiet ta' kreditu, kumpaniji holding finanzjarji, jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta, b'mod intenzjonali jew negliġenti, jiksru rekwiżit skont atti tal-Unjoni direttament applikabbli li fir-rigward tagħhom għandu jkun hemm disponibbli sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi għall-awtoritajiet kompetenti skont id-dritt tal-Unjoni direttament applikabbli, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi kif definiti fid-dritt tal-Unjoni u bi qbil mad-dritt proċedurali amministrattiv nazzjonali. 2. Meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta' impriża possedenti, il-fatturat annwali totali rilevanti msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kont ikkonsolidat tal-impriża possedenti aħħarija fis-sena finanzjarja preċedenti.
3. Is-sanzjonijiet applikati għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Meta jiġi biex jiddetermina jekk jimponix sanzjoni u biex jiddetermina s-sanzjoni x-xierqa, il-BĊE għandu jqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha stipulati fid-dritt tal-Unjoni.
4. Il-BĊE għandu japplika dan l-Artikolu bi qbil mal-Artikoli 3 sa 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98.
5. Fil-każijiet mhux koperti bil-paragrafu 1, fejn meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-BĊE jista' jeżiġi li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jibdew proċedimenti bil-ħsieb li jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw li jiġu imposti sanzjonijiet adegwati bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali rilevanti u f'konformità mal-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. Is-sanzjonijiet applikati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
L-ewwel subparagrafu għandu jkun applikabbli b'mod partikolari għas-sanzjonijiet pekunjarji li għandhom jiġu imposti fuq istituzzjonijiet ta' kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding mħallta għal ksur tad-dritt nazzjonali li jittrasponi d-Direttivi rilevanti tal-UE, u għal kwalunkwe sanzjoni jew miżura amministrattivi li għandhom jiġu imposti fuq membri tal-bord maniġerjali ta' istituzzjoni ta' kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding imħallta jew kwalunkwe individwu ieħor li skont id-dritt nazzjonali jkun responsabbli għal ksur minn istituzzjoni ta' kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta.
6. Il-BĊE għandu jippubblika kwalunkwe sanzjoni msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien mhux dovut inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għalih, sakemm it-tali pubblikazzjoni ma theddidx serjament l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.
7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 6, għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, f'każ ta' ksur ta' regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98.
Artikolu 15a
Bord tal-Appell
1. Il-BĊE għandu jistabbilixxi Bord tal-Appell Amministrattiv bil-għan li jiddeċiedi dwar appelli kontra deċiżjonijiet mill-BĊE li jkun qed jaġixxi bħala superviżur uniku skont dan ir-Regolament. Il-Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn ħames individwi ta' reputazzjoni tajba, bi mgħoddi ta' għarfien u esperjenza professjonali ppruvati rilevanti, inkluża esperjenza superviżorja, sa livell għoli biżżejjed fl-oqsma tas-settur bankarju jew servizzi finanzjarji oħrajn, bl-esklużjoni tal-persunal attwali tal-BĊE, tal-awtoritajiet kompetenti jew ta' istituzzjonijiet nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn. Il-Bord tal-Appell għandu jkollu aċċess għal biżżejjed għarfien ġuridiku biex jagħti konsulenza legali esperta rigward il-legalità tal-eżerċitar tas-setgħat tal-BĊE skont dan ir-Regolament.
2. Il-membri tal-Bord tal-Appell u żewġ supplenti għandom jinħatru mill-BĊE għal terminu ta' ħames snin, li jista' jiġġedded darba, b'segwitu għal sejħa pubblika għal turija ta' interess ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u wara li jikkonsulta mal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja. Il-Bord tal-Appell għandu jistabbilixxi u jippubblika l-modalitajiet għat-teħid ta' deċiżjonijiet. Dawn ma għandhom ikunu marbuta bl-ebda istruzzjoni.
3. Il-membri tal-Bord tal-Appell għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu b'mod indipendenti u fl-interess pubbliku. Għal dak l-iskop, huma jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni pubblika tal-interessi li tindika kull interess dirett jew indirett li jista' jitqies bħala ta' preġudizzju għall-indipendenza tagħhom.
4. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi l-awtoritajiet kompetenti, tista' tappella kontra deċiżjoni tal-BĊE skont dan ir-Regolament li tkun indirizzata lejn dik il-persuna jew li tkun tikkonċerna direttament u individwalment lil dik il-persuna. Il-Bord tal-Appell għandu jiddeċiedi dwar l-appell fi żmien xieraq għall-urġenza tal-kwistjoni u sa mhux aktar tard minn tliet ġimgħat wara li jkun ġie ppreżentat l-appell. Appell li jkun ġie ppreżentat skont il-paragrafu 1 m'għandux ikollu effett sospensiv. Madankollu, il-Bord tal-Appell jista', jekk iqis li ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Il-Bord tal-Appell jista' jikkonferma d-deċiżjoni meħuda mill-BĊE, jew jirreferi l-każ lura lill-BĊE li għandu jikkonforma mad-deċiżjoni jew jispjega r-raġunijiet għaliex mhux se jikkonforma.
5. Il-Bord tal-Appell għandu jadotta u jippubblika r-regoli proċedurali tiegħu.
6. Id-deċiżjonijiet meħudin mill-Bord tal-Appell għandhom ikunu mmotivati u għandhom jiġu ppubblikati.
Artikolu 15b
Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
1. Jistgħu jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bi qbil mal-Artikolu 263 tat-TFUE, biex tiġi kkontestata deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell jew, fil-każijiet fejn ma jkun hemm ebda dritt tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell, mill-BĊE fi ħdan il-MSU.
2. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jistgħu jibdew proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kontra d-deċiżjonijiet tal-BĊE, bi qbil mal-Artikolu 263 tat-TFUE.
3. Fil-każ li l-BĊE, fi ħdan il-MSU, ikollu obbligu li jaġixxi u jonqos milli jieħu deċiżjoni, jistgħu jinfetħu proċedimenti għan-nuqqas ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bi qbil mal-Artikolu 265 tat-TFUE.
4. Il-BĊE għandu jkun rikjest jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 16
Indipendenza
1. Meta jkun qed iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkunu qed jaġixxu fi ħdan il-MSU għandhom jaġixxu b'mod indipendenti. Il-membri tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja u l-Kumitat ta' tmexxija għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u oġġettiv fl-interess uniku tal-Unjoni kollha kemm hi u la m'għandhom ifittxu u lanqas m'għandhom jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, jew minn xi gvern ta' Stat Membru jew minn xi korp pubbliku jew privat ieħor.
2. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-gvernijiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jirrispettaw dik l-indipendenza kif imsemmija fil-paragrafu 1.
2a. Il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja tal-BĊE għandu jistabbilixxi Kodiċi ta' Kondotta li jinkludi regoli dwar kunflitt ta' interessi li japplikaw għall-persunal u d-diriġenti tiegħu involuti fis-superviżjoni bankarja.
Artikolu 17
Obbligu ta' rendikont u rappurtar
1. Il-BĊE għandu jagħti rendikont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bi qbil ma' dan il-Kapitolu.
2. Il-BĊE għandu jressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-Euro u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament.
3. Il-President tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja tal-BĊE għandu jippreżenta dan ir-rapport b'mod pubbliku lill-Parlament Ewropew u lill-Grupp tal-Euro fil-preżenza ta' rappreżentanti mill-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fil-MSU.
4. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Bord ta' Superviżjoni għandu jipparteċipa fi smigħ fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu, inklużi t-tariffi imposti u n-nefqa mġarrba, quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament.
5. Il-BĊE għandu jwieġeb oralment jew bil-miktub għall-mistoqsijiet li jsirulu mill-Parlament Ewropew, ▌mill-Grupp tal-Euro u mill-Kunsill.
6. Jekk jintalab jagħmel dan, il-President tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jagħti lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew in camera kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali rigward il-kompiti tiegħu li tkun rikjesta biex il-Parlament Ewropew ikun jista' jeżerċita s-setgħat tiegħu skont it-Trattat u skont dan ir-Regolament.
7. Fuq talba ta' parlament nazzjonali ta' Stat Membru parteċipanti, rappreżentant tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja, flimkien ma' rappreżentant tal-awtorità kompetenti nazzjonali, għandhom jidhru quddiem dak il-parlament u jwieġbu mistoqsijiet dwar il-prestazzjoni tal-kompiti superviżorji.
8. Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwaqqaf Kumitat ta' Inkjesta temporanju biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' ksur jew amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni skont l-Artikolu 226 tat-TFUE, jew għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jirrikjedi li tiġi stabbilita inkjesta indipendenti dwar l-azzjonijiet tal-BĊE jew dwar in-nuqqas tiegħu li jieħu azzjoni li jkunu wasslu jew setgħu wasslu għal avveniment sinifikattiv fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja, il-fiduċja jew il-falliment ta' istituzzjoni ta' kreditu.
Artikolu 17a
Proċess dovut u proċedura għat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet superviżorji
1. Qabel ma jieħu deċiżjonijiet superviżorji bi qbil mal-Artikolu 4 u t-Taqsima 2, il-BĊE għandu jagħti l-opportunità li l-persuni li jkunu soġġetti għall-proċedimenti jinstemgħu. Dan ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti sabiex ma ssirx ħsara sinifikattiva lis-sistema finanzjarja. F'każ ta' dan it-tip, il-BĊE jista' jadotta deċiżjoni ad interim u għandu jagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu mill-aktar fis possibbli wara li jkun ħa d-deċiżjoni tiegħu.
2. Fejn ikun applikabbli, id-drittijiet tal-persuni kkonċernati għal difiża għandhom jiġu kompletament rispettati waqt il-proċedimenti. Għandhom ikollhom id-dritt għal aċċess għall-fajl tal-BĊE, b'mod li jkun soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl m'għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali.
3. Id-deċiżjonijiet tal-BĊE għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom ikunu bbażati.
Artikolu 17b
Rapportar ta' ksur
Il-BĊE għandu jiżgura li jiġu implimentati mekkaniżmi effikaċi għar-rappurtar ta' ksur ta' dan ir-Regolament, inklużi proċeduri speċifiċi biex jirċievi rapporti ta' ksur u biex isegwihom. It-tali proċeduri għandhom ikunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u jiżguraw li l-prinċipji li ġejjin jiġu applikati: bil-protezzjoni xierqa, inkluża anonimat totali, għal min jirrapporta ksur, bil-protezzjoni tad-data personali, bil-protezzjoni xierqa għall-akkużat u bil-protezzjoni xierqa kontra trattament ħażin fuq ix-xogħol.
Artikolu 18
Separazzjoni mill-funzjoni ta' politika monetarja
1. Meta jkun qed iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jfittex li jilħaq biss l-objettivi stabbiliti b'dan ir-Regolament.
2. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament b'mod separat mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u minn kwalunkwe kompitu ieħor. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b'dan ir-Regolament u l-kompiti tal-BĊE relatati mal-politika monetarja ma għandhomx jinterferixxu bejniethom. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b'dan ir-Regolament m'għandhom lanqas jinterferixxu mal-kompiti relatati mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku u ma' kwalunkwe kompitu ieħor. Il-BĊE għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif ikun ikkonforma ma' din id-dispożizzjoni. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b'dan ir-Regolament ma jbiddlux il-monitoraġġ kontinwu tas-solvenza tal-mutwatarji tiegħu.
Il-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b'dan ir-Regolament għandu jkun mifrud f'termini organizzattivi u soġġett għal linji ta' rappurtar separati.
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-BĊE għandu jadotta kwalunkwe regola interna meħtieġa, inklużi regoli rigward is-segretezza professjonali, kif ukoll regoli li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi biex tiġi żgurata l-firda bejn il-funzjonijiet, kif ukoll l-indipendenza operattiva bejn il-funzjonijiet superviżorji u l-funzjonijiet l-oħra tal-BĊE. Ir-regoli u l-proċeduri adottati għandhom jiġu ppubblikati u jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 19
Bord ta' Superviżjoni Bankarja
1. L-ippjanar u t-tħejjija tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE skont dan ir-Regolament, għandhom jitwettqu minn korp intern magħmul minn erba' rappreżentanti tal-BĊE maħtura mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u rappreżentant wieħed tal-awtorità nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu f'kull Stat Membru parteċipanti (minn hawn 'il quddiem "Bord ta' Superviżjoni Bankarja").
2. Barra minn hekk, il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jinkludi President, maħtur(a) mill-Kunsill Governattiv b'segwitu għal proċedura miftuħa tal-għażla meritokratika, il-ħiliet u għarfien bir-reqqa tal-istituzzjonijiet finanzjarji u s-superviżjoni finanzjarja u wara l-approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Il-Viċi President tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jiġi elett minn u minn fost il-membri tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.
3. Il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja se jwettaq xogħlijiet preparatorji sħaħ rigward il-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE u jipproponi lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE abbozzi ta' deċiżjonijiet kompluti, li għandhom jiġu adottati minn dan tal-aħħar, skont proċedura li għandha tiġi stabbilita fir-regoli ta' proċedura tal-BĊE. Abbozz ta' deċiżjoni jitqies li jkun ġie adottat sakemm il-Kunsill Governattiv ma joġġezzjonax fi żmien skadenza stabbilita, waqt li jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għall-oġġezzjoni.
3a. Meta jkun qed jeżerċita l-kompiti tiegħu skont dan l-Artikolu, il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha fl-Istati Membri parteċipanti u għandu jwettaq dmirijietu fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Il-membri kollha tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jkollhom l-istess drittijiet ta' vot.
4. Il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandu jaħtar ▌kumitat ta' tmexxija b'kompożizzjoni iktar limitata biex jappoġġa l-attivitajiet tiegħu. Il-Kumitat ta' tmexxija għandu jħejji l-laqgħa tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja. Il-Kumitat ta' tmexxija għandu jiġi ppresdeut mill-President tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja u għandu jkun magħmul minn sitt membri, apparti l-President. Dawk is-sitt membri għandhom jinkludu tliet rappreżentanti tal-BĊE u tliet individwi ta' reputazzjoni tajba, maħtura mill-Bord ta' Superviżjoni Bankarja, b'imgħoddi ta' għarfien u esperjenza superviżorja professjonali ppruvati rilevanti. Il-Kumitat ta' tmexxija għandu jeżegwixxi l-kompiti preparatorji tiegħu fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi u għandu jaħdem bi trasparenza sħiħa mal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja.
▐
6. Il-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea u membru tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja.
7. Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja inklużi r-regoli dwar il-mandat tal-President u l-Viċi President. Il-mandat tal-President għandu jkun ta' ħames snin u għandu jkun jista' jiġġedded darba. Il-mandat tal-Viċi President ma għandux jaqbeż ħames snin u ma għandux ikun jista' jiġġedded. Ir-regoli ta' prċedura għandhom jiżguraw trattament ugwali għall-Istati Membri parteċipanti kollha. Il-kompożizzjoni tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandha tirrispetta l-prinċipji ta' bilanċ ta' ġeneri u esperjenza.
Artikolu 20
Segretezza professjonali u skambju ta' informazzjoni
1. Membri tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja, persunal tal-BĊE u persunal issekondat mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti li jwettqu dmirijiet superviżorji, kif ukoll individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonalment, b'rabta mal-iżvolġiment ta' dawk id-dmirijiet, anke wara li jkunu ntemmu dmirijiethom, għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 37 tal-Protokoll Nru 4 u fl-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni.
2. Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jkun awtorizzat, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-atti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni, jiskambja informazzjoni ma' awtoritajiet u korpi nazzjonali jew Ewropej fil-każijiet fejn id-dritt tal-Unjoni jippermetti li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jiddivulgaw informazzjoni lil dawk l-entitajiet jew fejn l-Istati Membri jistgħu jipprevedu tali divulgazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni.
▐
Artikolu 22
Riżorsi
Il-BĊE għandu jiddedika r-riżorsi meħtieġa biex jeżerċita l-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament.
Artikolu 23
Baġit
1. L-infiq tal-BĊE biex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament għandu jiddaħħal f'taqsima separata tal-baġit tal-BĊE.
2. Il-BĊE, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 17, għandu jirrapporta fid-dettall dwar il-baġit għall-kompiti superviżorji tiegħu. Għandu jippubblika l-kontijiet annwali dettaljati ta' dak il-baġit.
2a. Bi qbil mal-Artikolu 27.1 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-istatuti tas-sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-kontijiet annwali għat-taqsima superviżorja tal-baġit għandhom jiġu soġġetti għal verifika.
Artikolu 24
Tariffi għas-superviżjoni
1. Il-BĊE, fil-kapaċità tiegħu ta' superviżur, għandu jimponi tariffi fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Istati Membri parteċipanti li għandhom ikopru l-infiq relatat mal-kompiti tiegħu.
2. L-ammont ta' tariffa imposta fuq istituzzjoni ta' kreditu għandha tkun proporzjonata mal-importanza u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata.
2a. Il-BĊE għandu jippubblika dikjarazzjoni dwar politika li tista' tiġi regolarment aġġornata fir-rigward tal-ammont tat-tariffi li għandhom jiġu imposti skont dan l-Artikolu.
Artikolu 25
Persunal u skambju tal-persunal
1. Il-BĊE għandu jiżgura skambju u sekondar xierqa tal-persunal mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kollha tal-Istati Membri parteċipanti kif ukoll bejniethom, waqt li titqies id-diviżjoni tar-responsabbiltajiet operattivi bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
2. Il-BĊE għandu jeżiġi fejn xieraq li timijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkunu qed jieħdu azzjonijiet superviżorji fir-rigward ta' istituzzjoni ta' kreditu, kumpanija holding finanzjarja jew kumpanija holding finanzjarja mħallta li tkun tinsab fi Stat Membru parteċipanti bi qbil ma' dan ir-Regolament jinvolvu wkoll lil persunal mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' Stati Membri parteċipanti oħra.
2a. Il-BĊE għandu joħloq kumitat etiku permanenti biex jivvaluta il-kunflitti ta' interess li jistgħu jirriżultaw minn impjieg tal-membri tal-persunal tal-BĊE impenjati f'attivitajiet ta' sorveljanza wara li tkun intemmet il-kariga tagħhom. Il-kumitat se jkun responsabbli biex ifassal proċeduri komprensivi u formali għall-valutazzjoni. Ir-riżultati tat-tali valutazzjonijiet għandhom jiġu divulgati b'mod pubbliku.
2b. Il-membri preċedenti tal-persunal tal-BĊE li kienu impenjati f'attivitajiet superviżorji, u li biħsiebhom jinvolvu ruħhom f'xogħol matul is-sentejn wara li tkun intemmet il-kariga tagħhom, għandhom jinfurmaw lill-kumitat etiku fi żmien utli. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni sa xahar wara li jkun irċieva l-informazzjoni dwar il-kompatibilità tal-offerta ta' impjieg mal-ħtieġa li jiġu żgurati l-integrità u l-indipendenza tal-persunal. Il-membri preċedenti tal-persunal tal-BĊE jistgħu biss jinvolvu ruħhom fix-xogħol wara l-approvazzjoni tal-kumitat etiku.
2c. Il-membri tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja għandhom ikunu pprojbiti milli jwettqu xogħol bi ħlas f'istituzzjonijiet tas-settur privat li għalihom il-BĊE ikollu responsabbiltà superviżorja matul is-sentejn wara li tkun intemmet il-kariga tagħhom.
Artikolu 26
Rieżami
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fost affarijiet oħra:
(a) il-funzjonament u l-impatt tal-attivitajiet superviżorji tal-BĊE fuq l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi u fuq il-koerenza u l-integrità tas-suq uniku fis-servizzi finanzjarji u l-funzjonament tal-MSU fi ħdan is-Sistema Ewropea tas-superviżjoni Finanzjarja;
(aa) id-diviżjoni tal-kompiti bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fi ħdan l-MSU;
(b) l-effikaċja tal-arranġamenti ta' indipendenza u responsabbiltà;
(c) l-interazzjoni bejn il-MSU, il-BERS u l-Awtorità Bankarja Ewropea;
(d) l-adegwatezza tal-arranġamenti ta' governanza, inklużi l-kompożizzjoni u l-modalitajiet għall-votazzjoni tal-Bord ta' Superviżjoni Bankarja, u r-relazzjoni tiegħu mal-Kunsill Governattiv, kif ukoll il-kollaborazzjoni fi ħdan il-Bord ta' Superviżjoni Bankarja bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-Istati Membri parteċipanti l-oħra fil-MSU;
(da) l-interazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri mhux parteċipanti u l-effetti tal-MSU fuq dawn l-Istati Membri;
(db) l-effikaċja tal-proċeduri għal appell intern kontra d-deċiżjonijiet tal-BĊE;
(dc) l-effikaċja tal-firda bejn il-funzjoni superviżorja u l-funzjoni tal-politika monetarja fi ħdan il-BĊE, kif ukoll il-possibbiltà li r-riżorsi finanzjarji tal-kompiti superviżorji jinfirdu mill-baġit tal-BĊE u jiġu integrati fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;
(dd) l-effetti fiskali li d-deċiżjonijiet superviżorji li jittieħdu mill-MSU jkollhom fuq l-Istati Membri parteċipanti u l-possibbiltà li l-Istati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jiġu offruti forma ta' garanzija ta' kontinġenza fiskali;
(de) il-possibbiltajiet li l-MSU jiġi żviluppat ulterjorment abbażi ta' kwalunkwe dispożizzjoni fit-Trattati eżistenti jew il-bidliet fit-Trattati li huma potenzjalment meħtieġa sabiex il-ħidma tal-MSU ssir aktar effiċjenti, inkluża l-possibbiltà li ssir fużjoni bejn l-ABE u l-MSU u li l-impriżi ta' assigurazzjoni jinġiebu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-MSU jew tal-AEPX billi jissaħħaħ ir-rwol ta' din tal-aħħar.
Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti ta' akkumpanjament, skont kif ikun xieraq.
Artikolu 27
Dispożizzjonijiet tranżitorji u dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013.
2. Sal-1 ta' Jannar 2014, il-BĊE għandu jwettaq bis-sħiħ il-kompiti superviżorji kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament. ▐
3. Qabel l-1 ta' Jannar 2014, il-BĊE jista', b'deċiżjoni indirizzata lill-istituzzjoni ta' kreditu, il-kumpanija holding finanzjarja jew il-kumpanija holding finanzjarja mħallta u l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti kkonċernati, jibda jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu rċevew jew talbu assistenza finanzjarja Ewropea diretta jew indiretta mill-EFSF jew mill-MES jew minn kwalunkwe faċilità oħra ta' assistenza finanzjarja pubblika, u tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkawżaw riskju sistemiku, kif iddefinit fid-dritt tal-UE, indivdwalment jew bħala parti minn grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, kumpaniji holding finanzjarji u kumpaniji holding finanzjarji mħallta.
4. Mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, fil-prospettiva tat-teħid tal-karigi tiegħu bi qbil mal-paragrafi ta' hawn fuq, il-BĊE jista' jeżiġi li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru parteċipanti u l-persuni msemmija fl-Artikolu 9 jipprovdu l-informazzjoni kollha rilevanti biex il-BĊE jkun jista' jwettaq valutazzjoni komprensiva tal-istituzzjonijiet ta' kreditu tal-Istat Membru parteċipanti. L-istituzzjoni ta' kreditu u l-awtorità kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba.
5. B'deroga mill-Artikolu 4(3), minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament u sa meta jitħassru d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u jiġu sostitwiti b'atti ġodda tal-Unjoni, il-BĊE għandu jeżerċita l-kompiti kkonferiti lilu b'dan ir-Regolament billi jindirizza istruzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar l-eżerċitar ta' kwalunkwe setgħa rilevanti kkonferita lilhom.
B'deroga mill-Artikolu 4(3), minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament u sa meta jidħlu fis-seħħ l-atti leġiżlattvi dwar is-superviżjoni supplementari fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-impriżi ta' assigurazzjoni u d-ditti ta' investiment f'konglomerat finanzjarju li jippermettu li l-BĊE jeżerċita s-setgħat ta' awtoritajiet kompetenti, il-BĊE għandu jeżerċita l-kompiti kkonferiti lilu bl-Artikolu 4(2)(j) billi jindirizza istruzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali dwar l-eżerċitar ta' kwalunkwe setgħa rilevanti kkonferita lilhom.
6. L-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati mill-Istati Membri parteċipanti fid-data msemmija fil-paragrafu 1 jew fejn rilevanti fid-dati msemmija fil-paragrafi 2 u 3, għandhom jitqiesu li jkunu ġew awtorizzati bi qbil mal-Artikolu 13 u jistgħu jkomplu joperaw. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jikkomunikaw lill-BĊE qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew fejn rilevanti qabel id-dati msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-identità ta' dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu flimkien ma' rapport li jindika l-istorja superviżorja u l-profil ta' riskju tal-istituzzjonijiet ikkonċernati, u kwalunkwe informazzjoni ulterjuri mitluba mill-BĊE. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentat fil-format mitlub mill-BĊE.
6a. Kwalunkwe deċiżjoni u/jew miżura adottata mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fl-oqsma fejn il-BĊE jkun ġie kkonferit kompiti ta' sorveljanza prudenzjali kif definiti fl-Artikolu 4 tibqa' fis-seħħ sakemm il-BĊE jimmodifikaha jew jirrevokaha bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.
- [1] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
- [2] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.
- [3] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 37.
- [4] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.
- [5] ĠU C 40, 7.2.2001, p. 453.
- [6] ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 394.
- [7] ĠU L 318, 27.11.98, p. 4.
- [8] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
- [9] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
- [10] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
- [11] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 277.
- [12] ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1-27.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (27.11.2012)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu
(COM(2012)0511 – C7‑0314/2012 – 2012/0242(CNS))
Rapporteur: Andrew Duff
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-istabbiliment ta’ unjoni bankarja b’mekkaniżmu superviżorju uniku ċentralizzat fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) joħloq mistoqsijiet kostituzzjonali importanti ħafna li jeħtieġ li jinġiebu għall-attenzjoni tal-Parlament.
Il-bażi ġuridika magħżula mill-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea hija l-Artikolu 127(6) TFUE, kif ġej:
6. Il-Kunsill li jaġixxi b' mod unanimu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew, jista' jagħti missjonijiet speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew li jirrigwardaw politika relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra, bl-eċċezzjoni tal-impriżi ta' assigurazzjoni.
L-għan tar-Rapporteur huwa li tiġi żgurata l-koeżjoni globali tal-Unjoni Ewropea u rispett sħiħ lejn il-liġi tal-UE filwaqt li jiġi stabbilit mekkaniżmu superviżorju uniku effettiv u effiċjenti. Għal dan il-għan, qed iressaq 41 emenda għall-abbozz tal-Kummissjoni ta’ Regolament tal-Kunsill, li jiddeskrivihom fil-qosor hawn taħt.
Emendi |
Kontenut |
|
1 |
Stabbiliment tal-kuntest politiku |
|
4 |
Aġġornament |
|
5, 24, 33 |
Il-parteċipazzjoni m’għandhiex tkun fakultattiva għaż-żona tal-euro; il-parteċipazzjoni minn pajjiżi mhux fiż-żona tal-euro (‘pre-ins’) hi meqjusa bħala n-norma. Ir-Renju Unit biss għandu l-għażla li ma jadottax l-euro (Protokoll Nru 15). |
|
6 |
Il-BĊE jintuża peress li diġà għandu setgħat implimentattivi |
|
7 |
L-ambitu jitwessa’ biex jinkludi l-banek kollha mingħajr eċċezzjoni |
|
12 |
Arranġamenti kuntrattwali mal-istati parteċipanti li mhumiex fiż-żona tal-euro |
|
8, 9, 10, 26, 28 |
Ħtieġa għar-rispett tal-Awtorità Bankarja Ewropea u l-integrità tas-suq uniku |
|
13, , 36, 42, 43 |
Status ugwali għall-istati kollha fil-mekkaniżmu superviżorju uniku |
|
13, 21, 39 |
Relazzjoni bejn il-bord superviżorju l-ġdid u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE |
|
14, 29, 43, 44 |
Trasparenza |
|
15, 16,17, 20, 40, 42, 45, 46,47, 48 |
Elezzjoni tal-president mill-Parlament Ewropew u l-obbligu ta’ rendikont tal-bord superviżorju |
|
18 |
Rieżami ġudizzjarju u proċess ta' appell |
|
2, 30, 32, 34, 35, 46, 48 |
Titjib fl-abbozzar |
|
Ir-Rapporteur jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li l-Parlament jikseb armonija mill-qrib bejn il-pożizzjoni li jieħu rigward din il-leġiżlazzjoni (ir-Rapport Thyssen) u l-pożizzjoni li jieħu fir-rigward tal-abbozz ta’ Regolament dwar l-ABE (ir-Rapport Giegold).
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa -1 (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-1) Il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali rat is-sistema bankarja Ewropea kważi tikkrolla. L-integrità tal-munita unika u s-suq uniku hija mhedda mill-frammentazzjoni tas-settur finanzjarju. Huwa essenzjali issa li tiġi intensifikata l-integrazzjoni tas-settur bankarju sabiex tissaħħaħ l-unità Ewropea, terġa’ tiġi stabbilita l-istabbiltà finanzjarja u tinħoloq bażi għall-irkupru ekonomiku. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), stabbilita fl-2011 bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u s-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja stabbiliti bl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (AEAPX), u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (AETS) tejbu b’mod sinifikanti l-kooperazzjoni bejn is-superviżuri bankarji fl-Unjoni. L-ABE qed tagħti kontributi importanti għall-ħolqien ta’ ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni, u kienet kruċjali fl-implimentazzjoni b’mod konsistenti tar-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu maġġuri fl-Unjoni maqbula mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2011. |
(6) L-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), stabbilita fl-2011 bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u s-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja stabbiliti bl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (AEAPX), u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (AETS) tejbu b’mod sinifikanti l-kooperazzjoni bejn is-superviżuri bankarji fl-Unjoni. L-ABE qed tagħti kontributi importanti għall-ħolqien ta’ ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji madwar l-Unjoni, u kienet kruċjali fl-implimentazzjoni b’mod konsistenti tar-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu maġġuri fl-Unjoni maqbula mill-Kunsill Ewropew f’Ottubru 2011. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Il-prinċipju tal-kooperazzjoni sinċiera bejn l-istituzzjonijiet Ewropej hu minqux fit-Trattati b'mod speċifiku fl-Artikolu 13(2) TUE, |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Fit-18 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li l-proċess lejn unjoni ekonomika u monetarja iktar profonda għandu jkompli mal-qafas istituzzjonali u legali tal-Unjoni u għandu jkun karatterizzat minn approċċ miftuħ u trasparenti lejn Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro u mir-rispett tal-integrità tas-suq uniku. Il-qafas finanzjarju integrat ikollu mekkaniżmu superviżorju uniku (MSU) li jkun miftuħ safejn ikun possibbli għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Unjoni bankarja Ewropea għandha għalhekk tiġi stabbilita, sostnuta b’ġabra unika ta’ regoli għas-servizzi finanzjarji għas-Suq Uniku kollu u magħmula minn mekkaniżmu superviżorju uniku, u qafas komuni ta’ assigurazzjoni tad-depożiti u ta’ riżoluzzjoni. . Fid-dawl tal-konnessjonijiet mill-qrib u l-interazzjonijiet bejn l-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-munita komuni, l-unjoni bankarja għandha tkun tapplika tal-anqas għall-Istati Membri kollha taż-Żona tal-euro. Bl-għan li s-suq intern jinżamm u jitwessa’, u sal-estent li dan huwa possibbli istituzzjonalment, l-unjoni bankarja għandha wkoll tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ Stati Membri oħra. |
(9) Unjoni bankarja Ewropea għandha għalhekk tiġi stabbilita, sostnuta b’ġabra unika ta’ regoli komprensiva u dettaljata għas-servizzi finanzjarji għas-Suq Uniku kollu, mfassla mill-ABE, u magħmula minn mekkaniżmu superviżorju uniku, u qafas komuni ta’ assigurazzjoni tad-depożiti u ta’ riżoluzzjoni. . Fid-dawl tal-interdipendenza tal-Istati Membri li qed jipparteċipaw fil-munita komuni, l-unjoni bankarja għandha tkun tapplika tal-inqas għall-Istati Membri kollha taż-Żona tal-euro u għandha tiġi estiża biex tinkludi lill-Istati l-oħra kollha li biħsiebhom jissieħbu fl-euro u qegħdin jippreparaw biex jagħmlu hekk. Bl-għan li s-suq intern jinżamm u jitwessa’, u sal-estent li dan huwa possibbli istituzzjonalment, l-unjoni bankarja għandha wkoll tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni eventwali ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Bħala l-bank ċentrali taż-Żona tal-euro b’għarfien espert estensiv fi kwistjonijiet makroekonomiċi u ta’ stabbiltà finanzjarja, il-BĊE jinsab f'pożizzjoni tajba biex iwettaq kompiti superviżorji li jiffukaw fuq il-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Ewropea. Fil-fatt f’bosta Stati Membri, il-Banek Ċentrali diġà huma responsabbli għas-superviżjoni bankarja. Il-BĊE għandu għalhekk jiġi kkonferit kompiti speċifiċi fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-Żona tal-euro. |
(11) Bħala l-bank ċentrali taż-Żona tal-euro b’għarfien espert estensiv fi kwistjonijiet makroekonomiċi u ta’ stabbiltà finanzjarja, b’setgħat implimentattivi tiegħu stess, il-BĊE jinsab f'pożizzjoni tajba biex iwettaq kompiti superviżorji li jiffukaw fuq il-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Ewropea. Fil-fatt, l-involviment tal-BĊE fis-superviżjoni tas-settur bankarju jirrifletti fil-prattika attwali fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li l-Banek Ċentrali tagħhom diġà huma responsabbli għas-superviżjoni bankarja Il-BĊE għandu għalhekk jiġi kkonferit kompiti speċifiċi fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-Żona tal-euro. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Is-sikurezza u s-solidità tal-banek il-kbar huma essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Madankollu, esperjenza reċenti turi li l-banek iż-żgħar jistgħu wkoll ikunu ta’ riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, il-BĊE għandu jkun jista’ jeżerċita kompiti superviżorji fir-rigward tal-banek kollha tal-Istati Membri parteċipanti. |
(13) Is-sikurezza u s-solidità tal-banek il-kbar huma essenzjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Madankollu, esperjenza reċenti turi li l-banek iż-żgħar jistgħu wkoll ikunu ta’ riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, il-BĊE għandu jkun jista’ jeżerċita kompiti superviżorji fir-rigward tal-banek kollha tal-Istati Membri parteċipanti mingħajr eċċezzjoni. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-konferiment ta’ kompiti superviżorji lill-BĊE għal uħud mill-Istati Membri għandu jkun konsistenti mal-qafas tas-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) stabbilita fl-2010 u l-għan sottostanti tagħha li tiżviluppa l-ġabra unika ta’ regoli u ssaħħaħ il-konverġenza ta’ prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha. Il-kooperazzjoni bejn is-superviżuri bankarji u s-superviżuri tal-assigurazzjoni u s-swieq tat-titoli hija importanti biex tittratta kwistjonijiet ta’ interess komuni u biex tiġi żgurata superviżjoni xierqa tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw ukoll fis-setturi tal-assigurazzjoni u t-titoli. Il-BĊE għandu għalhekk ikun meħtieġ jikkoopera mill-qrib mal-ABE, l-Awtorità Ewropea tat-Titotli u s-Swieq u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, fil-qafas tal-EFSF. |
(24) Il-konferiment ta’ kompiti superviżorji lill-BĊE għandu jkun konsistenti mal-qafas tas-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja (SESF) stabbilita fl-2010 u l-għan sottostanti tagħha li tiżviluppa l-ġabra unika ta’ regoli u ssaħħaħ il-konverġenza ta’ prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha. Il-kooperazzjoni bejn is-superviżuri bankarji u s-superviżuri tal-assigurazzjoni u s-swieq tat-titoli hija importanti biex tittratta kwistjonijiet ta’ interess komuni u biex tiġi żgurata superviżjoni xierqa tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw ukoll fis-setturi tal-assigurazzjoni u t-titoli. Il-BĊE għandu għalhekk ikun meħtieġ jikkoopera mill-qrib mal-ABE, l-Awtorità Ewropea tat-Titotli u s-Swieq u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tagħhom. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24a) Biex tiġi preservata l-integrità tas-suq finanzjarju uniku, l-ABE għandha żżomm ir-rwol tagħha u tħares is-setgħat u l-kompiti eżistenti tagħha: għandha tkompli tiżviluppa u tiżgura l-implimentazzjoni ta' manwal ta’ superviżjoni uniku li jkun applikabbli għall-Istati Membri kollha u ssaħħaħ il-konverġenza tal-prattiki superviżorji fl-Unjoni kollha kemm hi. Apparti dan, l-ABE għandha issa tingħata l-kompitu li tħejji manwal ta’ superviżjoni uniku li jikkomplementa l-ġabra unika ta' regoli tal-UE u jiżgura l-konsistenza fis-superviżjoni bankarja. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn ir-responsabbiltajiet superviżorji kkonferiti lil BĊE u t-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ABE, il-BĊE għandu jikkoordina pożizzjoni komuni bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti b’rabta ma’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tiegħu. |
(25) Sabiex tinżamm l-integrità tas-suq uniku, il-BĊE għandu jikkoordina biss pożizzjoni bejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti b’rabta ma’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tiegħu u fejn l-Istati Membri parteċipanti jkunu involuti direttament fil-kwistjoni speċifika. Il-BĊE għandu jirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tal-ABE kemm fl-istabbiliment ta’ ġabra unika ta’ regoli għas-settur bankarju tal-Ewropa u fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli madwar l-Unjoni kollha. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu soġġett għal kwalunkwe regola tal-liġi tal-Unjoni u f’konformità magħha inklużi l-liġi tal-Unjoni primarja u sekondarja kollha, id-deċiżjonijet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-kontroll tal-fużjonijiet u l-ġabra unika ta’ regoli li tapplika għall-Istati Membri kollha. L-ABE hija fdata bil-kompitu li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi u linji gwida u rakkomandazzjonijiet li jiżguraw konverġenza superviżorja u konsistenza ta’ eżiti superviżorji fl-Unjoni. Il-BĊE ma għandux jissostitwixxi l-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti mill-ABE, u għandu għalhekk jeżerċita setgħat biex jadotta r-regolamenti skont l-Artikolu 132 tat-TFUE biss fejn atti tal-Unjoni adottati mill-Kummissjoni Ewropea fuq abbozzi żviluppati mill-ABE jew linji gwida u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE ma jittrattawx ċerti aspetti meħtieġa għall-eżerċitar xieraq tal-kompiti tal-BĊE jew ma jittrattawhomx fid-dettall biżżejjed. |
(26) Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu soġġett għal kwalunkwe regola tal-liġi tal-Unjoni u f’konformità magħha inklużi l-liġi tal-Unjoni primarja u sekondarja kollha, id-deċiżjonijet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuniet mill-Istat, ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, il-kontroll tal-fużjonijiet u l-ġabra unika ta’ regoli li tapplika għall-Istati Membri kollha u l-manwal superviżorju uniku li jrid jiġi żviluppat mill-ABE. L-ABE hija fdata bil-kompitu li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi u linji gwida u rakkomandazzjonijiet li jiżguraw konverġenza superviżorja u konsistenza ta’ eżiti superviżorji fl-Unjoni. Il-BĊE ma għandux jissostitwixxi l-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti mill-ABE, u għandu għalhekk jeżerċita setgħat biex jadotta r-regolamenti skont l-Artikolu 132 tat-TFUE biss fejn atti tal-Unjoni adottati mill-Kummissjoni Ewropea fuq abbozzi żviluppati mill-ABE jew linji gwida u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ABE ma jittrattawx ċerti aspetti meħtieġa għall-eżerċitar xieraq tal-kompiti tal-BĊE jew ma jittrattawhomx fid-dettall biżżejjed. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) Fir-rigward tas-superviżjoni ta’ banek transfruntieri attivi kemm fiż-Żona tal-euro u barra minnha, l-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti. Bħala awtorità kompetenti l-BĊE għandu jkun soġġett għall-obbligi relatati biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni u għandu jipparteċipa bis-sħiħ fil-kulleġġi tas-superviżuri. Barra minn hekk, peress li l-eżerċitar tal-kompiti superviżorji minn istituzzjoni Ewropea jġib benefiċċji ċari f’termini ta’ stabbiltà finanzjarja u integrazzjoni sostenibbli tas-suq, l-Istati Membri mhux parteċipanti fil-munita komuni għandu għalhekk ikollhom ukoll il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu l-ġdid. Madankollu, prekundizzjoni meħtieġa għall-eżerċitar effikaċi tal-kompiti superviżorji hija li d-deċiżjonijiet superviżorji jiġu implimentati bis-sħiħ u mingħajr dewmien. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fil-mekkaniżmu l-ġdid għandhom għalhekk jintrabtu li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom se jirrispettaw u jadottaw kwalunkwe miżura b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mitluba mill-BĊE. Il-BĊE għandu jkun jista’ jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membri mhux parteċipanti fil-munita komuni. Għandu jkun obbligat jistabbilixxi l-kooperazzjoni meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Il-kundizzjonijiet li skonthom ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li stabbilixxew kooperazzjoni mill-qrib jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Bord Superviżorju għandhom jiżguraw trattament u rappreżentazzjoni ġusta ta’ dawk ir-rappreżentanti filwaqt li jitqiesu l-limiti skont l-Istatut tal-SEBĊ u tal-BĊE, b’mod partikolari fir-rigward tal-integrità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tiegħu. |
(29) Fir-rigward tas-superviżjoni ta’ banek transfruntieri attivi kemm fiż-Żona tal-euro u barra minnha, l-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux parteċipanti. Bħala awtorità kompetenti l-BĊE għandu jkun soġġett għall-obbligi relatati biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni u għandu jipparteċipa bis-sħiħ fil-kulleġġi tas-superviżuri. Barra minn hekk, peress li l-eżerċitar tal-kompiti superviżorji minn istituzzjoni Ewropea jġib benefiċċji ċari f’termini ta’ stabbiltà finanzjarja u integrazzjoni sostenibbli tas-suq, l-Istati Membri mhux parteċipanti fil-munita komuni għandu għalhekk ikollhom ukoll il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu l-ġdid. Madankollu, prekundizzjoni meħtieġa għall-eżerċitar effikaċi tal-kompiti superviżorji hija li d-deċiżjonijiet superviżorji jiġu implimentati bis-sħiħ u mingħajr dewmien. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fil-mekkaniżmu l-ġdid għandhom għalhekk jintrabtu li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom se jirrispettaw u jadottaw kwalunkwe miżura b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mitluba mill-BĊE. Il-BĊE għandu jkun jista’ jistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membri mhux parteċipanti fil-munita komuni. Għandu jkun obbligat jistabbilixxi l-kooperazzjoni meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Dawn jinkludu li dawk l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom jikkonformaw ma' kwalunkwe miżura relatata mal-istituzzjonijiet ta' kreditu mitluba mill-BĊE u jadottawha, kif ukoll l-obbligu li jadottaw atti ġuridiċi nazzjonali biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom jiġu obbligati jadottaw kwalunkwe miżura relatata mal-istituzzjonijiet ta' kreditu mitluba mill-BĊE. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 29a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(29a) Il-kundizzjonijiet li skonthom ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mhux fiż-żona tal-euro jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-bord superviżorju għandhom ikunu tali li jkunu rappreżentati bis-sħiħ fil-bord superviżorju u jgawdu status ugwali għal dak tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro, inklużi d-drittijiet tal-vot. Il-bord superviżorju għandu jkollu s-setgħa li jippjana u jwettaq il-kompiti superviżorji tal-BĊE. Il-bord superviżorju għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu b’rikonoxximent sħiħ li l-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa l-ogħla awtorità eżekuttiva tal-BĊE. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Fil-proċeduri tiegħu tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-BĊE għandu jkun marbut bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni dwar proċess ġust u trasparenza. Id-dritt li d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-BĊE jinstemgħu għandu jiġi rrispettat b’mod sħiħ. |
(33) Fil-proċeduri tiegħu tat-teħid tad-deċiżjonijiet, il-BĊE għandu jkun marbut bir-regoli u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni dwar proċess ġust u trasparenza. Id-dritt li d-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-BĊE jinstemgħu għandu jiġi rrispettat b’mod sħiħ. Il-bord superviżorju għandu jippubblika l-minuti tiegħu. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 34 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Il-konferiment tal-kompiti superviżorji jimplika responsabbiltà sinifikanti għall-BĊE biex jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, u biex juża s-setgħat superviżorji tiegħu b’mod mill-aktar effikaċi u proporzjonat. Il-BĊE għandu għalhekk jagħti kont tal-eżerċitar ta’ dawn il-kompiti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Ministri rispettivament, bħala istituzzjonijiet demokratikament leġitimizzati li jirrappreżentaw lill-poplu Ewropew u lill-Istati Membri tal-UE, kif ukoll lill-Grupp tal-euro. Dak għandu jinkludi rapportar regolari u t-tweġibiet ta’ mistoqsijiet. Meta s-superviżuri nazzjonali jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu japplikaw l-arranġamenti ta’ responsabbiltà pprovduti skont il-liġi nazzjonali. |
(34) Il-konferiment tal-kompiti superviżorji jimplika responsabbiltà sinifikanti għall-BĊE biex jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, u biex juża s-setgħat superviżorji tiegħu b’mod mill-aktar effikaċi u proporzjonat. Filwaqt li l-BĊE għandu jibqa’ indipendenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-politika monetarja, għandu jkun soġġett għal forom ġodda ta’ obbligu ta’ rendikont demokratiku fir-rigward tas-setgħat superviżorji tiegħu. Dak għandu jinkludi rapportar regolari u t-tweġibiet ta’ mistoqsijiet. Meta s-superviżuri nazzjonali jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu japplikaw l-arranġamenti ta’ responsabbiltà pprovduti skont il-liġi nazzjonali. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 34a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(34a) Il-bord superviżorju għandu jressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rappreżentanti tal-bord superviżorju jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew. Id-dritt tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi kumitat temporanju ta’ inkjesta għandu japplika għall-attivitajiet tal-bord superviżorju. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 34b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(34b) Fuq talba tal-parlamenti tal-Istati Membri parteċipanti, rappreżentant tal-bord superviżorju jista’ jintervjeni fil-kumitati rilevanti ta’ dawk il-parlamenti. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 34c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(34c) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li taġixxi fil-kapaċità superviżorja tagħha, għandha tkun tista’ tirrieżamina l-legalità tal-atti tal-BĊE li jkunu maħsuba biex joħolqu effetti legali fil-konfront ta’ partijiet terzi. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 35 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Il-BĊE huwa responsabbli għat-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ politika monetarja bl-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 127(1) tat-TFUE. L-eżerċitar ta’ kompiti superviżorji għandu l-għan li jipproteġi s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess u biex jiġi żgurat li kull funzjoni tiġi eżerċitata skont l-għanijiet applikabbli, il-BĊE għandu jiżgura li jitwettqu b’mod totalment separat. |
(35) Il-BĊE huwa responsabbli għat-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ politika monetarja bl-għan li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet skont l-Artikolu 127(1) tat-TFUE. L-eżerċitar ta’ kompiti superviżorji għandu l-għan li jipproteġi s-sikurezza u s-solidità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess u biex jiġi żgurat li kull funzjoni tiġi eżerċitata skont l-għanijiet applikabbli, il-BĊE għandu jiżgura li jitwettqu b’mod totalment separat. Il-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti konferiti lill-BĊE minn dan ir-Regolament għandu jkun, mil-lat organizzattiv, separat minn persunal ieħor tal-BĊE u għandu jkun soġġett għal linji ta' rappurtar separati. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 36 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(36) B’mod partikolari, bord superviżorju responsabbli mit-tħejjija tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet superviżorji għandu jiġi stabbilit mal-BĊE u jinkludi l-għarfien espert speċifiku tas-superviżuri nazzjonali. Il-bord għandu għalhekk ikun ippresedut minn President u Viċi President eletti mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u magħmul, barra minnhom, minn rappreżentanti mill-BĊE u mill-awtoritajiet nazzjonali. Biex ikun hemm rotazzjoni xierqa filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-President u tal-Viċi President, it-terminu tagħhom ma għandux jaqbeż ħames snin u ma għandux ikun rinnovabbli. Biex tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa mal-attivitajiet tal-ABE u mal-politiki prudenzjali tal-Unjoni, l-ABE u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu osservaturi fil-bord superviżorju. Il-prestazzjoni tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE teżiġi l-adozzjoni ta’ għadd kbir ta’ atti u deċiżjonijiet teknikament kumplessi, inklużi deċiżjonijiet dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali. Sabiex iwettaq dawk il-kompiti b’mod effikaċi skont il-prinċipju tas-separazzjoni minn kompiti relatati mal-politika monetarja, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jkun jista’ jiddelega ċerti kompiti superviżorji ddefiniti b’mod ċar u deċiżjonijiet relatati lill-bord superviżorju, soġġett għas-sorveljanza u responsabbiltà tal-Kunsill Governattiv, li jista’ jagħti struzzjonijiet u direzzjonijiet lil dak il-korp. Il-bord superviżorju jista’ jkun appoġġat minn kumitat ta’ tmexxija b’kompożizzjoni aktar limitata. |
(36) B’mod partikolari, bord superviżorju responsabbli mit-tħejjija tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet superviżorji għandu jiġi stabbilit mal-BĊE u jinkludi l-għarfien espert speċifiku tas-superviżuri nazzjonali. Il-bord għandu għalhekk ikun ippresedut minn President elett mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE wara approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Il-bord għandu jkun magħmul ukoll minn rappreżentanti mill-BĊE u minn awtoritajiet nazzjonali. Biex ikun hemm rotazzjoni xierqa filwaqt li tiġi żgurata l-indipendenza sħiħa tal-President u tal-Viċi President, it-terminu tagħhom ma għandux jaqbeż ħames snin u ma għandux ikun rinnovabbli. Biex tiġi żgurata koordinazzjoni sħiħa mal-attivitajiet tal-ABE u mal-politiki prudenzjali tal-Unjoni, l-ABE u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu osservaturi fil-bord superviżorju. Il-bord superviżorju għandu jeżerċita s-setgħat tiegħu b’rikonoxximent sħiħ li l-Kunsill Governattiv tal-BĊE jibqa’ finalment responsabbli għad-deċiżjonijiet tiegħu. Il-prestazzjoni tal-kompiti superviżorji kkonferiti lill-BĊE teżiġi l-adozzjoni ta’ għadd kbir ta’ atti u deċiżjonijiet teknikament kumplessi, inklużi deċiżjonijiet dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali. Sabiex iwettaq dawk il-kompiti b’mod effikaċi skont il-prinċipju tas-separazzjoni minn kompiti relatati mal-politika monetarja, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jkun jista’ jiddelega ċerti kompiti superviżorji ddefiniti b’mod ċar lill-bord superviżorju, soġġett għas-sorveljanza u responsabbiltà tal-Kunsill Governattiv, li jista’ jagħti struzzjonijiet u direzzjonijiet lil dak il-korp. Il-bord superviżorju jista’ jkun appoġġat minn kumitat ta’ tmexxija b’kompożizzjoni aktar limitata. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 36a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(36a) Il-bord superviżorju għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE. Proposti tal-bord superviżorju għandhom jiġu aċċettati mill-Kunsill Governattiv sakemm ma jiġux rifjutati minn maġġoranza kwalifikata tal-membri tiegħu. Il-Kunsill Governattiv għandu jiġġustifika d-devjazzjonijiet mill-proposti u mill-abbozzi ta’ deċiżjonijiet ippreparati mill-bord superviżorju. |
|
|
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 41 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(41) Meta jitqiesu l-globalizzazzjoni tas-servizzi bankarji u l-importanza dejjem ikbar tal-istandards internazzjonali, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-istandards internazzjonali u bi djalogu u b’kooperazzjoni mill-qrib mas-superviżuri barra l-Unjoni, mingħar ma jiġi dduplikat ir-rwol internazzjonali tal-ABE. Għandu jingħata s-setgħa li jiżviluppa kuntatti u jidħol f’arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġett għal koordinazzjoni mal-ABE u filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-rwoli eżistenti u l-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
(41) Meta jitqiesu l-globalizzazzjoni tas-servizzi bankarji u l-importanza dejjem ikbar tal-istandards internazzjonali, il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-istandards internazzjonali u bi djalogu u b’kooperazzjoni mill-qrib mas-superviżuri barra l-Unjoni, mingħar ma jiġi dduplikat jew ristrett ir-rwol internazzjonali tal-ABE. Għandu jingħata s-setgħa li jiżviluppa kuntatti u jidħol f’arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet superviżorji u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, soġġett għal koordinazzjoni mal-ABE u filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ ir-rwoli eżistenti u l-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 47a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(47a) Billi l-kriżi finanzjarja pendenti ikkontribwiet immensament għall-frammentazzjoni tas-swieq finanzjarji Ewropej, huwa kruċjali li jissaħħaħ il-qafas finanzjarju integrat komuni. Madankollu ,għandu jinżamm amment li l-approfondiment tal-integrazzjoni fl-UEM ma jistax iwassal għal kriterji ta' konverġenza ġodda li ma kinux stipulati fit-Trattati u li jistgħu joħolqu xkiel addizzjonali għad-dħul għal pajjiżi li għandhom deroga temporanja. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) “Stat Membru parteċipanti" tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro; |
(1) “Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro u kwalunkwe Stat Membru ieħor li jagħżel li jipparteċipa fil-mekkaniżmu superviżorju uniku; |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) “Stat Membru nonparteċipanti” tfisser Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro u li jagħżel li ma jipparteċipax fil-mekkaniżmu superviżorju uniku; |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea, mal-Awtorita Ewropea tat-Titotli u s-Swieq u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, li jiffurmaw parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja stabbiliti bl-Artikolu 2 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) 1094/2010, u (UE) Nru 1095/2010. |
Il-BĊE, fil-kapaċità superviżorja tiegħu, għandu jikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea, mal-Awtorita Ewropea tat-Titotli u s-Swieq u mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, li jiffurmaw parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja stabbiliti bl-Artikolu 2 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) 1094/2010, u (UE) Nru 1095/2010. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti tiegħu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-parteċipanti l-oħrajn tas-SESF. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-BĊE għandu jikkoopera mill-qrib mal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) jew faċilità oħra simili għal Stati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro fejn istituzzjoni tal-kreditu tkun irċeviet jew applikat għal għajnuna finanzjarja minn dik il-faċilità. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-BĊE għandu, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, ikun esklussivament kompetenti biex iwettaq, għal finijiet superviżorji prudenzjali, il-kompiti li ġejjin b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti: |
1. Il-BĊE għandu, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-ABE u skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, kif ukoll skont il-ġabra unika tar-regoli u l-manwal superviżorju uniku mfassla mill-ABE, ikun esklussivament kompetenti biex iwettaq, għal finijiet superviżorji prudenzjali, il-kompiti li ġejjin b’rabta mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti: |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) Biex iwettaq testijiet ta’ stress superviżorji fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jappoġġa l-analiżi superviżorja; |
(h) Biex iwettaq testijiet ta’ stress superviżorji fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jappoġġa l-analiżi superviżorja, u biex jippubblika r-riżultati ta’ dawk it-testijiet; |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt l | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(l) Li jikkoordina u jesprimi pożizzjoni komuni tar-rappreżentanti minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti fil-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali tal-Awtorità Bankarja Ewropea, għal kwistjonijiet relatati mal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament. |
(l) Li jifformula pożizzjoni komuni tar-rappreżentanti minn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti fil-Bord tas-Superviżuri u l-Bord Maniġerjali tal-Awtorità Bankarja Ewropea, għal kwistjonijiet relatati direttament mal-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Soġġett għal u f’konformità ma’ kwalunkwe regola rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u b’mod partikolari kwalunkwe att leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv, il-BĊE jista’ jadotta regolamenti u rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet biex jimplimenta jew japplika liġi tal-Unjoni, sal-punt meħtieġ biex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament. |
3. Soġġett għal u f’konformità ma’ kwalunkwe regola rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u b’mod partikolari kwalunkwe att leġiżlattiv u mhux leġiżlattiv, inklużi ġabra unika tar-regoli u l-manwal superviżorju uniku mfassla mill-ABE kif ukoll l-istandards tekniċi żviluppati mill-ABE u adottati mill-Kummissjoni, il-BĊE jista’ jadotta regolamenti u rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet biex jimplimenta jew japplika liġi tal-Unjoni, sal-punt meħtieġ biex iwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, u biss fejn dawk l-atti tal-Unjoni ma jkunux jittrattaw ċerti aspetti neċessarji għall-eżerċizzju xieraq tal-kompiti tal-BĊE jew ma jindirizzawhomx f’dettall suffiċjenti. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u s-setgħat relatati tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti biex iwettqu kompiti superviżorji li mhumiex imsemmija f’dan ir-Regolament. |
4. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u s-setgħat relatati tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti biex iwettqu kompiti superviżorji li mhumiex konferiti f’dan ir-Regolament. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 6 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri mhux parteċipanti |
Parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu superviżorju uniku ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro; |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għal dak il-għan, il-BĊE jista’ jindirizza linji gwida jew talbiet lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru mhux parteċipanti. |
Għal dak il-għan, il-BĊE jista’ jindirizza linji gwida jew talbiet lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru mhux parteċipanti għandha tiġi stabbilita, b’deċiżjoni adottata mill-BĊE, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
2. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-awtorità kompetenti nazzjonali ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro iżda li jagħżel li jipparteċipa għandha tiġi stabbilita, b’deċiżjoni adottata mill-BĊE, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddetermina, f'konformità mal-Istatut tal-BĊE u tas-SEBĊ, il-kundizzjonijiet li skonthom ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li stabbilixxew kooperazzjoni mill-qrib skont dan l-Artikolu għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Bord Superviżorju. |
3. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiddetermina, f'konformità mal-Istatut tal-BĊE u tas-SEBĊ, il-kundizzjonijiet li skonthom ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għandhom jieħdu sehem, bis-sħiħ u skont termini ndaqs bħal dawk tar-rappreżentanti tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, fl-attivitajiet tal-Bord Superviżorju. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament b’mod separat mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u minn kwalunkwe kompitu ieħor. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament ma għandhomx jinterferixxu mal-kompiti tal-BĊE relatati mal-politika monetarja u ma’ kwalunkwe kompitu ieħor. |
2. Il-BĊE għandu jwettaq il-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament b’mod separat mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u minn kwalunkwe kompitu ieħor. Il-kompiti kkonferiti lill-BĊE b’dan ir-Regolament ma għandhomx jinterferixxu mal-kompiti tal-BĊE relatati mal-politika monetarja u ma’ kwalunkwe kompitu ieħor. Il-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lill-BĊE minn dan ir-Regolament għandu jkun, mil-lat organizzattiv, separat minn persunal ieħor tal-BĊE u għandu jkun soġġett għal linji ta' rappurtar separati. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-BĊE għandu jadotta kwalunkwe regola interna meħtieġa, inklużi regoli rigward is-segretezza professjonali. |
3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-BĊE għandu jadotta kwalunkwe regola interna meħtieġa, inklużi regoli rigward is-segretezza professjonali u regoli li jiżguraw it-twaqqif ta’ ‘ħitan Ċiniżi’. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Barra minn hekk, il-bord superviżorju għandu jinkludi President elett mill-membri tal-Kunsill Governattiv minn fost il-membri, bl-eċċezzjoni tal-President tal-Bord Eżekuttiv, u Viċi President elett mill-membri tal-Kunsill governattiv tal-BĊE u minn fosthom. |
2. Barra minn hekk, il-bord superviżorju għandu jinkludi President li għandu jiġi approvat mill-Kunsill, fuq nomina tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, wara li jkun inkiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew wara seduta ta’ smigħ tal-kandidat fil-kumitat responsabbli. Il-President għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa ta’ għażla. Il-Viċi President għandu jiġi elett mill-membri tal-Kunsill governattiv tal-BĊE u minn fosthom. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddelega kompiti superviżorji ddefiniti b’mod ċar u deċiżjonijiet relatati rigward istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta individwali jew sett identifikabbli minnhom, lill-bord superviżorju, soġġett għas-sorveljanza u r-responsabbiltà tal-Kunsill Governattiv. |
3. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddelega kompiti superviżorji ddefiniti b’mod ċar rigward istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji holding finanzjarji jew kumpaniji holding finanzjarji mħallta individwali jew sett identifikabbli minnhom, lill-bord superviżorju, soġġett għas-sorveljanza u r-responsabbiltà tal-Kunsill Governattiv. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Ir-rappreżentanti tal-awtorità kompetenti tal-Istati Membri li stabbilixxew kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 6 għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-bord superviżorju skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni adottata skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 6, f’konformità mal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE. |
5. Ir-rappreżentanti tal-awtorità kompetenti tal-Istati parteċipanti għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-bord superviżorju fuq bażi ugwali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni adottata skont il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 6, f’konformità mal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tal-bord supeviżorju inklużi r-regoli dwar iż-żmien tal-kariga tal-President u l-Viċi President. Iż-żmien tal-kariga ma għandux jaqbeż ħames snin u ma għandux ikun rinnovabbli. |
7. Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura għalih innifsu u għall-bord superviżorju, u għandu jippubblikahom. Ir-regoli ta’ proċedura tal-bord superviżorju għandhom jiżguraw trattament ugwali u ekwilibrat tal-membri kollha tiegħu. Għandhom jistabbilixxu regoli li jippreskrivu ż-żmien tal-kariga tal-President, li ma għandux jaqbeż ħames snin u ma għandux ikun rinnovabbli. |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 7a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Il-bord superviżorju għandu jippubblika l-minuti tiegħu. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 19a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 19a |
|
Il-proċedura għat-teħid ta’ deċiżjonijiet |
|
Il-bord superviżorju, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, għandu jressaq proposti lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE f’forma ta’ abbozz ta’ deċiżjonijiet. Il-Kunsill Governattiv jista’ jaċċetta dak l-abbozz ta' deċiżjonijiet, jirreferihom lura lill-bord superviżorju, jew jirrifjutahom. Fil-każ li l-Kunsill Governattiv jirrifjuta l-abbozz ta’ deċiżjonijiet tal-bord superviżorju, għandu jaġixxi b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li għandhom id-dritt li jivvutaw, kif inhu definit fl-Artikolu 10 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Il-Kunsill Governattivi għandu jiġġustifika każijiet meta jibgħat lura jew jirrifjuta l-abbozzi ta’ deċiżjonijiet ippreparati mill-bord superviżorju. Abbozz ta’ deċiżjoni jitqies bħala adottat sakemm il-Kunsill Governattiv ma jaġixxix fi żmien tliet ġimgħat. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-BĊE għandu kull sena jissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro, rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferit lilu b’dan ir-Regolament. |
1. Il-BĊE għandu jissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp tal-euro u lill-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferit lilu b’dan ir-Regolament. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-President tal-bord superviżorju tal-BĊE għandu jippreżenta dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Grupp tal-euro fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn kwalunkwe Stat Membru mhux parteċipanti li miegħu jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 6. |
2. Il-President tal-bord superviżorju tal-BĊE għandu jippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Grupp tal-euro fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn Stati Membri parteċipanti oħrajn. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-President tal-bord superviżorju jista’, fuq talba tal-Parlament Ewropew, jinstema’ mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu. |
3. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-President tal-bord superviżorju għandu jipparteċipa fis-seduta ta’ smigħ mal-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti superviżorji tiegħu. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-BĊE għandu jwieġeb oralment jew bil-miktub għall-mistoqsijiet li jsirulu mill-Parlament Ewropew jew mill-Grupp tal-euro. |
4. Il-BĊE għandu jwieġeb oralment jew bil-miktub għall-mistoqsijiet li jsirulu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) it-tqassim tar-responsabilitajiet bejn il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti; |
PROĊEDURA
Titolu |
Konferiment tal-kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu |
||||
Referenzi |
COM(2012)0511 – C7-0314/2012 – 2012/0242(CNS) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 22.10.2012 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFCO 22.10.2012 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Andrew Duff 19.11.2012 |
||||
Eżami fil-kumitat |
9.10.2012 |
19.11.2012 |
26.11.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
27.11.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
18 2 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrew Henry William Brons, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, József Szájer, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elmar Brok, Sylvie Guillaume, Helmut Scholz, György Schöpflin, Rainer Wieland |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Mirsky, Ramon Tremosa i Balcells |
||||
ANNEX I
IPOL-COM-LIBE D (2012) 57338
Ms Sharon BOWLES
Chairwoman
Committee on Economic and Monetary affairs
BRUSSELS
Subject: Proposal for a Council Regulation conferring specific tasks on the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions COM(2012) 511 final - 2012/0242(CNS)
Dear Ms Bowles,
I would like to inform you that the Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs (LIBE) decided on 11 October 2012 to deliver an opinion to the Committee on Economic and Monetary affairs on the above-mentioned legislative proposal in the form of a letter due to the tight time schedule for the adoption of the corresponding report in your Committee.
The present opinion was adopted by the LIBE Committee on 6 November 2012 with 42 votes in favour, 1 vote against and 3 abstentions.
The Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs calls on your Committee, as the Committee responsible, to consider the following suggestions when examining the Commission' proposal and to modify it accordingly.
With a view to enabling the ECB to carry out its supervisory tasks, the Commission's proposal confers on it extensive investigatory powers. In particular, the ECB is entitled to request information, to require the submission of documents, to examine books and records and take copies or extracts thereof, to obtain written or oral explanation and to interview natural or legal persons who consent to be interviewed (Article 10 - General investigations).
The ECB is also entitled to conduct on-site inspections at the business premises of the supervised entities, including inspections without prior announcement. In the context of an inspection, the ECB has the power to seal any business premises and books or records and to request the assistance of national competent authorities in cases of opposition to the inspections (Article 11 - On-site inspections).
Although the draft Regulation refers to the authorisation by a judicial authority for conducting on-site inspections, it imposes the obligation to apply for such authorisation only if this is required by national rules (Article 12 - Authorisation by a judicial authority). It follows that the decision on the need for judicial authorisation as a condition for the adoption of coercive measures by the ECB is ultimately left to the Member States. Furthermore, considering that national rules vary from one Member State to another the reference to national law does not ensure that the inspections are carried out under equivalent conditions in the Member States.
Therefore, in the interest of legal certainty and in full compliance with the principle of due process the LIBE Committee suggests deleting the reference to national law and inserting in the draft Regulation a provision subjecting the adoption of any coercive measure by the ECB to judicial overview and prior authorisation.
In addition, the LIBE Committee suggests adding specific rules governing the possible interaction between administrative investigations and criminal proceedings. More specifically, where the facts discovered during the investigations or inspections could constitue a criminal offence, the Regulation should impose on the ECB the obligation to immediatly inform the competent judicial authority thereof. Taking account of the administraive nature of the investigatory powers of the ECB, to which the safeguards for suspects and accused persons in criminal proccedings do not apply, the Regulation should also stipulate that information and documents obtained by the ECB as a result of its investigations or inspections shall not be treated as evidence in the context of criminal proceedings.
On behalf of the Committee on Civil Liberties, Justice and Home Affairs, I would be grateful if your Committee could support and integrate these suggestions in its final report.
Yours sincerely,
Juan Fernando LÓPEZ AGUILAR
ANNEX II
ref. D(2012)57330
Ms Sharon Bowles
President
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
BRUSSELS
Subject: Proposal for a regulation of the Council conferring specific tasks on the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions (COM(2012)0511 - 2012/0242(CNS))
kif ukoll
Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 1093/2010 establishing a European Supervisory Authority (European Banking Authority) as regards its interaction with Council Regulation (EU) No…/… conferring specific tasks on the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions (COM(2012)0512- 2012/0244(COD))
Dear Chair,
On account of the tight schedule in your Committee, and following a proposal by the JURI rapporteur, Mr Sergio Cofferati, the Committee on Legal Affairs decided at its meeting of 10 October 2012 to issue an opinion to your Committee on the above proposals in letter form in order to draw attention to some of the key aspects of the Commission's proposals concerning new specific tasks of the European Central Bank relating to the supervision of credit institutions, and the modified tasks of the European Banking Authority as regards its interaction with the new functions of the European Central Bank.
The present opinion in letter form was drafted by Mr Sergio Cofferati and was adopted (unanimously by the Committee with 00 votes in favour and no abstentions[1]) on 6 November 2012.
The Committee on Legal Affairs calls on the Committee on Economic and Monetary Affairs, as the Committee responsible, to pay particular attention to the following points when drawing up its report on the Commission proposals:
· The Legal Basis
Following a cursory examination, the rapporteur is satisfied with the choice of the legal basis. Regarding the Proposal for a regulation of the Council conferring specific tasks on the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions, Article 127 TFEU was chosen as legal basis. It defines the legislative procedure for conferring "specific tasks upon the European Central Bank concerning policies relating to the prudential supervision of credit institutions and other financial institutions with the exception of insurance undertakings"; the Proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EU) No 1093/2010 establishing a European Supervisory Authority (European Banking Authority) is based on Article 114 TFEU, since it amends Regulation (EU) No 1093/2010 which was adopted under that same legal basis.
· The Single Supervisory Mechanism (SSM)
The Commission assigns the role of head of the Single Supervisory Mechanism to the ECB. However, clarification is required concerning the nature of the relationship between the ECB and national supervisors. In particular, the role of national supervisors in micro-supervision in their respective Member States should be defined in greater detail. A mechanism for the resolution of internal disputes between the European supervisory authority and the national supervisor should be established.
· Geographical Scope of the Proposals
It is important to encourage those Member States whose currency is not the Euro to join the new SSM with the same duties and rights as those Member States whose currency is the Euro. In that regard, it is necessary to move beyond mere 'association status', derived from a close cooperation with the ECB, and to allow for 'full membership' for Member States whose currency is not the Euro and who wish to join the SSM and the Banking Union framework.
· The Practical Scope of the Proposals
The Regulation should clearly identify the tasks to be carried out by the ECB and those to be carried out by the national supervisors. It must be highlighted that, the Commission is proposing that, to be effective, the SSM should ensure universal coverage, and that the ECB should be ultimately responsible for all aspects of the supervision of all banks. A system must be established which would allow for differentiation of the tasks of the ECB and of the national supervisors on the basis of the risk profile and market impact of the banks in question. This could take into account factors such as cross-border activities, structure and governance, business model and interconnectivity as well as the relative size and dimension of an institution to a market.
· Governanza
Given its new role as Supervisory Authority, the governance of the ECB needs to be clarified. The ECB´s decision-making and administrative procedures relating to its monetary tasks must be clearly separated from those procedures relating to its new supervisory tasks. The membership of the Supervisory Board should reflect, faithfully and in a balanced manner, both those Member States whose currency is the Euro and those Member States whose currency is not the Euro.
· Accountability and Transparency
The ECB has to play its role in maintaining independence and transparency in its actions, with complete accountability to democratic institutions. When carrying out supervisory tasks, the ECB must be fully accountable, though a system of regular reporting, to the European Parliament. Consideration should be given to involving the European Parliament in the appointment of the supervisory board.
On behalf of the Committee on Legal Affairs, I would be grateful if your Committee would take these points into account in its further work.
Furthermore, the Committee on Legal Affairs decided at its meeting of 10 October 2012 that, should your Committee decide to postpone the vote scheduled on 28 November 2012, the Committee on Legal Affairs would then deliver an ordinary legislative opinion on the above proposals.
Yours sincerely,
Klaus-Heiner Lehne
- [1] The following Members were present: Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Françoise Castex, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka, Christian Engström, Sylvie Guillaume, Sajjad Karim, Eva Lichtenberger, Jiří Maštálka, Francesco Enrico Speroni, József Szájer, Axel Voss, Zbigniew Ziobro,
PROĊEDURA
Titolu |
Il-konferiment ta' kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu |
||||
Referenzi |
COM(2012)0511 – C7-0314/2012 – 2012/0242(CNS) |
||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
27.9.2012 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 22.10.2012 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 22.10.2012 |
LIBE 22.10.2012 |
AFCO 22.10.2012 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 10.10.2012 |
LIBE 5.11.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Marianne Thyssen 11.9.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
26.9.2012 |
22.10.2012 |
19.11.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
28.11.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 11 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Rachida Dati, Leonardo Domenici, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Lajos Bokros, Philippe De Backer, Vicky Ford, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Sophia in 't Veld, Mojca Kleva, Thomas Mann, Marisa Matias, Gianni Pittella, Nils Torvalds |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pilar Ayuso, Georges Bach, Birgit Collin-Langen, Jan Kozłowski |
||||
Data tat-tressiq |
3.12.2012 |
||||