RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
4.12.2012 - (COM(2012)0155 – C7‑0090/2012 – 2012/0077(COD)) - ***I
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Jarosław Leszek Wałęsa
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
(COM(2012)0155 – C7‑0090/2012 – 2012/0077(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0155),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0090/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7‑0395/2012),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(3) Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tissupplimenta jew temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv permezz ta' atti delegati. |
imħassar | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Din il-premessa m’għadhiex valida. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(4) Sabiex jintlaħqu b’mod effiċjenti l-miri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 u sabiex ikun hemm reazzjoni rapida għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk jew fis-sajd, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-reviżjoni ta’ rati minimi ta’ mortalità mis-sajd, meta d-dejta xjentifika tindika li r-rati ma għadhomx xierqa u l-miżuri mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. |
(4) Sabiex jintlaħqu b’mod effiċjenti l-miri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 u sabiex ikun hemm reazzjoni rapida għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk jew fis-sajd, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-iffissar tal-perjodi meta s-sajd b’ċerti tipi ta’ rkaptu huwa permess b’rabta ma’ ċerti żoni ġeografiċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku u l-partijiet interessati rilevanti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. | |||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6 | ||||||||||||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
(6) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat tal-implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
imħassar | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
F’dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati, qabbel ma' Emenda 2 aktar 'il fuq. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Ir-Regolament (KE) 1098/2007 Artikolu 4 ‑ paragrafu introduttorju | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-pjan ta’ ġestjoni għandu jindika mortalità massima mis-sajd, u mhux mortalità minima mis-sajd. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1098/2007 Artikolu 4 – punt a | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-rata ta' mortalità għal din iż-żona għandu jsegwi l-parir partikolari mill-ICES. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1098/2007 Artikolu 5 ‑ paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni pproponiet Artikolu 29c ġdid li jipprevedi li meta l-Kunsill jieħu deċiżjonijiet fl-ambitu tar-Regolament, dan għandu “jaġixxi skont it-Trattat.” Minħabba l-inklużjoni ta' din ir-regola ġenerali, ikun superfluwu li l-istess regola terġa’ tissemma hawnhekk. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1098/2007 Artikolu 8 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Id-deċiżjoni fl-ambitu ta’ dan il-paragrafu hi tali li aħjar tiġi trattata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1098/2007 Artikolu 8 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-kelma “minimu” se tinbidel u ssir "fil-mira” fit-test kollu tal-Pjan biex tiddefinixxi aħjar il-valuri tal-mortalità tas-sajd inklużi fl-Artikolu 4. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 3 Regolament (KE) Nru 1098/2007 Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Din ir-regola ġiet introdotta meta l-istokkijiet tal-merluzz kienu f’livell baxx, li m’għadux il-każ. L-emenda se tippermetti lil impriżi tas-sajd fuq skala żgħira li jistagħdu għall-merluzz waqt l-istaġun magħluq, b’mod partikolari waqt ix-xhur tas-sajf mingħajr effetti negattivi fuq il-konċentrazzjonijiet tal-istokk qabel u waqt ir-riproduzzjoni, li sseħħ fiż-Żoni Fondi Baltiċi, ’l bogħod miż-żoni tal-kosta. Dan jaf ikun importanti ekonomikament għal din il-parti tal-flotta, għax il-prezzijiet waqt dan il-perjodu jkunu għoljin. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Regolament Nru 1098/2007 Artikolu 26 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Il-pjan multiannwali hu l-kwistjoni ewlenija tar-regolament u għaldaqstant ma jistax jitqies bħala element mhux essenzjali tiegħu. Din il-parti tar-regolament trid tiġi emendata, jekk tinqala’ l-ħtieġa, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. L-STECF u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Baħar Baltiku għandhom jiġu involuti b’mod mandatorju fil-proċess tal-evalwazzjoni tal-pjan multiannwali. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 5 Ir-Regolament (KE) 1098/2007 Artikolu 27 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-STECF u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Baħar Baltiku għandhom jiġu involuti b’mod mandatorju fil-proċess tal-evalwazzjoni tal-pjan multiannwali. Il-kelma “minimu” se tinbidel u ssir "fil-mira” fit-test kollu tal-Pjan biex tiddefinixxi aħjar il-valuri tal-mortalità tas-sajd inklużi fl-Artikolu 4. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regulation No 1098/2007 Artikolu 29 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-regola proposta tistipula jekk ċerti restrizzjonijiet għas-sajd japplikaw f'ċerti żoni ġeografiċi. Ma tistipula l-ebda kundizzjoni uniformi. Għal din ir-raġuni, l-użu ta' atti implimentattivi f'dan il-każ mhuwiex skont it-Trattat, jitqies li jeżistu l-kundizzjonijiet biex jintużaw l-atti delegati. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regolament Nru 1098/2007 Artikolu 29 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Ir-regola proposta tistipula jekk ċerti restrizzjonijiet għas-sajd japplikaw f'ċerti żoni ġeografiċi. Ma tistipula l-ebda kundizzjoni uniformi. Għal din ir-raġuni, l-użu ta' atti implimentattivi f'dan il-każ mhuwiex skont it-Trattat, jitqies li jeżistu l-kundizzjonijiet biex jintużaw l-atti delegati. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 6 Regolament Nru 1098/2007 Artikolu 29 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Waqt li s-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni fiż-żewġ paragrafi preċedenti nbidlet u saret setgħa li tadotta atti delegati, dan il-paragrafu jeħtieġ li jinbidel ukoll. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 Regolament Nru 1098/2007 Kapitolu VIa – Artikolu 29a – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
L-għoti tas-setgħa tal-Kummissjoni għandha tkun limitata fiż-żmien. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 Regolament Nru 1098/2007 Kapitolu VIa – Artikolu 29a – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Dan l-Artikolu għandu jirreferi għall-Artikoli 8(3), 27 u 29(2) and 29(3). | ||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 7 Regolament Nru 1098/2007 Kapitolu VIa – Artikolu 29b | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Dan l-Artikolu m’għadux validu minħabba li l-Kummissjoni m’għadx għandha s-setgħa li tadotta atti implimentattivi fl-ambitu tar-Regolament. | ||||||||||||||||||||||
- [1] ĠU C, 299, 4.10.2012, p. 145.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet |
||||
|
Referenzi |
COM(2012)0155 – C7-0090/2012 – 2012/0077(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
2.4.2012 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 18.4.2012 |
|
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 18.4.2012 |
|
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ENVI 26.4.2012 |
|
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Jarosław Leszek Wałęsa 24.4.2012 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
31.5.2012 |
21.6.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
28.11.2012 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 5 1 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Alain Cadec, Chris Davies, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Marek Józef Gróbarczyk, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Isabelle Thomas, Nils Torvalds, Jarosław Leszek Wałęsa |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Paul Besset, Jens Nilsson, Nikolaos Salavrakos, Antolín Sánchez Presedo |
||||
|
Data tat-tressiq |
4.12.2012 |
||||