Proċedura : 2011/0384(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0403/2012

Testi mressqa :

A7-0403/2012

Dibattiti :

PV 20/11/2013 - 12
CRE 20/11/2013 - 12

Votazzjonijiet :

PV 21/11/2013 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0502

RAPPORT     ***I
PDF 1492kWORD 795k
12.12.2012
PE 489.664v02-00 A7-0403/2012

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

(COM(2011)0817 – C7‑0467/2011 – 2011/0384(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Philippe Lamberts

Rapporteur għall-opinjoni (*): Chrysoulia Paliadeli

(*) Kumitat Assoċjat - Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

(COM(2011)0817 – C7‑0467/2011 – 2011/0384(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0817),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0467/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-28 ta' Marzu 2012(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0403/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tirreferi l-kwistjoni għal darb’oħra lill-Parlament jekk hija għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta tagħha sostanzjalment jew tissostitwiha b’test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tassenja rwol minn ta' quddiem lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn issa 'l quddiem imsejjaħ EIT) li jikkontribwixxi għal għadd ta' inizjattivi ewlenin.

(1) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tassenja rwol minn ta’ quddiem lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn issa ’l quddiem imsejjaħ EIT) li għandu l-għan li jikkontribwixxi għal għadd ta’ inizjattivi ewlenin, b’mod partikolari l-inizjattiva ewlenija għal Unjoni tal-Innovazzjoni u Żgħażagħ Attivi.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Matul il-perjodu 2014-2020, l-EIT għandu jikkontribwixxi għall-objettivi tal-"Orizzont 2020 - Il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni" stabbilit bir-Regolament Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'Orizzont 2020'), bl-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(2) Matul il-perjodu 2014-2020, l-EIT għandu jikkontribwixxi għall-objettivi tal-"Orizzont 2020 - Il-Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni" stabbilit bir-Regolament Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'Orizzont 2020'), bl-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jistimula l-eċċellenza u jaċċelera l-innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv tal-EIT huwa li jiġu integrati t-tliet partijiet tat-trijangolu tal-għarfien, sabiex tiġi stimulata l-eċċellenza u mħaffa l-innovazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-regoli dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma ddefiniti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

(4) Ir-regoli dwar it-tixrid tar-riżultati permezz ta’ aċċess miftuħ, liċenzjar u l-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma ddefiniti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u fl-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni tal-EIT.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Bħala istitut prinċipali Ewropew għall-innovazzjoni, l-EIT u l-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn hawn ‘il quddiem KICs) għandhom ifittxu li jiżviluppaw prattiki innovattivi għall-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-promozzjoni tat-trasparenza u t-trasferiment u t-tixrid tal-għarfien.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-EIT għandu jaħdem direttament mar-rappreżentanti nazzjonali u reġjonali u ma' partijiet interessati oħra minn naħa għal oħra tal-katina tal-innovazzjoni biex jiġġenera effetti ta' benefiċċju fuq iż-żewġ naħat. Sabiex dan id-djalogu u l-iskambju jkunu aktar sistematiċi għandu jiġi organizzat Forum tal-Partijiet Interessati li jiġbor flimkien komunità usa' ta' partijiet interessati madwar kwistjonijiet trażversali.

(6) L-EIT għandu jaħdem direttament mar-rappreżentanti nazzjonali u reġjonali u ma' partijiet interessati oħra minn naħa għal oħra tal-katina tal-innovazzjoni biex jiġġenera effetti ta' benefiċċju fuq iż-żewġ naħat. Sabiex dan id-djalogu u l-iskambju jkunu aktar sistematiċi għandu jiġi organizzat Forum tal-Partijiet Interessati tal-EIT li, taħt pjattaforma komuni, jiġbor flimkien il-KICS kollha u l-komunità usa’ ta’ partijiet interessati madwar kwistjonijiet trażversali. Biex jiżgura involviment akbar tal-persuni interessati, l-EIT għandu jagħmel kampanji ta’ informazzjoni relevanti mmirati lejn l-universitajiet, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali, u lokali tal-Ewropa involuti f’politiki tal-R&D&I. Il-KICs għandhom ukoll jistabbilixxu proċessi għal konsultazzjonijiet regolari mal-persuni interessati fil-qasam ta’ azzjoni partikolari tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-EIT għandu joqgħod attent li jinżamm bilanċ tajjeb bejn l-atturi differenti mit-trijangolu tal-għarfien involut fil-KICs, b’attenzjoni speċjali għall-involviment ta’ atturi żgħar u tas-settur privat. B’mod partiolari għandu għandu jagħmel ħiltu biex jinvolvi ruħu aktar mill-qrib ma’ SMEs biex jiżgura l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fl-attivitajiet tal-KICs. Barra minn hekk, kumpaniji pubbliċi u awtoritajiet lokali, kif ukoll organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, għandhom ikunu involuti fil-KICs, skont ma jkun f’loku.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-EIT għandu jippromwovi aktar ir-rikonoxximent mill-Istati Membri tal-lawriji u d-diplomi tal-EIT, li jkollhom is-simbolu ta' eċċellenza tiegħu.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-EIT għandu jippromwovi, bin-natura u l-kompożizzjoni tiegħu stess, approċċi multidixxiplinarji u interdixxiplinarji għall-innovazzjoni u l-intraprenditorjat, inkluż l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi, approċċi organizzattivi, mudelli ġodda ta’ negozju, innovazzjoni tas-sistemi u innovazzjonijiet fis-settur pubbliku, bħala ħtieġa kumplementari għal attivitajiet ta’ innovazzjoni teknoloġiċi u tekniċi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) L-impriżi soċjali, minħabba li huma ta’ natura innovattiva ħafna permezz tal-prodotti u s-servizzi li joffru, jistgħu jikkontribwixxu fl-indirizzar ta’ sfidi soċjetali kbar. L-innovazzjoni soċjali u l-intraprenditorija soċjali għaldaqstant għandhom jikkostitwixxu, skont ma jkun f’loku, parti importanti tal-attivitajiet tal-EIT u tal-KICs.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-EIT lejn il-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn issa ’l quddiem imsejħa KICs) għandu jkun iddefinit u l-oriġini tar-riżorsi finanzjarji tal-KICs għandha tkun iċċarata.

(7) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-EIT lejn il-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn issa ’l quddiem imsejħa KICs) għandu jkun iddefinit u l-oriġini tar-riżorsi finanzjarji tal-KICs għandha tkun iċċarata. B’mod partikolari, l-EIT għandu jaġixxi bħala investitur, u l-għan tal-finanzjament tiegħu għandu jkun li jingrana sorsi oħra ta’ finanzjament pubbliku u privat, inkluż minn fondi oħra tal-UE. Il-livell ta’ dan l-ingranaġġ għandu jkun definit b’mod ċar.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-għamla tal-entitajiet tal-EIT għandha tkun issimplifikata. It-tħaddim tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jkun issimplifikat u l-irwoli u l-ħidmiet rispettivi tal-Bord tat-Tmexxija u tad-Direttur għandhom jiġu ċċarati aktar.

(8) L-għamla tal-entitajiet tal-EIT għandha tkun issimplifikata, għandha tirrifletti t-tliet dimensjonijiet tat-trijangolu tal-għarfien, u dan b’attenzjoni għall-bilanċ bejn is-sessi. It-tħaddim tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jkun issimplifikat u l-irwoli u l-ħidmiet rispettivi tal-Bord tat-Tmexxija u tad-Direttur għandhom jiġu ċċarati aktar. Il-Bord ta’ Tmexxija u d-Direttur għandhom jaġixxu fl-interessi tal-EIT b’mod indipendenti, imparzjali u trasparenti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) KICs ġodda, inklużi l-oqsma ta' prijorità tagħhom u l-organizzazzjoni u l-waqt propizju tal-proċess ta' għażla, għandhom jitniedu abbażi ta' modalitajiet iddefiniti fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni.

(9) L-EIT jista’ jalloka l-baġit tiegħu lil KICS diġà stabbiliti jew inkella lil KICs li jkunu għadhom kemm intgħażlu.

 

Mill-2014 ‘l hemm, l-EIT għandu jvara l-għażla ta’ sa erba’ KICs fl-oqsma tematiċi prijoritarji kif definit fl-l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI).

 

Mill-2018 ‘l hemm, skont il-baġit disponibli u wara konsultazzjoni mal-persuni interessati, l-EIT għandu jvara sejħiet ulterjuri għall-għażla ta' KICs fil-bqija tat-temi identifikati fl-ASI jew f’temi li jiġu identifikati u li jkunu koperti bl-objettivi tal-Orizzont 2020.

 

(9a) KICs ġodda għandhom jitniedu u jintgħażlu mill-EIT abbażi ta’ proċess miftuħ, trasparenti u kompetittiv, li lill-parteċipanti prospettivi jagħtihom ċarezza u prevedibbiltà. Il-proċess ta’ għazla tal-KICs għandu jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet minimi ta’ kriterji tal-eliġibbiltà u għandu jissodisfa kriterji ta’ għażla li juru l-kwalità u l-vijabbiltà potenzjali tal-proposta.

 

(9b) L-EIT għandu jqis il-fatt li l-KICs mhux kollha għandhom l-istess ħtiġijiet finanzjarji, ladarba wħud minnhom jeħtieġu aktar kapital minn oħrajn L-EIT għalhekk għandu jiddefnixxi l-ammont ta’ sostenn finanzjarju li se jagħti lill-KICs.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-KICs għandhom iwessgħu l-attivitajiet edukattivi tagħhom billi jipprovdu korsijiet ta' taħriġ professjonali.

(10) Il-KICs għandhom iwessgħu l-attivitajiet edukattivi tagħhom billi jipprovdu korsijiet ta' taħriġ professjonali u fis-sajf, korsijiet ta' tagħlim mill-bogħod u internships għal studenti postgradwatorji. L-EIT għandu jinvesti fil-ħolqien ta’ marka kummerċjali tal-EIT ta’ livell dinji fil-qasam tal-edukazzjoni intraprenditorjali innovattiva.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10 a) L-EIT u l-KICs għandhom jiżviluppaw sinerġiji edukattuvi mal-politiki tal-UE u tal-Istati Membri, sabiex jappoġġjaw id-disponibilità futura tal-kapital uman meħtieġ li huwa essenzjali biex l-Ewropa tieħu rwol ta’ tmexxija fix-xjenza, t-teknoloġija u l-innovazzjoni. Għal dan il-għan Edukazzjoni ta’ Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika (STEM) għandha tkun promossa u għandu jinħoloq taħriġ intraprenditorjali, internships u għotjiet għal żgħażagħ Ewropej u għall-aqwa studenti universitarji u tal-iskejjel sekondarji.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-kooperazzjoni fl-organizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet tal-KICs bejn il-Kummissjoni u l-EIT huma meħtieġa biex tkun żgurata koerenza mas-sistema ġenerali ta' monitoraġġ u valutazzjoni fil-livell tal-UE.

(11) Il-kooperazzjoni fl-organizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet tal-KICs bejn il-Kummissjoni u l-EIT huma meħtieġa biex tkun żgurata koerenza mas-sistema ġenerali ta' monitoraġġ u valutazzjoni fil-livell tal-UE. B’mod partikolari, il-prinċipji għall-monitoraġġ tal-KICs u l-EIT għandhom jiġu ċċarati. Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn il-KICs għandha tkun żgurata mill-EIT sabiexpermezz tal-interazzjoni tas-sħab numerużi tal-EIT jintlaħqu sinerġiji u l-ħolqien ta’ valur miżjud.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-KICs għandhom ifittxu s-sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

(12) Il-KICs għandhom ifittxu s-sinerġiji ma' inizjattivi u strumenti rilevanti ta’ riċerka u innovazzjoni stabbiliti fil-livell Ewropew, inkluż fis-Sħubijiet Ewropej ta’ Innovazzjoni, l-Inizjattivi Industrijali Ewropej taħt is-Pjan SET u sħubijiet oħra bejn il-pubbliku u l-privat.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-KICs għandhom jaġixxu bħala "katalisti tal-innovazzjoni" li kapaċi jipproduċu għadd ta’ innovaturi meħtieġa ħafna, li jkunu l-mexxejja ta’ kultura u esperjenza intraprenditorjali u jkunu kapaċi joħolqu SMEs innovattivi bbażati fuq l-għarfien u jittrasformaw in-negozji eżistenti. Il-KICs għandhom jaħdmu bħala referenza u mudell ta’ kollaborazzjoni li jkun jista’ jiġi replikat faċilment għal komunitajiet R&D&I Ewropej, reġjonali u nazzjonali oħra u biex jikkonsolida l-Fondi Strutturali ħalli jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni rigward l-innovazzjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) L-infiq ta-fondi tal-UE u tal-Istati Membri fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni għandu jkun ikkoordinat aħjar bil-għan li tkun żgurata l-komplementarjetà, aktar effikaċja u viżibilità, kif ukoll jintlaħqu sinerġiji baġitarji mtejba.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni usa' ta' organizzazzjonijiet minn Stati Membri differenti fil-KICs, l-organizzazzjonjiet imsieħba għandhom ikunu stabbiliti f’tal-inqas tliet Stati Membri differenti.

(13) Sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni usa' ta' organizzazzjonijiet minn Stati Membri differenti fil-KICs, l-organizzazzjonjiet imsieħba għandhom ikunu stabbiliti f’tal-inqas tliet Stati Membri differenti. L-EIT għandu jippromwovi twessigħ tal-parteċipazzjoni u stimolazzjoni tal-eċċellenza madwar l-Ewropa kollha. Għandu jiżgura aċċess għall-universitajiet ta’ livell għoli, il-komunitajiet tar-riċerka, il-gruppi żgħar tar-riċerka u l-atturi tas-settur privat kollha tal-Ewropa, inklużi startups innovattivi ħafna.

 

(13a) L-EIT u l-KICs għandhom jiżviluppaw attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u jistabbilixxu kanali ta’ komunikazzjoni u informazzjoni ma’ istituzzjonijiet u sħab oħra f’ċentri ta’ eċellenza emerġenti u potenzjali, b’mod partikolari fejn ikun hemm domanda stabbilita biex jinvolvu ruħhom u jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħhom.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-kriterji u l-proċeduri għall-iffinanzjar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs għandhom ikunu adotatti mill-EIT qabel it-tnedija tal-proċess ta' għażla tal-KIC.

(14) Il-kriterji u l-proċeduri għall-iffinanzjar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs għandhom ikunu adotatti mill-EIT qabel it-tnedija tal-proċess ta' għażla tal-KIC. B’mod partikolari, parti sostanzjali mill-kontribuzzjoni finanzjarja annwali lill-KICs għandha tkun allokata abbażi ta' mekkaniżmu ta' reviżjoni kompetittiv.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Huwa importanti li jkunu żgurati ġestjoni finanzjarja tajba tal-EIT u implementazzjoni tal-KICs bl-aktar manjiera effikaċi u li tgħin lill-utent. L-EIT għandu jfittex li jnaqqas il-piż amministrattiv għall-KICs.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-Programm Triennali ta' Ħidma tal-EIT għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-objettivi speċifiċi tal-EIT, kif iddefiniti fl-Orizzont 2020, u l-komplementarjetajiet mal-istrumenti u l-politiki tal-Unjoni Ewropea.

(15) Il-Programm Triennali ta’ Ħidma tal-EIT għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u l-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Għandu jiġi stabbilit djalogu annwali bejn l-EIT u l-Parlament Ewropew.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-valutazzjoni tal-EIT għandha tipprovdi kontribut f'waqtu għall-valutazzjoni tal-Orizzont 2020 fl-2017 u l-2023.

(17) Il-valutazzjoni tal-EIT għandha tippermetti tqabbil dirett tal-prestazzjoni u l-indikaturi ewlenin ma’ strumenti relevanti tal-Orizzont 2020 u għandha tipprovdi kontribut f'waqtu għall-valutazzjoni tal-Orizzont 2020 fl-2017 u l-2023.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ ir-rwol tagħha fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' aspetti speċifiċi tal-attivitajiet tal-EIT.

(18) Il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni ta' aspetti speċifiċi tal-attivitajiet tal-EIT, filwaqt li l-EIT għandu jtejjeb il-monitoraġġ tiegħu tal-KICs. Dak il-monitoraġġ għandu jkun orjentat lejn ir-riżultati.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) L-attivitajiet tal-IET għandhom jiżguraw l-akbar trasparenza, responsabilità u skrutinju demokratiku tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjoni tagħhom, sew dik mistennijin u sew dik attwali, għall-ilħiq tal-objettivi tal-Unjoni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt -a a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) Il-paragrafu 1 hu sostitwit b’dan li ġej:

 

"1. 'innovazzjoni' tfisser il-proċess, inkluż l-eżitu tiegħu, li jikkombina tipi differenti ta’ għarfien, kapaċitajiet u ħiliet, li bih ideat ġodda jirrispondu għal ħtiġijiet soċjetali jew ekonomiċi u jiġġeneraw prodotti, servizzi, proċessi jew mudelli ta’ negozju jew organizzattivi ġodda li jikkontribwixxu valur għas-soċjetà u jistgħu jiġu introdotti b’suċċess f’suq eżistenti jew ikunu kapaċi joħolqu swieq ġodda;"

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt -a b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab) Il-paragrafu 2 hu sostitwit b’dan li ġej:

 

"2. 'Komunità ta’ Għarfien u Innovazzjoni' (KIC) tfisser sħubija awtonoma ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta’ riċerka, kumpaniji u persuni interessati oħrajn fil-proċess ta’ innovazzjoni fis-sura ta’ netwerk strateġiku, irrispettivament mill-forma legali tiegħu, ibbażat fuq l-ippjanar konġunt tal-innovazzjoni minn perjodu medju għal perjodu fit-tul bil-għan li jintlaqgħu l-isfidi tal-EIT u jingħata kontribut biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Orizzont 2020;"

Ġustifikazzjoni

Biex l-EIT jiġi inkorporat bis-sħiħ bħala strument li jimplimenta l-Orizzont 2020, huwa importanti li tiġi enfasizzata r-rabta bejn ir-rwol tal-KICs u l-objettivi speċifiċi tal-Orizzont 2020.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Il-paragrafu 5 hu sostitwit b’dan li ġej:

 

"5. 'organizzazzjoni msieħba' tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija membru ta’ KIC u tista’ tinkludi, b’mod partikolari, istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet ta’ riċerka, kumpaniji pubbliċi jew privati, istituzzjonijiet finanzjarji, awtoritajiet reġjonali u lokali, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ;"

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. "istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla" tfisser istituzzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (KE) Nru XXX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-"Erasmus għal kulħadd".

"7. "istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla" tfisser istituzzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru XXX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-"Erasmus għal kulħadd".

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt b a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a) Paragrafu 9 hu sostitwit b’dan li ġej:

 

"9. 'Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni' (ASI) tfisser dokument ta’ politika li jiddeskrivi l-istrateġija fit-tul tal-EIT għal inizjattivi futuri, inkluża stampa ġenerali tal-attivitajiet ippjanati ta’ edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni, tul perjodu ta' seba’ snin."

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt b b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"9a. ‘Skema ta’ Innovazzjoni Reġjonali’ tfisser skema maħsuba biex twessa’ l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-KICs, u mmirata lejn sħubijiet bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, organizzazzjonijiet tar-riċerka, kumpaniji, SMEs u persuni interessati oħra minn ċentri ta’ eċċellenza emerġenti, li jkollhom l-ambizzjoni u l-potenzjal li jitilgħu it-taraġ lejn l-eċċellenza u jiżviluppaw f’ekosistemi li jirriflettu l-karatteristiċi prinċipali ta’ ċentri ta’ kolokazzjoni.”

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt c

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

10. "Forum tal-partijiet interessati" tfisser laqgħa miftuħa għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, għal entitajiet individwali jew ta' interess organizzat mid-dinja tan-negozju, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, għal organizzazzjonijiet miġbura flimkien, kif ukoll partijiet oħra interessati minn naħa għal oħra tat-triangolu tal-għarfien.

"10. "Forum tal-partijiet interessati" tfisser pjattaforma, li tinvolvi konferenzi u avvenimenti fiżiċi u virtwali, miftuħa għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, għal entitajiet individwali jew ta’ interess organizzat mid-dinja tan-negozju, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, assoċjazzjonijiet, is-soċjetà ċivili u għal organizzazzjonijiet miġbura flimkien, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll partijiet oħra interessati minn naħa għal oħra tat-trijangolu tal-għarfien.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – punt d

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. “Attivitajiet ta’ valur miżjud tal-KIC” tfisser attivitajiet imwettqa minn organizzazzjonijiet imsieħba li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni ogħla, inklużi l-attivitajiet ta' twaqqif, amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-KICs.

"11. “Attivitajiet ta’ valur miżjud tal-KIC” tfisser attivitajiet imwettqa minn organizzazzjonijiet imsieħba li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tat-triangolu tal-għarfien tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni ogħla, inklużi l-attivitajiet ta' twaqqif, amministrazzjoni u koordinazzjoni tal-KICs u li jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali tal-EIT.”

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Missjoni u Objettivi

Mission and Objective

Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi u jintegra l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards.

Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-kompetittività ekonomika u soċjali sostenibbli fl-Ewropa billi jsaħħaħ u jaċċelera l-kapaċità tal-Istati Membri u tal-Unjoni għall-innovazzjoni u l-intraprenditorjat biex jindirizza l-isfidi soċjetali l-kbar li tiffaċċja s-soċjetà Ewropea. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi sinerġiji, kooperazzjoni u integrazzjoni tal-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-attività intraprenditorjali ta’ eċċellenza.

L-Objettivi Ġenerali, l-Objettivi Speċifiċi u l-indikaturi tar-riżultati tal-EIT għall-perijodu 2014-2020 huma ddefiniti fl-Orizzont 2020.

L-Objettivi Ġenerali, l-Objettivi Speċifiċi u l-indikaturi tar-riżultati tal-EIT għall-perijodu 2014-2020 huma ddefiniti fl-Orizzont 2020.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fl-Artikolu 4(1), il-punt (a) hu sostitwit b'dan li ġej:

 

"(a) Bord tat-Tmexxija kostitwit minn membri ta’ livell għoli li huma esperjenzati fl-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka, l-innovazzjoni u n-negozju u li jirrispetta l-bilanċ bejniethom. Għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tal-attivitajiet tal-EIT, għall-għażla, id-deżinjazzjoni u l-evalwazzjoni tal-KICs, u għad-deċiżjonijiet strateġiċi l-oħrajn kollha;"

Ġustifikazzjoni

Bilanċ bejn atturi mill-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u n-negozju huwa meħtieġ fil-korpi tal-EIT.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 5(1) huwa emendat kif ġej:

(4) L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(a) il-punt (a) huwa mħassar.

"1. Sabiex jilħaq l-objettiv tiegħu, l-EIT għandu:

 

(a) jidentifika l-prijoritajiet u l-attivitajiet ewlenin tiegħu biex iwettaq l-objettivi ġenerali u speċifiċi tiegħu;

(b) Jidħol il-punt (j) li ġej:

(b) iżid il-kuxjenza fost organizzazzjonijiet sħab potenzjali, speċjalment mal-SMEs u ma’ ċentri emerġenti u potenzjali ta’ eċċellenza, biex jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tiegħu;

 

(c) jagħżel u jaħtar il-KICs skont l-Artikolu 7 u jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom permezz ta’ ftehim; jagħtihom appoġġ xieraq u rapidu; japplika miżuri xierqa ta’ kontroll tal-kwalità; jagħmel monitoraġġ kontinwu u jivvaluta perjodikament l-attivitajiet tagħhom; jiżgura livell adegwat ta’ koordinament, jiffaċilita komunikazzjoni u kooperazzjoni tematika effikaċi bejn il-KICs u bejn ċentri ta’ kolokazzjoni;

 

(d) jimmobilizza fondi minn sorsi pubbliċi u privati u juża r-riżorsi tiegħu b'konformità ma' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, għandu jfittex li jidderiva proporzjon sinifikanti u li tiżdied tal-baġit tiegħu minn sorsi privati u minn dħul iġġenerat mill-attivitajiet tiegħu stess;

 

(e) jinkoraġġixxi r-rikonoxximent fl-Istati Membri ta’ lawrji u diplomi mogħtija minn istituzzjonijiet ta' edukazzjoni superjuri li huma organizzazzjonijiet imsieħba, u li jistgħu jiġu indikati bħala lawrji u diplomi tal-EIT;

 

(f) jippromwovi d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki għall-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien sabiex jiżviluppa kultura ta' innovazzjoni komuni u ta' trasferiment tal-għarfien;

 

(fa) Jistabbilixxi rabtiet b’mod attiv permezz tal-KICs ma’ istituzzjonijiet minn ċentri ta’ eċċellenza emerġenti li jkollhom il-potenzjal li jiżviluppaw f’ċentri ta’ kolokazzjoni, biex iwessa’ l-kapaċità tal-Unjoni għall-innovazzjoni. Dan jista’ jinvolvi l-għoti ta’ appoġġ ta’ assoċjazzjoni bejn il-KICs u sħubijiet minn ċentri ta’ eċċellenza emerġenti permezz ta’ Skema ta’ Innovazzjoni Reġjonali, inklużi l-ġemellaġġ, skambji tal-persunal, u azzjonijiet ta’ mobbiltà strutturata;

 

(g) jiżviluppa l-kapaċità u l-kompetenza tiegħu biex isir entità ta’ klassi dinjija għall-eċċellenza fl-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija;

 

(h) jippromwovi approċċi multidixxiplinari għall-innovazzjoni, b'mod partikolari l-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi, approċċi organizzattivi, mudelli ġodda tan-negozju, sistemi ta’ innovazzjoni u innovazzjoni tas-settur pubbliku;

 

(i) jiżgura l-komplementarjetà, is-sinerġija u l-konsistenza bejn l-attivitajiet tal-EIT u programmi oħra tal-Unjoni;

 

(j) jippromwovi l-KICs bħala sħab eċċellenti tal-innovazzjoni sew ġewwa l-Unjoni kif ukoll barra minnha;

 

(k) jiżviluppa “gwida tal-aqwa prattiki” biex il-prattiki tajba u l-esperjenzi tal-KICs eżistenti ixerridhom fost KICs ġodda;

"(j) ilaqqa', tal-inqas darba fis-sena, il-Forum tal-Partijiet Interessati biex jagħti tagħrif dwar l-attivitajiet

tal-EIT, l-esperjenzi tagħha, il-prattiki tajbin u l-kontribuzzjoni għall-politiki u l-objettivi

ta' innovazzjoni, riċerka u edukazzjoni tal-Unjoni. Il-partijiet interessati jiġu mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom."

(l) ilaqqa', tal-inqas darba fis-sena, Forum tal-Partijiet Interessati biex jiskambja u jiddiskuti ma’ persuni interessati dwar l-attivitajiet tal-EIT, l-esperjenzi tiegħu, il-prattiki tajbin u l-kontribuzzjoni għall-politiki u l-objettivi ta' innovazzjoni, riċerka u edukazzjoni tal-Unjoni, u biex jirċievi kontributi mingħand il-partijiet interessati dwar l-aġenda, l-istrateġija u l-ħidma tal-EIT.”

Emenda  37

Proposta għal regolament

Article 1 - point 5

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-Artikolu 6(1), il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 6

 

KICS

 

1. Il-KICs għandhom iwettqu, b’mod partikolari:

 

(a) attivitajiet ta' innovazzjoni u investimenti b'valur miżjud Ewropew, li jintegraw bis-sħiħ id-dimensjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka biex tinkiseb massa kritika, u li tistimula d-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati;

 

(b) riċerka avvanzata u mmexxija mill-innovazzjoni f’oqsma ewlenin ta’ interess ekonomiku u soċjali u li tutilizza r-riżultati tar-riċerka Ewropea u nazzjonali, bil-potenzjal li ssaħħaħ il-kompetittività Ewropea f’livell internazzjonali u ssib soluzzjonijiet għall-isfidi soċjetali l-kbar;

"(c) attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ fil-livell ta’ masters u ta’ dottorat, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ professjonali, f’dixxiplini bil-potenzjal li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet soċjo-ekonomiċi Ewropej futuri u li jippromwovu l-iżvilupp ta’ ħiliet marbuta mal-innovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali u l-mobbiltà ta’ riċerkaturi u studenti;”

(c) attivitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ fil-livell ta’ masters u ta’ dottorat, kif ukoll korsijiet ta' taħriġ professjonali, f’dixxiplini bil-potenzjal li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet soċjo-ekonomiċi Ewropej futuri u l-ħtiġijiet tas-suq tal-impjiegi tal-Unjoni u li jespandu l-bażi ta’ talenti tal-Unjoni, jattiraw u jżommmu l-iprem talenti; jippromwovu l-iżvilupp ta’ ħiliet marbuta mal-innovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet maniġerjali u intraprenditorjali u l-mobbiltà ta’ riċerkaturi u studenti, inkluż bis-sostenn tal-attivitajiet ta’ netwerking u intraprenditorjali ta’ dawk li jirċievu lawrji u taħriġ mill-EIT;

 

(d) id-disseminazzjoni tal-aqwa prattiki fis-settur tal-innovazzjoni b'fokus fuq l-iżvilupp ta' kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni superjuri, ir-riċerka u n-negozju, inklużi s-settur finanzjarju u dak tas-servizzi.

 

(e) jintegraw u jikkoordinaw kemm jista’ jkun mal-inizjattivi Ewropej, nazzjonali u reġjonali u strumenti lokali eżistenti fil-qasam tar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni.

 

2. Il-KICs għandu jkollhom awtonomija ġenerali sostanzjali biex jiddefinixxu l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni interna tagħhom. B’mod partikolari, il-KICs għandhom:

 

a) jistabbilixxu bord ta’ tmexxija li l-kompożizzjoni tiegħu tirrispetta l-bilanċ bejn ir-rappreżentanti tal-edukazzjoni ogħla, is-settur tar-riċerka u dak tan-negozju;

 

b) ikunu miftuħa għal membri ġodda, b'mod partikolari għal SMEs, li jistgħu jżidu valur lis-sħubija, b’attenzjoni għall-kontinwità tas-sħubija;

 

c) jiffunzjonaw b’mod miftuħ u trasparenti u skont kodiċi ta’ tmexxija tal-aqwa prattika;

 

2a. Il-KICs għandhom jistabbilixxu l-aġenda preċiża tagħhom u l-metodi ta’ ħidma. B’mod partikolari, il-KICs għandhom:

 

a) jistabbilixxu pjan tan-negozju annwali ta’ attivitajiet bl-objettivi speċifiċi, miri milħuqa u indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni;

 

b) jiżviluppaw strateġiji għall-ilħiq tas-sostenibbiltà finanzjarja li twassal għal tnaqqis gradwali fil-finanzjament tal-UE;

 

c) jiżviluppaw attivitajiet ta’ twessigħ tal-involviment b’mod partikolari ma’ istituzzjonijiet u ċentri ta’ eċċellenza emerġenti pereżempju permezz tal-Iskema ta' Innovazzjoni Reġjonali, u jwettqu konsultazzjoni regolari mal-persuni interessati.

 

3. Ir-relazzjoni bejn l-EIT u kull KIC għandha tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali.

Ġustifikazzjoni

Il-KICs għandhom awtonomija kbira madanakollu jeħtieġ li jiġu ċċarati l-karatteristiċi minimi, il-prinċipji ġenerali u l-kompiti li l-KICs għandu jkollhom.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6

Regolament KE/294/2008

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 7 jiġi emendat kif ġej:

L-Artikolu 7 jinbidel b’dan li ġej:

 

"Artikolu 7

(a) jidħol il-paragrafu 1a:

Għażla tal-KICs

 

1. Sħubija għandha tintgħażel u tinħatar minn EIT biex issir KIC wara proċedura kompetittiva, miftuħa u trasparenti, u abbażi tal-kwalità tagħha u dment li tissodisfa l-kriterji minimi għall-eliġibilità u dawk tal-għażla kif deskritt fil-paragrafi 3 u 4. Kriterji dettaljati għall-għażla tal-KICs, ibbażati fuq il-prinċipji tal-eċċellenza u tar-relevanza għall-innovazzjoni, għandhom jiġu adottati u ppubblikati mill-EIT; esperti esterni u indipendenti għandhom ikunu involuti fil-proċess ta' għażla.

"1a. L-EIT għandu jniedi l-għażla u n-nomina tal-KICs skont l-oqsma ta' prijorità u l-iskeda taż-żmien iddefinita fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI)."

2. Mill-2014 ‘l hemm, l-EIT għandu jvara l-għażla ta’ sa erba’ KICs fl-oqsma tematiċi prijoritarji kif definit fl-l-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI). Abbażi tad-disponibbilta ta’ riżorsi finanzjarji, mill-2018 ‘l hemm, l-EIT jista’, wara konsultazzjoni mal-persuni interessati, jniedi proċess ta’ għażla ġdid f’oqsma tematiċi oħra tal-ASI jew f’oqsma li jiġu identifikati.

(b) fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (h) li ġej:

 

"(h) disponibbiltà li jiġu stabbiliti sinerġiji ma' inizjattivi oħra tal-Unjoni Ewropea,"

In-numru ta’ KICs magħżula se jiddependi fuq il-maturità tal-konsorzji Ewropej u fuq kemm ikunu lesti li jifformaw KICs kredibbli, fuq l-impatt soċjali u ekonomiku potenzjali, u fuq opportunitajiet għal sinerġiji ma’ inizjattivi oħra, kif ukoll fuq il-kapaċità ta’ assorbiment tal-EIT u l-baġit disponibbli. L-għażla ta’ KICs ġodda għandha tkun ibbażata fuq il-merti u l-potenzjal ta’ kull KIC ikkunsidrata stess, u ma għandiex tkun dipendenti fuq il-prestazzjoni ta’ KICs oħra. L-EIT għandu jiddefinixxi d-daqs u d-durata xierqa tal-kontribuzzjoni tiegħu għall-KICs il-ġodda.

(c) il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

 

"3. Il-kundizzjoni minima biex tiġi fformata KIC hija l-parteċipazzjoni ta' mill-anqas tliet organizzazzjonijiet imsieħba, stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati Membri differenti. Dawn l-organizzazzjonijiet imsieħba kollha jridu jkunu indipendenti minn xulxin fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni”."

3. Il-kriterji minimi tal-eliġibilità biex tiġi ffurmata KIC huma:

 

a) il-parteċipazzjoni ta’ mill-anqas tliet organizzazzjonijiet imsieħba, stabbiliti f’mill-anqas tliet Stati Membri differenti. Dawn l-organizzazzjonijiet imsieħba kollha jridu jkunu indipendenti minn xulxin fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

(d) il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

b) il-kontribuzzjoni tal-KIC biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi taħt "Sfidi soċjetali" u "Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali" definiti fl-Orizzont 2020;

"4. Il-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet imsieħba li jiffurmaw KIC għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri. Mill-inqas istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla waħda u kumpanija privata waħda għandhom ikunu parti minn kull KIC. "

c) mill-inqas żewġ terzi tal-organizzazzjonijiet imsieħba li jiffurmaw KIC għandhom ikunu stabbiliti fl-Istati Membri.

 

d) mill-inqas istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla waħda u kumpanija privata waħda għandhom ikunu parti minn kull KIC.

 

4. Il-kriterji ta’ għażla għan-nomina ta’ KIC għandhom ikunu jistgħu juru dan li ġej:

 

(a) il-kapaċita kurrenti u potenzjali ta’ innovazzjoni u intraprenditorija fi ħdan is-sħubija kif ukoll l-eċċellenza fl-edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni;

 

(b) il-kapaċità tas-sħubija li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi skont il-prijoritajiet "Sfidi soċjetali" u/jew "Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali" kif definiti fl-Orizzont 2020, u biex jintlaħqu l-miri tal-ASI;

 

(c) l-approċċ multidixxiplinari għall-innovazzjoni, bħall-integrazzjoni ta’ soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi, approċċi organizzattivi, mudelli ġodda tan-negozju, l-innovazzjoni ta’ sistemi u/jew l-innovazzjoni tas-settur pubbliku;

 

(d) il-kapaċità tas-sħubija li tiżgura finanzjament awto-suffiċjenti sostenibbli u fit-tul, inkluż kontribut sostanzjali, u li jiżdied, mis-settur privat, mill-industrija u mis-servizzi;

 

(e) il-parteċipazzjoni fis-sħubija ta’ organizzazzjonijiet attivi fit-trijangolu tal-għarfien ta’ edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni, u l-bilanċ bejn dawn it-tliet elementi;

 

(-f) it-turija ta’ ftuħ u trasparenza tal-governanza tiegħu, u l-istrateġija tiegħu biex jattira parteċipanti ġodda;

 

(f) it-turija ta' pjan għall-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali adatt għas-settur ikkonċernat u konsistenti mal-prinċipji u l-linji gwida ta' l-EIT għall-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali, inkluż il-mod kif ittieħed kont tad-diversi kontribuzzjonijiet mill-organizzazzjonijiet imsieħba;

 

(g) miżuri għall-appoġġ tal-involviment tas-settur privat u tal-kooperazzjoni miegħu, inkluż is-settur finanzjarju u b'mod partikolari SMEs, kif ukoll il-ħolqien ta' ta' negozji ġodda, spin-offs u SMEs, fid-dawl tal-isfruttament kummerċjali tar-riżultati tal-attivitajiet tal-KICs;

 

(h) miżuri li jappoġġjaw l-involviment ta’ atturi soċjoekonomiċi u l-kooperazzjoni magħhom, inklużi awtoritajiet pubbliċi, impriżi tas-settur pubbliku u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, skont ma jkun f’loku;

 

(i) disponibbiltà għall-interazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u netwerks oħrajn barra mill-KIC bil-għan li jsir skambju ta’ prattiki tajba u ta’ eċċellenza, inkluż ma’ istituzzjonijiet u ċentri ta’ eċċellenza emerġenti;

 

(j) disponibbiltà għall-istabbiliment ta’ sinerġiji ma’ inizjattivi oħra tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni u komplementaritajiet ta’ sħubija ma' programmi oħra Ewropej, nazzjonali, reġjonali u/jew lokali.

 

4. L-għażla ta' ċentri ta' eċċellenza emerġenti u potenzjali li se jagħmlu parti mill-“Iskema ta’ Innovazzjoni Reġjonali” għandha ssir permezz ta’ sejħiet miftuħa u trasparenti mmaniġjati u implimentati mill-KICs. Il-kriterji li jintużaw għall-għażla għandhom ikunu mfassla mill-KICs (bi qbil mal-kriterji deskritti għall-għażla tal-KICs fil-paragrafu 2) f'kooperazzjoni mal-EIT, u għandhom jiġu ppubblikati mill-EIT.

(e) jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

 

"5. L-EIT għandha tadotta kriterji u proċeduri għall-iffinanzjar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs qabel it-tnedija tal-proċedura ta' għażla għall-KICs il-ġodda."

5. L-EIT għandha tadotta kriterji u proċeduri għall-iffinanzjar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs qabel it-tnedija tal-proċedura ta' għażla għall-KICs il-ġodda.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament KE/294/2008

Artikolu 7-a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Jiżdied l-Artikolu li ġej

 

"L-Artikolu 7-a

 

Sorsi ta’ finanzjament u prinċipji ta’ finanzjament

 

1. L-EIT għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-pakkett finanzjarju kif stabbilit fl-Artikolu 19 u minn sorsi oħra privati u pubbliċi.

 

2. Il-KICs għandhom jiġu finanzjati, b'mod partikolari, mis-sorsi li ġejjin:

 

(a) kontribuzzjonijiet minn organizzazzjonijiet imsieħba, bħala sors sostanzjali ta’ finanzjament;

 

(b) kontribuzzjonijiet statutorji jew volontarji minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew awtoritajiet pubbliċi fi ħdanhom;

 

(c) kontribuzzjonijiet minn entitajiet jew istituzzjonijiet internazzjonali;

 

(d) dħul ġenerat mill-attivitajiet tal-KIC stess u royalties minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR);

 

(e) dotazzjonijiet ta' kapital, inklużi dawk ġestiti mill-Fondazzjoni EIT;

 

(f) wirt, donazzjonijiet u kontribuzzjonijiet minn individwi, istituzzjonijiet, fondazzjonijiet jew kull entità nazzjonali oħra;

 

(g) kontribuzzjoni mill-EIT;

 

(h) strumenti finanzjarji, inklużi dawk mill-fondi tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

 

Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet in natura.

 

3. Il-modalitajiet għall-aċċess tal-finanzjament mill-EIT għandhom ikunu definiti fir-regoli finanzjarji tal-EIT imsemmija fl-Artikolu 21(1).

 

4. Il-kontribuzzjoni tal-EIT lejn il-KICs:

 

(a) tista’ tkopri sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli totali tal-attivitajiet ta’ valur miżjud tal-KIC.

 

(b) m’għandhiex teċċedi 25 % tal-baġit annwali tal-KICs, ikkalkulata fuq medja ta’ tliet snin.

 

5. L-EIT għandu jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ reviżjoni kompetittiv għall-allokazzjoni ta’ sehem sostanzjali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tiegħu lill-KICs. Il-mekkaniżmu ta’ reviżjoni kompetittiv għandu jinkludi l-valutazzjoni tal-kwalità u l-potenzjal tal-proġetti proposti fil-pjanijiet tan-negozju annwali tal-KICs u l-prestazzjoni tas-snin preċedenti kif provati mill-monitoraġġ kontinwu kif definit fl-Artikolu 7a;

(L-Artikolu 14 tar-Regolament huwa trasferit għall-Artikolu 7-a)

Ġustifikazzjoni

Biex l-affarijiet ikunu ċari, sorsi ta’ finanzjament (l-Artikolu 14) u prinċipji ta’ finanzjament ġew konsolidati f’artikolu uniku u emendati biex jinkludu l-prinċipji tal-effetti tal-ingranaġġ tal-KIC (massimu 25 % tal- kontribuzzjoni tal-EIT, u massimu 50 % tal-kontribuzzjoni totali tal-fondi tal-UE) kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ reviżjoni kompetittiv għall-allokazzjonijiet annwali tal-KICs.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament KE/294/2008

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prinċipji għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-KIC

Prinċipji għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-KICs

L-EIT, fuq il-bażi tal-indikaturi ewlenin dwar ir-rendiment u bil-kooperazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jorganizza monitoraġġ kontinwu u valutazzjonijiet esterni minn żmien għal żmien tal-kontributi, ir-riżultati u l-impatt ta' kull KIC."

L-EIT, fuq il-bażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi ewlenin, għandu jorganizza monitoraġġ u valutazzjonijiet esterni triennali tal-kontributi, ir-riżultati u l-impatt ta’ kull KIC. L-eżiti tal-evalwazzjonijiet għandhom jiġu pubblikati.

 

Il-monitoraġġ għandu jkun orjentat lejn i-riżultati u jipprovdi indikaturi komparabbli għall-evalwazzjoni tal-kontribut tal-KICs bi tqabbil ma’ strumenti relevanti oħra tal-Orizzont 2020 permezz ta’ tabella ta’ riżultati annwali tal-EIT.

 

Il-monitoraġġ għandu jinkludi:

 

a) il-kontribuzzjoni tal-KICs għall-ilħiq tal-objettivi speċifiċi tal-Orizzont 2020;

 

b) il-prestazzjoni ġenerali tal-KIC abbażi ta’ sett ta’ indikaturi ewlenin komuni tal-KICs;

 

c) il-prestazzjoni speċifika tal-KIC abbażi ta’ miri individwali u indikaturi ewlenin ta’ prestazzjoni kif stabbiliti fil-pjanijiet tan-negozju individwali tal-KIC.

 

2. Il-prestazzjoni tal-KICs imkejla permezz tal-monitoraġġ kontinwu għandu jservi bħala bażi għall-mekkaniżmu kompetittiv ta’ reviżjoni għall-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-EIT lill-KICs, kif definit fl-Artikolu 7a(4a).

 

3. Fl-iżvilupp tas-sistema ta’ monitoraġġ kontinwu, għandha tiġi kkunsidrata l-lista preliminari ta’ indikaturi pprovduta fl-Anness II.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 294/2008

Article 7b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Article 7b

Article 7b

Tul ta’ żmien, kontinwazzjoni u tmiem ta’ KIC

Tul ta’ żmien, kontinwazzjoni u tmiem ta’ finanzjament ta’ KIC

1. Suġġett għall-eżiti ta' valutazzjonijiet minn żmien għal żmien u għall-ispeċifiċitajiet ta' oqsma partikolari, KIC normalment għandu jkollu qafas ta' żmien ta' minn seba' sa ħmistax-il sena.

1. The EIT may establish a framework agreement with a KIC for an initial period of seven years.

2. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddeċiedi li jestendi l-operat ta' KIC lil hinn mill-perjodu inizjali stabbilit jekk dan ikun l-aktar mod adatt biex jinkisbu l-objettivi tal-EIT.

2. Suġġett għall-eżiti ta’ monitoraġġ kontinwu u valutazzjonijiet hekk kif definiti fl-Artikolu 7a, il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jiddeċiedi li jestendi l-finanzjament tal-operat ta’ KIC jekk tkun ingħatat prova li jilħaq l-objettivi tiegħu u dawk tal-EIT. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu japplika approċċ imfassal każ b’każ, filwaqt li jikkunsidra li mhux il-KICs kollha għandhom l-istess ħtiġijiet finanzjarji, daqs u durata.

3. Fil-każ li evalwazzjonijiet ta' KIC juru riżultati mhux adegwati, il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu l-miżuri xierqa fosthom it-tnaqqis, il-modifika jew l-irtirar tal-appoġġ finanzjarju jew it-tmiem tal-ftehim.

3. Fil-każ li evalwazzjonijiet ta' KIC juru riżultati mhux adegwati, il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu l-miżuri xierqa fosthom it-tnaqqis, il-modifika jew l-irtirar tal-appoġġ finanzjarju jew it-tmiem tal-ftehim.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Fl-Artikolu 8(2), għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ba) id-disseminazzjoni tal-aqwa prattiki rigward kwistjonijiet komuni, bħar-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki u prattiki ta' tagħlim effikaċi".

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-Artikolu 13(2) jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. L-EIT għandu jippubblika r-regoli ta’ proċedura tiegħu, ir-regoli finanzjarji speċifiċi tiegħu msemmija fl-Artikolu 21(1) u l-kriterji dettaljati għall-għażla tal-KICs imsemmija fl-Artikolu 7 qabel is-sejħiet għal proposti għall-għażla tal-KICs."

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 10 – parti introduttorja

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Artikolu 14, paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

(10) L-Artikolu 14 huwa mħassar.

(Ara l-Artikolu 7-a ġdid)

Ġustifikazzjoni

Biex l-affarijiet ikunu ċari, sorsi ta’ finanzjament (l-Artikolu 14) u prinċipji ta’ finanzjament ġew konsolidati f’artikolu uniku (l-Artikolu 7-a)

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament Nru 294/2008

Artikolu 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIT għandu jadotta:

L-EIT għandu jadotta:

(a) programm triennali progressiv ta' ħidma, ibbażat fuq l-ASI, ladarba tiġi adottata, li fih stqarrija tal-prijoritajiet ewlenin u l-inizjattivi ppjanati tal-EIT u tal-KICs, inkluża stima ta' ħtiġijiet u sorsi finanzjarji. Għandu jkun fih ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-KICs u l-EIT. Il-programm triennali progressiv preliminari ta' ħidma għandu jintbagħat mill-EIT lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru kull N-2. Fi żmien tliet xhur il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-objettivi speċifiċi tal-EIT kif iddefiniti fl-Orizzont 2020 u l-komplementaritajiet mal-politiki u l-istrumenti tal-Unjoni. L-EIT għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u f'każ ta' nuqqas ta' qbil jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu. Il-programm ta' ħidma finali għandu jiġi trasmess mill-EIT lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għall-finijiet ta' informazzjoni;

(a) programm triennali progressiv ta' ħidma, ibbażat fuq l-ASI, ladarba tiġi adottata, li fih stqarrija tal-prijoritajiet ewlenin u l-inizjattivi ppjanati tal-EIT u tal-KICs, inkluża stima ta' ħtiġijiet u sorsi finanzjarji, fil-qies tal-fattibilità finanzjarja ta’ kull KIC. Għandu jkun fih ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-KICs u l-EIT, bl-użu ta’ approċċ orjentat lejn ir-riżultati. Il-programm trijennali progressiv preliminari ta' ħidma għandu jintbagħat mill-EIT lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru kull N-2. Fi żmien tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jesprimu fehmiethom. L-EIT għandu jqis l-opinjonijiet u l-fehmiet espressi, u f'każ ta’ nuqqas ta’ qbil, jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu. Il-programm ta' ħidma finali għandu jiġi trasmess mill-EIT lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għall-finijiet ta' informazzjoni;

(b) rapport annwali sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jagħti fil-qosor l-attivitajiet immexxija mill-EIT u l-KICs matul is-sena kalendarja ta' qabel u jeżamina r-riżultati fir-rigward tal-objettivi, l-indikaturi u l-iskeda taż-żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet imwettqa, l-użu ta' riżorsi u l-operat ġenerali tal-EIT.

(b) rapport annwali li għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jagħti fil-qosor l-attivitajiet immexxija mill-EIT u l-KICs matul is-sena kalendarja ta' qabel u jeżamina r-riżultati fir-rigward tal-objettivi, l-indikaturi u l-iskeda taż-żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet imwettqa, l-użu ta' riżorsi u l-operat ġenerali tal-EIT. Kull sena d-Direttur tal-EIT għandu jippreżenta r-rapport annwali lill-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 16 jiġi emendat kif ġej:

L-Artikolu 16 jinbidel b’dan li ġej:

(a) fil-paragrafu 2, il-kelma "ħamsa" tiġi sostitwita bil-kelma "tlieta";

"Artikolu 16

(b) jidħol il-paragrafu 2a li ġej:

Monitoraġġ u evalwazzjoni tal-EIT

 

1. L-EIT għandu jiżgura li l-attivitajiet tiegħu, inklużi dawk immexxija permezz ta’ KICs, għandhom ikunu soġġetti għal monitoraġġ sistematiku u evalwazzjoni perijodika indipendenti, biex jiġu żgurati kemm l-ogħla kwalità tal-eżiti, l-eċċellenza xjentifika u l-iżjed użu effiċjenti tar-riżorsi. Din il-evalwazzjoni għandha tkun orjentata lejn ir-riżultati. L-eżiti tal-evalwazzjonijiet għandhom jiġu pubblikati.

 

2. Sa Ġunju 2011 u kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ qafas finanzjarju ġdid, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-EIT u tal-KICs tiegħu f’nofs it-terminu. Din għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni esterna indipendenti u għandha teżamina kif l-EIT jaqdi l-missjoni tiegħu. Għandha tkopri l-attivitajiet kollha tal-EIT u tal-KICs u għandha tivvaluta l-valur miżjud tal-EIT, l-impatt, l-effikaċja, is-sostenibbiltà, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-attivitajiet imwettqa u r-relazzjoni u/jew komplementarjetà tagħhom ma' politiki nazzjonali u Komunitarji eżistenti, għall-appoġġ tal-edukazzjoni ogħla, tar-riċerka u tal-innovazzjoni. Għandha tqis il-fehmiet tal-persuni interessati, kemm f'livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali.

 

3. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-aspetti relatati mal-promozzjoni tal-involviment ta’ parteċipanti minn istituzzjonijiet u ċentri ta’ eċċellenza emerġenti u l-parteċipazzjoni tal-SMEs. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni għandha tikkunsidra l-kontribuzzjoni tal-EIT għall-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u tal-inizjattivi ewlenin tagħha.

 

L-evalwazzjoni tal-EIT għandha tkun ikkoordinata mal-evalwazzjoni mwettqa fil-qafas tal-Orizzont 2020 rigward strumenti simili (Inizjattivi Konġunti tat-Teknoloġija, Sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat) u tiżgura l-allinjament ma’ indikaturi tal-Orizzont 2020.

"2a. Il-Kummissjoni tista' twettaq evalwazzjonijiet oħra dwar temi jew suġġetti ta' rilevanza strateġika, bl-għajnuna ta' esperti indipendenti, biex teżamina l-progress magħmul mill-EIT fir-rigward tal-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika

prattiki tajba.

4. Il-Kummissjoni tista' twettaq evalwazzjonijiet oħra dwar temi jew suġġetti ta' rilevanza strateġika, bl-għajnuna ta' esperti indipendenti, biex teżamina l-progress magħmul mill-EIT fir-rigward tal-objettivi stabbiliti, tidentifika l-fatturi li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tidentifika prattiki tajba.

 

5. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati tal-evalwazzjoni, flimkien mal-opinjoni tagħha stess u, fejn ikun il-każ, kwalunkwe proposta għal emenda ta' dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jieħu kont debitu tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet fil-programmi u l-operazzjonijiet tal-EIT.”

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 14 – punt -aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) L-Artikolu 17(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. L-ASI għandha tiddefinixxi l-istrateġija fit-tul għall-EIT fix-xenarju ta’ innovazzjoni tal-UE u għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt tagħha u l-kapaċità tagħha li tiġġenera valur miżjud tal-innovazzjoni għall-Unjoni. L-ASI għandha tieħu kont tar-riżultati tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-EIT kif imsemmi fl-Artikolu 16.”

Emenda  48

Proposta għal regolament

Article 1 – point 14 – point b (new)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) L-Artikolu 17(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"4. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra u tintegra l-aspetti rilevanti tal-ASI fil-proposta futura għal qafas strateġiku komuni tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss".

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju mill-Orizzont 2020 għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 huwa stabbilit għal EUR 3.182,230 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lejn il-KKI għandha tkun ipprovduta minn dan il-pakkett finanzjarju.

Fi ħdan it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwestjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, il-pakkett finanzjarju mill-Orizzont 2020 għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 huwa stabbilit għal massimu ta’ [EUR 3 182,230 miljun]. Dak l-ammont għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja waqt il-proċedura baġitarja annwali. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwestjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lejn il-KICs għandha tkun ipprovduta minn dan il-pakkett finanzjarju."

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness – sezzjoni 1 – punt 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha żżomm kont tal-bilanċ bejn l-esperjenza fl-edukazzjoni ogħla, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fin-negozju kif ukoll tal-bilanċ bejn is-sessi u tal-valutazzjojni tal-ambjenti tal-edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni madwar l-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha żżomm kont tal-bilanċ bejn l-esperjenza fl-edukazzjoni ogħla, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fin-negozju kif ukoll tal-bilanċ bejn is-sessi u tal-parteċipazzjoni kulma jmur usa’ tal-ambjenti tal-edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni madwar l-Unjoni.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness – sezzjoni 1 – punt 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membru(i) u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċess tal-għażla u l-ħatra finali ta’ dawk il-membri tal-Bord tat-Tmexxija.

Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membru(i) wara li tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proċess tal-għażla u l-ħatra finali ta’ dawk il-membri tal-Bord tat-Tmexxija. Qabel ma l-Kummissjoni tagħmel kwalunkwe ħatra tali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jesprimu opinjoni dwar il-kandidati magħżula..

Ġustifikazzjoni

Matul perjodu tranżitorju, il-membri tal-Bord maħtura inizjalment għal perjodu ta' sitt snin għandhom jaslu sa tmiem il-mandat tagħhom.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – punt 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha twarrab kwalunkwe membru jew membri tal-Bord ta’ Tmexxija li jonqsu milli jaqdu d-dmirijiet tal-kariga tagħhom bi qbil mal-interessi tal-Unjoni. Dan għandha tagħmlu abbażi tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jaġixxu fl-interess tal-EIT, jissalvagwardaw il-miri u l-missjoni, l-identità u l-koerenza tiegħu b'mod independenti.

Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jaġixxu fl-interess tal-EIT, jissalvagwardaw il-miri u l-missjoni, l-identità, l-awtonomija u l-koerenza tiegħu b'mod independenti, trasparenti u imparzjali.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) jiddeċiedi dwar ir-reġim lingwistiku tal-EIT filwaqt li jqis il-prinċipiji eżistenti dwar il-multilingwiżmu u r-rekwiżiti prattiċi tal-operati tiegħu.

(o) Jiżgura li l-EIT jżomm mal-prinċipji eżistenti dwar il-multilingwiżmu;

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 1 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) jippromwovi l-EIT globalment, sabiex iżid l-attrattività tiegħu u jagħmlu entità ta' klassi dinjija għall-eċċellenza fl-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(p) jippromwovi l-EIT globalment, sabiex iżid l-attrattività xjentifika, akkademika u b’mod partikolari kummerċjali tiegħu u jagħmlu entità ta' klassi dinjija għall-eċċellenza fl-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 1 – punt p a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pa) jippromwovi l-Unjoni fl-EIT.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 4 – punt 3 – punt m (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(m) jiżgura komunikazzjoni tajba mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

Emenda  58

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 4 – punt 3 – punt n (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(n) jaġixxi fl-interess tal-EIT, jissalvagwarda l-miri u l-missjoni, l-identità, awtonomija u l-koerenza tiegħu b'mod independenti, trasparenti u imparzjali.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness Ia

 

Lista mhux eżawrjenti ta’ indikaturi ġenerali ta’ prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-KICs

 

Fatturi:

 

a) Disaggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-imsieħba (in natura u fi flus) lill-baġit annwali

 

b) Disaggregazzjoni tal-baġit skont it-tip ta’ attività (ir-riċerka, l-edukazzjoni, l-innovazzjoni, l-ispejjeż ġenerali)

 

Il-produzzjoni u l-impatt:

 

a) Numru ta’ kurrikula żviluppati u studenti mħarrġa

 

b) Numru ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ pubblikazzjonijiet

 

c) Numru ta’ kumpaniji parteċipanti, inkluż is-sehem tal-SMEs, l-istituti tar-riċerka u l-universitajiet;

 

e) Numru ta’ privattivi mogħtija għal kull euro investit u numru ta’ privattivi trasferiti

 

g) Numru ta’ kumpaniji ‘spin-off’ maħluqa

 

h) Numru ta’attivitajiet ta’ innovazzjoni mwettqa fin-negozji parteċipanti.

(1)

             ĠU C 181, 21.6.2012, p. 122.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Biex tirkupra mill-kriżijiet multipli li qiegħda tiffaċċja bħalissa, l-Ewropa trid issib modi biex tiżviluppa l-kapaċità ta’ innovazzjoni tagħha, lejn it-twettiq ta’ soluzzjonijiet sostenibbli u effiċjenti għall-isfidi tas-soċjetà bħal dawk identifikati fl-Orizzont 2020, iżda wkoll l-impjiegi u l-ħolqien tal-valur.

Fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Lisbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi, l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija (EIT) ġie stabbilit fl-2008 bil-għan li jsaħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-Ewropa.

Huwa jirrappreżenta l-ewwel tentattiv tal-UE biex jiġu integrati t-tliet naħat tat-Trijangolu tal-Għarfien (l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni). L-EIT beda jopera fl-2010 b’kontribuzzjoni baġitarja tal-UE ta’ EUR 309 miljun mill-2008 sal-2013.

Permezz tal-attivitajiet tal-Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (KICs), l-EIT jippromwovi interazzjoni aktar mill-qrib bejn l-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka u l-impriżi bil-għan li jitnaqqas id-distakk bejn ir-riċerka, l-edukazzjoni, u l-attivitajiet intraprenditorjali biex titjieb il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-UE.

Tliet KICs ilhom joperaw mill-2010 (KIC Klima, Laboratorji EIT ICT u KIC InnoEnerġija) permezz ta’ 16-il “ċentru ta’ kolokazzjoni” fi 12-il pajjiż tal-UE u l-involviment ta’ aktar minn 200 imsieħeb.

S’issa, l-esperjenzi mal-KICs urew numru dejjem jikber ta’ parteċipanti (inkluża l-industrija), effett ta’ ingranaġġ tajjeb, effetti ta’ simplifikazzjoni u riżultati diġà tanġibbli (studenti mħarrġa, impriżi ġodda).

Proposta mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li tipprovdi l-EIT b’baġit ta’ madwar EUR 3 biljun u tintegra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EIT fil-Programm Orizzont 2020. Il-baġit jinħareġ f’żewġ allokazzjonijiet: l-ewwel wieħed biex jiffinanzja l-konsolidazzjoni tal-KICs eżistenti u jistabbilixxi 3 ġodda fl-2014; it-tieni wieħed jingħata wara reviżjoni fit-tmiem tal-2017, sabiex jitkomplew l-attivitajiet tal-KICs maħluqa u sabiex jibdew 3 oħra.

L-emendi proposti mill-Kummissjoni għar-Regolament tal-EIT ikomplu jiċċaraw il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-EIT lill-KICs, il-kriterji biex dawn jiġu stabbiliti u l-prinċipji għall-valutazzjoni, it-tul u t-tmiem tagħhom.

L-Aġenda Strateġika ta’ Innovazzjoni (li għandha tiġi adottata f’dokument separat) mehmuża mar-Regolament tal-EIT, tiddeskrivi, min-naħa l-oħra, il-prijoritajiet tal-EIT għall-perjodu 2014-2020, il-programm ta’ ħidma u l-modalitajiet għall-operazzjoni tiegħu u l-finanzjament tal-KICs.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

1. Il-baġit u l-objettivi tal-EIT

L-EIT s’issa jidher strument ta’ suċċess u promettenti biex iwettaq attivitajiet orjentati lejn l-innovazzjoni b’mod komprensiv u sempliċi, li jinvolvi s-settur privat u dak pubbliku/imsieħba tal-università fi proċess dinamiku ta’ innovazzjoni.

Barra minn hekk, meta mqabbla ma’ forom oħra ta’ inizjattivi ta’ sħubija pubblika-privata, l-interkonnessjoni ta’ riċerka, innovazzjoni mal-komponent tal-edukazzjoni tagħti l-EIT valur miżjud li attwalment inizjattivi oħra m’għandhomx.

Ir-rapporteur għalhekk jappoġġja ż-żieda gradwali tal-baġit matul 2014-2020 kif propost mill-Kummissjoni u t-tnedija ta’ KICs ġodda.

Il-KICs ġodda għandhom jiġu stabbiliti f’oqsma ta’ prijoritajiet tal-Orizzont 2020 u b’mod partikolari fil-pilastri “l-isfidi tas-soċjetà” u “l-primat fil-potenzjament u teknoloġiji industrijali”.

Dawn huma l-oqsma fejn l-UE teħtieġ li tagħmel l-isforz tagħha biex issib u timplimenta soluzzjonijiet innovattivi u tippromwovi inizjattivi intraprenditorjali.

Ir-rapporteur jappoġġja l-proposta ta’ valutazzjoni ta’ nofs il-perjodu tal-EIT biex jiġi valutat ir-rendiment tiegħu, madanakollu, la huwa inkorporat fl-Orizzont 2020 ma hemm l-ebda raġuni speċifika għaliex għandu jkun suġġett għal valutazzjoni differenzjata meta mqabbel ma’ partijiet oħra tal-programm Orizzont 2020.

2. Prinċipji għall-għażla tal-KICs

Ir-rapporteur jemmen li s-suġġett u n-numru tal-KICs li l-EIT għandu jistabbilixxi m’għandhomx ikunu preskritti.

Il-fażi ta’ żvilupp u l-prijoritizzazzjoni tal-KICs ġodda attwalment proposti mill-Kummissjoni mhumiex ġustifikati sew b’mod suffiċjenti. Temi oħra jistgħu jitqiesu urġenti jew promettenti daqs dawk ippreżentati.

Ir-rapporteur jipproponi li l-għażla tal-KIC għandha minflok tkun suġġetta għal proċedura miftuħa, trasparenti u kompetittiva. Abbażi tal-proposta rċevuta, l-EIT jaħtar għadd ta’ KICs kemm ikun finanzjarjament possibbli, sakemm dawn jilħqu l-kriterji tal-għażla u tal-kwalità u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jaqa’ taħt il-prijoritajiet tal-Orizzont 2020.

Fl-għażla, l-EIT għandu jqis ukoll li xi KICs mhux bilfors ikunu ta’ kapital intensiv bħal oħrajn.

3. Prinċipji għall-finanzjament tal-KICs

Mekkaniżmu ta’ reviżjoni kompetittiva

Kif diġà mibdi fl-2012 mill-EIT, il-KICs għandhom jikkompetu kull sena għall-baġit disponibbli. Dan għandu jiżgura li l-proġetti l-aktar promettenti u ta’ valur biss effettivament jiġu finanzjati, biex jiġi evitat effett potenzjali mhux mistenni li allokazzjoni predeterminata tista’ tiġġenera.

Kontribuzzjoni annwali għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ pjanijiet ta’ negozju annwali tal-KICs, l-objettivi, ir-riżultati miksuba u l-potenzjal ulterjuri.

Ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-prinċipji tal-allokazzjoni kompetittiva għandhom ikunu inklużi fir-Regolament.

Effett ta’ ingranaġġ

L-EIT s’issa pprovda madwar 25 % tal-baġit tal-KICs, b’75 % iridu jkunu mqabbla ma’ sħab oħrajn pubbliċi jew privati (inklużi r-riżorsi tal-imsieħba stess, il-finanzjament pubbliku minn Stati Membri, il-fondi minn inizjattivi oħra tal-UE bħall-FP7 u l-fondi strutturali u, fil-futur, l-Orizzont 2020).

Ir-rapporteur qed jipproponi li jinkludi dan il-prinċipju fir-Regolament.

Barra minn hekk, hemm bżonn li ma jiġix imxekkel l-effett sinerġiku tal-EIT bl-użu wiesa’ ħafna tal-fondi tal-UE biex ikun hemm "ingranaġġ" fuq fondi oħra tal-UE. Ir-rapporteur jipproponi limitu ieħor minimu ta’ 25 % tal-fondi tal-UE li jrid jinġabar mill-KICs barra l-kontribuzzjoni tal-EIT.

L-iżgurar tas-sostenibbiltà

Finalment, biex tiżgura s-sostenibbiltà tal-finanzjament fit-tul, il-Kummissjoni tipprevedi l-awtofinanzjament ta’ xi attivitajiet tal-KICs fil-perjodu medju. Biex jinkiseb dan, l-iżvilupp ta’ strateġija għall-finanzjament tagħhom għandu jkun b’mod ċar parti mill-kompiti tal-KICs.

4. L-ipprogrammar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni

Ir-rapporteur jipproponi li fil-futur, l-ASI tiġi adottata mill-Bord Governattiv u integrata fil-qafas futur għar-riċerka u l-innovazzjoni (l-Orizzont 2012-2018). Min-naħa l-oħra aktar sorveljanza għandha tingħata lil min jieħu d-deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma trijennali tal-EIT.

Fil-fażi inizjali tal-EIT, l-ewwel abbozz tal-programm ta’ ħidma trijennali kien ippreżentat għall-kummenti lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Ir-rapporteur jemmen li dan għandu jerġa’ jkun il-każ għall-programmi ta’ ħidma trijennali li jmiss tal-EIT.

Barra minn hekk, qed jiġi suġġerit djalogu regolari mad-Direttur tal-EIT u l-Parlament Ewropew fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-EIT.

Barra minn hekk, l-EIT jipprevedi li jistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ li tindirizza l-erba’ livelli ta’ attività (il-livell Orizzont 2020, il-livell tal-EIT, il-livell trasversali tal-KIC, il-livell individwali tal-KIC). Ir-rapporteur qed jipproponi li jinkludi dawn il-prinċipji fir-Regolament.

5. It-twessigħ tal-kunċett ta’ innovazzjoni

Aktar minn soluzzjonijiet teknoloġiċi

Illum, l-attivitajiet tal-EIT huma orjentati l-aktar lejn appoġġ għall-forniment ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u industrijali. Għalkemm dawn huma meħtieġa, bl-ebda mod mhuma biżżejjed biex jiġu indirizzati l-isfidi li l-UE qed tiffaċċja llum.

Ir-rapporteur jemmen li l-innovazzjoni ta’ sistemi mhux teknoloġiċi, organizzattivi u l-innovazzjoni tas-settur pubbliku jeħtieġu l-istess attenzjoni bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq it-teknoloġija.

Bl-istess mod, għandha tiġi kkunsidrata l-promozzjoni tal-intraprenditorija soċjali minħabba li l-impriżi soċjali ġeneralment huma ferm innovattivi fin-natura, permezz tal-prodotti jew servizzi li joffru jew permezz tal-mudelli organizzattivi tagħhom.

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali

F'kuntest fejn iċ-Ċina qed issir l-ewwel depożitarju tal-privattivi, l-UE jeħtieġ li tiżviluppa politika "intelliġenti" dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li tippermetti li l-Unjoni tħalli l-effett tagħha.(1)

Fallimenti tas-suq relatati mal-prattiki tal-IPR qed jippenalizzaw b'mod partikolari l-SMEs, pereżempju bil-prevenzjoni tal-parteċipazzjoni fl-iskambji tal-IPRs, li ġeneralment iseħħu bejn atturi akbar tas-suq, u jsofru minħabba l-valorizzazzjoni ġudizzjarja tal-privattivi.

Bħala l-Istitut Ewropew ewlieni għall-innovazzjoni, l-EIT għandu jiżviluppa u jippromwovi prattiki innovattivi li huma adattati għall-atturi Ewropej standard.

L-EIT u l-KICs ikunu jservu ta’ "laboratorju" biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ politiki differenzjati tal-IPR li jistgħu jwieġbu għall-ħtiġijiet u l-interessi ta’ setturi u atturi differenti fl-Ewropa, b’mod partikolari l-SMEs, l-universitajiet u l-awtoritajiet pubbliċi.

6. Governanza u parteċipazzjoni

Għalkemm il-KICs huma tipi innovattivi u strutturi awtoorganizzattivi simili tan-negozju, xi karatteristiċi minimi komuni għandhom jiġu definiti għall-KICs kollha, biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-prinċipji ta’ ftuħ, trasparenza u bilanċ ta’ interess. Din il-ħtieġa hija saħansitra aktar importanti meta wieħed iqis li l-KICs huma parzjalment iffinanzjati mill-baġit pubbliku.

B’mod partikolari, l-istruttura tal-KICs trid tgħinhom jevolvu u tara li ma jkunx hemm effetti ta’ saturazzjoni jew effetti ta’ ‘close-shop’. Imsieħba ġodda għandhom ikunu jistgħu jingħaqdu mal-KIC u jipparteċipaw fl-attivitajiet, waqt li r-regoli tal-IPR proposti għandhom jipprovdu l-istess opportunitajiet għall-atturi kollha.

It-twessigħ tal-parteċipazzjoni għal min jidħil fis-suq ġdid u b’mod partikolari l-parteċipazzjoni dejjem tiżdied tal-SMEs għandha tkun parti mill-istrateġija tal-EIT u tal-KICs.

Il-KICs għandhom, kif previst mill-EIT, jistabbilixxu wkoll Forum tal-Partijiet Interessati fil-qasam tal-azzjoni partikolari tiegħu, li għandu jiltaqa’ darba fis-sena.

L-EIT għandu wkoll jagħti opportunitajiet lir-reġjuni tal-Ewropa li sejrin inqas tajjeb biex jibbenefikaw mill-KICs u jipparteċipaw fihom, b’mod partikolari dawk li attwalment huma l-aktar fil-bżonn li joħorġu mill-kriżi bis-saħħa tal-innovazzjoni.

7.  Komplementarjetajiet ma’ strumenti oħra tal-Orizzont 2020

Il-komplementarjetajiet tal-KICs ma’ attivitajiet oħra mwettqa fl-Orizzont 2020 għad iridu jiġu ċċarati aktar.

Hemm diversi mistoqsijiet miftuħa li jikkonċernaw ir-rwol speċifiku tal-KIC fil-perspettiva tar-Riċerka kumplessa tal-UE, b’mod partikolari fil-konfront tal-Inizjattivi ta’ pprogrammar Konġunti, il-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej, l-Inizjattivi ta’ Teknoloġija Konġunti, l-ERA-Nets iżda wkoll mal-Erasmus għal kulħadd, l-Alleanzi tal-Għarfien u l-Alleanzi tal-Ħiliet tas-Settur u mal-Azzjonijiet Marie Curie.

Ir-rapporteur jemmen li l-Kummissjoni għandha b'mod partikolari twettaq valutazzjoni komprensiva tat-tipi kollha differenti ta’ sħubijiet pubbliċi-privati stabbiliti fil-programmi differenti tagħha ta’ riċerka u innovazzjoni.

L-għan għandu jkun li jiġu valutati l-aktar mudelli effettivi ta’ sħubija, jiġu identifikati l-karatteristiċi essenzjali għas-suċċess u li tiġi razzjonalizzata u ssimplifikata l-perspettiva għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qafas tal-finanzjament futur.

(1)

Fl-2010 il-proporzjon ta’ applikazzjonijiet tal-privattivi domestiċi għall-volum tal-privattivi totali kien ta’ 15.1 % fl-Ewropa (qed jistaġna), 53.6 % fl-Istati Uniti (qed jonqos), 82.1 % fil-Ġappun (qed jistaġna) u 72.7 % fiċ-Ċina (qed jiżdied bil-qawwa).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (20.9.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 dwar it-twaqqif tal-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

(COM(2011)0817 – C7-0467/2011 – 2011/0384(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Chrysoula Paliadeli

(*)

           Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) ġie stabbilit fl-2008 permezz ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bil-għan li jikkontribwixxi għal tkabbir u kompetittività ekonomika sostenibbli. Dan il-għan għandu jinkiseb bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Għaldaqstant, l-EIT jimmira li jrawwem l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, prinċipalment permezz tal-Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs) tiegħu.

Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, tipproponi numru ta' tibdiliet.

Dawn it-tibidliet għandhom l-għan li jindirizzaw kwistjonijiet mqajma tul konsultazzjoni dwar l-irwol u l-funzjonament tal-EIT, u li jikkunsidraw ukoll il-proposta għal-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni l-ġdida għall-EIT, għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020.

Ir-rapporteur tilqa' u tappoġġa bis-sħiħ l-għan tal-Kummissjoni li tagħti rwol distintiv lill-EIT fl-implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020. Dan ir-rwol għandu jiffoka fuq l-approfondiment tas-sinerġiji bejn il-komunitajiet tal-akkademja, ir-riċerka u l-intrapriża u li tinkludi fl-ambitu tiegħu firxa wiesa' ta' parteċipanti interessati.

Madankollu, ir-rapporteur temmen li għandha ssir aktar ħidma biex jiżdied l-għarfien dwar ir-rwol u l-eżistenza tal-EIT.

Min-naħa tiegħu l-EIT, għandu jħeġġeġ aktar lill-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla, parti mill-KICs, biex jaqsmu l-aħjar prattiki tagħhom dwar kwistjonijiet komuni li jistgħu, u li inevitabbilment se jinqalgħu tul is-snin li ġejjin. Dawn il-kwistjonijiet jistgħu jinkludu r-rikonoxximent reċiproku ta' kwalifiki, proċessi ta' akkreditazzjoni komuni għal lawriji, diplomi, prattiki ta' tagħlim u kwistjonijiet simili oħrajn.

Il-proposta għall-inklużjoni ta' korsijiet ta' taħriġ professjonali ġodda fl-attivitajiet edukattivi tal-KICs, għalissa ma għandhiex tmur lil hinn mill-qafas tal-edukazzjoni wara l-gradwazzjoni.

Ir-rapporteur tappoġġa ukoll l-pjanijiet għall-allinjament tal-governanza tal-EIT u tal-istrutturi ta' amministrazzjoni u biex tikkjarifika aktar il-kompiti rispettivi tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-regoli dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma ddefiniti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

(4) Ir-regoli dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma ddefiniti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni. Madankollu l-EIT għandu jwettaq rwol innovattiv fl-iżvilupp ta' għodod għall-ġestjoni tad-drittijiet ta' proprjetà intelletwali li jippromovu t-trasparenza u l-iskambji, li jippermettu lill-atturi pubbliċi u privati (partikolarment lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)) biex jipparteċipaw fir-riċerka u japprofittaw mill-invenzjonijiet.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-EIT għandu jippromwovi aktar ir-rikonoxximent mill-Istati Membri tal-lawriji u d-diplomi tal-EIT, li jixhdu s-simbolu ta' eċċellenza tiegħu.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-EIT għandu jippromovi approċi multi-dixxiplinari għall-innovazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet non-teknoloġiċi, approċi organizzattivi, mudelli kummerċjali ġodda, riċerka miftuħa u approċi kollaborattivi oħrajn.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-għamla tal-entitajiet tal-EIT għandha tkun issimplifikata. It-tħaddim tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jkun issimplifikat u l-irwoli u l-ħidmiet rispettivi tal-Bord tat-Tmexxija u tad-Direttur għandhom jiġu ċċarati aktar.

(8) L-għamla tal-entitajiet tal-EIT għandha tkun issimplifikata u għandha tirrifletti t-tliet dimensjonijiet tat-trijangolu tal-għarfien. It-tħaddim tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jkun issimplifikat u l-irwoli u l-ħidmiet rispettivi tal-Bord tat-Tmexxija, tad-Direttur u tal-Kumitat Eżekuttiv għandhom jiġu ċċarati aktar.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-KICs għandhom iwessgħu l-attivitajiet edukattivi tagħhom billi jipprovdu korsijiet ta' taħriġ professjonali.

(10) Il-KICs għandhom iwessgħu l-attivitajiet edukattivi tagħhom billi jipprovdu korsijiet ta' taħriġ professjonali għal studenti wara l-lawrija.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-kooperazzjoni fl-organizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet tal-KICs bejn il-Kummissjoni u l-EIT huma meħtieġa biex tkun żgurata koerenza mas-sistema ġenerali ta' monitoraġġ u valutazzjoni fil-livell tal-UE.

(11) Il-kooperazzjoni fl-organizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet tal-KICs bejn il-Kummissjoni u l-EIT huma meħtieġa biex tkun żgurata koerenza mas-sistema ġenerali ta' monitoraġġ u valutazzjoni fil-livell tal-UE. B’mod partikolari, il-prinċipji għall-monitoraġġ tal-KICs u l-EIT għandhom jiġu ċċarati.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt b

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla" tfisser istituzzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (KE) Nru XXX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-"Erasmus għal kulħadd".

"istituzzjoni ta' edukazzjoni ogħla" tfisser istituzzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru XXX/20XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-"Erasmus għal kulħadd".

Emenda 8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. "Forum tal-partijiet interessati" tfisser laqgħa miftuħa għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, għal entitajiet individwali jew ta' interess organizzat mid-dinja tan-negozju, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, għal organizzazzjonijiet miġbura flimkien, kif ukoll partijiet oħra interessati minn naħa għal oħra tat-triangolu tal-għarfien".

10. "Forum tal-partijiet interessati" tfisser pjattaforma miftuħa għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, għal entitajiet individwali jew ta' interess organizzat mid-dinja tan-negozju, l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għal organizzazzjonijiet miġbura flimkien, kif ukoll partijiet oħra interessati minn naħa għal oħra tat-triangolu tal-għarfien".

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi u jintegra l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards.

Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan jista' jinkiseb permezz ta' sinerġiji, kooperazzjoni u l-integrazzjoni tal-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ogħla standards

Emenda 10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-Artikolu 4(2) jinbidel b’dan li ġej:

 

"2. Il-Kummissjoni għandha taħtar osservaturi li jirrappreżentaw it-tliet dimensjonijiet tat-trijangolu tal-għarfien biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord Governattiv."

Emenda 11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) "(j) ilaqqa', tal-inqas darba fis-sena, il-Forum tal-Partijiet Interessati biex jagħti tagħrif dwar l-attivitajiet tal-EIT, l-esperjenzi tagħha, il-prattiki tajbin u l-kontribuzzjoni għall-politiki u l-objettivi ta' innovazzjoni, riċerka u edukazzjoni tal-Unjoni. Il-partijiet interessati jiġu mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom."

(j) "(j) ilaqqa', tal-inqas darba fis-sena, il-Forum tal-Partijiet Interessati biex jagħti tagħrif dwar l-attivitajiet tal-EIT, l-esperjenzi tagħha, il-prattiki tajbin u l-kontribuzzjoni għall-politiki u l-objettivi ta' innovazzjoni, riċerka u edukazzjoni tal-Unjoni. Il-partijiet interessati kollha għandhom jiġu mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom."

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt a

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 7 – paragrafu 1 a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-EIT għandu jniedi l-għażla u n-nomina tal-KICs skont l-oqsma ta' prijorità u l-iskeda taż-żmien iddefinita fl-Aġenda Strateġika ta' Innovazzjoni (ASI)."

1a. L-EIT għandu jniedi l-għażla tal-KICs u jinnomina għadd ta’ KICs kemm ikun finanzjarjament possibbli, abbażi tal-kwalità tagħhom u sakemm huma jissodisfaw il-kriterji minimi tal-għażla u tal-għoti.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) fil-paragrafu 2, il-punt (g) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

"(g) disponibbiltà li jkun hemm interazzjoni ma’ organizzazzjonijiet u netwerks oħrajn barra mill-KIC bil-għan li jkun hemm skambju ta’ prattiki tajba u eċċellenza, inklużi mar-reġjuni li sejrin inqas tajjeb."

Emenda 14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kundizzjoni minima biex tiġi fformata KIC hija l-parteċipazzjoni ta' mill-anqas tliet organizzazzjonijiet imsieħba, stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati Membri differenti. Dawn l-organizzazzjonijiet imsieħba kollha jridu jkunu indipendenti minn xulxin fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni”."

3. Il-kundizzjoni minima biex tiġi fformata KIC hija l-parteċipazzjoni ta' mill-anqas tliet organizzazzjonijiet imsieħba, stabbiliti f'mill-anqas tliet Stati Membri differenti. Meta waħda mill-organizzazzjonijiet msieħba tkun Raggruppament Ewropew għall-Kooperazzjoni Territorjali (REKT), l-EIT għandu jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkunsidraw il-fatt li r-REKT għandu natura internazzjonali. Dawn l-organizzazzjonijiet imsieħba kollha jridu jkunu indipendenti minn xulxin fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni”."

Emenda          15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Fl-Artikolu 8(2), għandu jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ba) it-tqassim tal-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet komuni, bħall-għarfien reċiproku ta' kwalifiki u prattiki ta' tagħlim effettivi."

Emenda 16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 15 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) rapport annwali sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jagħti fil-qosor l-attivitajiet immexxija mill-EIT u l-KICs matul is-sena kalendarja ta' qabel u jeżamina r-riżultati fir-rigward tal-objettivi, l-indikaturi u l-iskeda taż-żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet imwettqa, l-użu ta' riżorsi u l-operat ġenerali tal-EIT."

(b) rapport annwali jsiru pubbliċi sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jagħti fil-qosor l-attivitajiet immexxija mill-EIT u l-KICs matul is-sena kalendarja ta' qabel u jeżamina r-riżultati fir-rigward tal-objettivi, l-indikaturi u l-iskeda taż-żmien stabbiliti, ir-riskji assoċjati mal-attivitajiet imwettqa, l-użu ta' riżorsi u l-operat ġenerali tal-EIT." Kull sena d-Direttur tal-EIT għandu jippreżenta r-rapport annwali lill-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

PROĊEDURA

Taqsima

Amendment of Regulation (EC) No 294/2008 establishing the European Institute of Innovation and Technology

Referenzi

COM(2011)0817 – C7-0467/2011 – 2011/0384(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

13.12.2011

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

20.4.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Chrysoula Paliadeli

2.2.2012

Eżami fil-kumitat

25.4.2012

19.6.2012

20.6.2012

 

Data tal-adozzjoni

19.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emilio Menéndez del Valle, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Marie-Christine Vergiat

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Heinz K. Becker, Nadja Hirsch, Iosif Matula, Mitro Repo, Kay Swinburne


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (18.9.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

(COM(2011)0817 – C7‑0467/2011 – 2011/0384(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ivars Godmanis

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020;

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva''1; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-QFM li jmiss biex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll biex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; jindika li anke b'żieda fil-livell ta’ riżorsi għall-QFM li jmiss ta’ mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, il-kontribut għall-ilħiq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni jista’ jkun biss wieħed limitat; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

 

_______________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Ifakkar, barra minn hekk, il-pożizzjoni tiegħu li l-MFF li jmiss għandu jkun fih ammont ikbar ta’ riżorsi baġitarji f’oqsma li jistimulawi t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività, bħala huma r-riċerka u l-innovazzjoni skont prinċipji Ewropej ta’ valur miżjud u eċċellenza;

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tassenja rwol minn ta' quddiem lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn issa 'l quddiem imsejjaħ EIT) li jikkontribwixxi għal għadd ta' inizjattivi ewlenin.

(1) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tassenja rwol minn ta’ quddiem lill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (minn issa ’l quddiem imsejjaħ EIT) li għandu l-għan li jikkontribwixxi għal għadd ta’ inizjattivi ewlenin, b’mod partikolari l-inizjattivi ewlenin għal Unjoni tal-Innovazzjoni u Żgħażagħ Attivi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-EIT se jattira wkoll fondi sinifikanti tas-settur privat għall-attivitajiet tiegħu u b’hekk isaħħaħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-UE.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-impatt tal-finanzjament tal-IET tal-Unjoni għandu jkun massimizzat bil-mobilizzazzjoni, il-pooling u l-leverage tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-EIT lejn il-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn issa ’l quddiem imsejħa KICs) għandu jkun iddefinit u l-oriġini tar-riżorsi finanzjarji tal-KICs għandha tkun iċċarata.

(7) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-EIT lejn il-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn issa ’l quddiem imsejħa KICs) għandu jkun iddefinit u l-oriġini tar-riżorsi finanzjarji tal-KICs għandha tkun iċċarata. L-EIT għandu jiżviluppa aktar sinerġiji u komplementarjetà kemm jista’ jkun mal-fondi strutturali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-KICs għandhom ifittxu s-sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea.

(12) Il-KICs għandhom ifittxu s-sinerġiji ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni Ewropea. Dawn is-sinerġiji ma għandhomx jikkompromettu l-prinċipju tal-eċċellenza fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni li l-IET għandha tippersegwi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-infiq ta-fondi tal-UE u tal-Istati Membri fuq ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni għandhom ikunu kkoordinati aħjar ħalli tkun assigurata l-komplementarjetà, effikaċja u viżibilità aħjar, kif ukoll jinkisbu sinerġiji baġitarji aħjar.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-eċċellenza għandha tkun il-mutur ewlieni tal-EIT inġenerali, filwaqt li tippromovi t-tifrix tal-parteċipazzjoni sabiex tkun imħeġġa l-eċċellenza fl-Ewropa kollha, inkluż il-kunċett ta’ “taraġ għall-eċċellenza” biex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’ unitjiet b’saħħithom ta’ eċċellenza embrijonika.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-kriterji u l-proċeduri għall-iffinanzjar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs għandhom ikunu adotatti mill-EIT qabel it-tnedija tal-proċess ta' għażla tal-KIC.

(14) Il-kriterji u l-proċeduri għall-iffinanzjar, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-attivitajiet tal-KICs għandhom ikunu adottati mill-EIT qabel it-tnedija tal-proċess ta’ għażla tal-KIC, fejn l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ semplifikazzjoni hija tal-akbar importanza.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Huwa importanti li tkun żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-IET u l-implementazzjoni tal-KICs bl-aktar manjiera effikaċi u li tgħin lill-utent.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 18 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ ir-rwol tagħha fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' aspetti speċifiċi tal-attivitajiet tal-EIT.

(18) Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ ir-rwol tagħha fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' aspetti speċifiċi tal-attivitajiet tal-EIT. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kull sena l-implimentazzjoni tal-programm bl-użu ta' indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti. Dawn l-indikaturi, inklużi linji ta' referenza rilevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt intlaħqu l-għanijiet tal-IET.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) L-attivitajiet tal-IET għandhom jiżguraw l-akbar trasparenza, responsabilità politika, u skrutinju demokratiku tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjoni tagħhom, it-tnejn mistennijin u miksubin, għall-ksib tal-objettivi tal-Unjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. "Forum tal-partijiet interessati" tfisser laqgħa miftuħa għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, għal entitajiet individwali jew ta' interess organizzat mid-dinja tan-negozju, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, għal organizzazzjonijiet miġbura flimkien, kif ukoll partijiet oħra interessati minn naħa għal oħra tat-triangolu tal-għarfien".

10. "Forum tal-partijiet interessati" tfisser laqgħa miftuħa għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, għal entitajiet individwali jew ta' interess organizzat mid-dinja tan-negozju, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, għal organizzazzjonijiet miġbura flimkien, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll partijiet oħra interessati minn naħa għal oħra tat-triangolu tal-għarfien".

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi u jintegra l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards. L-Objettivi Ġenerali, l-Objettivi Speċifiċi u l-indikaturi tar-riżultati tal-EIT għall-perjodu 2014-2020 huma ddefiniti fl-Orizzont 2020".

Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi u jintegra l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-eċċellenza. L-Objettivi Ġenerali, l-Objettivi Speċifiċi u l-indikaturi tar-riżultati tal-EIT għall-perjodu 2014-2020 huma ddefiniti fl-Orizzont 2020".

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 7a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIT, fuq il-bażi tal-indikaturi ewlenin dwar ir-rendiment u bil-kooperazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jorganizza monitoraġġ kontinwu u valutazzjonijiet esterni minn żmien għal żmien tal-kontributi, ir-riżultati u l-impatt ta' kull KIC."

L-EIT, fuq il-bażi tal-indikaturi ewlenin dwar ir-rendiment u bil-kooperazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jorganizza monitoraġġ kontinwu u valutazzjonijiet esterni minn żmien għal żmien tal-kontributi, ir-riżultati u l-impatt ta' kull KIC." Dawn l-indikaturi, inklużi linji ta' referenza rilevanti, jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt intlaħqu l-għanijiet tal-IET. Sabiex itejjeb il-provvista tal-outputs tal-EIT, l-attivitajiet li jsiru mill-KICs għandu jkollhom impatt li jista’ jitkejjel fuq il-ħolqien ta’ ftuħ ta’ negozji u spin-offs innovattivi u sostenibbli, partikolarment billi jappoġġaw in-networking u l-attivitajiet intraprenditorjali ta’ min jirċievi l-kwalifiki u t-taħriġ tal-EIT.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju mill-Orizzont 2020 għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 huwa stabbilit għal EUR 3.182,230 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lejn il-KICs għandha tkun ipprovduta minn dan il-pakkett finanzjarju."

Fl-ambitu tat-tifsir tal-punt [17] tal-Ftehima Interistituzzjonali tal-xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fil-kwestjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, il-pakkett finanzjarju mill-Orizzont 2020 għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 huwa stabbilit għal massimu ta’ EUR 3.182,230 miljun. Dan l-ammont għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fil-kwestjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-EIT lejn il-KICs għandha tkun ipprovduta minn dan il-pakkett finanzjarju.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Referenzi

COM(2011)0817 – C7-0467/2011 – 2011/0384(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ivars Godmanis

6.2.2012

Data tal-adozzjoni

6.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Maria Da Graça Carvalho, Edit Herczog, Jürgen Klute, Constanze Angela Krehl, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Berlinguer


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (13.7.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 dwar it-twaqqif tal-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

(COM(2011)0817 – C7‑0467/2011 – 2011/0384(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alajos Mészáros

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija u l-Innovazzjoni (EIT) twaqqaf b'Regolament (KE) 294/2008 bit-tir li tissaħħaħ il-kapaċità għall-innovazzjoni tal-Ewropa. Jirrappreżenta l-ewwel tentattiv tal-UE li tintegra l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni, f'dak li jissejjaħ it-"triangolu tal-għarfien". Din l-integrazzjoni sseħħ l-aktar permezz tal-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs), li jlaqqgħu flimkien organizzazzjonijiet fuq bażi ta' medda twila ta' żmien biex isolvu l-isfidi tas-soċjetà. L-EIT beda jopera fl-2010 u għandu s-sede tiegħu f'Budapest.

Il-Kummissjoni issa qed jippreżenta l-emendi għar-regolament li jwaqqaf l-EIT. Il-bidliet proposti huma msejsin fuq it-tagħlimiet meħudin matul il-perijodu tal-bidu, ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni esterna, kif ukoll ir-riżultati ta’ konsultazzjoni wiesgħin mal-istakeholders fl-EIT. Dan ir-Regolament li jemenda huwa wkoll marbut mill-qrib mal-proposta għall-Aġenda ta’ Innovazzjoni Strateġika tal-EIT, li tibni fuq il-proposta tal-Bord tal-Gvernaturi tal-EIT.

Il-fokus tal-opinjoni tar-rapporteur huwa fuq l-aspetti li ġejjin:

It-titjib tal-istrutturi ta’ governanza tal-EIT u d-djalogu mal-istituzzjonijiet tal-UE

L-esperjenza tgħallem li l-kompożizzjoni tal-korpi tal-EIT għandha tkun issemplifikata. B’mod partikolari, il-kompiti tal-Bord tal-Gvernaturi u tad-Direttur għandhom ikunu kkjarifikati aktar. Il-Bord tal-Gvernaturi u d-Direttur iridu dejjem jaġixxu fl-interessi tal-EIT b’mod indipendenti u imparzjali. Ir-rapporteur jisħaq ukoll dwar l-importanza li jkunu involuti b'mod adegwat l-istituzzjonijiet tal-UE meta jitwaqqfu l-Programmi ta' Ħidma tal-EIT.

It-twessigħ tal-parteċipazzjoni fl-Istati Membri kollha u t-trawwim ta’ sinerġiji tal-istrutturi tal-EIT għall-benefiċċju tal-SMEs b’mod partikolari

Il-prinċipji tal-apertura, trasparenza u ekwilibriju fl-interessi jeħtieġ li jkunu fil-qalba tal-prinċipji ta’ governanza u għalhekk it-twessigħ tal-parteċipazzjoni għall-entranti l-ġodda fl-UE kollha kemm hi li jġibu ideat ġodda magħhom u b'mod partikolari t-tkabbir tal-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) għandhom ikunu parti mill-istrateġija tal-KICs għat-tkabbir. Ukoll jekk mhux is-swieq kollha għandhom l-istess struttura, huwa importanti li l-SMEs jingħataw l-opportunità jipparteċipaw bis-sħiħ fil-KICs kollha. Il-kumpaniji pubbliċi u l-awtoritajiet lokali, kif ukoll l-organizzazzjoni mhux għal skop ta’ lukru, ukoll għandhom ikunu koinvolti fil-KICs, skont ma jkun xieraq.

Il-Ġestjoni tal-Jeddijiet ta’ Proprjetà Intellettwali

Ir-rapporteur hu tal-fehma li r-regoli dwar il-ġestjoni tal-jeddijiet tal-proprjetà intellettwali jridu jiżguraw l-ekwilibrija tajjeb bejn id-detenturi tal-jeddijiet u l-utenti. Ir-regoli għandhom jagħtu gwida u mudelli li jippromwovu t-trasferiment tal-għerf u d-disseminazzjoni, kemm fil-kuntest tal-KICs u b'mod usa' fl-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma ddefiniti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni.

Ir-regoli dwar il-ġestjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-disseminazzjoni tar-riżultati huma ddefiniti fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u jridu jiżguraw l-ekwilibriju tajjeb bejn id-detenturi tal-jeddijiet u l-utenti. Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-EIT, għandha tagħti gwida gwida dwar il-jeddijiet innovattivi għall-proprjetà intellettwali u mudelli li jippromwovu t-trasferiment tal-għerf u d-disseminazzjoni, kemm fil-kuntest tal-KICs u b'mod usa' fl-UE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-EIT għandu jidħol f'taħdit mill-qrib mill-SMEs ħalli jiżgura l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fl-attivitajiet tal-KICs. Il-kumpaniji pubbliċi u l-awtoritajiet lokali, kif ukoll l-organizzazzjoni mhux għal skop ta’ lukru, ukoll għandhom ikunu koinvolti fil-KICs, skont ma jkun xieraq.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-EIT lejn il-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn issa ’l quddiem imsejħa KICs) għandu jkun iddefinit u l-oriġini tar-riżorsi finanzjarji tal-KICs għandha tkun iċċarata.

(7) Il-kamp ta' applikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-EIT lejn il-Komunitajiet għall-Għarfien u l-Innovazzjoni (minn issa ’l quddiem imsejħa KICs) għandu jkun iddefinit u l-oriġini tar-riżorsi finanzjarji tal-KICs għandha tkun iċċarata. B’mod partikolari, il-finanzjament tal-UE għandu jitqies bħala leverage ħalli jkunu inkoraġġiti l-KICs ifittxu għejun oħrajn ta’ finanzjament privat jew pubbliku, u r-rieżami tal-użu tal-finanzjament tal-UE bħala leverage għandu jitqies fil-futur mill-istituzzjonijiet tal-UE.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-għamla tal-entitajiet tal-EIT għandha tkun issimplifikata. It-tħaddim tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jkun issimplifikat u l-irwoli u l-ħidmiet rispettivi tal-Bord tat-Tmexxija u tad-Direttur għandhom jiġu ċċarati aktar.

(8) L-għamla tal-entitajiet tal-EIT għandha tkun issimplifikata. It-tħaddim tal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT għandu jkun issimplifikat u l-irwoli u l-ħidmiet rispettivi tal-Bord tat-Tmexxija u tad-Direttur għandhom jiġu ċċarati aktar. Il-Bord tal-Gvernaturi u d-Direttur iridu jaġixxu fl-interessi tal-EIT b’mod indipendenti, imparzjali u trasparenti.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm Triennali ta' Ħidma tal-EIT għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-objettivi speċifiċi tal-EIT, kif iddefiniti fl-Orizzont 2020, u l-komplementarjetajiet mal-istrumenti u l-politiki tal-Unjoni Ewropea.

Il-Programm Triennali ta' Ħidma tal-EIT għandu jqis l-opinjonijiet tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-objettivi speċifiċi tal-EIT, kif iddefiniti fl-Orizzont 2020, u l-komplementarjetajiet mal-istrumenti u l-politiki tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-istituzzjonijiet oħrajn tal-UE għandhom ikunu koinvolti b’mod adegwat meta jitwaqqaf dan il-programm.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 2 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. "Forum tal-partijiet interessati" tfisser laqgħa miftuħa għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, għal entitajiet individwali jew ta' interess organizzat mid-dinja tan-negozju, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, għal organizzazzjonijiet miġbura flimkien, kif ukoll partijiet oħra interessati minn naħa għal oħra tat-triangolu tal-għarfien".

10. "Forum tal-partijiet interessati" tfisser laqgħa miftuħa għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, għal entitajiet individwali jew ta' interess organizzat mid-dinja tan-negozju, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, għal organizzazzjonijiet miġbura flimkien, kif ukoll partijiet oħra interessati mis-soċjetà ċivili u minn naħa għal oħra tat-triangolu tal-għarfien.

Ġustifikazzjoni

Wara l-paragrafu 10 kif miżjud mill-proposta tal-Kummissjoni 2011/0384(COD).

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 3, subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi u jintegra l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-ogħla standards.

Il-missjoni tal-EIT hija li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-kompetittività ekonomika fl-Ewropa, b’mod sostenibbli, bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni. Dan għandu jagħmlu billi jippromwovi u jintegra l-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-attivitajiet imprenditorjali tal-ogħla standards.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) "(j) ilaqqa', tal-inqas darba fis-sena, il-Forum tal-Partijiet Interessati biex jagħti tagħrif dwar l-attivitajiet tal-EIT, l-esperjenzi tagħha, il-prattiki tajbin u l-kontribuzzjoni għall-politiki u l-objettivi ta' innovazzjoni, riċerka u edukazzjoni tal-Unjoni. Il-partijiet interessati jiġu mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom."

"(j) ilaqqa', tal-inqas darba fis-sena, il-Forum tal-Partijiet Interessati biex jagħti tagħrif dwar l-attivitajiet tal-EIT, l-esperjenzi tagħha, il-prattiki tajbin u l-kontribuzzjoni għall-politiki u l-objettivi ta' innovazzjoni, riċerka u edukazzjoni tal-Unjoni. Il-partijiet interessati kollha jiġu mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom."

Ġustifikazzjoni

Wara l-paragrafu 10 kif miżjud mill-proposta tal-Kummissjoni 2011/0384(COD).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 6 – sottopunt d

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet imsieħba li jiffurmaw KIC għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri. Mill-inqas istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla waħda u kumpanija privata waħda għandhom ikunu parti minn kull KIC.

4. Il-maġġoranza tal-organizzazzjonijiet imsieħba li jiffurmaw KIC għandhom jiġu stabbiliti fl-Istati Membri. Kull KIC tkun ikkostitwita minn mill-anqas istituzzjoni ta’ edukazzjoni ogħla waħda u entità privata waħda.

Ġustifikazzjoni

Wara l-paragrafu 10 kif miżjud mill-proposta tal-Kummissjoni 2011/0384(COD).

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 12

Regolament (KE) Nru 294/2008

Artikolu 15 – subparagrafu a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) programm triennali progressiv ta' ħidma, ibbażat fuq l-ASI, ladarba tiġi adottata, li fih stqarrija tal-prijoritajiet ewlenin u l-inizjattivi ppjanati tal-EIT u tal-KICs, inkluża stima ta' ħtiġijiet u sorsi finanzjarji. Għandu jkun fih ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-KICs u l-EIT. Il-programm triennali progressiv preliminari ta' ħidma għandu jintbagħat mill-EIT lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru kull N-2. Fi żmien tliet xhur il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-objettivi speċifiċi tal-EIT kif iddefiniti fl-Orizzont 2020 u l-komplementaritajiet mal-politiki u l-istrumenti tal-Unjoni. L-EIT għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u f'każ ta' nuqqas ta' qbil jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu. Il-programm ta' ħidma finali għandu jiġi trasmess mill-EIT lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għall-finijiet ta' informazzjoni;

(a) programm triennali progressiv ta' ħidma, ibbażat fuq l-ASI, ladarba tiġi adottata, li fih stqarrija tal-prijoritajiet ewlenin u l-inizjattivi ppjanati tal-EIT u tal-KICs, inkluża stima ta' ħtiġijiet u sorsi finanzjarji, billi titqies il-fattibilità finanzjarja ta’ kull KIC. Għandu jkun fih ukoll indikaturi xierqa għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-KICs u l-EIT. Il-programm triennali progressiv preliminari ta' ħidma għandu jintbagħat mill-EIT lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru kull N-2. Fi żmien tliet xhur il-Parlament Ewropew, il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-objettivi speċifiċi tal-EIT kif iddefiniti fl-Orizzont 2020 u l-komplementaritajiet mal-politiki u l-istrumenti tal-Unjoni. L-EIT għandu jqis dawn l-opinjonijiet u f'każ ta' nuqqas ta' qbil jiġġustifika l-pożizzjoni tiegħu. Il-programm ta' ħidma finali għandu jiġi trasmess mill-EIT lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għall-finijiet ta' informazzjoni;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha żżomm kont tal-bilanċ bejn l-esperjenza fl-edukazzjoni ogħla, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fin-negozju kif ukoll tal-bilanċ bejn is-sessi u tal-valutazzjojni tal-ambjenti tal-edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni madwar l-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha żżomm kont tal-bilanċ bejn l-esperjenza fl-edukazzjoni ogħla, fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fin-negozju kif ukoll tal-bilanċ bejn is-sessi u tal-parteċipazzjoni kulma jmur usa’ tal-ambjenti tal-edukazzjoni ogħla, riċerka u innovazzjoni madwar l-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jaġixxu fl-interess tal-EIT, jissalvagwardaw il-miri u l-missjoni, l-identità u l-koerenza tiegħu b'mod independenti.

Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jaġixxu fl-interess tal-EIT, jissalvagwardaw il-miri u l-missjoni, l-identità, awtonomija u l-koerenza tiegħu b'mod independenti, trasparenti u imparzjali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 1 – subparagrafu g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jiddefinixxi, bil-qbil tal-Kummissjoni, l-onorarji xierqa għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Kumitat Eżekuttiv; dawn l-onorarji għandhom jitqabblu mal-kontributi simili fl-Istati Membri;

(g) jiddefinixxi, bil-qbil tal-Kummissjoni, l-onorarji xierqa għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Kumitat Eżekuttiv;

Emenda  14

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 1 – subparagrafu p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) jippromwovi l-EIT globalment, sabiex iżid l-attrattività tiegħu u jagħmlu entità ta' klassi dinjija għall-eċċellenza fl-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

(p) jippromwovi l-EIT globalment, sabiex iżid l-attrattività xjentifika, akkademika u azjendali tan-negozju tiegħu u jagħmlu entità ta' klassi dinjija għall-eċċellenza fl-edukazzjoni ogħla, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 4 – punt 3 – subparagrafu m (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(m) l-iżgurar ta’ komunikazzjoni tajba mal-istituzzjonijiet tal-UE;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 4 – punt 3 – subparagrafu n (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(n) azzjoni fl-interess tal-EIT, jissalvagwardaw il-miri u l-missjoni, l-identità, awtonomija u l-koerenza tiegħu b'mod independenti, trasparenti u imparzjali.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Referenzi

COM(2011)0817 – C7-0467/2011 – 2011/0384(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Alajos Mészáros

19.12.2011

Eżami fil-kumitat

30.5.2012

19.6.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Luis de Grandes Pascual, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt, József Szájer, Axel Voss


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

Referenzi

COM(2011)0817 – C7-0467/2011 – 2011/0384(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.12.2011

EMPL

13.12.2011

CULT

13.12.2011

JURI

13.12.2011

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

19.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

20.4.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Philippe Lamberts

20.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2012

18.6.2012

17.9.2012

8.10.2012

Data tal-adozzjoni

28.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Aldo Patriciello, Herbert Reul, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Marita Ulvskog, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Yves Cochet, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Vladimír Remek, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexandra Thein

Data tat-tressiq

12.12.2012

Avviż legali - Politika tal-privatezza